ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 104

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
19 ta' Marzu 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 104/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 104/02

Kawża C-433/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ħalib u prodotti mill-ħalib — Imposta addizzjonali fuq il-ħalib — Snin minn 1995/1996 sa 2008/2009 — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Artikoli 79, 80 u 83 — Regolament (KE) Nru 595/2004 — Artikoli 15 u 17 — Ksur — Assenza ta’ ħlas effettiv tal-imposta fit-termini previsti — Nuqqas ta’ rkupru f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-imposta)

2

2018/C 104/03

Kawża C-179/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – F. Hoffmann-La Roche Ltd et vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Akkordju — Prodotti mediċinali — Direttiva 2001/83/KE — Regolament (KE) Nru 726/2004 — Allegazzjonijiet relatati mar-riskji marbuta mal-użu ta’ prodott mediċinali għal trattament mhux kopert mill-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tiegħu (mingħajr ATS) — Definizzjoni tas-suq rilevanti — Restrizzjoni anċillari — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Eżenzjoni)

3

2018/C 104/04

Kawża C-267/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of Gibraltar – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq it-talba ta’ Albert Buhagiar et vs Minister for Justice (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Portata territorjali tad-dritt tal-Unjoni — Artikolu 355(3) TFUE — Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-aġġustamenti għat-Trattati — Artikolu 29 — Anness I, Taqsima I, punt 4 — Esklużjoni ta’ Ġibiltà mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea — Portata — Direttiva 91/477/KEE — Artikolu 1(4) — Artikolu 12(2) — Anness II — Pass Ewropew tal-armi tan-nar — Attivitajiet ta’ kaċċa u ta’ sparar sportiv — Applikabbiltà għat-territorju ta’ Ġibiltà — Obbligu ta’ traspożizzjoni — Assenza — Validità)

4

2018/C 104/05

Kawża C-314/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Direttiva 2006/126/KE — Liċenzja tas-sewqan — Definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C kif ukoll D1)

5

2018/C 104/06

Kawża C-360/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Bundesrepublik Deutschland vs Aziz Hasan (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Modalitajiet u termini previsti għall-formulazzjoni ta’ rikors għall-finijiet ta’ teħid lura — Ritorn illegali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fi Stat Membru li jkun wettaq trasferiment — Artikolu 24 — Proċedura ta’ teħid lura — Artikolu 27 — Rimedju ġudizzjarju — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju — Fatti sussegwenti għat-trasferiment)

5

2018/C 104/07

Kawża C-367/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Dawid Piotrowski (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Mandat ta’ arrest Ewropew — Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorja — Artikolu 3(3) — Minuri — Ħtieġa ta’ verifika tal-età minima għar-responsabbiltà kriminali jew evalwazzjoni każ b’każ tal-kundizzjonijiet addizzjonali previsti mid-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għall-prosekuzzjoni jew kundanna ta’ minuri b’mod konkret)

7

2018/C 104/08

Kawża C-473/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – F vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 7 — Rispett tal-ħajja privata u tal-familja — Direttiva 2011/95/UE — Standards minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Biża’ ta’ persekuzzjoni minħabba l-orjentazzjoni sesswali — Artikolu 4 — Evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi — Rikors għal perizja — Testijiet psikoloġiċi)

8

2018/C 104/09

Kawża C-498/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Maximilian Schrems vs Facebook Ireland Limited (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikoli 15 u 16 — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi — Kunċett ta’ konsumatur — Trasferiment bejn konsumaturi ta’ drittijiet li jistgħu jiġu invokati kontra l-istess professjonist)

9

2018/C 104/10

Kawżi Magħquda C-616/16 u C-617/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-TmienAwla) tal-24 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Presidenza del Consiglio dei Ministri et vs Gianni Pantuso et Rinviju għal deċiżjoni preliminari — koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi dwar attivitajiet ta’ tobba — Direttivi 75/363/KEE u 82/76/KEE — Taħriġ għal tobba speċjalisti — Remunerazzjoni xierqa — Applikazzjoni tad-Direttiva 82/76/KEE għat-taħriġ mibdi qabel it-terminu stabbilit għall-Istati Membri għat-traspożizzjoni tagħha u mitmuma wara din id-data

9

2018/C 104/11

Kawża C-634/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Jannar 2018 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs European Food SA, Société des produits Nestlé SA (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali FITNESS — Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità)

10

2018/C 104/12

Kawża C-352/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Petra Dziatkowiak, Thomas Erich Heinz Dziatkowiak vs TUIfly GmbH

11

2018/C 104/13

Kawża C-538/17 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 minn Thomas Murphy mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-4 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-90/16 – Murphy vs EUIPO

11

2018/C 104/14

Kawża C-617/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-30 ta’ Ottubru 2017 – Powszechny Zakład Ubezpieczeń na Życie S.A. vs Prezesowi Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

12

2018/C 104/15

Kawża C-628/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-8 ta’ Novembru 2017 – Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Orange Polska S.A.

12

2018/C 104/16

Kawża C-632/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fid-9 ta’ Novembru 2017 – Powszechna Kasa Oszczędności (PKO) Bank Polski S.A. vs Jacek Michalski

13

2018/C 104/17

Kawża C-686/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2017 – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main e.V. vs Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH

14

2018/C 104/18

Kawża C-699/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Allianz Vorsorgekasse AG

15

2018/C 104/19

Kawża C-700/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Finanzamt Kyritz vs Wolf-Henning Peters

15

2018/C 104/20

Kawża C-720/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (l-Awstrija) fit-28 ta’ Diċembru 2017 – Mohammed Bilali

16

2018/C 104/21

Kawża C-723/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fid-29 ta’ Diċembru 2017 – Lies Craeynest et vs Brussels Hoofdstedelijk Gewest u Brussels Instituut voor Milieubeheer; il-parti l-oħra: Belgische Staat

16

2018/C 104/22

Kawża C-730/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-28 ta’ Diċembru 2017 – Edward Reich, Debora Lieber, Ella Reich, Ezra Bernard Reich vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

17

2018/C 104/23

Kawża C-1/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-2 ta’ Jannar 2018 – SIA Oriola Rīga vs Valsts ieņēmumu dienests

18

2018/C 104/24

Kawża C-2/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Jannar 2018 – Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė

19

2018/C 104/25

Kawża C-3/18 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2018 minn Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-712/14, Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) vs Il-Kummissjoni Ewropea

19

2018/C 104/26

Kawża C-18/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Jannar 2018 – Eva Glawischnig-Piesczek vs Facebook Ireland Limited

21

2018/C 104/27

Kawża C-20/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

21

2018/C 104/28

Kawża C-28/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fis-17 ta’ Jannar 2018 – Verein für Konsumenteninformation vs Deutsche Bahn AG

22

2018/C 104/29

Kawża C-45/18 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 minn Claire Staelen mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-28 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-217/11 REV, Staelen vs L-Ombudsman Ewropew

23

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 104/30

Kawża T-412/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Larko vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Bejgħ ta’ ċerti attivi sfruttati minn impriża jew li jappartjenu għaliha fil-kuntest ta’ programm ta’ privatizzazzjoni — Assenza ta’ kontinwità ekonomika — Rikors mill-benefiċċjarju tal-għajnuna — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà)

24

2018/C 104/31

Kawża T-423/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Larko vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-Greċja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Kriterju tal-investitur privat — Ammont ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji)

24

2018/C 104/32

Kawża T-216/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Dôvera zdravotná poist’ovňa vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard — Żieda tal-kapital, ħlas lura ta’ djun, sussidji u skema ta’ugwalizzazzjoni tar-Riskju — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ impriża u ta’ attività ekonomika — Prinċipju ta’ solidarjetà — Kontroll mill-Istat — Attività ta’ natura ekonomika — Kompetizzjoni fir-rigward il-kwalità — Preżenza ta’ operaturi li għandhom għan lukrattiv — Riċerka, użu u distribuzzjoni ta’ benefiċċji — Żball ta’liġi — Żball ta’ evalwazzjoni)

25

2018/C 104/33

Kawża T-235/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Pari Pharma vs EMA (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokument miżmum mill-EMA u prodott fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Vantobra — Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għad-dokumenti — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali — Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità)

26

2018/C 104/34

Kawża T-477/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – European Dynamics Luxembourg et vs ECHA (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċeduri ta’ sejħa għal offerti — Provvisti ta’ servizzi informatiċi għall-applikazzjonijiet tal-ECHA — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Kriterji ta’ għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

27

2018/C 104/35

Kawża T-506/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Spejjeż magħmula mill-Greċja — Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa — Skema ta’ għajnuna skont is-superfiċji — Kunċett ta’ mergħat permanenti — Kundizzjonijiet ta’ impożizzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 25 % — Komunikazzjoni previsa fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 — Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 — Kundizzjonalità — Stħarriġ tar-rekwiżiti leġiżlattivi fil-qasam ta’ ġestjoni — Stħarriġ tal-kundizzjonijiet tajbin agrikoli u ambjentali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Tnaqqis ta’ korrezzjoni annwali permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali)

27

2018/C 104/36

Kawża T-518/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Programm għall-iżvilupp rurali eżagonali — Miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali — Żoni ta’ żvantaġġi naturali — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Infiq imwettaq minn Franza — Kontrolli fuq il-post — Kriterju ta’ addebitu — Għadd tal-annimali — Żieda tar-rata ta’ korrezzjoni fissa minħabba li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kien rikorrenti — Garanziji proċedurali)

28

2018/C 104/37

Kawża T-611/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Werrej tal-fajl tal-Kummissjoni dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu ta’ informazzjoni dwar ir-rimedji ġudizzjarji — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni — Preżunjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità)

29

2018/C 104/38

Kawża T-718/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – PTC Therapeutics International vs EMA (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokument miżmum mill-EMA u prodott fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Translarna — Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għad-dokument — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali — Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità)

30

2018/C 104/39

Kawża T-729/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokument miżmum mill-EMA u prodott fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali veterinarju Bravecto — Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għal dokumenti — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali — Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità)

31

2018/C 104/40

Kawża T-105/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Philip Morris Brands vs EUIPO – Explosal (Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Marlboro — Raġuni relattiva għal rifjut — Reputazzjoni — Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

31

2018/C 104/41

Kawża T-208/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Ranocchia vs ERCEA [Riċerka u żvilupp teknoloġiku — Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC 2015 — Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) — Orizzont 2020 — Deċiżjoni tal-ERCEA li tiddikjara li l-proposta ppreżentata mir-rikorrent ma hijiex eliġibbli — Proġett dwar l-identifikazzjoni tal-algoritmi matematiċi li jiffaċilitaw il-qari u l-analiżi ta’ ċerti manuskritti antiki — Użu ħażin ta’ poter — Żball ta’ fatt — Żball ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni]

32

2018/C 104/42

Kawża T-212/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – El Corte Inglés vs EUIPO – Elho Business & Sport (FRee STyLe) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva FRee STyLe — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001) — Ugwaljanza fit-trattament]

33

2018/C 104/43

Kawża T-213/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 5 ta’ Diċembru 2017 – El Corte Inglés vs EUIPO – Elho Business & Sport (FREE STYLE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Marque FREE STYLE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Ugwaljanza fit-trattament)

33

2018/C 104/44

Kawża T-457/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Schwamm & Cie. (Le Coq de France) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Le Coq de France — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti le coq — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)]

34

2018/C 104/45

Kawża T-775/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Kondyterska korporatsiia Roshen vs EUIPO – Krasnyiy oktyabr (Rappreżentazzjoni ta’ gamblu tal-ilma ħelu) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta gamblu tal-ilma ħelu — Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti tat-trade mark figurattiva РАКОВЫЕ ШЕЙКИ — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

35

2018/C 104/46

Kawża T-793/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Kaxxa ta’ preżentazzjoni għall-kornets) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kaxxa ta’ preżentazzjoni għall-kornets — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Bulgarija preċedenti — Raġunijiet għal invalidità — Użu, fid-disinn sussegwenti, ta’ sinjal distintiv li l-proprjetarju għandu d-dritt jipprojbixxi l-użu tiegħu — Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002 — Obbligu ta’ diliġenza — Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002)

35

2018/C 104/47

Kawża T-794/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Ippakkjar għall-kornets tal-ġelat) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kornet tal-ġelat — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Bulgarija preċedenti — Raġunijiet għal invalidità — Użu, fid-disinn sussegwenti, ta’ sinjal distintiv li l-proprjetarju għandu d-dritt jipprojbixxi l-użu tiegħu — Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002 — Obbligu ta’ diliġenza — Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002)

36

2018/C 104/48

Kawża T-795/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Krasnyiy oktyabr vs EUIPO – Kondyterska korporatsiia Roshen (CRABS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva CRABS — Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti tat-trade mark figurattiva РАКОВЫЕ ШЕЙКИ — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

37

2018/C 104/49

Kawża T-851/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Access Info Europe vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dikjarazzjonijiet UE-Turkija tat-8 u t-18 ta’ Marzu 2016 — Implementazzjoni mill-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri tal-miżuri previsti — Dokumenti redatti jew riċevuti mis-servizz legali ta’ istituzzjoni — Opinjonijiet legali — Analiżi dwar il-legalità tal-miżuri previsti fil-kuntest tal-implementazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-8 ta’ Marzu 2016 — Rifjut ta’ aċċess — Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali — It-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ opinjonijiet legali)

38

2018/C 104/50

Kawża T-852/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Access Info Europe vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dikjarazzjonijiet UE-Turkija tat-8 u t-18 ta’ Marzu 2016 — Implementazzjoni mill-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri tal-miżuri previsti — Dokumenti redatti jew riċevuti mis-servizz legali ta’ istituzzjoni — Opinjonijiet legali — Analiżi dwar il-legalità tal-miżuri previsti fil-kuntest tal-implementazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 — Rifjut ta’ aċċess — Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali — It-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ opinjonijiet legali)

39

2018/C 104/51

Kawża T-102/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Cantina e oleificio sociale di San Marzano vs EUIPO – Miguel Torres (SANTORO) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SANTORO — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti SANGRE DE TORO — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

39

2018/C 104/52

Kawżi magħquda T-125/13, T-152/13 u T-167/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ groundhandling — Kontribuzzjonijiet ta’ kapital imwettqa minn SEA favur Sea Handling — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Tħassir parzjali — Rinunzja — Ma hemmx parzjalment lok li tingħata deċiżjoni — Tneħħija mir-reġistru tal-impriżi)

40

2018/C 104/53

Kawża T-845/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – QG vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti ċerti klabbs tal-futbol — Rata preferenzjali applikata fil-kuntest taxxa fuq il-kumpanniji — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà manifesta)

41

2018/C 104/54

Kawża T-846/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – QF vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti ċerti klabbs tal-futbol — Rata preferenzjali applikata fil-kuntest taxxa fuq il-kumpanniji — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà manifesta)

42

2018/C 104/55

Kawża T-812/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – Seco Belgium u Vinçotte vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — kuntratti pubbliċi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Irtirar tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok, parzjalment, li tingħata deċiżjoni — Talba ta’ ordni — Nuqqas ta’ urġenza)

42

2018/C 104/56

Kawża T-10/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2018 – Eesti Apteekide Ühendus vs Il-Kummissjoni

43

2018/C 104/57

Kawża T-17/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Delfant Hoylaerts vs Il-Kummissjoni

44

2018/C 104/58

Kawża T-21/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

45

2018/C 104/59

Kawża T-22/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Il-Bulgarija vs Il-Kummissjoni

46

2018/C 104/60

Kawża T-25/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – PAN Europe vs Il-Kummissjoni

47

2018/C 104/61

Kawża T-36/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 – Asahi Intecc vs EUIPO – Celesio (Celeson)

48

2018/C 104/62

Kawża T-37/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2018 – Stirlinx Arkadiusz Kamusiński vs EUIPO – Heinrich Bauer Verlag (Brave Paper)

49

2018/C 104/63

Kawża T-40/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Ecolab USA vs EUIPO (SOLIDPOWER)

50

2018/C 104/64

Kawża T-43/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Rietze vs EUIPO – Volkswagen (Voitures)

50

2018/C 104/65

Kawża T-45/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Novenco Building & Industry vs EUIPO – Novenco Ventilator (Beijing) (NOVENCO)

51

2018/C 104/66

Kawża T-55/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2018 – NGV vs EUIPO (LIEBLINGSWEIN)

52

2018/C 104/67

Kawża T-56/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2018 – NGV vs EUIPO (WEIN FÜR PROFIS)

52

2018/C 104/68

Kawża T-57/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – NGV vs EUIPO (WEIN FÜR PROFIS)

53

2018/C 104/69

Kawża T-60/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Hangzhou Lezoo traveling equipment vs EUIPO – Promotional Traders (GREEN HERMIT)

53

2018/C 104/70

Kawża T-740/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2018 – Stips vs Il-Kummissjoni

54

2018/C 104/71

Kawża T-850/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2018 – QE vs Eurojust

54

2018/C 104/72

Kawża T-311/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2018 – Stips vs Il-Kummissjoni

55


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 104/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 94, 12.3.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 83, 5.3.2018

ĠU C 72, 26.2.2018

ĠU C 63, 19.2.2018

ĠU C 52, 12.2.2018

ĠU C 42, 5.2.2018

ĠU C 32, 29.1.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-433/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ħalib u prodotti mill-ħalib - Imposta addizzjonali fuq il-ħalib - Snin minn 1995/1996 sa 2008/2009 - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikoli 79, 80 u 83 - Regolament (KE) Nru 595/2004 - Artikoli 15 u 17 - Ksur - Assenza ta’ ħlas effettiv tal-imposta fit-termini previsti - Nuqqas ta’ rkupru f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-imposta))

(2018/C 104/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, D. Nardi u J. Guillem Carrau, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili u S. Fiorentino, avocatti dello Stato)

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tiżgura li l-imposta addizzjonali dovuta fuq il-produzzjoni li seħħet fl-Italja li taqbeż il-kwota nazzjonali, mill-ewwel sena ta’ impożizzjoni effettiva tal-imposta addizzjonali fl-Italja (1995/1996) u sal-aħħar sena li fiha kienet ikkonstatata produzzjoni żejda fl-Italja (2008/2009),

kienet effettivament ġiet allokata lill-produtturi li kkontribwixxew għal kull eċċess ta’ produzzjoni u

kienet tħallset fiż-żmien opportun, malli saritilhom komunikazzjoni dwar l-ammont dovut, mix-xerrejja jew mill-produtturi fil-każ ta’ bejgħ dirett, jew

f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas fit-termini previsti, li kienet iskritta fir-reġistru u, eventwalment, irkuprata permezz ta’ eżekuzzjoni forzata mingħand dawk ix-xerrejja jew produtturi,

ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib, tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, tal-Artikoli 79, 80 u 83 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika), kif ukoll, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 536/93 tad-9 ta’ Marzu 1993 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u prodotti mill-ħalib, tal-Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 3950/92, kif ukoll, fl-aħħar lok, tal-Artikoli 15 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament Nru 1788/2003, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006 tal-4 ta’ Ottubru 2006.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – F. Hoffmann-La Roche Ltd et vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(Kawża C-179/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Akkordju - Prodotti mediċinali - Direttiva 2001/83/KE - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Allegazzjonijiet relatati mar-riskji marbuta mal-użu ta’ prodott mediċinali għal trattament mhux kopert mill-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tiegħu (mingħajr ATS) - Definizzjoni tas-suq rilevanti - Restrizzjoni anċillari - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Eżenzjoni))

(2018/C 104/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F. Hoffmann-La Roche Ltd, Roche SpA, Novartis AG, Novartis Farma SpA

Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

fil-preżenza ta’: Associazione Italiana delle Unità Dedicate Autonome Private di Day Surgery e dei Centri di Chirurgia Ambulatoriale (Aiudapds), Società Oftalmologica Italiana (SOI) – Associazione Medici Oculisti Italiani (AMOI), Regione Emilia-Romagna, Altroconsumo, Regione Lombardia, Coordinamento delle associazioni per la tutela dell’ambiente e dei diritti degli utenti e consumatori (Codacons), Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tiegħu, awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tista’ tinkludi fis-suq rilevanti, minbarra l-prodotti mediċinali awtorizzati għat-trattament tal-patoloġiji kkonċernati, prodott mediċinali ieħor li l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiegħu ma tkoprix dan it-trattament, iżda li jintuża għal dan il-għan u li għalhekk jippreżenta relazzjoni konkreta ta’ sostitwibbiltà ma’ tal-ewwel. Sabiex jiġi ddeterminat jekk tali relazzjoni ta’ sostitwibbiltà teżistix, din l-awtorità għandha, sakemm ikun sar eżami tal-konformità tal-prodott inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet applikabbli li jirregolaw il-manifattura jew il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet jew mill-qrati kompetenti sabiex jagħmlu dan, tieħu inkunsiderazzjoni r-riżultat ta’ dan l-eżami, filwaqt li tevalwa l-effetti eventwali tiegħu fuq l-istruttura tad-domanda u tal-offerta.

2)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li akkordju bejn il-partijiet fi ftehim ta’ liċenzja dwar l-użu ta’ prodott mediċinali li, sabiex titnaqqas il-pressjoni tal-kompetizzjoni fuq l-użu ta’ dan il-prodott mediċinali għat-trattament ta’ patoloġiji partikolari, huwa intiż li jillimita l-aġir ta’ terzi li jikkonsisti f’li jikkonraġġixxi l-użu ta’ prodott mediċinali ieħor għat-trattament tal-istess patoloġiji, ma jevitax l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għar-raġuni li dan l-akkordju huwa anċillari għall-imsemmi ftehim.

3)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-akkordju bejn żewġ impriżi li jikkummerċjalizzaw żewġ prodotti mediċinali kompetituri, f’kuntest ikkaratterizzat minn inċertezza xjentifika, li jikkonċerna t-tixrid lill-Aġenzija Ewropea ghall-Mediċini, lill-professjonisti tas-saħħa u lill-pubbliku ġenerali, ta’ informazzjoni qarrieqa fuq l-effetti mhux mixtieqa tal-użu ta’ wieħed minn dawn il-prodotti mediċinali għat-trattament ta’ patoloġiji mhux koperti mill-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiegħu, sabiex titnaqqas il-pressjoni kompetittiva li tirriżulta minn dan l-użu fuq l-użu tal-prodott mediċinali l-ieħor.

4)

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li tali akkordju ma jistax jibbenefika mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of Gibraltar – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq it-talba ta’ Albert Buhagiar et vs Minister for Justice

(Kawża C-267/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Portata territorjali tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 355(3) TFUE - Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-aġġustamenti għat-Trattati - Artikolu 29 - Anness I, Taqsima I, punt 4 - Esklużjoni ta’ Ġibiltà mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea - Portata - Direttiva 91/477/KEE - Artikolu 1(4) - Artikolu 12(2) - Anness II - Pass Ewropew tal-armi tan-nar - Attivitajiet ta’ kaċċa u ta’ sparar sportiv - Applikabbiltà għat-territorju ta’ Ġibiltà - Obbligu ta’ traspożizzjoni - Assenza - Validità))

(2018/C 104/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of Gibraltar

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq it-talba ta’ Albert Buhagiar, Wayne Piri, Stephanie Piri, Arthur Taylor, Henry Bonifacio, Colin Tomlinson, Darren Sheriff

Konvenut: Minister for Justice

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 29 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-aġġustamenti għat-Trattati, moqri flimkien mal-punt 4 tat-Taqsima I tal-Anness I tal-imsemmi att, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess tal-armi, kif emendata bid-Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008, moqri flimkien mal-Artikolu 1(4) u l-Anness II tagħha, ma huwiex applikabbli fit-territorju ta’ Ġibiltà.

2)

L-eżami tad-domandi preliminari ma rrileva l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tad-Direttiva 91/477, kif emendata bid-Direttiva 2008/51.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-314/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Direttiva 2006/126/KE - Liċenzja tas-sewqan - Definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C kif ukoll D1))

(2018/C 104/05)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u Z. Malůšková, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Muller u J. Vláčil, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ssodisfatx l-obbligu li tikkategorizza taħt id-definizzjoni tal-kategoriji C1 u C, biss il-vetturi bil-mutur minbarra dawk tal-kategoriji D1 u D, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(d) u (f) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan.

2)

Billi llimitat id-definizzjoni tal-kategorija D1 għall-vetturi bil-mutur maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ iktar minn tmien passiġġieri, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(h) ta’ din id-direttiva.

3)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287, 08.08.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Bundesrepublik Deutschland vs Aziz Hasan

(Kawża C-360/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Modalitajiet u termini previsti għall-formulazzjoni ta’ rikors għall-finijiet ta’ teħid lura - Ritorn illegali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fi Stat Membru li jkun wettaq trasferiment - Artikolu 24 - Proċedura ta’ teħid lura - Artikolu 27 - Rimedju ġudizzjarju - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Fatti sussegwenti għat-trasferiment))

(2018/C 104/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesrepublik Deutschland

Konvenut: Aziz Hasan

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni ta’ trasferiment għandu jibbaża fuq is-sitwazzjoni fattwali eżistenti meta saret l-aħħar seduta quddiem il-qorti adita jew, fin-nuqqas ta’ seduta, fil-mument meta din il-qorti tiddeċiedi fuq ir-rikors.

2)

L-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal din inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha ċittadin ta’ pajjiż terz, wara li jkun ressaq applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-ewwel Stat Membru, ikun ġie ttrasferit lejn dan l-Istat Membru wara ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni ġdida mressqa fit-tieni Stat Membru, u wara jkun ġie lura, mingħajr permess ta’ residenza, fit-territorju ta’ dan it-tieni Stat Membru, dan iċ-ċittadin jista’ jkun is-suġġett ta’ proċedura ta’ teħid lura u ma jkunx possibbli li jsir trasferiment ġdid ta’ din il-persuna lejn l-ewwel minn dawn l-Istati Membri mingħajr ma tkun ġiet segwita din il-proċedura.

3)

L-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ġie lura, mingħajr permess ta’ residenza, fit-territorju ta’ Stat Membru li jkun fil-passat wettaq it-trasferiment tiegħu lejn Stat Membru ieħor, it-talba għall-finijiet ta’ teħid lura għandha tintbagħat fit-termini previsti minn din id-dispożizzjoni u li dawn ma għandhomx jibdew jiddekorru qabel ma l-Istat Membru rikjedenti ma jkun sar jaf bir-ritorn tal-persuna kkonċernata fit-territorju tiegħu.

4)

L-Artikolu 24(3) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta t-talba għall-finijiet ta’ teħid lura ma ssirx fit-termini previsti fl-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-regolament, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab il-persuna kkonċernata mingħajr permess ta’ residenza huwa responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ġdida li din il-persuna għandha tkun awtorizzata li tressaq.

5)

L-Artikolu 24(3) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-proċedura ta’ appell imressqa minn deċiżjoni li tkun ċaħdet l-ewwel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata fi Stat Membru tkun għadha pendenti ma għandhiex titqies li hija ekwivalenti għat-tressiq ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ġdida f’dan l-Istat Membru, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

6)

L-Artikolu 24(3) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta t-talba għall-finijiet ta’ teħid ta’ responsabbiltà ma ssirx fit-termini previsti fl-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-regolament u l-persuna kkonċernata ma tirrikorrix għall-possibbiltà li għandha jkollha li tippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ġdida:

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu din il-persuna mingħajr permess ta’ residenza tinsab jista’ xorta jagħmel talba għall-finijiet ta’ teħid lura, u li

din id-dispożizzjoni ma tawtorizzax it-trasferiment tal-imsemmija persuna lejn Stat Membru ieħor mingħajr ma ssir tali talba.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Dawid Piotrowski

(Kawża C-367/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorja - Artikolu 3(3) - Minuri - Ħtieġa ta’ verifika tal-età minima għar-responsabbiltà kriminali jew evalwazzjoni każ b’każ tal-kundizzjonijiet addizzjonali previsti mid-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għall-prosekuzzjoni jew kundanna ta’ minuri b’mod konkret))

(2018/C 104/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Dawid Piotrowski

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandha biss tirrifjuta l-konsenja ta’ persuni minuri li huma s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li, skont id-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, ma għandhomx l-età meħtieġa sabiex jinżammu kriminalment responsabbli għall-fatti li abbażi tagħhom inħareġ mandat fil-konfront tagħhom.

2)

L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-konsenja ta’ persuna minuri li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tivverifika biss jekk il-persuna kkonċernata laħqitx l-età minima sabiex tinżamm kriminalment responsabbli, fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, għall-fatti li fuqhom huwa bbażat tali mandat, mingħajr ma għandha tieħu inkunsiderazzjoni kundizzjonijiet addizzjonali relatati ma’ evalwazzjoni individwali, li għalihom id-dritt ta’ dan l-Istat Membru jissuġġetta b’mod konkret il-prosekuzzjoni jew il-kundanna ta’ persuna minuri għal tali fatti.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – F vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

(Kawża C-473/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 7 - Rispett tal-ħajja privata u tal-familja - Direttiva 2011/95/UE - Standards minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Biża’ ta’ persekuzzjoni minħabba l-orjentazzjoni sesswali - Artikolu 4 - Evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi - Rikors għal perizja - Testijiet psikoloġiċi))

(2018/C 104/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: F

Konvenut: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-awtorità responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali jew il-qrati aditi, skont il-każ, b’rikors kontra deċiżjoni ta’ din l-awtorità, milli jordnaw perizja fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi dwar l-orjentazzjoni sesswali allegata minn applikant, sa fejn il-modalitajiet ta’ tali perizja huma konformi mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-imsemmija awtorità u dawn il-qrati ma jibbażawx id-deċiżjoni tagħhom biss fuq il-konklużjonijiet tal-perizja u li ma humiex marbuta b’dawn il-konklużjonijiet fl-evalwazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ dan l-applikant dwar l-orjentazzjoni sesswali tiegħu.

2)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95, moqri fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi t-twettiq u l-użu, sabiex tiġi evalwata r-realtà tal-orjentazzjoni sesswali allegata ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali, ta’ perizja psikoloġika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha l-għan, abbażi ta’ testijiet projettivi tal-personalità, li tipprovdi stampa tal-orjentazzjoni sesswali ta’ dan l-applikant.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Maximilian Schrems vs Facebook Ireland Limited

(Kawża C-498/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikoli 15 u 16 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Kunċett ta’ “konsumatur” - Trasferiment bejn konsumaturi ta’ drittijiet li jistgħu jiġu invokati kontra l-istess professjonist))

(2018/C 104/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maximilian Schrems

Konvenuta: Facebook Ireland Limited

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li utent ta’ kont Facebook privat ma jitlifx il-kwalità ta’ “konsumatur”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, meta jippubblika kotba, jagħti konferenzi, jopera siti internet, jiġbor donazzjonijiet u jaċċetta t-trasferiment tad-drittijiet ta’ diversi konsumaturi sabiex jinvokahom quddiem qorti.

2)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-azzjoni ta’ konsumatur intiża sabiex jiġu invokati, fil-qrati tal-post fejn huwa domiċiljat, mhux biss id-drittijiet tiegħu, iżda wkoll drittijiet ittrasferiti minn konsumaturi oħra domiċiljati fl-istess Stat Membru, fi Stati Membri oħra jew fi Stati terzi.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-TmienAwla) tal-24 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Presidenza del Consiglio dei Ministri et vs Gianni Pantuso et

(Kawżi Magħquda C-616/16 u C-617/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi dwar attivitajiet ta’ tobba - Direttivi 75/363/KEE u 82/76/KEE - Taħriġ għal tobba speċjalisti - Remunerazzjoni xierqa - Applikazzjoni tad-Direttiva 82/76/KEE għat-taħriġ mibdi qabel it-terminu stabbilit għall-Istati Membri għat-traspożizzjoni tagħha u mitmuma wara din id-data)

(2018/C 104/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Università degli Studi di Palermo, Ministero della Salute, Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca Ministero del Tesoro

Konvenuti: Gianni Pantuso, Angelo Tralongo, Maria Michela D’Alessandro, Nello Grassi, Carmela Amato (C-616/16), Giovanna Castellano, Maria Concetta Pandolfo, Antonio Marletta, Vito Mannino, Olga Gagliardo, Emilio Nardi, Maria Catania, Massimo Gallucci, Giovanna Pischedda, Giambattista Gagliardo (C-617/16)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(c), l-Artikolu 3(1) u (2) kif ukoll l-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 75/363/KEE, tas-16 ta’ Ġunju 1975, dwar il-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi dwar attivitajiet ta’ tobba, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 82/76/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1982, għandhom jiġu interpretati fis-sens li kull taħriġ ta’ tabib speċjalista full-time jew part-time mibdi matul is-sena 1982 u li kompla sas-sena 1990 għandu jitħallas remunerazzjoni xierqa, fis-sens tal-imsemmi anness, bil-kundizzjoni li dan it-taħriġ ikun jirrigwarda speċjalizzazzjoni medika komuni għall-Istati Membri kollha jew tnejn jew iktar minnhom u jkun imsemmi fl-Artikoli 5 jew 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/362/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975, li tikkonċerna r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn tal-kwalifiki formali tat-tobba, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

2)

L-Artikolu 2(1)(c), l-Artikolu 3(1) u (2) kif ukoll l-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 75/363 kif emendata bid-Direttiva 82/76 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżistenza tal-obbligu, għal Stat Membru li jipprevedi remunerazzjoni xierqa, fis-sens ta’ dan l-anness, għal kull taħriġ ta’ tabib speċjalista full-time jew part-time li jibda matul is-sena 1982 u jkompli sas-sena 1990 ma jiddependix mill-adozzjoni, minn dan l-Istat ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 82/76. Il-qorti nazzjonali hija obbligata, meta tapplika dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati kemm qabel kif ukoll wara d-direttiva, li tinterpretahom sa fejn huwa possibbli fid-dawl tat-test u tal-għan ta’ dawn id-direttivi. Fil-każ fejn, minħabba l-assenza ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 82/76, ir-riżultat previst minn din d-direttiva ma jkunx jista’ jintlaħaq permezz ta’ interpretazzjoni, billi jieħdu inkunsiderazzjoni d-dritt intern kollu u billi japplikaw metodi ta’ interpretazzjoni rikonoxxuti minn dan id-dritt, id-dritt tal-Unjoni timponi li l-Istati Membri jikkumpensaw għad-danni li jkunu kkawżaw lill-individwi minħabba l-assenza ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja humiex sodisfatti sabiex, skont id-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru responsabbli jinżamm responsabbli.

3)

L-Artikolu 2(1)(c), l-Artikolu 3(1) u (2) kif ukoll l-Anness tad-Direttiva 75/363 kif emendata bid-Direttiva 82/76, għandhom jiġu interpretati fis-sens li remunerazzjoni xierqa, fis-sens tal-imsemmi anness, għal taħriġ ta’ tobba speċjalisti full-time u part-time, li jkun beda fl-1982 u kompla sal-1990 għandu jitħallas għall-perijodu ta’ dan it-taħriġ mill-1 ta’ Jannar 1983 sat-tmiem tal-imsemmi taħriġ.


(1)  ĠU C 63, 27.02.2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Jannar 2018 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs European Food SA, Société des produits Nestlé SA

(Kawża C-634/16 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali FITNESS - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità))

(2018/C 104/11)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: European Food SA (rappreżentant: I. Speciac, avocat), Société des produits Nestlé SA (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, S. Cobet-Nüse u A. Lambrecht, Rechtsanwälte)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 86, 20.03.2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Petra Dziatkowiak, Thomas Erich Heinz Dziatkowiak vs TUIfly GmbH

(Kawża C-352/17)

(2018/C 104/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Petra Dziatkowiak, Thomas Erich Heinz Dziatkowiak

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Novembru 2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/11


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 minn Thomas Murphy mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-4 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-90/16 – Murphy vs EUIPO

(Kawża C-538/17 P)

(2018/C 104/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Thomas Murphy (rappreżentanti: N. Travers SC, J. Gormley, BL, M. O’Connor, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Nike Innovate CV

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Jannar 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-30 ta’ Ottubru 2017 – Powszechny Zakład Ubezpieczeń na Życie S.A. vs Prezesowi Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

(Kawża C-617/17)

(2018/C 104/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Powszechny Zakład Ubezpieczeń na Życie S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Konvenut: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów (President tal-Uffiċċju tal-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumaturi, il-Polonja)

fil-preżenza tal-partijiet ikkonċernati: Edward Detka, Mirosław Krzyszczak, Zakład Projektowania i Programowania Systemów Sterowania Atempol sp. z o.o. (Piekary Śląskie, il-Polonja), Tomasz Woźniak, Spółdzielnia Kółek Rolniczych w Bielinach (Bieliny, il-Polonja), Lech Marchlewski, Ommer Polska sp. z o.o. (Krapkowice, il-Polonja), Zakład Przetwórstwa Drobiu Marica spółka jawna J.M.E.K. Wróbel sp. jawna (Bielsko Biała, il-Polonja), Glimat Marcinek i S-ka sp. jawna (Gliwice, il-Polonja) HTS Polska sp. z o.o., Jastrzębskie Zakłady Remontowe Dźwigi sp. z o.o. (Jastrzębie Zdrój, il-Polonja), Petrofer – Polska sp. z o.o. (Nowiny, il-Polonja), Paco Cases Andrzej Paczkowski, Piotr Paczkowski sp. jawna (Puszczykowo, il-Polonja), Bożena Kubalańca, Zbigniew Arczykowski, Przedsiębiorstwo Produkcji Handlu i Usług Unipasz sp. z o.o. (Radzikowice, il-Polonja), Pietrzak B.B. Beata Pietrzak Bogdan Pietrzak sp. jawna (Katowice, il-Polonja), Ewelina Baranowska, Przemysław Nikiel, Marcin Nikiel, Janusz Walocha u Marek Grzegolec.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jissuġġetta l-applikazzjoni tal-prinċipju ne bis in idem mhux biss għall-identiċità tal-persuna li qed twettaq il-ksur u għall-identiċità taċ-ċirkustanzi fattwali, iżda wkoll għall-identiċità tal-interess ġuridiku protett?

2)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), moqri flimkien mal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni parallela, minn awtorità tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni, tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u tad-dritt nazzjonali dwar il-kompetizzjoni, tagħti lok għall-protezzjoni tal-istess interess ġuridiku?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-8 ta’ Novembru 2017 – Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Orange Polska S.A.

(Kawża C-628/17)

(2018/C 104/15)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów (President tal-Uffiċċju tal-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumaturi, il-Polonja)

Konvenuta: Orange Polska S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Domanda preliminari

1)

L-Artikolu 8, moqri flimkien mal-Artikolu 9 u mal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu minn kummerċjant ta’ mudell ta’ konklużjoni ta’ kuntratti mill-bogħod għall-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, fejn il-konsumatur irid jieħu deċiżjoni finali fir-rigward tat-tranżazzjoni kkonċernata fil-preżenza tal-courrier li jagħtih il-mudell ta’ kuntratt, jikkostitwixxi prattika aggressiva tas-suq minħabba influwenza mhux xierqa:

a)

dejjem, inkwantu fil-preżenza tal-courrier il-konsumatur ma jkunx jista’ jiffamiljarizza ruħu liberament mal-kontenut tal-mudell ta’ kuntratt ipprovdut;

b)

biss meta l-konsumatur ma jkunx irċieva minn qabel u b’mod individwali (pereżempju fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, jew fl-indirizz tar-residenza tiegħu) il-mudelli ta’ kuntratt kollha, anki jekk kellu l-possibbiltà li jiffamiljarizza ruħu minn rajh dwar il-kontenut tiegħu fis-sit internet tal-kummerċjant qabel iż-żjara tal-courrier;

c)

biss meta konstatazzjonijiet ulterjuri jindikaw it-twettiq, mill-kummerċjant jew f’isem dan il-kummerċjant, ta’ miżuri żleali mmirati sabiex tiġi ristretta l-libertà tal-għażla tal-konsumatur fit-teħid ta’ deċiżjoni fir-rigward tat-tranżazzjoni?


(1)  ĠU 2005 L 149, p. 22.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fid-9 ta’ Novembru 2017 – Powszechna Kasa Oszczędności (PKO) Bank Polski S.A. vs Jacek Michalski

(Kawża C-632/17)

(2018/C 104/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Powszechna Kasa Oszczędności (PKO) Bank Polski S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Konvenut: Jacek Michalski

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), b’mod partikolari l-Artikolu 10 u l-Artikolu 22(1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-investigazzjoni minn bank (il-kreditur) fir-rigward ta’ konsumatur (il-persuna li tissellef) ta’ pretensjoni bbażata fuq estratt minn rekords tal-bank iffirmat minn persuna awtorizzata tagħmel dikjarazzjonijiet fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi tal-bank fuq il-proprjetà u li jkollu s-siġill tal-bank, u prova ta’ talba bil-miktub mibgħuta lid-debitur għall-ħlas, fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ordni għal ħlas, kif speċifikat fl-Artikolu 485§ 3 et seq tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU L 133, p. 66.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2017 – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main e.V. vs Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH

(Kawża C-686/17)

(2018/C 104/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main e.V.

Konvenuta: Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH

Domandi preliminari

1)

Sabiex jiġi ddefinit il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini msemmi fl-Artikolu 113a(1) tar-Regolament (KE) 1234/2007 (1) u fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2), għandu jsir riferiment għad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 23 et seq. tal-Kodiċi Doganali (3) u fl-Artikolu 60 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (4)?

2)

Il-faqqiegħ ikkultivat li jinħasad fit-territorju nazzjonali joriġina minn pajjiż fis-sens tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, meta numru ta’ stadji sostanzjali tal-produzzjoni jseħħu fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea u l-faqqiegħ ikkultivat ikun ġie ttrasportat fit-territorju nazzjonali tlett ijiem jew inqas qabel l-ewwel ħsad?

3)

Il-projbizzjoni ta’ dikjarazzjonijiet qarrieqa stabbilita fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/13/KE (5) u fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (6) hija applikabbli għall-indikazzjoni ta’ oriġini imposta mill-Artikolu 113a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u mill-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013?

4)

Jistgħu jiżdiedu noti ta’ spjega mal-indikazzjoni ta’ oriġini imposta mill-Artikolu 113a(1) tar-Regolament (KE) Nru1234/2007 u mill-Artikolu 76 (1) tar-Regolament UE) Nru 1308/2013 sabiex jiġu evitati dikjarazzjonijiet qarrieqa konformement mal-projbizzjoni imposta fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/13/KE kif ukoll fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU 2007, L 299, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(4)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269, p. 1).

(5)  Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 75).

(6)  Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU 2011, L 304, p. 18).


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Allianz Vorsorgekasse AG

(Kawża C-699/17)

(2018/C 104/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Allianz Vorsorgekasse AG

Partijiet oħra fil-kawża: Bundestheater-Holding GmbH, Burgtheater GmbH, Wiener Staatsoper GmbH, Volksoper Wien GmbH, ART for ART Theaterservice GmbH, fair-finance Vorsorgekasse AG

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku (1) kif ukoll l-Artikoli 49 u 56 TFUE, u l-prinċipji ta’ ugwaljanza ta’ trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza li jirriżultaw minnhom fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi, japplikaw għall-konklużjoni, bejn awtoritajiet kontraenti u fondi ta’ previdenza professjonali, ta’ ftehim dwar it-tmexxija u l-investiment ta’ kontribuzzjonijiet ta’ natura remuneratorja, meta l-konklużjoni tal-ftehim u, għalhekk, l-għażla tal-fond ta’ previdenza, teħtieġ il-kunsens tal-persunal jew tar-rappreżentanza tiegħu, u b’hekk ma tistax titwettaq mill-awtorità kontraenti waħedha?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Finanzamt Kyritz vs Wolf-Henning Peters

(Kawża C-700/17)

(2018/C 104/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Kyritz

Konvenut: Wolf-Henning Peters

Domandi preliminari

1)

L-eżenzjoni fir-rigward tal-provvista ta’ kura medika mogħtija minn tabib speċjalist fil-kimika klinika u fid-dijanjostika tal-laboratorju għandha tiġi evalwata, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, fid-dawl tal-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jew fid-dawl tal-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

2)

L-applikabbiltà tal-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — fil-każ li din id-dispożizzjoni tal-aħħar hija applikabbli — teħtieġ li jkun hemm relazzjoni ta’ fiduċja bejn it-tabib u l-persuna mogħtija l-kura?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (l-Awstrija) fit-28 ta’ Diċembru 2017 – Mohammed Bilali

(Kawża C-720/17)

(2018/C 104/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohammed Bilali

Konvenut: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 (1), jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, dwar il-possibbiltà li jiġi rrevokat l-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja, li tipprovdi li l-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja jista’ jiġi rrevokat mingħajr ma ċ-ċirkustanzi fattwali stess li mmotivaw l-għoti tal-istatus ikunu nbidlu, iżda jkun biss l-istat tal-għarfien tal-awtoritajiet fir-rigward ta’ dawn iċ-ċirkustanzi fattwali li jkun inbidel u li, f’dan ir-rigward, la alterazzjonijiet u lanqas ommissjonijiet ta’ fatti min-naħa taċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew tal-persuna mingħajr Stat ma kellhom rwol determinanti fid-deċiżjoni li jingħata l-istatus ikkonferit mill-protezzjoni sussidjarja?


(1)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fid-29 ta’ Diċembru 2017 – Lies Craeynest et vs Brussels Hoofdstedelijk Gewest u Brussels Instituut voor Milieubeheer; il-parti l-oħra: Belgische Staat

(Kawża C-723/17)

(2018/C 104/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lies Craeynest, Cristina Lopez Devaux, Frédéric Mertens, Stefan Vandermeulen, Karin De Schepper, Clientearth vzw

Konvenuti: Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Brussels Instituut voor Milieubeheer

Il-parti l-oħra: Belgische Staat

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2008/50/KE (1) (tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta huwa allegat li Stat Membru ma installax il-punti ta’ kampjunament f’żona konformement mal-kriterji previsti fil-punt 1(a) tal-Parti B tal-Anness III tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina, fuq it-talba ta’ individwi direttament ikkonċernati mill-qbiż tal-valuri limitu previsti fl-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva, jekk il-punti ta’ kampjunament ġewx installati konformement ma’ dawn il-kriterji u, jekk dan ma jkunx il-każ, li jittieħdu fir-rigward tal-awtorità nazzjonali l-miżuri neċesssarji kollha, bħal ordni, sabiex il-punti ta’ kampjunament ikunu konformi ma’ dawn il-kriterji?

2)

Ikun hemm qbiż ta’ valur limitu fis-sens tal-Artikolu 13(1) u tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50/KE (tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, meta r-riżultati tal-miżuri mwettqa f’punt ta’ kampjunament wieħed previst fl-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jippermettu li jiġi kkonstatat li valur limitu, stabbilit mill-Anness XI ta’ din id-direttiva għall-medja kkalkolata kull sena kalendarja, huwa maqbuż jew ikun hemm qbiż f’dan is-sens unikament meta dan jirriżulta mill-medja tar-riżultati tal-miżuri tal-punti ta’ kampjunament kollha ta’ żona partikolari fis-sens ta’ din id-direttiva?


(1)  Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008, L 152, p. 1).


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-28 ta’ Diċembru 2017 – Edward Reich, Debora Lieber, Ella Reich, Ezra Bernard Reich vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

(Kawża C-730/17)

(2018/C 104/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edward Reich, Debora Lieber, Ella Reich, Ezra Bernard Reich

Konvenuta: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

Domanda preliminari

L-Artikoli 3, 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 261/2004”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li meta trasportatur tal-ajru, li jopera u Komunitarju, fis-sens ta’ dan ir-Regolament 261/2004, jikkonkludi kuntratt ta’ trasport bl-ajru ta’ passiġġieri ma’ konsumaturi li jinkludi traġitt bil-ferrovija minn stazzjon tal-ferrovija li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, li fih huma ddomiċiljati dawn il-konsumaturi, lejn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li minnu l-konsumaturi jieħdu t-tijira tagħhom lejn id-destinazzjoni finali tagħhom, jiġifieri ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat terz, meta dawn il-konsumaturi ma għandhom ebda rabta legali mal-kumpannija li topera t-traġitt bil-ferrovija iżda b’mod ċar it-trasportatur tal-ajru għandu ftehimiet magħha u t-traġitt bil-ferrovija, inkluż fil-kuntratt, kellu dewmien sinjifikattiv li kellu bħala konsegwenza li dawn il-konsumaturi ma setgħux jieħdu t-tijira tagħhom minn dan l-ajruport li jinsab fit-territorju tal-Istat Membru l-ieħor, dawn il-konsumaturi jistgħu jinvokaw drittijiet stabbiliti mir-Regolament 261/2004 u jeżiġu kumpens konformement mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament 261/2001?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-2 ta’ Jannar 2018 – SIA Oriola Rīga vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-1/18)

(2018/C 104/23)

Lingwa tal-kawża: il-Latvja

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA Oriola Rīga

Il-parti l-oħra fil-kawża: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

F’każ li l-merkanziji importati jkunu jikkonsistu fi prodotti mediċinali, fil-mument tad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-imsemmija merkanziji skont l-Artikolu 30(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1) tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u skont l-Artikolu 151(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, għandu jitqiesu li l-merkanziji simili huma dawk il-prodotti mediċinali li fis-sustanza attiva u fil-kwantità tagħhom huma ugwali (jew simili), jew inkella, sabiex jiġu identifikati merkaniziji simili, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-pożizzjoni fis-suq, jiġifieri l-popolarità u d-domanda għall-prodott mediċinali importat inkwistjoni u tal-produttur tiegħu?

2)

Fil-mument tad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanziji importati skont l-Artikolu 30(2)c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi applikat bi flessibbiltà it-terminu ta’ 90 jum imsemmi fl-Artikolu 152(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju?

3)

Jekk it-terminu stabbilit għandu jiġi applikat bi flessibbiltà, għandha tingħata prijorità lid-data li tikkonċerna tranżazzjonijiet li jkunu l-eqreb il-mument tal-importazzjoni tal-merkanziji li għandhom jiġu vvalutati, liema merkanziji jkunu identiċi jew simili u li jinbiegħu fi kwantità suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit il-prezz unitarju jew, għall-kuntrarju, għandha tingħata prijorità lid-data li tikkonċerna tranżazzjonijiet li jkunu inqas qrib iżda li s-suġġett tagħhom ikun il-merkanziji importati?

4)

Fil-mument tad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanziji importati skont l-Artikolu 30(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandhom jiġu applikati l-iskontijiet mogħtija li ddeterminaw il-prezz li bih ġew effettivament mibjugħa il-merkaniziji?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6. p. 3).


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Jannar 2018 – Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė

(Kawża C-2/18)

(2018/C 104/24)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė

Konvenut: Lietuvos Respublikos Seimas

Domandi preliminari

1)

Huwa possibbli li l-Artikolu 148(4) tar-Regolament Nru 1308/2013 (1) jiġi interpretat fis-sens li, għal skopijiet ta’ tisħiħ tas-setgħa ta’ negozjazzjoni tal-produtturi ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prevenzjoni tal-prattiki kummerċjali żleali, u b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċerti partikolaritajiet strutturali tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll tal-evoluzzjoni tas-suq tal-ħalib, ma jipprekludix l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha l-effett li tillimita l-libertà tal-partijiet f’kuntratt li jinnegozjaw il-prezz tax-xiri ta’ ħalib mhux ipproċessat sa fejn ix-xerrej jiġi pprojbit milli jħallas lill-bejjiegħa li għandhom jiġu kklassifikati fl-istess grupp fir-rigward tal-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat mibjugħ u li ma jappartjenu għal ebda organizzazzjoni rrikonoxxuta ta’ produtturi tal-ħalib, prezzijiet ta’ xiri differenti għal ħalib mhux ipproċessat li għandu kompożizzjoni u kwalità identiċi u li jiġi kkunsinnat lix-xerrej skont metodi identiċi, u li l-partijiet b’hekk ma jistgħux jiftehmu fuq prezz ta’ xiri differenti skont fatturi oħra, ikunu xi jkunu?

2)

Huwa possibbli li l-Artikolu 148(4) tar-Regolament Nru 1308/2013 jiġi interpretat fis-sens li, għal skopijiet ta’ tisħiħ tas-setgħa ta’ negozjazzjoni tal-produtturi tal-ħalib mhux ipproċessat u ta’ prevenzjoni tal-prattiki kummerċjali żleali u b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċerti partikolaritajiet strutturali tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll tal-evoluzzjoni tas-suq tal-ħalib, ma jipprekludix l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha l-effett li tillimita l-libertà tal-partijiet f’kuntratt li jinnegozjaw il-prezz tax-xiri ta’ ħalib mhux ipproċessat sa fejn ix-xerrej jiġi pprojbit milli jbaxxi l-prezz tax-xiri mingħajr ġustifikazzjoni u sa fejn ikun possibbli li dan il-prezz jitbaxxa b’iktar minn 3 % biss jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat tkun iddikjarat it-tnaqqis bħala ġġustifikat?


(1)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671).


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/19


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2018 minn Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-712/14, Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-3/18 P)

(2018/C 104/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) (rappreżentant: P. A. Benczek, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, LVMH Moët Hennessy-Louis Vuitton SA, Rolex, SA, The Swatch Group SA

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali; u

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża AT.39097 – Watch Repair;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiġi eżaminata mill-ġdid;

tikkundanna lill-Kummissjoni u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk ta’ CEAHR, sostnuti fil-kuntest tal-proċedura tal-ewwel istanza tagħha kif ukoll fil-kuntest tal-appell odjern;

sussidjarjament, tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom sostnuti kemm fil-kuntest tal-proċedura tal-ewwel istanza tagħha kif ukoll fil-kuntest tal-appell odjern.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta stabbilixxiet analoġija bejn l-evalwazzjoni ġurisprudenzjali tas-sistemi ta’ distribuzzjoni selettiva u l-evalwazzjoni adegwata tas-sistema ta’ tiswija selettiva inwkistjoni.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet serje ta’ żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li s-sistemi ta’ tiswija selettiva u r-rifjut ta’ provvista inkwistjoni fil-kawża kienu ġġustifikati u proporzjonati. Barra minn hekk, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali b’mod manifest wettqet żball meta kkonkludiet li l-Kummissjoni kellha raġuni tqis li l-arloġġi ta’ prestiġju huma oġġetti kumplessi u li din il-konstatazzjoni tiġġustifika s-sistema ta’ tiswija selettiva u r-rifjut ta’ provvista inkwistjoni fil-kawża odjerna. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest meta ddeċidiet li l-Kummissjoni kellha raġun tikkonkludi li kien jeżisti riskju ta’ imitazzjoni illegali tal-arloġġi ta’ prestiġju li jiġġustifika s-sistema ta’ tiswija selettiva u r-rifjut ta’ provvista inkwistjoni. Fl-aħħar, il-Qorti Ġenerali żbaljat b’mod manifest meta kkonstatat li l-Kummissjoni kellha raġun tikkonkludi li l-kundizzjonijiet imposti mill-produtturi ta’ arloġġi ta’ prestiġju probabbilment ma kinux imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju.

Permezz tat-tielet u r-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tikkontesta l-evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-Qorti Ġenerali fuq l-impatt tar-rifjut ta’ provvista ta’ partijiet tal-bdil, fuq l-eżistenza ta’ kompetizzjoni effettiva fuq is-swieq tat-tiswija u tal-manutenzjoni tal-arloġġi inkwistjoni; bl-istess mod hija tikkontesta l-konklużjoni naxxenti minhha dwar il-probabbiltà dgħajjfa li jiġi stabbilit abbuż minn pożizzjoni dominanti fil-każ ineżami. L-appellanti ssosnti li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet favur l-eżistenza ta’ kompetizzjoni bejn dawk li persuni approvati li joffru t-tiswija kif ukoll bejn dawn tal-aħħar u ċ-ċentri ta’ tiswija interni tal-produtturi.

Permezz tal-ħames aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet proċedurali tagħha billi ċaħditha milli tippreżenta risposti għan-noti tal-intervenjenti, peress li hija ma kinitx osservat terminu minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali, u billi ċaħditha milli tiftaħ id-dibattiti mill-ġdid wara t-talba tagħha sabiex tippreżenta provi ġodda.

Permezz tal-ħames aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma eżerċitatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha sabiex tiddeċiedi jekk l-intervenjenti għandhomx ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Jannar 2018 – Eva Glawischnig-Piesczek vs Facebook Ireland Limited

(Kawża C-18/18)

(2018/C 104/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eva Glawischnig-Piesczek

Konvenuta: Facebook Ireland Limited

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (1) jipprekludi, b’mod ġenerali, li wieħed mill-obbligi elenkati iktar ’il quddiem jiġi impost fuq fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li ma rtirax fil-pront ċerta informazzjoni illegali, jiġifieri mhux biss din l-informazzjoni illegali fis-sens tal-Artikolu 14(1)(a) tad-direttiva, iżda wkoll informazzjoni oħra identika:

a.a.

fil-livell dinji?

a.b.

fl-Istat Membru kkonċernat?

a.c.

tal-persuna kkonċernata li tirċievi s-servizz fil-livell dinji?

a.d.

tal-persuna kkonċernata li tirċievi s-servizz fl-Istat Membru kkonċernat?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: dan japplika wkoll fir-rigward tal-informazzjoni b’kontenut ekwivalenti?

3)

Dan japplika wkoll fir-rigward tal-informazzjoni b’kontenut ekwivalenti mill-mument meta l-operatur isir jaf b’din iċ-ċirkustanza?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/21


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-20/18)

(2018/C 104/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, J. Samnadda, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li billi ma adottax, sa mhux iktar tard mill-10 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU 2014, L 84, p. 72), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 43(1) ta’ din id-direttiva;

timponi fuq il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 12 920,00 għal kull jum mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża talli naqas mill-obbligu tiegħu li jikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/26/UE;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Istati Membri kienu meħtieġa, skont l-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2014/26/UE li jadottaw il-miżuri nazzjonali neċessarji għat-traspożizzjoni tal-obbligi ta’ din id-direttiva mhux iktar tard mill-10 ta’ April 2016. Fl-assenza ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva mil-Lussemburgu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 12 920,00 jiġu imposti fuq il-Lussemburgu. L-ammont tal-pagamenti ta’ penalità ġie kkalkolat billi ttieħdu inkunsiderazzjoni l-gravità u t-tul tal-ksur kif ukoll l-effett dissważiv skont il-kapaċità ta’ ħlas ta’ dan l-Istat Membru.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fis-17 ta’ Jannar 2018 – Verein für Konsumenteninformation vs Deutsche Bahn AG

(Kawża C-28/18)

(2018/C 104/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Obersten Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verein für Konsumenteninformation

Konvenuta: Deutsche Bahn AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament SEPA”) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċjarju huwa pprojbit milli jissuġġetta l-aċċettazzjoni ta’ pagamenti permezz ta’ debitu dirett SEPA għall-kundizzjoni li l-persuna li tħallas ikollha d-domċilju tagħha fl-Istat Membru li fih l-benefiċjarju għandu wkoll ir-residenza jew id-domiċilju tiegħu, meta mezzi oħra ta’ pagament, bħal pereżempju permezz ta’ karta ta’ kreditu, ikunu aċċettati wkoll?


(1)  ĠU 2012, L 94, p. 22.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/23


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 minn Claire Staelen mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-28 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-217/11 REV, Staelen vs L-Ombudsman Ewropew

(Kawża C-45/18 P)

(2018/C 104/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Claire Staelen (rappreżentant: V. Olona, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Ombudsman Ewropew

Talbiet

tannulla d-digriet T-217/11 REV,

tiddikjara t-talba għal reviżjoni tas-sentenza T-217/11 ammissibbli,

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-ispejjeż kollha ta’ kull istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka diversi aggravvi bbażati fuq:

l-illegalità parzjali tal-Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

il-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu l69 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

l-iżnaturament tal-fatti u l-iżball ta’ liġi inkwantu l-Qorti Ġenerali kklassifikat id-deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju 2005 bħala lista ta’ kandidati xierqa u deċiżjoni ta’ proroga ta’ lista ta’ kandidati xierqa;

l-iżball ta’ liġi inkwantu l-Qorti Ġenerali allegat li deċiżjoni li ma hijiex innotifikata lid-destinatarji tagħha kollha tista’ tiġi infurzata u l-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament;

l-iżnaturament tal-fatti u l-konklużjonijiet manifestament kontradittorji tal-Qorti Ġenerali dwar l-allegat nuqqas ta’ diliġenza tal-appellanti u l-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi;

l-assenza ta’ motivazzjoni dwar in-natura deċiżiva tal-fatti ġodda.


Il-Qorti Ġenerali

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Larko vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-412/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Bejgħ ta’ ċerti attivi sfruttati minn impriża jew li jappartjenu għaliha fil-kuntest ta’ programm ta’ privatizzazzjoni - Assenza ta’ kontinwità ekonomika - Rikors mill-benefiċċjarju tal-għajnuna - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”))

(2018/C 104/30)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentanti: I. Dryllerakis, N. Korogiannakis, I. Soufleros, E. Triantafyllou, G. Psaroudakis u E. Rantos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar, É. Gippini Fournier u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1805, tas-27 ta’ Marzu 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 37954 (2013/N) – Il-Greċja – Bejgħ ta’ ċerti attivi ta’ Larco General Mining & Metallurgical Company SA. (ĠU 2014, C 156, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Larko vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-423/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-Greċja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju tal-investitur privat - Ammont ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji”))

(2018/C 104/31)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Dryllerakis, I. Soufleros, E. Triantafyllou, G. Psaroudakis, E. Rantos u N. Korogiannakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/539/UE tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C) (ex 13/NN) mogħtija mill-Greċja lil Larko General Mining & Metallurgical Company SA (ĠU 2014, L 254, p. 24).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Dôvera zdravotná poist’ovňa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-216/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard - Żieda tal-kapital, ħlas lura ta’ djun, sussidji u skema ta’ugwalizzazzjoni tar-Riskju - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ impriża u ta’ attività ekonomika - Prinċipju ta’ solidarjetà - Kontroll mill-Istat - Attività ta’ natura ekonomika - Kompetizzjoni fir-rigward il-kwalità - Preżenza ta’ operaturi li għandhom għan lukrattiv - Riċerka, użu u distribuzzjoni ta’ benefiċċji - Żball ta’liġi - Żball ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 104/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dôvera zdravotná poist’ovňa, a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u L. Armati, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Union zdravotná poist’ovňa, a.s. (Bratislava) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Pijnacker Hordijk u A. ter Haar, sussegwentement minn A. ter Haar, avukati)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP), u għal Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s (VZP) (ĠU 2015, L 41, p. 25).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal- 15 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP) u Všeobecná zdravotná poisťovňa, a. s. (VZP)hija nnullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mid-Dôvera zdravotná poist’ovňa, a.s u mill-Union zdravotná poist’ovňa a.s.

3)

Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015,


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Pari Pharma vs EMA

(Kawża T-235/15) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument miżmum mill-EMA u prodott fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Vantobra - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għad-dokumenti - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità”))

(2018/C 104/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pari Pharma GmbH (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Epping u W. Rehmann, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, A. Rusanov, S. Marino, A. Spina u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Traband, aġenti) u Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-EMA EMA/271043/2015 tal-24 ta’ April 2015 li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal dokumenti li fihom informazzjoni prodotta fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Vantobra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pari Pharma GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Novartis Europharm Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 221, 6.7.2015.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – European Dynamics Luxembourg et vs ECHA

(Kawża T-477/15) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri ta’ sejħa għal offerti - Provvisti ta’ servizzi informatiċi għall-applikazzjonijiet tal-ECHA - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2018/C 104/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, (Ateni, il-Grèċja) (rappreżentanti: M. Sfyri, D. Papadopoulou u C. N. Dede, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: inizjalment E. Maurage, W. Broere u M. Heikkilä, sussegwentement W. Broere u M. Heikkilä, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A. M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet, ikkomunikati lir-rikorrenti b’ittra tal-25 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħhom l-ECHA ċaħdet l-offerta tal-konsorzju European Dynamics għall-attribuzzjoni tal-Kuntratt ECHA/2014/86, dwar il-provvisti ta’ servizzi informatiċi għall-applikazzjonijiet tal-ECHA, u tat dan il-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-506/15) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż magħmula mill-Greċja - Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa - Skema ta’ għajnuna skont is-superfiċji - Kunċett ta’ mergħat permanenti - Kundizzjonijiet ta’ impożizzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 25 % - Komunikazzjoni previsa fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 - Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Kundizzjonalità - Stħarriġ tar-rekwiżiti leġiżlattivi fil-qasam ta’ ġestjoni - Stħarriġ tal-kundizzjonijiet tajbin agrikoli u ambjentali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tnaqqis ta’ korrezzjoni annwali permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali”))

(2018/C 104/35)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Κanellopoulos, Ε. Leftheriotou, O. Tsirkinidou u Α. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg u D. Triantafyllou, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/15) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Programm għall-iżvilupp rurali eżagonali - Miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali - Żoni ta’ żvantaġġi naturali - Korrezzjoni finanzjarja fissa - Infiq imwettaq minn Franza - Kontrolli fuq il-post - Kriterju ta’ addebitu - Għadd tal-annimali - Żieda tar-rata ta’ korrezzjoni fissa minħabba li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kien rikorrenti - Garanziji proċedurali”))

(2018/C 104/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Franza (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues, D. Colas, R. Coesme u A. Daly, sussegwentement D. Colas, R. Coesme u A. Daly, fl-aħħar nett D. Colas, R. Coesme, S. Horrenberger u E. De Moustier, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Lewis u J. Aquilina, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Sampol Pucurull, sussegwentement V. Ester Casas, aġenti

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn tapplika korrezzjoni fissa b’żieda ta’ 10 % minħabba li n-nuqqas ikkontestat lill-awtoritajiet Franċiżi fil-qasam tal-għadd tal-annimali kien rikorrenti u ma kienx suġġett ta’ titjib min-naħa tagħhom.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni Ewropea jbatu l-ispejjeż tagħhom.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-611/15) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Werrej tal-fajl tal-Kummissjoni dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu ta’ informazzjoni dwar ir-rimedji ġudizzjarji - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni - Preżunjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità”))

(2018/C 104/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring mbH (Melsungen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Wagner u H. Hoffmeyer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Clotuche-Duvieusart, L. Wildpanner u A. Buchet, sussegwentement F. Clotuche-Duvieusart, A. Buchet u F. Erlbacher u fl-aħħar F. Clotuche-Duvieusart u A. Buchet, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2015 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2013 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39914 – Euro Interest Rate Derivatives (EIRD) – Proċedura ta’ tranżazzjoni), kif ukoll għall-werrej tal-fajl amministrattiv ta’ din il-proċedura u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tħejji verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni C(2013) 8512 finali u tal-werrej relatat ma’ din il-proċedura.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – PTC Therapeutics International vs EMA

(Kawża T-718/15) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument miżmum mill-EMA u prodott fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Translarna - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għad-dokument - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità”))

(2018/C 104/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PTC Therapeutics International Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Thomas, barrister, G. Castle, B. Kelly, H. Billson, solicitors, u M. Demetriou, QC, sussegwentement, C. Thomas, M. Demetriou, G. Castle u B. Kelly)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, A. Spina, S. Marino, A. Rusanov u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs (Eucope) (rappreżentanti: D. Scannell, barrister u S. Cowlishaw, solicitor)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-EMA EMA/722323/2015 tal-25 ta’ Novembru 2015 li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal dokument li fih informazzjoni prodotta fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Translarna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PTC Therapeutics International Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs (Eucope) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA

(Kawża T-729/15) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument miżmum mill-EMA u prodott fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali veterinarju Bravecto - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għal dokumenti - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità”))

(2018/C 104/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MSD Animal Health Innovation GmbH (Schwabenheim, il-Ġermanja) u Intervet international BV (Boxmeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Bogaert, avukat, B. Kelly u H. Billson, solicitors, J. Stratford, QC, u C. Thomas, barrister, sussegwentement P. Bogaert, B. Kelly, J. Stratford u C. Thomas)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, A. Spina, S. Marino, A. Rusanov u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-EMA EMA/785809/2015 tal-25 ta’ Novembru 2015 li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal dokumenti li fihom informazzjoni prodotta fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali veterinarju Bravecto.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MSD Animal Health Innovation GmbH u Intervet international BV għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Philip Morris Brands vs EUIPO – Explosal (Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel)

(Kawża T-105/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Marlboro - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”))

(2018/C 104/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris Brands Sàrl (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u M. Simandlova, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Explosal Ltd (Larnaca, iċ-Ċipru) (rappreżentant: D. McFarland, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2775/2014-1), dwar proċedimernti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Philip Morris u Explosal.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2775/2014-1) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO u Explosal Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti minn Philip Morris Brands Sàrl.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Ranocchia vs ERCEA

(Kawża T-208/16) (1)

([“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC 2015 - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) - Orizzont 2020 - Deċiżjoni tal-ERCEA li tiddikjara li l-proposta ppreżentata mir-rikorrent ma hijiex eliġibbli - Proġett dwar l-identifikazzjoni tal-algoritmi matematiċi li jiffaċilitaw il-qari u l-analiżi ta’ ċerti manuskritti antiki - Użu ħażin ta’ poter - Żball ta’ fatt - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”])

(2018/C 104/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Graziano Ranocchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: C. Intino, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (rappreżentanti: inizjalment M. E. Chacon Mohedano, R. Maggio Panizza u L. Moreau, sussegwentement E. Chacon Mohedano, R. Maggio Panizza u F. Sgritta, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-ERCEA Ares(2016) 1020667 tas 26 ta’ Frar 2016 li ċaħdet it-talba tar-rikorrent għar-reviżjoni tad-deċiżjoni li rrifjutat is-sussidju tal-proposta ta’ riċerka Nru 682937, intitolata “PHercSchools2 – The Hellenistic Philosophical Schools in the Herculaneum Papyri”, it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-ERCEA Ares(2015) 5922529 tas 17 ta’ Diċembru 2015 li rrifjutat is-sussidju ta’ din il-proposta ta’ riċerka u, it-tielet nett, ta’ kull att preliminari u konsekuttiv għal dawn l-atti u konness magħhom, b’mod partikolari l-lista tal-proġetti approvati għall-programm ta’ sussidju “ERC-Consolidator Grant”, magħmula pubblika permezz tal-istqarrija għall-istampa tal-ERCEA tat-12 ta’ Frar 2016.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Graziano Ranocchia huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – El Corte Inglés vs EUIPO – Elho Business & Sport (FRee STyLe)

(Kawża T-212/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva FRee STyLe - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001) - Ugwaljanza fit-trattament”])

(2018/C 104/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (Obergriesbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Warnke, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2016 (Każ R 377/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elho Business & Sport u El Corte Inglés.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 5 ta’ Diċembru 2017 – El Corte Inglés vs EUIPO – Elho Business & Sport (FREE STYLE)

(Kawża T-213/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Marque FREE STYLE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2018/C 104/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (Obergriesbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Warnke, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Frar 2016 (Każ R 378/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elho Business & Sport u El Corte Inglés.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Schwamm & Cie. (Le Coq de France)

(Kawża T-457/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Le Coq de France - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti le coq - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)”])

(2018/C 104/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Schifko u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Schwamm & Cie. mbH (Sarrebruck, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1786/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Schwamm & Cie u Aldi Einkauf.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aldi Einkauf FmbH & Co. OHG huma kkundannati għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Kondyterska korporatsiia “Roshen” vs EUIPO – Krasnyiy oktyabr (Rappreżentazzjoni ta’ gamblu tal-ilma ħelu)

(Kawża T-775/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta gamblu tal-ilma ħelu - Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti tat-trade mark figurattiva РАКОВЫЕ ШЕЙКИ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 104/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: R. Žabolienė u I. Lukauskienė, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: O. Spuhler, M. Geitz u J. Stock, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2419/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” u Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Kaxxa ta’ preżentazzjoni għall-kornets)

(Kawża T-793/16) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kaxxa ta’ preżentazzjoni għall-kornets - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Bulgarija preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Użu, fid-disinn sussegwenti, ta’ sinjal distintiv li l-proprjetarju għandu d-dritt jipprojbixxi l-użu tiegħu - Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002 - Obbligu ta’ diliġenza - Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”))

(2018/C 104/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Şehitkamil Gaziantep, it-Turkija) (rappreżentant: T. Tsenova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elka Zaharieva (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1143/2015-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret u E. Zaharieva.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1143/2015-3) hija annullata.

2)

It-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn irreġistrat bin-numru 002343244-0002 hija milqugħa.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell.

4)

Elka Zaharieva għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Ippakkjar għall-kornets tal-ġelat)

(Kawża T-794/16) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kornet tal-ġelat - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Bulgarija preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Użu, fid-disinn sussegwenti, ta’ sinjal distintiv li l-proprjetarju għandu d-dritt jipprojbixxi l-użu tiegħu - Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002 - Obbligu ta’ diliġenza - Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”))

(2018/C 104/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Şehitkamil Gaziantep, it-Turkija) (rappreżentant: T. Tsenova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elka Zaharieva (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1144/2015-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret u E. Zaharieva.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1144/2015-3) hija annullata.

2)

It-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn irreġistrat bin-numru 002343244-0001 hija milqugħa.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

4)

Elka Zaharieva għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Krasnyiy oktyabr vs EUIPO – Kondyterska korporatsiia “Roshen” (CRABS)

(Kawża T-795/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva CRABS - Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti tat-trade mark figurattiva РАКОВЫЕ ШЕЙКИ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 104/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: O. Spuhler, M. Geitz u J. Stock, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: R. Žabolienė u I. Lukauskienė, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2507/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” u Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” OAO hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Access Info Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-851/16) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dikjarazzjonijiet UE-Turkija tat-8 u t-18 ta’ Marzu 2016 - Implementazzjoni mill-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri tal-miżuri previsti - Dokumenti redatti jew riċevuti mis-servizz legali ta’ istituzzjoni - Opinjonijiet legali - Analiżi dwar il-legalità tal-miżuri previsti fil-kuntest tal-implementazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-8 ta’ Marzu 2016 - Rifjut ta’ aċċess - Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali - It-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ opinjonijiet legali”))

(2018/C 104/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Access Info Europe (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: O. Brouwer, E. Raedts u J. Wolfhagen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6029 finali, tad-19 ta’ Settembru 2016, li tikkonferma r-rifjut ta’ aċċess minnha lir-rikorrenti fir-rigward ta’ dokumenti ġejjin mis-servizz legali ta’ din l-istituzzjoni u li allegatament jirrigwardaw il-legalità tal-miżuri adottati mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bil-għan li jimplementaw l-azzjonijiet deskritti fid-dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Unjoni, tat-8 ta’ Marzu 2016, adottata wara l-laqgħa tagħhom tas-7 ta’ Marzu 2016 mal-Prim Ministru Tork.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 6029 final, tad-19 ta’ Settembru 2016, hija annullata sa fejn tirrifjuta li tagħti aċċess parzjali lil Access Info Europe għall-ewwel sentenza tal-parti intitolata “Legal Framework” tad-dokument tal-Kummissjoni bir-riferenza Ares(2016) 2453347 kif ukoll għall-ewwel sentenza tal-punt I(a) intitolat “EU Legal Framework”, tal-Anness 1 tad-dokument tal-Kummissjoni bir-riferiment Ares(2016) 2453181.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Access Info Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-852/16) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dikjarazzjonijiet UE-Turkija tat-8 u t-18 ta’ Marzu 2016 - Implementazzjoni mill-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri tal-miżuri previsti - Dokumenti redatti jew riċevuti mis-servizz legali ta’ istituzzjoni - Opinjonijiet legali - Analiżi dwar il-legalità tal-miżuri previsti fil-kuntest tal-implementazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 - Rifjut ta’ aċċess - Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali - It-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ opinjonijiet legali”))

(2018/C 104/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Access Info Europe (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: O. Brouwer, E. Raedts u J. Wolfhagen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6030 finali, tad-19 ta’ Settembru 2016, li tikkonferma r-rifjut ta’ aċċess minnha lir-rikorrenti fir-rigward ta’ dokumenti ġejjin mis-servizz legali ta’ din l-istituzzjoni u li allegatament jirrigwardaw il-legalità tal-miżuri adottati mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bil-għan li jimplementaw l-azzjonijiet deskritti fid-dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Unjoni, tat-8 ta’ Marzu 2016, adottata wara l-laqgħa tagħhom tal-istess jum mal-Prim Ministru Tork.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Access Info Europe hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Cantina e oleificio sociale di San Marzano vs EUIPO – Miguel Torres (SANTORO)

(Kawża T-102/17) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SANTORO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti SANGRE DE TORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 104/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cantina e oleificio sociale di San Marzano (San Marzano di San Giuseppe, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment F. Jacobacci u E. Truffo, sussegwentement I. Carli, avuakti)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 2018/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres u Cantina e oleificio sociale di San Marzano.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cantina e oleificio sociale di San Marzano hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-125/13, T-152/13 u T-167/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ groundhandling - Kontribuzzjonijiet ta’ kapital imwettqa minn SEA favur Sea Handling - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Tħassir parzjali - Rinunzja - Ma hemmx parzjalment lok li tingħata deċiżjoni - Tneħħija mir-reġistru tal-impriżi”))

(2018/C 104/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-125/13: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Rikorrenti fil-Kawża T-152/13: Sea Handling SpA (Somma Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment B. Nascimbene, F. Rossi dal Pozzo, M. Merola u L. Cappelletti, sussegwentement B. Nascimbene, F. Rossi dal Pozzo u M. Merola, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-167/13: Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Grassani u A. Franchi, sussegwentement S. Grassani, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-152/13: Società per azioni esercizi aeroportuali (SEA) (Segrate, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, B. Nascimbene, F. Rossi dal Pozzo u M. C. Toniolo, avukati) u Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Grassani u A. Franchi, sussegwentement S. Grassani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1225 tad-19 ta’ Diċembru 2012 rigward l-injezzjonijiet ta’ kapital minn SEA SpA f’SEA Handling SpA ((SA.21420 (C 14/10) (ex NN 25/10) (ex CP 175/06)) (ĠU 2015, L 201, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-125/13, T-152/13 u T-167/13 huma separati għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura kif ukoll tad-deċiżjoni li ttemm l-istanza.

2)

Il-Kawża T-125/13 hija mħassra mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat minn Sea Handling SpA fil-Kawża T-152/13.

4)

Fil-Kawża T-125/13, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

5)

Fil-Kawża T-152/13, Sea Handling u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk relatati mall-proċeduri għal miżuri provviżorji. Società per azioni esercizi aeroportuali (SEA) u l-Comune di Milano (l-Italja) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-Kawża T-152/13.

6)

Fil-Kawża T-167/13, l-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 114, 20.4.2013.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – QG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-845/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti ċerti klabbs tal-futbol - Rata preferenzjali applikata fil-kuntest taxxa fuq il-kumpanniji - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”))

(2018/C 104/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: QG (rappreżentanti: L. Ruiz Ezquerra, R. Oncina Borrego, I. Sobrepera Millet u A. Hernández Pardo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4046 finali, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol.

Dispożittiv

1)

It-talba għal dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja u tal-Fútbol Club Barcelona.

4)

QG huwa kkundannat għall-ispejjeż.

5)

QG, il-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja u l-Fútbol Club Barcelona għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – QF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-846/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti ċerti klabbs tal-futbol - Rata preferenzjali applikata fil-kuntest taxxa fuq il-kumpanniji - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”))

(2018/C 104/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: QF (rappreżentanti: L. Ruiz Ezquerra, R. Oncina Borrego, I. Sobrepera Millet u A. Hernández Pardo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4046 finali, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol.

Dispożittiv

1)

It-talba għal dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja u tal-Fútbol Club Barcelona

4)

QF huwa kkundannat għall-ispejjeż

5)

QF, il-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja u l-Fútbol Club Barcelona għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/42


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – Seco Belgium u Vinçotte vs Il-Parlament

(Kawża T-812/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - kuntratti pubbliċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok, parzjalment, li tingħata deċiżjoni - Talba ta’ ordni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 104/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Seco Belgium (Brussell, il-Belġju), Vinçotte (Vilvoorde, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Delvaux u R. Simar, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller u Z. Nagy, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, min-naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-1 ta’ Diċembru 2018 li tinċaħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 06D 20/2017/M005, intitolata “Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell” li dan il-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, li tinkiseb ordni kontra l-Parlament.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba intiża għas-sospensjoni mill-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-1 ta’ Diċembru 2018 li tinċaħad l-offerta ppreżentata minn Seco Belgium u Vinçotte fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 06D 20/2017/M005, intitolata “Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell” li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.

2)

Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud.

3)

Id-digriet tal-21 ta’ Diċembru 2017, Seco Belgium u Vinçotte vs Il-Parlament (T-812/17 R), huwa rrevokat.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/43


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2018 – Eesti Apteekide Ühendus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-10/18)

(2018/C 104/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eesti Apteekide Ühendus MTÜ (Laagri, l-Estonja) (rappreżentanti: K. Paas-Mohando, u I. Kangur, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.42028 (2017/NN) adottata fit-23 ta’ Ottubru 2017 (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Eesti Apteekide Ühendus [l-Assoċjazzjoni tal-Ispiżeriji fl-Estonja] għandha locus standi biex tippreżenta rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.42028 (2017/NN).

B’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-313/90 (2), deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet adottati wara proċedura preliminari huma suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju;

L-Eesti Apteekide Ühendus [l-Assoċjazzjoni tal-Ispiżeriji fl-Estonja] għandha locus standi biex tippreżenta rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.42028 (2017/NN) quddiem il-Qorti Ġenerali bħala parti interessata skont l-Artikolu 108(2) TFUE u skont l-Artikolu 1(h) tar-Regolament Nru 2015/1589 (3).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kellha l-obbligu li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE abbażi tat-test ta’ diffikultajiet serji. Il-fatt li l-Kummissjoni kellha diffikultajiet serji biex tadotta d-deċiżjoni kkontestata u għaldaqstant il-fatt li kien hemm ksur tal-garanziji proċedurali previsti fl-Artikolu 108(2) TFUE jirriżultaw minn dan li ġej:

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li ma hemm l-ebda vantaġġ minn riżorsi tal-Istat, minħabba li l-Kummissjoni injorat il-fatt li l-Finlandja abbużat mid-diskrezzjoni regolatorja tagħha, fatt li wassal, min-naħa tiegħu, għal rinunzja għal riżorsi tal-Istat;

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li ma hemm l-ebda vantaġġ selettiv, minħabba li l-Kummissjoni naqset milli tikkwalifika b’mod xieraq il-“kompiti speċjali” bħala SGEI;

Il-Kummissjoni naqset milli tiġbor informazzjoni materjali fil-kuntest tal-proċedura preliminari;

Il-proċedura preliminari kienet irraġonevolment twila (madwar tletin xahar);

Il-Kummissjoni użat id-definizzjoni legali ġdida “kompiti speċjali”;

Il-Finlandja emendat l-Att dwar l-Universitajiet tagħha matul il-proċeduri preliminari, att li abbażi tiegħu il-Finlandja kienet tħallas lura t-taxxa fuq il-kumpanniji u l-miżata tal-ispiżeriji mħallsa minn Yliopiston Apteekki Oy lill-Università ta’ Helsinki, u li kien il-leġiżlazzjoni ċentrali għal waħda mill-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li fir-rigward tagħhom sar rapport.


(1)  ĠU 2017, C 422, p. 10.

(2)  Sentenza tal-24 ta’ Marzu 1993, Comité International de la Rayonne et des Fibres Synthétiques et vs Il-Kummissjoni, C-313/90, EU:C:1993:111.

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2015, L 248, p. 9).


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/44


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Delfant Hoylaerts vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/18)

(2018/C 104/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabelle Delfant Hoylaerts (Montredon-des-Corbières, Franza) (rappreżentant: E. Conquet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2017;

tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2017;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tieħu responsabbiltà għall-ispejjeż relatati mal-istitut mediku-edukattiv mill-20 ta’ Ottubru 2017;

tordna lill-Kummissjoni tħallas lil I. Delfant Hoylaerts EUR 3 000 bħala kumpens għad-dannu morali u finanzjarju tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u sabiex tħallas lil I. Delfant Hoylaerts EUR 3 000 bħala spejjeż irrekuperabbli.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li d-dispożizzjonijiet tagħhom huma riprodotti mir-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 20, kif ukoll mill-Gwida tal-interventi tal-Kummissjoni għall-ulied b’diżabbiltà tal-persunal tar-Regolamenti tal-Persunal.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni allegatament kisret id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq billi adottat id-deċiżjoni li tirrifjuta li tieħu responsabbiltà tal-ispejjeż relatati ma’ istitut mediku-edukattiv (iktar 'il quddiem l-“IME”) għall-wild tagħha b’diżabbiltà. F’dan ir-rigward, hija tqis li din id-deċiżjoni hija bbażata fuq nuqqas ta’ ftehim purament amministrattiv u li l-bażi legali li fuqha bbażat ruħha l-Kummissjoni hija nieqsa.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-aġir abbużiv tal-Kummissjoni għandu konsegwenzi serji peress li hija ma tistax tassumi waħedha l-ispejjeż tal-IME, minkejja li dan tal-aħħar huwa vitali għall-wild tagħha. B’hekk, is-sitwazzjoni morali u finanzjarja tagħha hija iktar gravi bin-nuqqas tal-Kummissjoni.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/45


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-21/18)

(2018/C 104/58)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (notifikata bid-dokument C (2017) 7263) (ĠU 2009, L 292 p. 61), sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammonti netti ta’ EUR 48 317 806,79 u EUR 26 638 201,22, minfuqa mill-aġenzija awtorizzata li tħallas tar-Repubblika tal-Polonja.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 (1) minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja bbażata fuq konstatazzjonijiet fattwali żbaljati u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-liġi, minkejja li l-infiq mir-Repubblika tal-Polonja sar konformement mar-regoli tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1306/2013 minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ daqs eċċessiv ħafna fir-rigward tal-possibbiltà ta’ riskju ta’ telf finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tal-korrezzjoni mwettqa.


(1)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/46


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Il-Bulgarija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-22/18)

(2018/C 104/59)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: E. Petranova u L. Zaharieva)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2017) 7263), sa fejn, fil-partita tal-baġit 6711 tagħha, teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika tal-Bulgarija li jammonta għal EUR 11 685 774,48, li l-impatt finanzjarju tiegħu jammonta għal EUR 11 412 865,79, wara tnaqqis ta’ EUR 272 908,69;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

1.

Motivi li jikkonċernaw is-somom esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni minħabba defiċjenzi fil-kontroll ewlieni “Kwalità suffiċjenti tal-kontrolli fuq il-post” u minħabba defiċjenzi fil-kontroll ewlieni “Verifika adegwata tat-talbiet għall-pagamenti”; minħabba defiċjenzi fil-kontroll ewlieni “Evalwazzjoni xierqa tar-raġonevolezza tal-ispejjeż” – infiq relatat max-xiri dirett; minħabba defiċjenzi fil-kontroll ewlieni “Evalwazzjoni xierqa tar-raġonevolezza tal-ispejjeż” – infiq relatat mal-kumitat tal-evalwazzjoni:

Ksur tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 u skont l-Artikolu 34 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni Nru 908/2014 minħabba l-mod kif il-Kummissjoni ssupplimentat b’raġunijiet ġodda l-konstatazzjonijiet tagħha dwar il-kwalità tal-kontrolli fuq il-post;

Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-assenza ta’ kriterji u ta’ linji gwida ċari dwar il-kwalità suffiċjenti tal-kontrolli fuq il-post;

Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li ma humiex iġġustifikati;

Ksur tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 u tal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji minħabba l-korrezzjoni finanzjarja applikata skont il-miżura 311 għas-snin finanzjarji 2013, 2014 u 2015;

Ksur tal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji minħabba l-applikazzjoni ta’ ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja li ma huwiex proporzjonali għar-riskju reali ta’ dannu finanzjarju għall-Unjoni;

Ksur tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 u tal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji inkonnessjoni mal-kwalità suffiċjenti tal-kontrolli fuq il-post;

Ksur tal-Artikolu 34(6) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni Nru 908/2014, tal-Artikolu 12(8) tar-Regolament ta’ delega Nru 907/2014, tal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet fir-rigward tal-infiq kollu li fir-rigward tiegħu ntalab rimbors;

Ksur tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1306/2013, tal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità inkonnessjoni mad-determinazzjoni tar-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet fir-rigward ta’ proġetti f’perijodu ta’ monitoraġġ.

2.

Motivi li jikkonċernaw biss is-somom esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni minħabba defiċjenzi fil-kontroll ewlieni “Evalwazzjoni xierqa tar-raġonevolezza tal-ispejjeż” – infiq relatat mal-kumitat tal-evalwazzjoni:

Ksur tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013, tal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ delega Nru 907/2014 u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali inkonnessjoni mal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ metodoloġija għall-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji;

Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-ammont tal-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/47


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-25/18)

(2018/C 104/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7604 final tad-9 ta’ Novembru 2017, li parzjalment tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għal dokument relatati mal-abbozzar ta’ regolamenti ta’ delega dwar kriterji xjentifiċi għall-evalwazzjoni ta’ sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, aġixxiet bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u applikat b’mod żbaljat dan is-subparagrafu. (1)

Il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u applikat b’mod żbaljat dan is-subparagrafu peress li għamlet użu minnu fir-rigward ta’ informazzjoni minn proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li ntemm.

Il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) 1049/2001 għaliex la interpretat u lanqas applikat il-motiv ta’ rifjut b’mod restrittiv biżżejjed u ma wrietx li l-iżvelar serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2) u tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament 1049/2001.

Il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament 1049/2001 billi ma eżaminatx b’mod speċifiku u individwalment id-dokumenti msemmija fit-talba għal aċċess u billi ma ġġustifikatx għal kull dokument speċifiku għal liema raġuni dan ma għandux jiġi żvelat billi ma interpretatx il-motiv ta’ rifjut tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 b’mod restrittiv biżżejjed; barra minn hekk, il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq għaliex il-Kummissjoni ma wettqitx bilanċ bejn l-interess speċifiku tal-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet mal-interessi ġenerali tal-iżvelar ta’ informazzjoni ambjentali u billi ma tatx biżżejjed raġunijiet għar-rifjut.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni, b’mod żbaljat, ma ħaditx kont tal-fatt li hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tal-informazzjoni mitluba.

Minħabba l-bidla kbira politika matul il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-bidla kbira fl-abbozz tal-kriterji xjentifiċi li ġew stabbiliti matul dan il-proċess, hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tal-informazzjoni mitluba.


(1)  Regolament (KE) 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006 L 264, p. 13).


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/48


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 – Asahi Intecc vs EUIPO – Celesio (Celeson)

(Kawża T-36/18)

(2018/C 104/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asahi Intecc Co. Ltd (Nagoya, il-Ġappun) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Celesio AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark “Celeson” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 254 798 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1004/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 2 644 816 imressqa minn McKesson Europe AG (li kienet Celesion AG) kontra r-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali Celeson li tindika l-Unjoni Ewropea, li applikat għaliha r-rikorrenti;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-EUIPO u lil McKesson Europe AG (li kienet Celesion AG) sabiex kull wieħed minnhom iħallas nofs l-ispejjeż neċessarjament sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/49


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2018 – Stirlinx Arkadiusz Kamusiński vs EUIPO – Heinrich Bauer Verlag (Brave Paper)

(Kawża T-37/18)

(2018/C 104/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stirlinx Arkadiusz Kamusiński (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Pruszczyk, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heinrich Bauer Verlag KG (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Brave Paper” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 774 211

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 391/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tippermetti li t-trade mark tiġi rreġistrata għall-prodotti u servizzi applikati kollha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) Regolament Nru 207/2009.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/50


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Ecolab USA vs EUIPO (SOLIDPOWER)

(Kawża T-40/18)

(2018/C 104/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ecolab USA, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Töbelmann u K. Middelhoff, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “SOLIDPOWER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 310 671

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appel tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1182/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament Nru 2017/1001.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/50


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Rietze vs EUIPO – Volkswagen (Voitures)

(Kawża T-43/18)

(2018/C 104/64)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rietze GmbH & Co. KG (Altdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 5467-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1204/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell u tiddikjara n-nullità tad-disinn tal-Unjoni Nru 5467-0001;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 6/2002.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/51


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Novenco Building & Industry vs EUIPO – Novenco Ventilator (Beijing) (NOVENCO)

(Kawża T-45/18)

(2018/C 104/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novenco Building & Industry A/S (Næstved, id-Danimarka) (rappreżentant: A. Rasmussen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Novenco Ventilator (Beijing) Co. Ltd (Beijing, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-sinjal figurattiv “NOVENCO” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 187 938 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2354/2016-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 7 kif koperti minn IR 1187938;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-parti terza, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti ta’ appell u ta’ oppożizzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/52


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2018 – NGV vs EUIPO (LIEBLINGSWEIN)

(Kawża T-55/18)

(2018/C 104/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NGV GmbH (Wildeshausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “LIEBLINGSWEIN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 326 515

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 291/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament 2017/1001.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/52


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2018 – NGV vs EUIPO (WEIN FÜR PROFIS)

(Kawża T-56/18)

(2018/C 104/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NGV GmbH (Wildeshausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “WEIN FÜR PROFIS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 326 549

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 501/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b)(c) u (g) tar-Regolament Nru 2017/1001.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/53


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – NGV vs EUIPO (WEIN FÜR PROFIS)

(Kawża T-57/18)

(2018/C 104/68)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NGV GmbH (Wildeshausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, u M. Alber, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “WEIN FÜR PROFIS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 326 531.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 502/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament 2017/1001.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/53


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Hangzhou Lezoo traveling equipment vs EUIPO – Promotional Traders (GREEN HERMIT)

(Kawża T-60/18)

(2018/C 104/69)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hangzhou Lezoo traveling equipment Co. Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: D. Burghardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Promotional Traders Pty Ltd (Subiaco, l-Awstralja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “GREEN HERMIT” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 835 964

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 857/2016-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat il-kawża lura quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2018 – Stips vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-740/16) (1)

(2018/C 104/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2018 – QE vs Eurojust

(Kawża T-850/16) (1)

(2018/C 104/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017


19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2018 – Stips vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-311/17) (1)

(2018/C 104/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.