ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 442

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
10 ta' Diċembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2014/C 442/01

Sommarju tar-riżultati tal-awditi annwali 2013 tal-Qorti fir-rigward tal-Aġenziji Ewropej u korpi oħra

1

2014/C 442/02

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

18

2014/C 442/03

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

28

2014/C 442/04

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

35

2014/C 442/05

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

42

2014/C 442/06

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Kulleġġ

51

2014/C 442/07

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

61

2014/C 442/08

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

67

2014/C 442/09

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

74

2014/C 442/10

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

83

2014/C 442/11

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

93

2014/C 442/12

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

102

2014/C 442/13

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Awtorità

112

2014/C 442/14

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

123

2014/C 442/15

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

132

2014/C 442/16

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

144

2014/C 442/17

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

152

2014/C 442/18

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Awtorità

160

2014/C 442/19

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Istitut

167

2014/C 442/20

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

174

2014/C 442/21

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Tekonoloġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Istitut

184

2014/C 442/22

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

193

2014/C 442/23

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

201

2014/C 442/24

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

210

2014/C 442/25

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

217

2014/C 442/26

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Fond

228

2014/C 442/27

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

232

2014/C 442/28

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

240

2014/C 442/29

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Awtorità

247

2014/C 442/30

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni

260

2014/C 442/31

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

267

2014/C 442/32

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

275

2014/C 442/33

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Eurojust

282

2014/C 442/34

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

290

2014/C 442/35

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

301

2014/C 442/36

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

308

2014/C 442/37

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

318

2014/C 442/38

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

326

2014/C 442/39

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

332

2014/C 442/40

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

340

2014/C 442/41

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

351

2014/C 442/42

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

358

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/1


Sommarju tar-riżultati tal-awditi annwali 2013 tal-Qorti fir-rigward tal-Aġenziji Ewropej u korpi oħra

(2014/C 442/01)

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

Introduzzjoni

1 – 5

2

Informazzjoni li tappoġġa l-opinjonijiet tal-qorti

6

2

Riżultati tal-awditjar

7 – 20

2

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

7 – 8

2

Opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9 – 11

3

Kummenti li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

12 – 20

3

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

14

4

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

15

4

Kummenti dwar il-kontrolli interni

16

4

Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit

17 – 18

4

Kummenti oħra

19

4

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

20

4

Konklużjonijiet

21 – 23

4

ANNESS I –

Introjtu tal-aġenziji (previżjonijiet baġitarji, drittijiet stabbiliti u ammonti riċevuti) u tabelli tal-persunal

6

ANNESS II –

Kummenti li saru mill-Qorti fl-2013, li ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tagħha

11

ANNESS III –

Segwitu għall-kummenti miftuħa tal-2011 u l-2012 li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

15

INTRODUZZJONI

1.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti awditjat il-kontijiet annwali (1) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati, għal 32 aġenzija deċentralizzata (2), 6 aġenziji eżekuttivi, l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (Euratom), l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Fond tal-Pensjoni tal-EUROPOL (minn hawn 'il quddiem “aġenziji”). Dettalji dwar l-aġenziji awditajti, il-baġits u l-persunal tagħhom huma pprovduti fl-Anness I.

2.

Dan is-sommarju jipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-awditi annwali tal-Qorti fir-rigward tal-aġenziji għas-sena finanzjarja 2013. Għandu l-għan li jiffaċilita l-analiżi u t-tqabbil tal-41 rapport speċifiku tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali 2013 tal-aġenziji. L-opinjonijiet u l-kummenti tal-Qorti kif ukoll ir-risposti tal-aġenziji jistgħu jinstabu f’dawn ir-rapporti speċifiċi. Dan is-sommarju mhuwiex rapport jew opinjoni tal-awditjar.

3.

L-aġenziji deċentralizzati għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni ta' politiki tal-UE, speċjalment ta' kompiti ta' natura teknika, xjentifika, operazzjonali u/jew regolatorja. L-għan tagħhom huwa li jippermettu lill-Kummissjoni tikkonċentra fuq it-tfassil ta' politiki u li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-gvernijiet nazzjonali billi jiġbru flimkien kompetenzi tekniċi u speċjalizzati miż-żewġ naħiet. Dawn jinsabu madwar l-UE kollha. L-aġenziji eżekuttivi jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' programmi ta’ nfiq tal-Unjoni. Dawn jitwaqqfu għal perjodu fiss u huma bbażati fl-istess post fejn tinsab il-Kummissjoni.

4.

Il-baġit 2013 tal-aġenziji ammonta għal xi EUR 2 biljun (2012: EUR 1,6 biljun), jiġifieri madwar 1,4 % tal-baġit ġenerali tal-UE (2012: 1,2 %). Bejn wieħed u ieħor EUR 1 biljun jiġu mis-sussidji tal-Kummissjoni Ewropea u dak li jifdal huwa introjtu minn tariffi u minn sorsi oħra. L-aġenziji jimpjegaw xi 6  500 (2012: 6  100) uffiċjal permanenti u temporanju, jiġifieri 14 % (2012: 13 %) tal-għadd totali ta' uffiċjali tal-UE awtorizzati taħt il-baġit ġenerali tal-UE (tabella tal-persunal). Barra minn hekk, xi 2  900 membru ieħor tal-persunal qed jaħdmu għall-aġenziji (persunal b'kuntratt jew sekondat).

5.

Filwaqt li r-riskju finanzjarju relatat mal-aġenziji huwa relattivament baxx meta mqabbel mat-total tal-baġit tal-UE, ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Unjoni huwa għoli: huma viżibbli ħafna fl-Istati Membri u għandhom influwenza sinifikanti fuq it-tfassil ta' politiki u t-teħid ta' deċiżjonijiet u fuq l-implimentazzjoni ta' programmi f'oqsma ta' importanza vitali għaċ-ċittadini Ewropej, jiġifieri saħħa, sikurezza, sigurtà, libertà u ġustizzja.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA L-OPINJONIJIET TAL-QORTI

6.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli interni tal-aġenziji. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħra (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. Sabiex jitqiesu r-riskji partikolari involuti, l-awditu tal-2013 għamel enfasi speċjali fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ għotjiet (fil-11-il aġenzija kkonċernata, ara l-Anness II) u kontrolli interni relatati. L-awditu tal-proċeduri ta’ reklutaġġ iffoka fuq segwitu għas-sejbiet mis-snin preċedenti.

RIŻULTATI TAL-AWDITJAR

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

7.

Il-kontijiet finali tal-aġenziji kollha jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u l-flussi tal-flus tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji applikabbli u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.

8.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni espressa għall-EU-LISA, il-paragrafu ta' osservazzjonijiet tal-Qorti (3) jiġbed l-attenzjoni għall-valutazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-EURODAC (sistemi) fil-kontijiet tal-Aġenzija. It-tmexxija operattiva ta' dawn is-sistemi ġiet trasferita lill-Aġenzija mill-Kummissjoni f'Mejju 2013 permezz ta' tranżazzjoni mingħajr skambju u hija l-kompitu ewlieni tal-Aġenzija. Fin-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli u kompleta fir-rigward tal-ispiża totali tal-iżvilupp tagħhom, dawn jiġu kkontabilizzati fil-kontijiet tal-Aġenzija bil-valuri netti tagħhom skont il-kotba kif inhuma fil-kotba tal-Kummissjoni, u jiġu aġġornati fi tmiem is-sena. Dawn il-valuri huma prinċipalment relatati ma' komponenti ta' ħardwer u ta' softwer kummerċjalment disponibbli u ma jinkludux spejjeż tal-iżvilupp ta' softwer.

Opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Kif kien il-każ is-sena l-oħra, il-Qorti kkonkludiet li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha għall-aġenziji kollha għajr l-EIT u l-Frontex (l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri).

10.

Inħarġet opinjoni kwalifikata (4) għall-EIT. Minkejja titjib ieħor fil-verifikazzjonijiet ex anteex post tal-Istitut, instab livell materjali, iżda mhux pervażiv, ta’ żball fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ għotjiet u tal-akkwisti.

11.

Il-Qorti ħarġet ukoll opinjoni kwalifikata għall-Frontex. Għad mhemmx evidenza suffiċjenti għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat- tranżazzjonijiet ta’ għotjiet. Minkejja l-introduzzjoni ta' verifikazzjonijiet ex ante aktar komprensivi għal ftehimiet ta' għotjiet iffirmati minn Ġunju 2013 'il hawn, il-biċċa l-kbira mit-tranżazzjonijiet tal-2013 irriżultaw minn ftehimiet ta' għotjiet iffirmati qabel dik id-data. L-effetti possibbli huma materjali iżda ma għadhomx pervażivi, kif kien il-każ is-sena l-oħra (5).

Kummenti li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

12.

Mingħajr ma jixħet dubju fuq l-opinjonijiet tagħha, il-Qorti għamlet total ta’ 97 (2012: 123) kumment li jaffettwaw 35 aġenzija biex tenfasizza kwistjonijiet ta’ importanza u biex tindika lok għal titjib. Saru kummenti fir-rigward tal-affidabbiltà tal-kontijiet, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, il-kontrolli interni, l-implimentazzjoni tal-baġit u kwistjonijiet oħra bħall-ġestjoni finanzjarja tajba. Peress li l-proċeduri ta’ reklutaġġ ġew awditjati fid-dettall għal bosta snin, l-awditu tal-2013 kien segwitu għas-sejbiet mis-snin preċedenti f’dan il-qasam (għalhekk it-tnaqqis fil-għadd ta’ kummenti) (6).

Ċart 1

Għadd ta’ kummenti skont l-intestatura

Image

Sors: Rapporti speċifiċi dwar il-kontijiet annwali 2013 tal-aġenziji.

13.

Ħarsa ġenerali lejn il-kummenti li saru għal kull waħda mill-aġenziji hija pprovduta fl-Anness II. Sommarju tal-kummenti l-aktar frekwenti huwa pprovdut hawn taħt.

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

14.

Saru erba’ kummenti fir-rigward ta' erba’ aġenziji u indirizzaw dgħufijiet fir-reġistrazzjoni tad-dovuti, fil-kompletezza tan-noti għar-rapporti finanzjarji, fil-kontabbiltà ta’ assi fissi u fir-rikonċiljazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-fornituri fi tmiem is-sena. (Is-sena l-oħra, ħamsa mis-seba’ kummenti li saru kienu relatati ma’ sistemi kontabilistiċi mhux ivvalidati li, minn dak iż-żmien 'il hawn, ġew ivvalidati mill-kontabilisti tal-aġenziji.)

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

15.

Is-seba' kummenti jikkonċernaw seba’ aġenziji. Sitta minnhom huma relatati ma' dgħufijiet fil-proċeduri ta' akkwist f’oqsma bħalma huma t-trasparenza tal-proċeduri ta’ esternalizzazzjoni, il-konsistenza bejn l-avviż dwar kuntratt u l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, l-applikazzjoni konsistenti ta’ kriterji ta' eliġibbiltà/tal-għażla, u l-estensjoni ta’ kuntratti qafas. Is-sena l-oħra, sar l-istess għadd ta’ kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist.

Kummenti dwar il-kontrolli interni

16.

Is-17-il kumment (2012: 34) jikkonċernaw 10 aġenziji (2012: 22). F'erba' każijiet (2012: ħamsa) kienu relatati ma’ dgħufijiet fl-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern, jew għaliex ma kinux ġew adottati fi tmiem is-sena jew kienu ġew adottati iżda biss parzjalment implimentati, jew inkella l-azzjoni korrettiva kienet għadha għaddejja. Żvilupp pożittiv huwa t-tnaqqis fil-kummenti li saru dwar il-ġestjoni tal-assi fissi (minn sebgħa fl-2012 għal tnejn fl-2013) u l-ġestjoni tal-għotjiet (minn ħamsa fl-2012 għal tnejn fl-2013).

Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit

17.

Livell għoli ta’ riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati jibqa’ l-kumment l-aktar frekwenti f’dan il-qasam u kien jikkonċerna 24 (2012: 26) aġenzija. Għalkemm livell għoli ta’ riporti normalment jitqies li jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità u jista’ jindika dgħufijiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit, dan ta’ spiss irriżulta minn avvenimenti (parzjalment) lil hinn mill-kontroll tal-aġenziji (eż. fatturi jew dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li kienu għadhom ma ġewx riċevuti sa tmiem is-sena) jew kienu ġustifikati min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet, il-proċeduri ta’ akkwist jew il-proġetti.

18.

Livelli għolja ta’ kanċellazzjonijiet ta’ riporti mis-snin preċedenti ġew innutati f’seba’ każijiet (2012: disgħa). Tali kanċellazzjonijiet jindikaw li l-approprjazzjonijiet riportati saru fuq il-bażi ta’ ħtiġijiet stmati b'mod eċċessiv jew ma kinux ġustifikati mod ieħor.

Kummenti oħra

19.

Kien hemm 22 (2012: 27) kumment ieħor li kienu jikkonċernaw 15-il aġenzija (2012: 20). Kien hemm 6 relatati man-nuqqas ta’ ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali mal-pajjiżi ospitanti tal-aġenziji u 11 kienu relatati ma' kwistjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, pereżempju:

il-livell ta’ allowances ta' xogħol stand-by imħallsa,

aġenziji f'ħafna postijiet (saħansitra fi ħdan l-istess Stat Membru): x'aktarx li l-ispejjeż amministrattivi jistgħu jitnaqqsu li kieku l-persunal kollu kellu jiġi ċentralizzat,

bilanċi tal-flus f’għadd ta’ aġenziji kienu ogħla minn dawk ġustifikati mir-rekwiżiti operazzjonali (EUR 506 miljun b’kollox).

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

20.

L-Anness III juri li għall-192 kumment miftuħ fi tmiem l-2012, fl-2013 azzjoni korrettiva ġiet ikkompletata f’94 każ, kienet għadha għaddejja f'47 u pendenti f’5 każijiet (l-ebda azzjoni korrettiva ma kienet meħtieġa għal 46 kumment, prinċipalment fir-rigward ta’ riporti baġitarji).

KONKLUŻJONIJIET

21.

L-aġenziji kollha ħejjew il-kontijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji applikabbli u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.

22.

Il-Qorti kkonkludiet li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet kienu legali u regolari għall-aġenziji kollha għajr tnejn. Inħarġu opinjonijiet kwalifikati għall-EIT u l-Frontex (prinċipalment fir-rigward tat-transazzjonijiet ta’ għotjiet).

23.

L-aġenziji tejbu l-proċeduri tagħhom aktar billi ħadu azzjoni korrettiva b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti. Minkejja dan, hemm lok konsiderevoli għal titjib, hekk kif jindika l-għadd għoli ta’ kummenti li saru fir-rigward tal-2013.


(1)  Dawn jinkludu r-“rapporti finanzjarji” u r-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit”.

(2)  L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (EU-LISA) ngħatat awtonomija finanzjarja mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Mejju 2013 u ġiet awditjata mill-Qorti għall-ewwel darba fl-2013.

(3)  Paragrafu ta’ Osservazzjonijiet jintuża biex tinġibed l-attenzjoni tal-qarrejja għal kwistjoni li ma tkunx ġiet materjalment iddikjarata b'mod skorrett fil-kontijiet, iżda li tkun ta’ importanza tant li tkun fundamentali biex l-utenti jifhmu l-kontijiet.

(4)  Il-Qorti tesprimi opinjoni kwalifikata meta l-awditur ikun kiseb evidenza suffiċjenti xierqa għall-awditjar u tikkonkludi li dikjarazzjonijiet skorretti jew każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità huma materjali, iżda mhux pervażivi, għall-kontijiet annwali jew għat-tranżazzjonijiet ta' bażi (kif deskritt fil-paragrafu 10). Il-Qorti tesprimi wkoll opinjoni kwalifikata meta l-awditur ma jkunx jista’ jikseb evidenza suffiċjenti xierqa għall-awditjar fuq xiex jibbaża l-opinjoni, u l-effetti possibbli ta' dik l-inabbiltà fuq il-kontijiet annwali jew it-tranżazzjonijiet ta' bażi jkunu materjali iżda mhux pervażivi (kif deskritt fil-paragrafu 11).

(5)  Il-Qorti tat ċaħda tal-opinjoni għas-sena finanzjarja 2012.

(6)  Fl-2013, il-Qorti għamlet tliet kummenti relatati mar-reklutaġġ (2012: 17).


ANNESS I

Introjtu tal-aġenziji (previżjonijiet baġitarji, drittijiet stabbiliti u ammonti riċevuti) u tabelli tal-persunal

 

2013

2012

Aġenzija

DĠ prinċipali

Qasam ta' Politika

Introjtu previst mill-baġit (2)

(miljun EUR)

Bidla fl-introjtu previst mill-baġit

2013 vs 2012

Drittijiet stabbiliti (2)

(miljun EUR)

Ammonti riċevuti (2)

(miljun EUR)

Tabella tal-persunal (3)

Bidla fit-tabella tal-persunal

2013 vs 2012

Introjtu previst mill-baġit (4)

(miljun EUR)

Drittijiet stabbiliti (4)

(miljun EUR)

Ammonti riċevuti (4)

(miljun EUR)

Tabella tal-persunal (3)

Aġenziji Deċentralizzati

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini – EMA

SANCO

Saħħa u Konsumatur

252

14 %

269

240

611

4 %

222

254

224

590

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern – OHIM

MARKT

Suq Intern u Servizzi

418

-3 %

189

189

861

11 %

429

176

176

775

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni – EASA

MOVE

Mobilità u Trasport

151

1 %

125

125

692

9 %

150

116

115

634

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni – FRONTEX

HOME

Affarijiet Interni

94

4 %

92

92

153

7 %

90

76

76

143

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija – EUROPOL

HOME

Affarijiet Interni

83

-1 %

83

83

457

0 %

84

83

83

457

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel – EFSA

SANCO

Saħħa u Konsumatur

76

-1 %

76

76

351

-1 %

77

77

77

355

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima – EMSA

MOVE

Mobilità u Trasport

57

-3 %

58

56

213

0 %

59

54

53

213

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard – ECDC

SANCO

Saħħa u Konsumatur

58

0 %

59

59

198

-1 %

58

58

58

200

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea – CDT

DGT

Traduzzjoni

52

8 %

54

50

206

-6 %

48

49

45

220

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – EEA

ENV

Ambjent

49

17 %

63

63

138

1 %

42

52

51

136

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea – EUROJUST

JUST

Ġustizzja

32

-3 %

32

32

213

0 %

33

33

33

213

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi – ECHA

ENTR

Intrapriża u Industrija

99

200 %

98

98

503

7 %

33

35

35

470

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea – ERA

MOVE

Mobilità u Trasport

26

0 %

26

26

143

-1 %

26

26

26

144

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali – FRA

JUST

Ġustizzja

22

5 %

22

22

78

4 %

21

21

21

75

L-Awtorità Bankarja Ewropea – EBA

MARKT

Suq Intern u Servizzi

26

24 %

26

26

93

37 %

21

19

19

68

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonjiet tal-Ħajja u tax-Xogħol – EUROFOUND

EMPL

Suq Intern u Servizzi

21

0 %

21

21

101

0 %

21

21

21

101

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ – ETF

EAC

Edukazzjoni u Kultura

20

-5 %

22

22

96

0 %

21

20

20

96

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq – ESMA

MARKT

Suq Intern u Servizzi

28

40 %

30

30

121

61 %

20

19

19

75

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħrig Vokazzjonali – CEDEFOP

EAC

Edukazzjoni u Kultura

19

0 %

18

18

100

-1 %

19

20

20

101

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol – EIOPA

MARKT

Suq Intern u Servizzi

19

19 %

18

18

80

16 %

16

14

14

69

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga – EMCDDA

HOME

Affarijiet Interni

16

0 %

16

16

84

0 %

16

16

16

84

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – EU-OSHA

EMPL

Suq Intern u Servizzi

15

0 %

16

16

44

0 %

15

15

15

44

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – CPVO

SANCO

Saħħa u Konsumatur

14

8 %

13

13

48

4 %

13

13

13

46

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea – GSA

ENTR

Intrapriża u Industrija

14

8 %

54

54

77

75 %

13

21

21

44

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd – EFCA

MARE

Affarijiet Marittimi u Sajd

9

-10 %

9

9

54

0 %

10

10

10

54

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi – EIGE

JUST

Ġustizzja

7

-13 %

8

8

30

0 %

8

8

8

30

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija – CEPOL

HOME

Affarijiet Interni

8

0 %

9

9

28

0 %

8

9

9

28

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – ENISA

CONNECT

Netwerks tal-komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija

10

25 %

10

9

47

0 %

8

8

8

47

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija – ACER

ENER

Enerġija

12

71 %

12

12

49

14 %

7

7

7

43

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil – EASO

HOME

Affarijiet Interni

11

57 %

10

10

45

18 %

7

2

2

38

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi – BEREC

CONNECT

Netwerks tal-komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija

4

33 %

4

4

16

0 %

3

3

3

16

L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja – eu-LISA

HOME

Affarijiet Interni

34

 

19

19

120

Finanzjarjament awtonoma mill-2013

m/a

m/a

m/a

m/a

Aġenziji Eżekuttivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura – EACEA

EAC

Edukazzjoni u Kultura

51

2 %

52

52

105

2 %

50

50

50

103

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka – REA

RTD

Riċerka u Innovazzjoni

47

2 %

47

47

140

9 %

46

47

47

128

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka – ERCEA

RTD

Riċerka u Innovazzjoni

40

3 %

40

40

100

0 %

39

39

39

100

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – EACI

ENER

Enerġija

16

0 %

16

16

37

0 %

16

17

17

37

L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport – TEN-TEA

MOVE

Mobilità u Trasport

10

0 %

10

10

33

0 %

10

10

10

33

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi EAHC

SANCO

Saħħa u Konsumatur

7

0 %

7

7

12

0 %

7

7

7

12

Korpi Oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija – EIT

EAC

Edukazzjoni u Kultura

99

27 %

97

97

34

21 %

78

77

77

28

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (1)EURATOM

ENER u RTD

Enerġija u Riċerka u Innovazzjoni

0,1

0 %

0,1

0,1

25

0 %

0,1

0,1

0,1

25

Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol – EPF

HOME

Nefqa Amministrattiva tal-Europol

m/a

 

m/a

m/a

m/a

 

m/a

m/a

m/a

m/a

Total

 

 

2  026

10 %

1  830

1  794

6  536

8 %

1  844

1  582

1  545

6  075

 

 

2013

2012

 

Il-parti tas-sussidji mill-Kummissjoni fl-introjtu tal-aġenziji:

 

51,9 %

64,0 %

 

L-introjtu previst mill-baġit tal-aġenziji meta mqabbel mal-baġit ġenerali tal-UE:

 

1,4 %

1,4 %

 

It-tabella tal-persunal tal-aġenziji meta mqabbla mat-total taħt il-baġit ġenerali tal-UE:

 

14,0 %

13,1 %


(1)  L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom mhijiex konsolidata fil-kontijiet annwali tal-UE.

(2)  Skont il-kontijiet annwali konsolidati proviżorji 2013 tal-UE.

(3)  Uffiċjali tal-UE permanenti u temporanji (AD u AST) biss, skont it-tabella tal-persunal. Barra minn hekk, xi 2  880 membru tal-persunal qed jaħdmu għall-aġenziji tal-UE abbażi ta’ kuntratti temporanji jew ta’ sekondar.

(4)  Skont il-kontijiet annwali konsolidati finali 2012 tal-UE (aġġustati għall-OHIM).


ANNESS II

Kummenti li saru mill-Qorti fl-2013, li ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tagħha

 

Total tal-għadd ta’ kummenti

Affidabbiltà tal-kontijiet

Legalità/Regolarità tat-Tranżazzjonijiet

Kontrolli Interni

Implimentazzjoni tal-Baġit

Kummenti oħra

Dgħufijiet fil-proċeduri ta’ akkwist

Oħrajn

ICS mhux implimentati bis-sħiħ

Kontrolli dgħajfa fuq assi fissi/rendikont

Kontrolli dgħajfa ta’ għotjiet

Oħrajn

Riporti għoljin

Trasferimenti baġitarji għoljin

Kanċellazzjonijiet għoljin tar-riporti 2012

Impenji insuffiċjenti

Oħrajn

Reklutaġġ

ĠFT

L-ebda ftehim dwar il-kwartieri ġenerali mal-Istati Membri

Oħrajn

1

ACER- Ljubljana

3

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

2

BEREC -Riga

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

3

CdT – Il-Lussemburgu

4

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

X

 

4

CEDEFOP – Tessalonika  (1)

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

CEPOL – Bramshill  (1)

3

 

 

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

 

 

6

EFCA – Vigo

1

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

7

CPVO – Angers

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

8

EACEA – Brussell

1

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

9

EACI – Brussell

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

10

EAHC – Il-Lussemburgu

3

 

 

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

11

EASA – Kolonja

3

 

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

12

EASO – Valletta  (1)

6

X

 

 

X

 

 

X

X

 

 

 

X

X

 

 

 

13

EBA – Londra

2

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

14

ECDC – Stokkolma  (1)

4

 

X

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

15

ECHA – Ħelsinki

2

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

16

EEA – Kopenħagen  (1)

1

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

EFSA – Parma  (1)

3

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

EIGE – Vilnjus

1

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

19

EIOPA – Frankfurt

4

 

 

 

X

 

 

XX

X

 

 

 

 

 

 

 

 

20

EIT – Budapest  (1)

4

 

 

X

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

21

EMA – Londra

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

22

EMCDDA – Lisbona  (1)

1

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

23

EMSA – Lisbona

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

24

ENISA – Heraklion

4

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

X

 

 

XX

 

 

25

ERA – Valenciennes

5

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

X

X

X

26

ERCEA – Brussell

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

27

ESMA – Pariġi

4

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

XX

 

 

28

ETF – Turin

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

29

EU-LISA – Tallinn

8

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

XXXX

 

X

X

 

30

EU-OSHA – Bilbao

1

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

31

EURATOM – Il-Lussemburgu

2

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

32

EUROFOUND – Dublin

4

X

 

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

33

EUROJUST – L-Aja  (1)

2

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

34

EUROPOL – L-Aja

2

 

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

35

EPF – L-Aja

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

36

FRA – Vjenna

1

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

37

FRONTEX – Varsavja  (1)

5

X

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

X

 

38

GSA – Praga  (1)

2

 

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

39

OHIM – Alicante

3

 

 

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

 

 

40

REA – Brussell

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

41

TEN-TEA – Brussell

3

 

 

 

 

 

 

XX

X

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotali:

97

4

6

1

4

2

2

9

24

3

7

6

7

3

11

6

2

Totali:

4

7

17

47

22

 

 

4 %

7 %

18 %

48 %

23 %


(1)  Ġestjoni tal-għotjiet


ANNESS III

Segwitu għall-kummenti miftuħa tal-2011 u l-2012 li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

 

 

Total

Ikkompletat

Għadu għaddej

Pendenti

M/A

 

Aġenziji Deċentralizzati

 

 

 

 

 

1

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini – EMA

8

4

1

 

3

2

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern – OHIM

5

2

 

 

3

3

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni – EASA

5

3

 

 

2

4

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni – FRONTEX

10

4

6

 

 

5

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija – EUROPOL

14

10

1

 

3

6

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel – EFSA

6

3

1

 

2

7

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima – EMSA

6

3

2

 

1

8

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard – ECDC

3

 

1

 

2

9

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE – CDT

2

 

2

 

 

10

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – EEA

1

 

1

 

 

11

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea – EUROJUST

4

2

1

 

1

12

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi – ECHA

4

2

 

 

2

13

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea – ERA

6

3

3

 

 

14

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali – FRA

3

2

 

 

1

15

L-Awtorità Bankarja Ewropea – EBA

7

5

1

 

1

16

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonjiet tal-Ħajja u tax-Xogħol – EUROFOUND

0

 

 

 

 

17

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ – ETF

1

 

 

 

1

18

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq – ESMA

13

4

6

0

3

19

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħrig Vokazzjonali – CEDEFOP

5

4

 

 

1

20

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol – EIOPA

6

4

 

1

1

21

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga – EMCDDA

6

2

4

0

 

22

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – EU-OSHA

4

3

1

 

 

23

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – CPVO

3

1

2

 

 

24

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea – GSA

3

2

 

 

1

25

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd – EFCA

3

2

 

 

1

26

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi – EIGE

4

2

2

 

 

27

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija – CEPOL

10

2

4

1

3

28

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – ENISA

2

1

1

 

 

29

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija – ACER

7

5

2

 

 

30

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil – EASO

12

2

1

1

8

31

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi – BEREC

14

11

3

 

 

32

L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja – eu-LISA  (1)

 

 

 

 

 

 

Aġenziji Eżekuttivi

 

 

 

 

 

33

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura – EACEA

1

 

 

 

1

34

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka – REA

2

1

 

 

1

35

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka – ERCEA

0

 

 

 

 

36

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni –EACI

2

2

 

 

 

37

L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport – TEN-TEA

1

 

 

 

1

38

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi – EAHC

3

 

 

 

3

 

Korpi Oħra

 

 

 

 

 

39

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija – EIT

3

2

1

 

 

40

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom – EURATOM

2

1

 

1

 

41

Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol – EPF

1

 

 

1

 

Totali

192

94

47

5

46


(1)  L-Aġenzija ġiet awditjata għall-ewwel darba fl-2013 għalhekk ma hemm l-ebda kumment tal-2012 biex issir referenza għaliha.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/18


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/02)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ACER”), li tinsab f’Ljubljana, inħolqot permezz tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li tgħin lill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali fl-eżerċizzju, fil-livell tal-Unjoni, tal-kompiti regolatorji li huma jwettqu fl-Istati Membri u, fejn ikun meħtieġ, li tikkoordina l-azzjonijiet tagħhom. Skont ir-Regolament REMIT (2), l-Aġenzija ngħatawlha responsabbiltajiet addizzjonali ġodda, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fir-rigward tal-monitoraġġ tas-suq Ewropew tal-enerġija bl-ingrossa (3).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi, u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

L-Aġenzija rriportat EUR 1,9 miljun jew 56 % tat-total tal-approprjazzjonijiet impenjati taħt it-Titolu II (Bini tal-Aġenzija u spejjeż assoċjati), prinċipalment relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament REMIT. Din hija attività operazzjonali u pluriennali, u kien imissha ġiet ibbaġitjata taħt it-Titolu III, nuqqas li kien rettifikat f’approprjazzjonijiet ta’ impenn sussegwenti.

12.

Barra minn hekk, l-Aġenzija rriportat EUR 3,1 miljun jew 91 % tat-total tal-approprjazzjonijiet impenjati taħt it-Titolu III, ukoll relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament REMIT. Ir-rata eċċezzjonalment għolja ta’ riporti għat-Titolu III hija prinċipalment dovuta għal xi EUR 3 miljun f'finanzjament addizzjonali riċevut permezz ta’ baġit emendat li ġie approvat fil-31 ta’ Ottubru 2013.

KUMMENTI OĦRA

13.

L-Aġenzija kellha EUR 5,5 miljun fi flus kontanti fi tmiem is-sena, li kienu jinkludu madwar EUR 3 miljun relatati mal-emenda tardiva tal-baġit (ara l-paragrafu 12). Madankollu, il-bilanċi medji tal-flus kontanti matul is-sena kienu sinifikattivament ogħla milli kien iġġustifikat mir-rekwiżiti operazzjonali.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1) li jagħti rwol importanti lill-Aġenzija fis-superviżjoni tan-negozjar fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa madwar l-Ewropa.

(3)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-livell għoli ta’ approprjazzjonijiet mhux użati u ta’ riporti kif ukoll il-livell baxx ta’ pagamenti jindikaw li hemm nuqqasijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u jmorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

Ikkompletata

2011

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. Bħala eżempju, l-avviżi ta’ postijiet battala ma speċifikawx l-għadd massimu ta’ kandidati li għandhom jitqiegħdu fuq lista ta’ riżerva u ma għamlu l-ebda referenza għall-possibbiltà li wieħed jappella. Barra minn hekk, il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u l-intervisti u l-marki tagħhom ma kinux ġew ippreparati qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet.

Ikkompletata

2012

Sabiex tkopri tariffi ogħla tal-iskola, l-Aġenzija tagħti lill-persunal li għandhom tfal jattendu skola primarja jew sekondarja allowance komplementarja b’żieda mal-allowances tal-edukazzjoni previsti fir-Regolamenti tal-Persunal. It-total tal-allowances komplementari fl-2012 ammonta għal madwar EUR 23  000. Dawn mhumiex koperti bir-Regolamenti tal-Persunal u għalhekk huma irregolari (1).

Ikkompletata

2012

L-Aġenzija rriportat approprjazzjonijiet impenjati taħt it-Titolu II (Bini tal-Aġenzija u spejjeż assoċjati) tal-baġit tagħha li jammontaw għal EUR 1,7 miljun, u li jirrappreżentaw 81 % tal-approprjazzjonijiet totali impenjati taħt it-Titolu II. Dawn ir-riporti huma marbutin l-aktar mal-implimentazzjoni tar-Regolament REMIT li għadha għaddejja. Billi l-implimentazzjoni hija konnessa mal-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija, normalment din kellha tkun ibbaġitjata taħt it-Titolu III.

Ikkompletata

2012

Fl-2012, l-Aġenzija għamlet 20 trasferiment baġitarju ta’ madwar EUR 1 miljun u li jaffettwaw 43 linja baġitarja. Dan jindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit.

Ikkompletata

2012

L-Aġenzija kellha EUR 4,2 miljun fi flus kontanti fl-aħħar tas-sena, inkluż il-bilanċ favorevoli fil-baġit tal-2011 ta’ EUR 1,6 miljun li rriżulta minn sejħa eċċessiva għall-fondi fl-2011 u li ġie rkuprat mill-Kummissjoni f’Jannar 2013. Dan mhuwiex konsistenti ma' ġestjoni rigoruża tat-teżor.

Għadha għaddejja

2012

Il-proċeduri ta’ reklutaġġ awditjati żvelaw nuqqasijiet li jaffettwaw it-trasparenza u trattament indaqs tal-kandidati: il-mistoqsijiet għal intervisti u testijiet ma ġewx stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet. Il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni għal testijiet bil-miktub u intervisti u għall-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati adatti ma kinux speċifikati biżżejjed fid-dettall u l-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-anonimità tal-kandidati li kienu qed jagħmlu t-testijiet bil-miktub kienu inadegwati.

Għadha għaddejja


(1)  L-Artikolu 3 tal-Anness VII jipprevedi d-doppju tal-allowance bażika ta’ EUR 252,81 = EUR 505,62.


ANNESS II

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (Ljubljana)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 114 (ex Artikolu 95 TKE) u l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.

Fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b'kont meħud tal-ħtieġa ta' preservazzjoni u titjib tal-ambjent, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri:

(a)

tassigura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija;

(b)

tassigura s-sigurtà tal-provvista tal-energija fl-Unjoni;

(c)

tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta' forom ta' enerġija ġodda u rinnovabbli; u

(d)

tippromwovi l-interkonnessjoni ta' netwerks tal-enerġija.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-kisba ta’ dawn l-objettivi. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Kif speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill; ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2010; ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Objettivi

L-għan tal-Aġenzija hu li tgħin lill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali fl-eżerċizzju, fil-livell tal-Unjoni, tal-kompiti regolatorji li jwettqu fl-Istati Membri u, fejn ikun meħtieġ, li tikkoordina l-azzjoni tagħhom.

Kompiti

Li tikkomplementa u tikkoordina x-xogħol tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali,

li tipparteċipa fil-ħolqien ta’ regoli dwar in-netwerk Ewropew,

li tieħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, deċiżjonijiet individwali vinkolanti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess u s-sigurtà operazzjonali għall-infrastruttura transkonfinali,

li tagħti pariri dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-enerġija lill-istituzzjonijiet Ewropej,

li timmonitorja u tirrapporta żviluppi fis-swieq tal-enerġija,

li tifformula proposta lill-Kummissjoni dwar is-somma ta’ kumpens annwali għall-infrastruttura transkonfinali għall-mekkaniżmu tal-ITC,

li tikkoopera mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-ESMA, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri u fejn xieraq mal-awtoritajiet għall-kompetizzjoni nazzjonali sabiex jiġu mmonitorjati s-swieq tal-enerġija bl-ingrossa,

li tivvaluta l-operat u t-trasparenza ta’ kategoriji differenti ta’ swieq u metodi ta’ negozjar,

li tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli tas-suq, ir-rekords tat-tranżazzjonijiet, l-ordnijiet għan-negozju, l-istandards u l-proċeduri li jistgħu jtejbu l-integrità tas-suq u l-funzjonament tas-suq intern,

li tassisti lill-NRAs fil-valutazzjoni tal-applikazzjoni konsistenti tal-metodoloġija tal-kriterji ta' identifikazzjoni/Analiżi tal-Ispejjeż u l-Benefiċċji (CBA) tal-Proġetti ta’ Interess Komuni (PCIs), fl-evalwazzjoni tar-rilevanza transkonfinali tagħhom fi ħdan reġjun u fil-preżentazzjoni ta’ tali valutazzjoni lill-Gruppi Reġjonali,

li tipprovdi opinjoni dwar l-abbozzi tal-listi reġjonali tal-PCIs tal-elettriku u tal-gass u dwar l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji u tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fir-reġjuni,

li tipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-metodoloġiji għal CBA armonizzata fis-sistemi kollha tal-enerġija u fil-livell tal-Unjoni kollha kif proposti mill-ENTSOs,

li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-PCIs,

li tiffaċilita l-kondiviżjoni ta' prattiki tajba u tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar inċentivi u metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tar-riskji ogħla mġarrba ta' investimenti fit-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass.

Governanza

Bord tal-Amministrazzjoni

Kompożizzjoni

Żewġ membri maħtura mill-Parlament Ewropew, żewġ membri maħtura mill-Kummissjoni u ħames membri maħtura mill-Kunsill. Kull membru għandu membru supplenti.

Kompiti

Il-Bord tal-Amministrazzjoni jadotta l-programm ta' ħidma u l-baġit tal-Aġenzija. Huwa jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont ir-Regolament tal-Aġenzija.

Direttur

Maħtur mill-Bord tal-Amministrazzjoni wara opinjoni favorevoli mill-Bord tar-Regolaturi u abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni.

Bord tar-Regolaturi

Kompożizzjoni

Rappreżentant għoli tal-awtoritajiet regolatorji minn kull Stat Membru u rappreżentant tal-Kummissjoni li ma jkollux dritt tal-vot. Kull membru għandu membru supplenti, nominat mill-awtorità regolatorja nazzjonali minn kull Stat Membru.

Kompiti

il-Bord jipprovdi opinjonijiet lid-Direttur dwar l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li huma kkunsidrati għall-adozzjoni,

iservi ta’ gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu,

jagħti opinjoni lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar il-kandidat li jkun se jinħatar bħala Direttur, u

japprova l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit 2013 (2012)

EUR 11,9(7,2) miljun

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013(2012)

Postijiet elenkati fit-tabella tal-persunal: 49 (43)

Postijiet okkupati fil-31 ta’ Diċembru: 49 (42)

Persunal ieħor: 20 (14)

Total tal-persunal: 69 (57), li minnhom allokati għal:

kompiti operazzjonali: 41 (34)

kompiti amministrattivi: 28 (23)

Prodotti u servizzi 2013

Linji Gwida ta’ Qafas waħda (Gass: Linji Gwida ta’ Qafas dwar strutturi tariffarji għat-trażmissjoni armonizzati). Konsultazzjonijiet pubbliċi organizzati kif mitlub skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009, inkluża sessjoni ta’ ħidma.

Kodiċijiet tan-netwerk

(a)

Seba' Opinjonijiet Motivati dwar Kodiċijiet tan-Netwerk (Elettriku: Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità 'l Quddiem, Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Operat tas-Sistemi, Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ippjanar u l-Iskedar Operazzjonali, Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Kontroll tal-Frekwenza tat-Tagħbija u r-Riżerva, Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Konnessjoni fuq Domanda; Gass: Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ibbilanċjar u Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Interoperabbiltà u l-Iskambju tad-Data).

(b)

Erba’ Rakkomandazzjonijiet Kwalifikati dwar Kodiċijiet tan-Netwerk (kollha fl-Elettriku: Kodiċi tan-Netwerk għar-Rekwiżiti għall-Konnessjoni tal-Grilja Applikabbli għall-Ġeneraturi kollha, Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Immaniġġjar tal-Konġestjoni, Kodiċi tan-Netwerk dwar is-Sigurtà Operazzjonali u Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ippjanar u l-Iskedar Operazzjonali).

(c)

Tliet Rakkomandazzjonijiet (Elettriku: Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Konnessjoni fuq Domanda, Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Kontroll tal-Frekwenza tat-Tagħbija u r-Riżervi; Gass: Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta’ Trażmissjoni)

Opinjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-ENTSO-E għall-2013.

Opinjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-ENTSO-E għall-2014.

Opinjoni dwar is-Suq tal-Kapaċità għall-Kumitat ITRE tal-Parlament Ewropew.

Opinjoni dwar ir-Rapport ta' Prospettiva tax-Xitwa 2012/2013 tal-ENTSO-E u l-Analiżi tas-Sajf 2012.

Opinjoni dwar jekk l-ispejjeż inkrementali medji fuq medda twila humiex adatti għall-valutazzjoni tal-ispejjeż tal-infrastruttura li għandhom jintużaw fil-mekkaniżmu ta’ kumpens tal-operatur ta’ sistema ta’ intertrażmissjoni (TSO).

Opinjoni dwar il-Pjan Direzzjonali R&Ż 2013-2022 u l-Pjan ta’ implimentazzjoni 2014-2016 tal-ENTSO-E.

Opinjoni dwar ir-Rapport Annwali 2012 tal-ENTSO-E.

Opinjoni dwar ir-Rapport ta' Prospettiva tas-Sajf 2013 u l-Analiżi tax-Xitwa 2012/2013 tal-ENTSO-E.

Opinjoni dwar il-Manwal tal-Proċeduri (Pjattaforma ta’ Trasparenza) tal-ENTSO-E.

Opinjoni dwar ir-Rapport Annwali 2011 tal-ENTSOG.

Opinjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma 2013 tal-ENTSOG.

Opinjoni dwar il-Prospettiva tal-Provvista tal-Gass fix-Xitwa 2012/2013.

Opinjoni dwar Pjanijiet ta’ Investiment Reġjonali għall-Gass (GRIPS) 2011(12) – 2020 (21).

Opinjoni dwar il-Prospettiva tal-Provvista tal-Gass fis-Sajf.

Opinjoni dwar ir-Rapport Annwali 2012 tal-ENTSOG.

Opinjoni dwar il-Gass tat-TYNDP 2013-2022.

Opinjoni dwar il-format, definit mill-ENTSOG, li jista' jintuża biex titniżżel id-data mill-pjattaforma ta’ trasparenza (ir-Regolament (UE) Nru 715/2009, l-Anness I, 3.1.1. (1) (e)).

Opinjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma 2014 tal-ENTSOG.

Opinjoni dwar l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji u l-metodoloġija CBA għal proġetti ppreżentati madwar ir-reġjuni u l-evalwazzjoni tal-valur miżjud Ewropew tagħhom.

Gwida dwar proposta ta' emenda għall-Iżvilupp ta’ Kodiċi tan-Netwerk dwar Kapaċità Inkrementali u Ġdida (Gass).

Aġġornament tat-Tieni edizzjoni tal-Gwida dwar l-applikazzjoni tar-Remit, it-Tielet edizzjoni tal-gwida dwar l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet tar-REMIT, u aġġornament tad-dokument ta' Mistoqsijiet u Tweġibiet.

Rakkomandazzjoni dwar Qafas Regolatorju Ġdid għall-Kumpens Inter-TSO.

Rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Reġistri tat-Tranżazzjonijiet (kuntratti tal-ibbilanċjar tas-suq u kuntratti tat-trasport).

Rakkomandazzjoni rigward Talbiet għall-Allokazzjoni tal-Ispejjeż Transkonfinali ppreżentati fil-qafas tal-ewwel lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-elettriku u l-gass.

Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tar-REMIT.

Rapport ta’ monitoraġġ 2012 tal-ITC.

Rapport dwar Mekkaniżmi ta’ Remunerazzjoni tal-Kapaċità u dwar is-Suq Intern tal-Elettriku.

Rapport dwar l-implimentazzjoni mill-ENTSO-E u mill-ENTSOG tal-kompiti fl-Artikolu 8(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 714/2009 u fl-Artikolu 8(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 715/2009, rispettivament.

Konklużjonijiet ta’ Livell Għoli ta' Sessjoni ta' Ħidma Interna (mal-NRAs ikkonċernati) dwar Flussi tal-enerġija mhux mixtieqa.

Rapport Konġunt ta' Monitoraġġ tas-Suq ACER-CEER (l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009) inħareġ fit-28 ta’ Novembru; saret preżentazzjoni fi Brussell.

L-Analiżi tal-Istatus tal-Inizjattivi Reġjonali għall-2012 ġiet ippubblikata fi Frar.

Erba' rapporti trimestrijali dwar l-Inizjattivi Reġjonali tal-Gass Onlajn (GRIs) u Erba’ rapporti trimestrijali dwar l-Inizjattivi Reġjonali tal-Elettriku Onlajn (ERIs) ġew ippubblikati.

Fis-17 ta' Mejju l-Aġenzija organizzat il-Konferenza Annwali tagħha “Is-Swieq tal-Enerġija: l-2014 u lil hinn minnha”; attendew 200 parteċipant.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

11.

Kif innotat mill-Qorti, in-nuqqas identifikat kien diġà ġie rettifikat mill-Aġenzija permezz ta’ impenni sussegwenti relatati mal-implimentazzjoni tar-REMIT li kienu bbażati fuq il-linji baġitarji operattivi taħt Titolu III.

12.

Kif diġà nnotifikat mill-awdituri, ir-rata għolja ta’ riporti rriflettiet it-tardività tal-implimentazzjoni tar-REMIT. Din it-tardività kienet minħabba l-fatt li t-trasferiment tal-fondi addizzjonali meħtieġa mingħand DĠ ENER kienet approvata biss f’Ottubru 2013 u l-fondi rċevuti mill-Aġenzija fil-bidu ta’ Novembru 2013. Madankollu, l-Aġenzija rnexxielha tikkonkludi b’suċċess il-proċeduri tal-appalti relatati kollha mal-implimentazzjoni tar-REMIT sa Diċembru 2013, bl-ispiża relatata li sseħħ fl-2014.

13.

Il-bilanċ tal-kont fl-aħħar tas-sena inkluda t-3 miljun ewro rċevuti lejn l-aħħar tas-sena, minħabba aġġustament baġitarju, bid-differenza li tinżamm biex tkopri l-obbligi legali kollha, fosthom dawk relatati mar-REMIT, li għalihom l-impenji waslu lejn l-aħħar tal-2013. L-għodda tat-tbassir tal-flus kontanti introdotta fl-2014 ser tappoġġa ġestjoni aħjar tal-flus kontanti fil-futur.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/28


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

(2014/C 442/03)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”), li jinsab f’Riga, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu prinċipali tal-Uffiċċju huwa li jipprovdi servizzi ta’ appoġġ professjonali u amministrattiv lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi, jiġbor u janalizza tagħrif dwar komunikazzjonijiet elettroniċi u jxerred fost l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali l-aħjar prattiki regolatorji bħal approċċi komuni, metodoloġija jew linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

iI-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-Maniġer Amministrattiv japprova l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Kien hemm titjib konsiderevoli fir-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit, li jindika ppjanar aħjar u implimentazzjoni tal-attivitajiet aktar f'waqtha. Għalkemm il-livell ta' riporti mill-2012 li ġew ikkanċellati għadu relattivament għoli f'livell ta' 28 % (2012: 45 %), ir-riporti ta' approprjazzjonijiet ta' impenn naqsu għal EUR 4 61  983 jew 13 % (2012: EUR 6 11  223 jew 19 %). Ir-riporti kienu fil-biċċa l-kbira relatati ma' kuntratti ffirmati fit-tieni nofs tal-2013 għal attivitajiet ippjanati fl-2013 u fl-2014.

KUMMENTI OĦRA

12.

Mill-1 183 rimborż għal esperti li saru fl-2013, 1  078 saru tard. Fejn il-pagamenti saru tard, dawn iddewmu b'medja ta' 78 jum fl-ewwel nofs tal-2013 meta mqabbla ma' 33 jum fit-tieni nofs tal-2013.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-Qorti identifikat 21 każ b’valur totali ta’ EUR 94  120 fejn approprjazzjonijiet riportati għall-2012 ma kinux jikkorrispondu ma’ impenji legali. Għalhekk dawn ir-riporti kienu irregolari.

Ikkompletata

2011

L-Uffiċċju kien għadu ma adottax u ma implimentax l-istandards kollha ta' kontroll intern. B’mod partikolari, ma kien ġie introdott l-ebda reġistru ta’ eċċezzjonijiet.

Ikkompletata (reġistru ta’ eċċezzjonijiet)

Għadha għaddejja (standards ta' kontroll intern)

2011

L-Uffiċċju jeħtieġ itejjeb it-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ. Il-mistoqsijiet għat-testijiet orali u dawk bil-miktub ma kinux stabbiliti qabel ma l-applikazzjonijiet ġew eżaminati mill-bord tal-għażla, ma kien hemm l-ebda deċiżjoni mill-Awtorità tal-Ħatra għall-ħatra tal-bord tal-għażla u l-grad tal-membri tal-bord tal-għażla ma kienx indikat.

Ikkompletata

2012

Is-sistema kontabilistika tal-Uffiċċju kienet għadha mhux ivvalidata mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà.

Ikkompletata

2012

Approprjazzjonijiet impenjati riportati li jammontaw għal EUR 61  500 (10 % tal-approprjazzjonijiet impenjati totali riportati) ma kkorrispondewx ma’ impenji legali u għalhekk kienu irregolari.

Ikkompletata

2012

L-Uffiċċju kien għadu ma implimentax l-Istandards ta' Kontroll Intern dwar “Objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni” (ICS 5), “Proċessi u proċeduri” (ICS 8), “Ġestjoni dokumentarja” (ICS 11) u “Informazzjoni u Komunikazzjoni” (ICS 12).

Għadha għaddejja

2012

Ma hemm ebda proċedura relatata mar-reġistrazzjoni u mad-disponiment ta’ assi fissi u ebda inventarju fiżiku ma ġie mwettaq.

Ikkompletata

2012

Il-proċeduri li jikkonċernaw l-istabbiliment, l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ eċċezzjonijiet u devjazzjonijiet minn politiki u proċeduri ma ġewx implimentati.

Ikkompletata

2012

Madwar EUR 1 01  000, 45 % tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2011, ġew ikkanċellati. Approprjazzjonijiet għall-2012 ta’ EUR 5 45  000, 17 % tal-approprjazzjonijiet totali għall-2012, ma ntużawx u kellhom jiġu kkanċellati wkoll. Il-livell ta’ riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati għall-2013 kien għoli f’ammont ta’ EUR 6 11  000 jew 19 % tat-total. Dan jindika diffikultajiet fl-ippjanar u/jew fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Uffiċċju. Ir-riporti għall-2012 kienu fil-biċċa l-kbira relatati ma’ reklutaġġi mdewma u mal-assenza ta’ politika effettiva biex tiżgura l-preżentazzjoni u r-rimborż f’waqthom ta’ spejjeż ta’ missjonijiet ikklejmjati minn esperti.

Għadha għaddejja

2012

Hemm lok konsiderevoli għal titjib fit-tħejjija, fl-eżekuzzjoni u fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist. Pereżempju, il-proċeduri ta’ għoti ma tawx attenzjoni suffiċjenti lill-proporzjon tal-prezz meta mqabbel mal-kwalità u kriterji ġenerali tal-għoti ma kinux tkomplew jinqasmu f’subkriterji biex jippermettu evalwazzjoni ċara u kumparabbli tal-offerti.

Ikkompletata

2012

Il-proċeduri tar-reklutaġġ eżaminati wrew nuqqasijiet sinifikanti li jaffettwaw it-trasparenza: il-mistoqsijiet għal testijiet bil-miktub u għal intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; ebda punteġġ limitu ma ġie stabbilit għall-ammissjoni għal testijiet bil-miktub u għal intervisti u għall-inklużjoni fil-lista tal-kandidati adatti; nomini u bidliet fil-kompożizzjoni tal-bord tal-għażla ma ġewx approvati mill-Awtorità tal-Ħatra.

Ikkompletata

2012

Il-biċċa l-kbira tal-persunal tal-Uffiċċju għandhom funzjoni amministrattiva jew ta’ appoġġ u ma jivvjaġġawx, iżda kollha ġew ipprovduti b’mowbajl b’limitu ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 50 fix-xahar. Ma hemm ebda kontroll biex jiġi mmonitorjat l-użu privat.

Ikkompletata

2012

L-Uffiċċju ma għandux politika tat-teżor. Fi tmiem l-2012, il-flus kontanti kollha (EUR 1,6 miljun) kienu miżmuma f’bank wieħed (klassifikazzjoni BBB (1)).

Ikkompletata


(1)  Skont nota mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni datata s-27.10.2008, il-klassifikazzjoni minima għat-terminu qasir għandha tkun A-1.


ANNESS II

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riga)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Approssimazzjoni ta’ liġijiet fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Kompetenzi tal-Uffiċċju

(Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Is-setgħat tal-Uffiċċju huma definiti fir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-Uffiċċju msemmi fl-Artikolu 6 għandu jipprovdi servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u professjonali lill-BEREC.

Huwa għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi.

Governanza

L-Uffiċċju huwa magħmul minn:

(a)

Kumitat ta’ Tmexxija,

(b)

Maniġer Amministrattiv,

li jaqsmu bejniethom ir-responsabbiltajiet amministrattivi u finanzjarji kollha, inklużi r-responsabbiltajiet għall-persunal.

Madankollu, il-Kumitat ta’ Tmexxija biss huwa responsabbli għall-ħatra tal-persunal (l-Artikolu 7(4)).

Gwida dwar is-servizzi u l-prodotti speċifikati fit-taqsima “Prodotti u servizzi fl-2013” tingħata mill-Bord tar-Regolaturi.

Awditu intern

Is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2013 (2012)

Baġit Finali: EUR 3 5 57  218,93 (baġit emendat 1/2013 u inkluż dħul assenjat intern)

Persunal fil-31 ta' Diċembru: 25 (22)

Prodotti u servizzi fl-2013

Taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi, l-Uffiċċju pprovda s-servizzi li ġejjin:

Servizzi ta’ appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC.

Ġbir ta’ tagħrif mill-NRAs u skambju u trasmissjoni ta’ informazzjoni.

Tixrid tal-aħjar prattiki regolatorji fost l-NRAs ġewwa l-UE u lil partijiet terzi.

Assistenza liċ-Chairperson fit-tħejjija tal-ħidma tal-Bord tar-Regolaturi u l-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju.

Appoġġ lill-Gruppi ta’ Ħidma tal-Esperti stabbiliti mill-Bord tar-Regolaturi.

Sors: Anness ipprovdut mill-Uffiċċju.


IR-RISPOSTI TAL-UFFIĊĊJU

11:

L-Uffiċċju BEREC jieħu nota tal-kumment tal-ġestjoni baġitarja u bħala mira stabbilixxa t-titjib ulterjuri tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-2014 meta mqabbel mal-2012 u l-2013.

Il-livell għoli ta’ kanċellazzjoni ta’ riport mhux użat se jkompli jiġi indirizzat b’analiżi profonda ta’ ammonti riportati fit-tmiem is-sena. Din il-miżura għandha turi effett pożittiv fuq il-livelli ġenerali ta’ riporti mhux użati, li l-Uffiċċju se jkompli jnaqqas billi javvanza l-perjodu tal-implimentazzjoni ta’ kuntratti.

12:

L-Uffiċċju BEREC jirrikonoxxi r-rilevanza għolja tal-kwistjoni mressqa mill-osservazzjoni tal-Qorti u b’mod attiv qed ifittex miżuri biex jitnaqqas id-dewmien tal-ħlasijiet għad-dewmien stabbilit fil-mira ta’ 30 jum.

L-Uffiċċju se jesplora tliet modi fejn huwa possibbli t-titjib: tnaqqis ulterjuri fil-ħin tal-ġbir ta’ dokumenti, l-iżgurar ta’ riżorsi umani neċessarji għaċ-ċirkwit finanzjarju u s-segwitu ta’ titjib tekniku aċċessibbli permezz tas-sistemi finanzjarji.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/35


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

(2014/C 442/04)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Entitajiet tal-Unjoni Ewropea) (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala s-“CDT”), li jinsab fil-Lussemburgu, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1). Il-kompitu taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lil kwalunkwe istituzzjoni u korp tal-Unjoni Ewropea li jitolbu s-servizzi tiegħu bis-servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-attivitajiet tagħhom (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur tapprova l-kontijiet annwali taċ-Ċentru wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi, u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

11.

Fl-2008 ċ-Ċentru kkonkluda 472 kuntratt qafas ma' fornituri tas-servizzi ta’ traduzzjoni għal perjodu massimu ta' 4 snin. Sabiex jinkisbu kundizzjonijiet aħjar għall-kuntratti qafas il-ġodda li kellhom ikunu ffirmati fl-2012, iċ-Ċentru ried jipparteċipa fil-proċedura ta' akkwist tal-Kummissjoni għal servizzi ta' traduzzjoni, li kienet għaddejja. Madankollu, ma setax jintlaħaq ftehim mal-Kummissjoni dwar it-termini tal-kuntratt. Minflok, iċ-Ċentru estenda l-kuntratti qafas eżistenti tiegħu għal sena oħra. Għalkemm ibbażata fuq deroga approvata kif dovut mid-Direttur taċ-Ċentru, tali estensjoni mhijiex konformi mar-regoli ta' implimentazzjoni għar-regolament finanzjarju taċ-Ċentru, li jipprevedu perjodu massimu ta' erba' snin għal kuntratti qafas.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

12.

Delegazzjonijiet formali (sottodelegazzjonijiet) minn uffiċjali awtorizzanti (uffiċjali awtorizzanti b'delega) mhux dejjem huma konsistenti mad-drittijiet ta' awtorizzazzjoni għal tranżazzjonijiet fis-sistema kontabilistika ABAC.

KUMMENTI OĦRA

13.

Flus kontanti miżmuma miċ-Ċentru komplew jiżdiedu minn EUR 35 miljun fi tmiem l-2012 għal EUR 40 miljun fi tmiem l-2013 (il-bilanċ pożittiv tal-baġit u r-riżervi żdiedu minn EUR 30,9 miljun għal EUR 37,5 miljun). Dan jindika lok għal tnaqqis fil-prezzijiet.

14.

Iċ-Ċentru sar operazzjonali fl-1994 u sal-lum ħadem fuq il-bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma hemm ebda ftehim komprensiv tal-kwartieri ġenerali bejn iċ-Ċentru u l-Istat Membru. Tali ftehim ikun jippromwovi aktar it-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom iċ-Ċentru u l-persunal tiegħu joperaw.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

15.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Fi tmiem l-2012, iċ-Ċentru kellu depożiti fi flus kontanti u depożiti għal terminu qasir li kienu jammontaw għal EUR 35 miljun (bilanċ pożittiv tal-baġit u riżervi li kienu jammontaw għal EUR 30,9 miljun). Iċ-Ċentru ma jistax jaġġusta l-prezzijiet matul is-sena sabiex jibbilanċja d-dħul u l-infiq għalkemm xi kultant huwa rrimborża lill-klijenti tiegħu sabiex inaqqas iI-bilanċ pożittiv.

Għadha għaddejja

2012

Ir-Regolament Fundatur ta’ 20 aġenzija regolatorja awditjati mill-Qorti fl-2012 jeħtieġ li dawn jużaw iċ-Ċentru għall-ħtiġijiet tat-traduzzjoni kollha tagħhom (ir-Regolament Fundatur taċ-Ċentru jistipula l-istess ħaġa għal 4 aġenziji oħra). Aġenziji oħra mhumiex obbligati jużaw iċ-Ċentru. Għal dokumenti li mhumiex tekniċi l-aġenziji jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom billi jużaw servizzi lokali. Fl-opinjoni tal-Qorti l-leġiżlatur għandu jikkunsidra li jippermetti lill-aġenziji kollha jagħmlu dan.

Għadha għaddejja


ANNESS II

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu)

Kompetenzi u Attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri adottaw, permezz ta’ ftehim reċiproku, dikjarazzjoni dwar il-ħolqien, taħt l-awspiċi tad-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu, ta’ Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni, li jkun jipprovdi s-servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-ħidma tal-korpi u tas-servizzi li s-sede tagħhom kien stabbilit bid-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 1993.

Kompetenzi taċ-Ċentru

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003)

Objettivi

Li jipprovdi s-servizzi ta' traduzzjoni neċessarji għall-operazzjoni tal-korpi li ġejjin:

l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ;

iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga;

l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini;

l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol;

l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji);

l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Unità Drogi tal-Europol.

Il-korpi mwaqqfa mill-Kunsill, barra dawk imsemmija hawn fuq jistgħu jużaw is-servizzi taċ-Ċentru. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea li diġà għandhom is-servizzi ta' traduzzjoni proprji tagħhom jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jitolbu għas-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja.

Iċ-Ċentru jieħu sehem bis-sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni.

Kompiti

Li jagħmel arranġamenti għall-koperazzjoni mal-korpi u l-istituzzjonijiet;

li jipparteċipa fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni.

Governanza

Bord tal-Maniġment

Kompożizzjoni

rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru;

żewg rappreżentanti mill-Kummissjoni;

rappreżentant wieħed minn kull korp jew istituzzjoni li titlob għas-servizzi taċ-Ċentru.

Kompiti

Li jadotta l-baġit annwali u l-programm tax-xogħol (programm ta’ ħidma), it-tabella tal-persunal u r-rapporti annwali taċ-Ċentru.

Direttur

Maħtur mill-Bord tal-Maniġment fuq proposta mill-Kummissjoni.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2013 (2012)

Baġit Finali:

EUR 52,194(48,293) miljun

Persunal:

206 (225) postijiet fit-tabella tal-persunal, li minnhom 193 (199) kienu okkupati.

+ 23 (17-il) persunal kuntrattwali

Total tal-persunal: 216 (216), inkarigati mill-kompiti li ġejjin:

operazzjonali: 118 (114)

amministrattivi: 98 (102)

Prodotti u servizzi 2013 (2012)

Għadd ta’ paġni tradotti:

8 04  986(7 35  007)

Għadd ta’ paġni skont il-lingwa:

lingwi uffiċjali: 8 00  221(7 22  505)

lingwi oħrajn: 4  765(12  502)

Għadd ta' paġni għal kull klijent:

korpi: 7 80  310(7 07  888)

istituzzjonijiet: 24  676(27  119)

Għadd ta’ paġni tradotti minn ħaddiema freelance:

5 12  524(4 80  695)

Sors: Anness ipprovdut miċ-Ċentru.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

Para 11:

Iċ-Ċentru kien ingħaqad mas-sejħa għall-offerti tal-Kummissjoni għal dawn it-tipi ta’ servizzi ta’ traduzzjoni fil-passat. Fir-rigward tas-sejħa għall-offerti msemmija, il-Kummissjoni bdiet ix-xogħol preparatorju tagħha fi stadju kemxejn tard u bidlet il-kundizzjonijiet applikabbli għaċ-Ċentru sabiex dawn ikunu differenti mis-sejħa għall-offerti organizzata erba’ snin ilu. Sfortunatament, iċ-Ċentru ma setax jilħaq ftehim mal-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet. Barra minn hekk, id-data tal-bidu għall-kuntratti l-ġodda ma kinitx tikkoinċidi mad-data tal-għeluq tal-kuntratti stabbiliti u dan irriżulta fi problemi prattiċi għaċ-Ċentru.

Għaldaqstant, iċ-Ċentru ddeċieda li jorganizza s-sejħa għall-offerti tiegħu stess għal dawn it-tipi ta’ servizzi speċifiċi ta’ traduzzjoni u li jestendi kuntratti eżistenti b’sena sabiex ikun imħejji sew għal din is-sejħa tal-offerti estensiva. Meta wieħed iqis l-impatt fuq iċ-Ċentru f’każ li l-ebda kuntratt ma jiġi stabbilit fid-data tal-għeluq tal-kuntratti eżistenti, kien ġie meqjus bħala ġġustifikat li tittawwal l-iskadenza tal-kuntratti eżistenti.

Para 12:

Iċ-Ċentru aġġorna d-delegazzjoni formali biex din tkun konformi mad-drittijiet fl-ABAC. Il-proċedura interna stabbilita biex iżżomm id-delegazzjonijiet fl-ABAC aġġornati ġiet kemxejn modifikata biex tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza bejn id-drittijiet fl-ABAC u d-delegazzjonijiet formali.

Para 13:

Iċ-Ċentru huwa konxju għal kollox li ġġenera bilanċ ekonomiku pożittiv għat-tieni sena konsekuttiva, iżda għandu jiġi nnotat li l-bilanċ pożittiv fl-2013 kien seħħ minħabba fatturi esterni li kienu lil hinn mill-kontroll taċ-Ċentru; speċjalment bħala riżultat ta’ volum ogħla ta' paġni fatturati milli kien previst, iż-żieda fis-salarji li ġiet ikkanċellata u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni li ġiet rimborżata liċ-Ċentru.

Il-baġit taċ-Ċentru tal-2013 tħejja fl-2012 fid-dawl tat-telf ekonomiku ta’ EUR 1 miljun fl-2011 u meta wieħed iqis li d-dħul minn marki kummerċjali Komunitarji kien partikolarment inċert. Kien biss f’Diċembru 2012, fl-abbozz preliminari tal-baġit għall-2014, meta’ ċ-Ċentru seta’ jirreaġixxi għar-riżultati finanzjarji billi ppropona bilanċ negattiv tal-baġit għall-2014 ta’ EUR 1 0 92  890, iffinanzjat mir-riżerva tal-istabbiltà tal-prezzijiet li kienet inħolqot qabel. Skont l-analiżi tal-ispejjeż tal-2012 u l-analiżi tal-ewwel nofs tal-2013, iċ-Ċentru naqqas b’mod konsiderevoli l-prezzijiet tal-2014 biex jirrifletti mhux biss il-bidliet fil-prezz tal-prodotti, iżda biex juża wkoll parti mill-bilanċ pożittiv. Għaldaqstant, il-baġit tal-2014 kien maħdum bħala bilanċ negattiv mill-bidu nett; id-defiċit ta’ EUR 4 1 06  650 huwa bbilanċjat mir-riżerva għall-istabbiltà tal-prezzijiet li nħolqot fis-snin ta’ qabel.

Il-baġit tal-2015 se jerġa’ jitħejja bħala bilanċ negattiv biex juża parti mill-bilanċ pożittiv tas-snin ta’ qabel. Skont l-analiżi tal-prezzijiet ta’ nofs is-sena tal-2014 u s-simulazzjonijiet u l-volumi previsti għall-2015, se jiġu proposti aktar modifiki tal-prezzijiet għall-2015. Bħala miżura addizzjonali, iċ-Ċentru, għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, ippropona li l-Bord tal-Maniġment ikompli jnaqqas il-prezzijiet tal-2014 f’nofs l-2014 biex ikun jista’ jirreaġixxi aktar malajr u jagħti lura r-riżiltati finanzjarji pożittivi tal-2013 lill-klijenti tiegħu.

Para 14:

Ix-xogħlijiet dwar il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali waslu fil-fażi finali tagħhom. L-abbozz ta’ ftehim ġie ppreżentat lil Conseil de Gouvernement tal-Lussemburgu u ġie diskuss u approvat matul il-laqgħa tiegħu fl-aħħar ta’ April. Iċ-Ċentru qed jistenna konferma ta’ data għall-iffirmar tal-ftehim mill-awtoritajiet Lussemburgiżi.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/42


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

(2014/C 442/05)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala s-“Cedefop”), li jinsab f'Tessalonika, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1). Il-mandat prinċipali tiegħu huwa li jservi l-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali fil-livell tal-Unjoni. Sabiex jilħaq dan l-objettiv, huwa għandu l-kompitu li jiġbor u li jxerred dokumentazzjoni dwar is-sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali taċ-Ċentru wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-livell eċċessiv ta’ riporti għat-Titolu II imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

Ikkompletata

2011

Sar għadd sinifikanti ta' trasferimenti baġitarji li fil-biċċa l-kbira kienu konċentrati fi tmiem is-sena (1). Il-ġustifikazzjoni għal dawn it-trasferimenti baġitarji kienet insuffiċjenti, peress li ma saret l-ebda stima tal-ħtiġijiet. Din is-sitwazzjoni tindika dgħufijiet fl-ippjanar u l-programmazzjoni tal-baġit u tmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni.

Ikkompletata

2012

Iċ-Ċentru jagħti għotjiet fuq bażi annwali lil netwerk ta’ sħab nazzjonali (2) (il-firxa tal-għotjiet għal kull ftehim hija bejn EUR 23  615 u EUR 43  620). In-nefqa għall-għotjiet (li hija prinċipalment relatata mal-ispejjeż għall-persunal tal-benefiċjarji) fl-2012 ammontat għal EUR 6 95  337 (3), jew 4 % tan-nefqa operazzjonali totali. Il-verifikazzjonijiet ex ante tal-għotjiet taċ-Ċentru jikkonsistu f’analiżi komprensiva tad-dokumenti tal-klejms għall-ispejjeż ippreżentati mill-benefiċjarji tal-għotjiet, kif ukoll eżaminar taċ-ċertifikati miksuba minn awdituri esterni li kienu kkuntrattati mill-benefiċjarji jew taċ-ċertifikati minn uffiċjali pubbliċi indipendenti. Madankollu, iċ-Ċentru normalment ma jivverifikax l-ispejjeż għall-persunal ikklejmjati mill-benefiċjarji abbażi ta’ dokumentazzjoni oriġinali ta’ sostenn. L-aħħar li twettqu verifikazzjonijiet ex post relatati kien fl-2009. B’riżultat ta’ dan, il-verifikazzjonijiet ex ante jipprovdu biss aċċertament limitat.

Ikkompletata

2012

Ir-rati ta’ implimentazzjoni tal-baġit kienu għoljin f’livell ta’ 100 % għat-Titoli I u III u 98 % għat-Titolu II. Filwaqt li r-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II f’livell ta’ 39 % (EUR 6 73  392), dan irriżulta prinċipalment minn raġunijiet barra mill-kontroll taċ-Ċentru, bħal dewmien f’xogħlijiet ta’ tiswija mwettqa mill-awtoritajiet Griegi fil-bini taċ-Ċentru. Dawn wasslu għal posponiment tal-manutenzjoni, it-tiswija u s-sistemazzjoni relatati tal-bini (madwar EUR 1 24  000), kif ukoll dewmien fl-akkwist ta’ tagħmir għas-swali tal-konferenzi taċ-Ċentru (madwar EUR 2 42  000). Parti mir-riporti tista’ tiġi attribwita għal dewmien fl-akkwist ta’ tagħmir tal-IT (madwar EUR 1 72  000).

M/A

2012

Żewġ proċeduri ta’ reklutaġġ għall-post tad-Direttur futur taċ-Ċentru kienu tnedew fl-2010 u fl-2011 u kien iddikjarat li t-tnejn li huma ma kellhomx suċċess (4). Fi tmiem l-2012 tnediet it-tielet proċedura ta’ reklutaġġ u din għadha għaddejja. Il-Qorti sabet li fl-ewwel żewġ proċeduri ta’ reklutaġġ il-membri tal-Kumitat ta’ Preselezzjoni ma ffirmawx dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess u li l-mistoqsijiet għall-intervisti u l-ponderazzjoni tagħhom, kif ukoll il-punteġġi minimi għall-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati xierqa ġew stabbiliti wara l-iskrinjar tal-kandidati.

Ikkompletata


(1)  B'kollox, saru 77 trasferiment baġitarju, u li jammontaw għal EUR 1,5 miljun, li minnhom 67 trasferiment (EUR 1,3 miljun) saru f'Novembru u f'Diċembru 2011.

(2)  Prinċipalment aġenziji u istituti tar-riċerka nazzjonali.

(3)  Li jirriżultaw minn pagamenti finali u kklerjar ta' prefinanzjamenti relatati ma' ftehimiet ta' għotjiet minn snin preċedenti. Għall-ftehimiet ta' għotjiet tal-2012, saru biss prefinanzjamenti fl-2012 li kienu għadhom ma wasslux għal infiq.

(4)  Fl-ewwel proċedura ta' reklutaġġ, ebda kandidat fuq il-lista mqassra tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru ma nħatar mill-Kummissjoni Ewropea. Fit-tieni proċedura ta' reklutaġġ, il-Kumitat ta' Preselezzjoni qies li ebda wieħed mill-kandidati proposti ma kien jissodisfa r-rekwiżiti biex ikun fuq il-lista mqassra u ma ppreżentax lista ta’ kandidati adatti lill-Bord Governattiv.


ANNESS II

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħrig Vokazzjonali (Tessalonika)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 166(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Ġbir ta’ informazzjoni

L-Unjoni għandha timplimenta politika ta' formazzjoni vokazzjonali, li għandha tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tal-formazzjoni vokazzjonali.

Kompetenzi tas-CEDEFOP

(L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KEE) Nru 337/75)

Għanijiet

Fil-kapaċità tiegħu bħala ċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, is-Cedefop jipprovdi lil min ifassal il-politika, lir-riċerkaturi u lill-professjonisti b’evidenza dwar xejriet attwali biex ikunu jistgħu jilħqu deċiżjonijiet u azzjonijiet b’bażi soda. Is-Cedefop jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fil-promozzjoni u fl-iżvilupp ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fil-livell tal-Unjoni.

Kompiti

Li jiġbor dokumentazzjoni magħżula u jipproduċi analiżi tad-data,

li jagħti sehem fl-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' riċerka,

li jutilizza u jxerred informazzjoni rilevanti,

li jħeġġeġ u jappoġġa ħidma koordinata għal kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp ta’ taħriġ vokazzjonali,

li jipprovdi forum għal pubbliku wiesa’ u divers.

Governanza

Bord Governattiv

Kompożizzjoni

Għal kull Stat Membru:

(a)

Membru wieħed li jirrappreżenta l-Gvern.

(b)

Membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem.

(c)

Membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegati.

Għall-Kummissjoni Ewropea: tliet membri.

Il-membri msemmija f’(a), (b) u (c) jinħatru mill-Kunsill. Il-Kummissjoni taħtar il-membri li għandhom jirrappreżentawha.

Koordinaturi mill-organizzazzjonijiet ta' Min Iħaddem u tal-Impjegati fil-livell Ewropew u osservaturi mill-pajjiżi taż-ŻEE wkoll jattendu għal-laqgħat tal-Bord Governattiv u tal-Bureau.

Doveri

Li jadotta l-baġit, il-prijoritajiet fuq perjodu medju (l-ippjanar pluriennali tas-Cedefop) u l-programm ta’ xogħol u li jivvaluta u janalizza r-rapport annwali tal-attività u l-kontijiet annwali. Li jadotta l-baġit finali u t-tabella tal-persunal.

Bureau

Kompożizzjoni

Il-president u t-tliet viċi presidenti tal-Bord Governattiv, koordinatur wieħed għal kull grupp u rappreżentant addizzjonali tal-Kummissjoni.

Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni minn lista’ ta’ kandidati mogħtija mill-Bord Governattiv; huwa responsabbli għall-ġestjoni tas-Cedefop u jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord Governattiv u tal-Bureau.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2013 (2012)

Baġit finali

EUR 18,53(19,22) miljun

Kontribuzzjoni mill-Unjoni (1): 97,4 % (97,6 %)

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Għadd ta’ postijiet fit-tabella tal-persunal: 100 (101)

Postijiet okkupati: 98 (2) (98)

Persunal ieħor:

persunal kuntrattwali: 23 (23)

esperti nazzjonali sekondati: 4 (3)

Total tal-persunal: 125 (124)

persunal operazzjonali: 91 (90)

amministrattiv: 34 (34)

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

Analiżi tal-politika u rappurtar

Is-Cedefop jimmonitorja l-progress tal-pajjiżi lejn riżultati fuq terminu qasir miftiehma fil-Bruges Communiqué. L-iskedi tal-pajjiżi li jagħtu sommarju tal-progress tal-politika ġew iffinalizzati għall-Istati Membri kollha tal-UE, għan-Norveġja u għall-Islanda u saru disponibbli għall-Kummissjoni Ewropea, li tipproponi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għas-simestru Ewropew. Biex iħejju għar-Rapport ta' monitoraġġ tal-politika tal-ETV 2014 tas-Cedefop, gruppi fokus b'membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ Vokazzjonali (ACVT) ddiskutew l-effettività tal-politiki. Deskrizzjonijiet ta' sistemi nazzjonali tal-ETV ġew ippubblikati onlajn, għal 29 pajjiż, imħejjija minn sħab tar-ReferNet. Fokus fuq l-ETV fl-Irlanda tħejja għal-laqgħa ta' Marzu tad-DĠTV. Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fil-Litwanja – Deskrizzjoni fil-qosorFokus fuq l-ETV fil-Litwanja nħarġu għal-laqgħa tad-DĠTV f'Novembru u għall-Konferenza tal-Presidenza dwar l-ETV. Ir-rapport tas-Cedefop Lejn l-2020: data għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ġie ppubblikat.

Għodod komuni Ewropej, kwalifiki u eżiti tat-tagħlim

Is-Cedefop ipprovda parir u kompetenza dwar il-politiki lil gruppi ta' ħidma fil-livell tal-UE biex jappoġġa l-implimentazzjoni ta' għodod tal-UE. L-istudju mis-Cedefop dwar kwalifiki fil-livell 5 tal-QEK u l-Analiżi ta' u ħarsa ġenerali lejn id-deskritturi tal-livelli tal-NQF f'pajjiżi Ewropej tiegħu kkontribwixxew direttament għall-implimentazzjoni tal-QEK/NQF. Ġie ppubblikat l-istudju tas-Cedefop Ir-rwol tal-kwalifiki fir-regolar ta' professjonijiet u okkupazzjonijiet. Inħarġet nota ta' informazzjoni dwar l-opportunitajiet u l-isfidi tal-ECVET. Il-Europass irreġistra 20,85 miljun żjara (14,8 miljun) u 10,16 miljun (8,3 miljun) CV ġġenerati onlajn. Ġew diskussi l-kisbiet u l-isfidi relatati mal-għodod Ewropej matul ikla ta' ħidma mal-Parlament Ewropew. Ġie ppubblikat l-istudju tas-Cedefop It-tiġdid tad-dispożizzjoni tal-ETV: Nifhmu l-mekkaniżmi ta' feedback bejn l-ETV inizjali u s-suq tax-xogħol. In-nota ta' informazzjoni Inżommu ż-żgħażagħ fl-edukazzjoni (vokazzjonali): x'jaħdem? ġiet abbozzata għall-Konferenza tal-Presidenza Litwana dwar l-ETV.

Tagħlim tal-adulti u tranżizzjonijiet

Sar dibattitu dwar l-istudju tas-Cedefop Ir-Ritorn għax-Xogħol – tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' adulti qiegħda fis-suq tax-xogħol fil-konferenza dwar l-ETV tal-Presidenza Litwana. Ġew ippubblikati l-istudji tas-Cedefop Benefiċċji ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa għal nies, organizzazzjonijiet u pajjiżiEżiti ta' edukazzjoni vokazzjonali fl-Ewropa fis-suq tax-xogħol. Ġie ffinalizzat l-istudju tas-Cedefop dwar il-Validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali f'intrapriżi Ewropej u tqassmet sinteżi fis-seminar konġunt tas-Cedefop/DĠ EAC li mmarka l-bidu tas-segwitu għar-Rakkomandazzjoni 2012 tal-Kunsill dwar il-validazzjoni. Biex jappoġġa l-alleanza Ewropea għall-apprendistat, is-Cedefop organizza konferenza ta' livell għoli dwar 'It-tiġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex jiġi ttrattat in-nuqqas ta' qbil ta' ħiliet – tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u apprendistat għal kulħadd?'.

Analiżi tal-ħiliet

Is-Cedefop appoġġa l-iżvilupp tal-Panorama ta' Ħiliet tal-UE (EUSP) li huwa se jieħu r-responsabbiltà sħiħa għaliha mill-2014 'il quddiem. Inħarġu l-projezzjonijiet 2013 tas-Cedefop għall-provvista u d-domanda tal-ħiliet fl-Unjoni Ewropea. Mogħdijiet għall-irkupru: tliet xenarji għas-suq tal-ħiliet u tax-xogħol għall-2025 ta s-sejbiet ewlenin fil-qosor. Ġie ppubblikat id-dokument ta' riċerka tas-Cedefop Kwantifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta' ħiliet fl-Ewropa – Profili ta' ħiliet okkupazzjonali: metodoloġija u applikazzjoni. Ġew ippubblikati nota ta' informazzjoni u pubblikazzjoni Ħiliet għal Ewropa b'livell baxx ta' karbonju. Id-data u l-analiżijiet tas-Cedefop dwar in-nuqqas ta' qbil ta' ħiliet ikkontribwixxew għax-xogħol tal-Kunsill Aġenda Globali (GAC) dwar l-Impjieg tal-Forum Ekonomiku Dinji (WEF) u ġew ippreżentati fis-Summit 2013 dwar l-Aġenda Globali f'Abu Dhabi.

Impatt organizzattiv

L-evalwazzjoni (esterna) tas-Cedefop għall-perjodu 2007-2012 eżaminat jekk xogħlu kienx konsistenti mal-politiki Ewropej u ħarset lejn l-effiċjenza u l-impatt tiegħu u s-sinerġiji tiegħu ma' erba' aġenziji oħra tal-UE. Hija enfasizzat li: is-Cedefop kellu suċċess kbir fl-implimentazzjoni tal-objettivi li jinsabu fir-Regolament Fundatur tiegħu, u huwa rikonoxxut bħala ċentru dinji ta' kompetenza minn ta' quddiem nett fil-qasam ta' oqfsa ta' kwalifiki u ħiliet; xogħol is-Cedefop ma dduplikax l-attivitajiet ta' atturi oħra fil-livell Ewropew, nazzjonali jew internazzjonali; il-popolarità tal-prodotti u tad-downloads tiegħu kienet żdiedet b'mod sinifikanti; l-avvenimenti tiegħu kienu ta' kwalità għolja u s-sodisfazzjon tal-parteċipanti kienet għolja ħafna; l-operazzjonijiet kienu kosteffetivi. Is-Cedefop juża sistema ta' kejl tal-prestazzjoni (PMS) biex jgħin jimmaniġġja u jevalwa l-impatt, l-effiċjenza u l-effettività tiegħu. Is-sejbiet tas-Cedefop kienu kkwotati f'173 (169) dokument ta' politika fil-livell tal-UE. L-amministrazzjoni tas-Cedefop kompliet tappoġġa operazzjonijiet b'mod effettiv u effiċjenti. Stħarriġ fost il-persunal fl-2013 ikkonferma s-sodisfazzjon tal-persunal bis-servizzi ta' amministrazzjoni u appoġġ.

Għal aktar informazzjoni ara www.cedefop.europa.eu (Rapport Annwali u Rapport Annwali tal-Attività 2013).


(1)  Nota: Id-dħul assenjat mill-Ftehimiet ta' Delega tad-DĠ EMPL li ammontaw għal EUR 0,6 miljun fl-2013 (EUR 1,32 miljun fl-2012) huma inklużi.

(2)  Dan jinkludi postijiet li huma effettivament mimlija (96) u offerti għall-impjieg li saru (2) għal postijiet battala (f’konformità mal-approċċ tal-Pjan Pluriennali għall-Politika tal-Persunal).

Sors: Anness ipprovdut miċ-Ċentru.


IR-RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU

Is-Cedefop ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/51


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Kulleġġ

(2014/C 442/06)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem “il-Kulleġġ”, magħruf ukoll bħala s-“CEPOL”), li jinsab fi Bramshill, ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/820/ĠAI (1), imħassra u sostitwita fl-2005 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (2). Il-kompitu tal-Kulleġġ huwa li jaħdem bħala netwerk u jiġbor flimkien l-istituti nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija fl-Istati Membri biex jipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ, ibbażati fuq standards komuni, għal uffiċjali għolja tal-pulizija (3).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Kulleġġ. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Kulleġġ u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Kulleġġ jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Kulleġġ wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Kulleġġ fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula, jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENT DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2012 li jammontaw għal EUR 1,7 miljun, EUR 0,3 miljun (17,6 %) ġew ikkanċellati fl-2013. Dan kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat li kellhom jiġu rimborżati taħt ftehimiet ta' għotjiet tal-2012 (EUR 0,21 miljun jew 70 % tar-riporti kkanċellati), li jindika l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni aktar preċiża mill-benefiċjarji fi tmiem is-sena dwar l-ispiża li fil-fatt tkun iġġarrbet.

12.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati fl-2013 għat-titoli differenti kien ivarja bejn 92 % u 95 %, li jindika li l-impenji legali twettqu f'waqthom. Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) b’ammont ta’ EUR 1 45  410 (30,5 %), iżda dan irriżulta prinċipalment minn avvenimenti lil hinn mill-kontroll tal-Kulleġġ, bħal pagamenti dovuti fl-2014 għal servizzi u prodotti ordnati u riċevuti kif ippjanat fl-2013.

KUMMENTI OĦRA

13.

Il-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Kulleġġ għadhom mhumiex trasparenti għalkollox. Il-gwida lill-membri tal-bordijiet tal-għażla dwar il-valutazzjoni konsistenti tal-kriterji tal-għażla ma kinitx ċara biżżejjed; ir-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward tal-esperjenza professjonali ma kinux dejjem konformi mar-Regoli ta' Implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Kulleġġ u d-dokumentazzjoni tar-reklutaġġ kienet inkompleta.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(3)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Kulleġġ. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-livell għoli ta’ riporti kif ukoll il-livell għoli ta’ kanċellazzjonijiet jindikaw nuqqasijiet fl-ippjanar u/jew fl-implimentazzjoni tal-baġit u jmorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

Mhux applikabbli

2011

Il-livell għoli ta’ trasferimenti tal-baġit jindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit u jmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni.

Għadha għaddejja

2011

Il-Kulleġġ jinsab fi Bramshill, u juża l-uffiċċji tal-Aġenzija Nazzjonali għat-Titjib ta’ Ħidmet il-Pulizija (NPIA) tar-Renju Unit. L-NPIA se tagħlaq fi tmiem l-2012 u mhuwiex ċar sa meta l-Kulleġġ jista’ jibqa’ juża l-bini attwali tiegħu.

Għadha għaddejja

2011

Il-Kulleġġ jeħtieġ li jtejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. L-avviżi ta’ postijiet battala ma għamlu l-ebda referenza għall-possibbiltà ta’ appell; il-ponderazzjonijiet għall-kriterji tal-għażla ma ġewx stipulati qabel l-eżaminar tal-applikazzjonijiet u r-rapporti li jagħtu sommarju tal-proċeduri ta’ skrinjar u ta’ deċiżjonijiet dwar il-listi ta’ riżerva mhux dejjem ġew ippreparati.

Ikkompletata

2012

Il-Kulleġġ irriporta għall-2013 approprjazzjonijiet impenjati li jammontaw għal EUR 3 55  500 għall-Programm ta’ Skambju 2013, li huwa skedat li jsir bejn Marzu u Novembru 2013. Fl-assenza ta’ kwalunkwe referenza għall-Programm ta’ Skambju 2013 fil-Programm ta’ Ħidma Annwali 2012 tal-Kulleġġ u fid-dawl tal-fatt li ma kienet saret ebda deċiżjoni ta’ finanzjament fuq il-kwistjoni fl-2012, ir-riport huwa irregolari.

Mhux applikabbli

2012

Mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2011 li jammontaw għal EUR 1,7 miljun, EUR 0,7 miljun (41,2 %) ġew ikkanċellati fl-2012. Dan kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat li kellhom jiġu rimborżati taħt ftehimiet ta’ għotjiet tal-2011 (EUR 0,44 miljun jew 62 % tar-riporti kkanċellati).

Pendenti

2012

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati fl-2012 għat-titoli differenti varja bejn 90 % u 99 % tal-approprjazzjonijiet totali, li jindika li l-impenji legali ġew magħmula f’waqthom. Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2013 kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) billi ammonta għal EUR 1,5 miljun (36 %). Iżda dan ma kienx dovut għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali 2012 tal-Kulleġġ, iżda rriżulta prinċipalment mir-riport imsemmi fil-paragrafu 11 u mill-fatt li spejjeż relatati ma’ korsijiet li ġew organizzati fl-aħħar xhur tal-2012 taħt il-ftehimiet ta’ għotja tal-2012 ma kellhomx jiġu rimborżati sal-bidu tal-2013 (EUR 1 miljun).

Mhux applikabbli

2012

Fl-2012, il-Kulleġġ għamel 37 trasferiment baġitarju li ammontaw għal EUR 1 miljun, li minnhom 36 fi ħdan it-titoli rispettivi tagħhom.

Għadha għaddejja

2012

Diskussjonijiet dwar il-futur tal-Kulleġġ li ilhom għaddejjin għal ħafna snin ħolqu sitwazzjoni ta’ inċertezza li qed tkompli tfixkel l-ippjanar u l-implimentazzjoni tan-negozju.

Għadha għaddejja

2012

Il-Kulleġġ jeħtieġ li jiżgura l-konformità bis-sħiħ mal-“Guide to CEPOL recruitement” (Gwida għar-reklutaġġ tas-CEPOL) u jkompli jtejjeb aktar it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ: l-avviżi ta’ postijiet battala ma kinux dejjem ippubblikati mill-anqas 6 ġimgħat qabel l-applikazzjonijiet kellhom jintbagħtu; ma kienx hemm evidenza li l-assessuri ċċekkjaw li r-regoli għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet kienu ġew rispettati; il-kriterji tal-għażla li ġew applikati mhux dejjem qablu ma dawk li kienu ġew speċifikati fl-avviżi ta’ postijiet battala; f’xi każi kien hemm dewmien serju fl-eżaminar tal-applikazzjonijiet.

Ikkompletata


ANNESS II

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Bramshill)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 87 TFUE)

Approssimazzjoni ta’ liġijiet

“1.

L-Unjoni għandha tistabbilixxi kooperazzjoni tal-pulizija li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri, inkluża l-pulizija, is-servizzi tad-dwana u servizzi oħrajn tal-infurzar tal-liġi speċjalizzati fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati kriminali.

2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu miżuri dwar:

[...]

 

(b)

l-appoġġ għat-taħriġ tal-persunal, kif ukoll il-kooperazzjoni dwar l-iskambju tal-persunal, dwar tagħmir u dwar ir-riċerka fil-kxif tal-kriminalità;” [...].

Kompetenzi tal-Kulleġġ

(Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI)

Objettivi

“Il-mira tas-CEPOL għandha tkun li jgħin fit-taħriġ tal-uffiċjali għolja tal-pulizija tal-Istati Membri billi joħroġ l-aħjar mill-kooperazzjoni bejn id-diversi istituti komponenti tas-CEPOL. Dan għandu jappoġġa u jiżviluppa approċċ Ewropew għall-problemi prinċipali li qed jaffaċċjaw l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità, il-prevenzjoni tal-kriminalità u ż-żamma tal-liġi u l-ordni u tas-sigurtà pubblika, b’mod partikolari d-dimensjonijiet transkonfinali ta’ dawk il-problemi.”

Kompiti

Li jżid l-għarfien tas-sistemi u l-istrutturi nazzjonali tal-pulizija ta’ Stati Membri oħra u tal-kooperazzjoni transkonfinali tal-pulizija fl-Unjoni Ewropea.

Li jtejjeb l-għarfien tal-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fis-setturi li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-mod kif jaħdmu u r-rwol tagħhom, kif ukoll il-mekkaniżmi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-istrumenti legali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari rigward l-implikazzjonijiet tagħhom għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi;

(b)

l-objettivi tal-Europol, l-istruttura u l-mod kif taħdem, kif ukoll il-possibbiltajiet li titkabbar kemm jista’ jkun il-kooperazzjoni bejn l-Europol u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi rilevanti fl-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

(c)

l-objettivi tal-Eurojust, l-istruttura u l-mod kif taħdem.

Li jipprovdi taħriġ xieraq fir-rigward tar-rispett għas-salvagwardji demokratiċi b'referenza partikolari għad-drittijiet ta' difiża.

Governanza

Bord ta' Tmexxija

Kompożizzjoni

Delegazzjoni waħda minn kull Stat Membru.

Kull delegazzjoni għandu jkollha vot wieħed. Rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Europol għandhom jiġu mistiedna jattendu għal-laqgħat bħala osservaturi li ma għandhomx vot.

Direttur

Imexxi l-Kulleġġ, maħtur u mneħħi mill-Bord ta’ Tmexxija.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS).

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Kulleġġ fl-2013 (2012)

Baġit

EUR 8,4(8,4) miljun

Persunal

It-Tabella tal-Persunal għall-2013 ipprevediet 28 (28) post għal Persunal Temporanju.

Barra minn hekk: kien hemm baġit għal 10 (10) postijiet għal Persunal Kuntrattwali.

L-Istati Membri ssekondaw ukoll total ta’: ħames (ħames) Esperti Nazzjonali matul is-sena.

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

Korsijiet, Seminars u Konferenzi

Il-Kulleġġ implimenta total ta’ 72 (82) attività residenzjali (korsijiet, seminars u konferenzi). Il-valutazzjoni tal-evalwazzjoni tal-attivitajiet turi li s-sodisfazzjon ġenerali għall-attivitajiet tal-Kulleġġ u l-eżiti ta’ tagħlim tiegħu baqa’ eċċellenti f'livell ta' 94 % (93 %).

Is-CEPOL laqqa’ flimkien l-ogħla għadd ta’ parteċipanti fl-istorja tiegħu: 2  251(2  098) parteċipant fl-infurzar tal-liġi u 707 (772) ħarrieġ minn 42 (33) pajjiż (Stati Membri tal-UE u Pajjiżi Terzi) u 21 (27) korp tal-UE u internazzjonali.

Ir-rata ta’ attendenza (attendenza meta mqabbla ma' siġġijiet disponibbli) żdiedet b’mod konsiderevoli u laħqet il-116 % (96 %), l-ogħla rata qatt milħuqa, u turi domanda dejjem tiżdied għat-taħriġ tas-CEPOL. Il-Kulleġġ stess organizza 19 (15)-il attività biex jappoġġa lin-netwerk u beda proċess ta’ applikazzjoni relatat mal-Ftehim ta’ Għotja għall-2014. L-ebda attività ma ġiet posposta għas-sena kalendarja li jmiss.

Relazzjonijiet Esterni

Fl-2013, is-CEPOL issokta bil-kooperazzjoni tiegħu li qed tagħti riżultati tajbin ħafna, mal-pajjiżi Kandidati, Kandidati Potenzjali u tal-PEV/EAP kif ukoll mas-Sħab Strateġiċi, l-aġenziji tal-ĠAI u l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Fl-2013, is-CEPOL iffirma żewġ arranġamenti tax-xogħol mal-Albanija u l-Federazzjoni Russa (b’mod sinifikanti, fl-2013 għall-ewwel darba seħħet attività konġunta bejn il-Federazzjoni Russa u s-CEPOL f’Moska) kif ukoll waħda mal-EU-LISA. In-negozjati ġew segwiti aktar ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mal-Bożnja-Ħerzegovina, filwaqt li nbdew kuntatti formali mal-Kosovo u l-Armenja, li wasslu għal żewġ missjonijiet ta’ esperti hemm biex jesploraw l-opportunitajiet ta’ kooperazzjoni.

Kuntatti nbdew ukoll ma’ atturi fit-taħriġ tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Uniti. Is-CEPOL ikkonkluda b’suċċess il-presidenza tiegħu tal-Grupp ta’ Kuntatt tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni li kienu qed iwettqu attivitajiet komuni miftiehma inklużi f’rapport finali vvalidat mill-COSI.

Fl-2013, is-CEPOL appoġġa seba’ proġetti għall-bini tal-kapaċitajiet implimentati mill-Istati Membri tal-UE; dawn varjaw minn metodoloġiji ta’ tagħlim elettroniku permezz ta’ taħriġ kontra l-Isfruttament Sesswali tat-Tfal għal maniġġar ċivili ta' kriżijiet u suġġetti importanti oħrajn dwar attivitajiet tal-pulizija.

Żvilupp tal-Manwali tat-Taħriġ u Kurrikula (Komuni)

Il-Manwal tas-SIRENE għall-Ħarrieġa ġie użat fil-kuntest ta’ attivitajiet tas-SIRENE fl-2013 u aġġornat mill-Kumitat tat-Taħriġ tas-SIRENE. Huwa se jiġi distribwit lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tal-2014.

Il-Kurrikulu Komuni dwar it-Traffikar tad-Droga ġie aġġornat u ġew żviluppati żewġ Kurrikula Komuni: Il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u l-Eurojust, dan tal-aħħar bl-involviment qawwi ta' esperti tal-Eurojust. Esperti tal-Europol ikkontribwixxa għall-Kurrikulu Komuni dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, u l-Europol ipprovda wkoll kummenti għall-Kurrikulu Komuni dwar it-Traffikar tad-Droga (erba’ Kurrikula Komuni aġġornati u wieħed kkompletat fl-2012).

Riċerka u Xjenza

Il-Konferenza Ewropea Annwali 2013 dwar ir-Riċerka u x-Xjenza tal-Pulizija, organizzata mis-CEPOL, bit-titolu “Policing civil societies in times of economic constraints” (Attivitajiet tal-pulizija għas-soċjetajiet ċivili fi żminijiet ta’ limitazzjonijiet ekonomiċi) attiraw 126 (120) parteċipant mill-Istati Membri tal-UE kif ukoll minn barra u kienet milqugħa tajjeb. Kontributi għall-konferenza tqiegħdu fuq il-websajts tas-CEPOL u volum tal-konferenza qed jitħejja għall-pubblikazzjoni.

Bl-appoġġ tan-netwerk tas-CEPOL tal-Korrispondenti tar-Riċerka Nazzjonali u x-Xjenza u l-Grupp ta’ Ħidma tat-Trasferiment tal-Għarfien, żewġ ħarġiet ġodda tal- “European Science and Research Bulletin” (Bullettin tax-Xjenza u tar-Riċerka Ewropea) ġew ippubblikati fuq il-websajt. Barra minn hekk, saret disponibbli paġna tal-web li ġabret flimkien pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-pulizija ppubblikati fiż-żona tal-Unjoni Ewropea. Il-Librerija elettronika tas-CEPOL kompliet tiġi offruta bħala repożitorju tal-għarfien għall-utenti rreġistrati tal-e-Net.

Programm Ewropew ta’ Skambju tal-Pulizija

Il-Programm Ewropew ta’ Skambju tal-Pulizija 2013 organizzat mis-CEPOL (EPEP) kien jinkludi sitt segmenti flimkien ma’ parti li kienet Żjara ta’ Studju:

Segment ġenerali għal Uffiċjali Għolja tal-Pulizija;

Segment għal kmandanti;

Segment għal ħarrieġa;

Segment għal riċerkaturi;

Segment interaġenziji;

Segment PEV-Bank Dinji (WB);

Żjarat ta’ studju lill-EUROPOL (darbtejn), Frontex, l-EMCDDA u l-OLAF.

Il-programm kien jinkludi suġġetti li dderivaw mill-prijoritajiet tal-Programm ta’ Stokkolma, miċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE kif ukoll minn talbiet mill-Istati Membri. Iż-żjarat ta’ skambju jsiru fuq bażi bilaterali, b'perjodu ta' implimentazzjoni ta' massimu ta’ 12-il jum kalendarju u minimu ta’ 5 ijiem ta’ xogħol. Ġew organizzati żjarat ta’ studju għal bejn tliet u ħamest ijiem lill-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Għall-ewwel darba, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, it-Turkija u l-pajjiżi fis-Sħubija tal-Lvant pparteċipaw fl-EPEP.

B’kollox ħadu sehem 444 (293) parteċipant minn 25 Stat Membru u minn pajjiżi tal-PEV-WB – l-akbar attendenza minn mindu nbeda l-proġett fl-2007. Il-programm kellu baġit ta’ kemxejn aktar minn EUR 6 00  000 ffinanzjat mis-CEPOL u r-rata ta’ utilizzazzjoni kienet ta’ aktar minn 95 %.

Il-feedback miġbur minn 135 persuna skambjata u 54 parteċipant fi żjarat ta’ studju kien jindika rata rimarkabbli ta’ 98 % ta' sodisfazzjon ġenerali bil-Programm Ewropew 2013 ta’ Skambju tal-Pulizija.

Netwerk Elettroniku (e-Net)

F’Novembru saret laqgħa għall-maniġers nazzjonali tal-e-NET. Irriżulta li l-LMS (is-Sistema tal-Maniġment tat-Tagħlim) tas-CEPOL uriet li rnexxiet bil-kbir kemm fl-aġġornar u t-titjib tal-appoġġ onlajn għall-attivitajiet tas-CEPOL kif ukoll billi offriet pjattaforna għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fi ħdan in-netwerk tas-CEPOL. Pjattaformi Miftuħa saru disponibbli wkoll b’tali mod li f’kuntest ta’ tagħlim fuq netwerk, il-komunitajiet tal-prattika jistgħu faċilment jitgħallmu minn xulxin u ma' xulxin billi jużaw teknoloġija onlajn.

Tagħlim elettroniku (E-Learning)

Fl-2013 il-Kulleġġ żviluppa tliet (erba’) Moduli ġodda ta’ Tagħlim Elettroniku u aġġornat żewġ Moduli eżistenti ta' Tagħlim Elettroniku dwar is-suġġetti tal-Ħasil tal-Flus, is-SISII, id-Deċiżjoni ta' Pruem, l-Europol u ċ-Ċiberkriminalità. L-iżvilupp tal-modulu onlajn dwar iċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE kien ġie kkompletat fl-2013 u ġie adottat f’Jannar 2014. Sal-lum hemm 19-il modulu onlajn disponibbli.

Fl-2013 total ta’ 1  994(1  961) utent uniku żaru l-31 modulu ta’ tagħlim onlajn, 31 webinar kienu ġew implimentati u għalihom attendew 3  562(1  667) parteċipant. Kien hemm 10 pjattaformi għal komunitajiet ta’ prattika attivi fl-2013, fejn 2  063 professjonist tal-istess fehma f’oqsma differenti tal-pulizija u tal-edukazzjoni tal-pulizija qasmu u bnew fuq l-għarfien u l-kompetenza ta’ xulxin.

Sors: Anness ipprovdut mill-Kulleġġ.


IR-RISPOSTI TAL-KULLEĠĠ

11. & 12:

L-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti. Il-fatti deskritti jippermettu li nirrikonoxxu li l-miżuri introdotti mis-CEPOL fis-snin reċenti jwasslu għal ammont ta’ riporti mnaqqas b’mod sinifikanti. Aħna nimpenjaw ruħna biex inkomplu nżidu u nżommu l-konformità mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità previst fir-Regolament Finanzjarju.

13:

L-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti. Is-CEPOL lesta d-dokumentazzjoni tal-proċessi tar-riżorsi umani billi fassal mill-ġdid u tejjeb l-istruzzjonijiet tax-xogħol relatati, il-mudelli u l-listi ta’ kontroll. Aħna nistennew li dawn l-iżviluppi ulterjuri, li se jiġu applikati għar-reklutaġġi mnedija dan l-aħħar, jikkontribwixxu għal amministrazzjoni aqwa u għal żieda fit-trasparenza tal-proċess tar-reklutaġġ.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/61


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2014/C 442/07)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (L-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta’ Pjanti) (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju” magħruf ukoll bħala s-“CPVO”), li jinsab f’Angers, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (1). Il-kompitu prinċipali tiegħu huwa li jirreġistra u jeżamina applikazzjonijiet għall-għoti ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali tal-Unjoni għal varjetajiet ta’ pjanti u li jiżgura li l-eżamijiet tekniċi meħtieġa jsiru mill-uffiċċji kompetenti fl-Istati Membri (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-President japprova l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit għall-2013 hija baxxa f'livell ta' 86 % (EUR 1 2 7 55  144) b'rata għolja korrispondenti ta' kanċellamenti. Dan jitfisser parzjalment mill-fatt li d-dħul u n-nefqa operazzjonali relatata (Titolu III) jiddependu ħafna mill-għadd ta' applikazzjonijet għar-reġistrazzjoni ta' drittijiet tal-varjetajiet ta' pjanti, li huwa diffiċli li jiġi previst bi preċiżjoni. Madankollu, hemm lok għal titjib ulterjuri fl-ippjanar u l-monitoraġġ tal-baġit, partikolarment fir-rigward tan-nefqa amministrattiva (Titolu II).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 38 sa 42 tar-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikoli 87 sa 92 tar-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

L-Uffiċċju ma adottax ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-ingaġġ u l-użu ta’ persunal kuntrattwali u l-okkupazzjoni temporanja ta’ pożizzjonijiet maniġerjali.

Għadha għaddejja

2012

Is-CPVO wettaq verifikazzjoni fiżika tal-assi tiegħu f’Diċembru 2012. Madankollu, ebda rapport ta’ verifikazzjoni fiżika ma ġie prodott. Għalhekk mhuwiex possibbli li tiġi vverifikata l-preċiżjoni tar-rekords kontabilistiċi korrispondenti.

Ikkompletata

2012

Il-proċeduri ta’ reklutaġġ urew nuqqasijiet sinifikanti li jaffettwaw it-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati: il-ponderazzjonijiet u l-limiti stabbiliti mhux dejjem ġew applikati, ma ntuża ebda metodu ta’ evalwazzjoni konsistenti matul id-diversi proċeduri ta’ reklutaġġ u l-possibbiltà ta’ appell ma kinitx imsemmija fl-avviż ta’ postijiet battala.

Għadha għaddejja


ANNESS II

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (Angers)

Kompetenzi u Attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(Silta mill-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Moviment liberu tal-merkanzija

Madankollu dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet [il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali] ma għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Kompetenzi tal-Uffiċċju

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 u l-Pjan Strateġiku 2010-2015)

Objettivi

Li japplika s-sistema ta’ drittijiet tal-Unjoni Ewropea tal-varjetajiet ta’ pjanti bħala l-forma unika u esklussiva ta’ drittijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ proprjetà industrijali għall-varjetajiet ta’ pjanti.

Li jrawwem l-innovazzjoni fil-varjetajiet ta’ pjanti permezz ta’ pproċessar ta’ kwalità għolja ta’ applikazzjonijiet għal drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti bi prezzijiet raġonevoli filwaqt li jipprovdi gwida u assistenza ta’ politika fl-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet għall-benefiċċju tal-partijiet interessati.

Kompiti

li jiddeċiedi jekk jirrifjutax jew jagħtix applikazzjonijiet għal drittijiet tal-Unjoni tal-varjetajiet ta’ pjanti,

li jiddeċiedi dwar oġġezzjonijiet,

li jiddeċiedi dwar appelli,

li jiddeċiedi dwar ir-revoka jew il-kanċellament ta’ dritt tal-Unjoni Ewropea tal-varjetajiet ta’ pjanti.

Governanza

Il-President

Imexxi l-Uffiċċju. Huwa maħtur mill-Kunsill minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv.

Il-Kunsill Amministrattiv

Jissorvelja l-programm ta’ ħidma tal-Uffiċċju u jfassal ir-regoli li jirregolaw il-metodi ta’ ħidma tal-Uffiċċju. Huwa magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u s-supplenti tagħhom.

Deċiżjonijiet rigward l-għoti ta’ drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti jiġu adottati minn Kumitati magħmula minn tliet membri tal-persunal tal-Uffiċċju u mill-Bord tal-Appell fi proċedimenti tal-appell.

Kontroll tal-legalità tal-atti tal-Uffiċċju

L-eżaminar mill-Kummissjoni tal-legalità tal-atti tal-President tal-Uffiċċju li fir-rigward tagħhom il-liġi tal-Unjoni Ewropea ma tipprevedix kontroll fuq il-legalità minn xi korp ieħor, u tal-atti tal-Kunsill Amministrattiv relatati mal-baġit tal-Uffiċċju.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Kunsill Amministrattiv.

Riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2013 (2012)

Baġit finali

EUR 14,8(14,3) miljun

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Għadd ta’ postijiet fit-tabella tal-persunal: 48 (46)

Postijiet okkupati: 45 (45)

Total tal-persunal: 45 (45), assenjati għall-kompiti li ġejjin:

operazzjonali: 28,5(17,5)

amministrattivi: 16,5(21,5)

Prodotti u servizzi 2013 (2012)

Applikazzjonijiet riċevuti: 3  297(2  868)

Drittijiet mogħtija: 2  706(2  640)

Drittijiet tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2013: 21  576(20  362)

Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Varjetajiet ta’ Pjanti

Kontribut għall-infurzar ta’ drittijiet tal-varjetajiet ta’ pjanti.

Kuntatti u kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li ġejjin: Il-Kummissjoni Ewropea (DĠ SANCO, Kumitati Permanenti), UPOV (1), CIOPORA (2), ESA (3), OAPI (4), OECD (5), MAFF (6) (il-Ġappun).


(1)  Union pour la Protection des Obtentions végétales (Unjoni għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti).

(2)  International Community of Breeders of Asexually Reproduced Ornamental and Fruit Plants (Komunità Internazzjonali ta’ Dawk li Jrabbu Pjanti Ornamentali u tal-Frott Riprodotti b’Mod Asesswali).

(3)  European Seed Association (Assoċjazzjoni Ewropea taż-Żerriegħa).

(4)  Organisation africaine de la Propriété intellectuelle (Organizzazzjoni Afrikana tal-Proprjetà Intellettwali).

(5)  Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.

(6)  Ministeru tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tas-Sajd (JP).

Sors: Anness ipprovdut mill-Uffiċċju.


IR-RISPOSTA TAL-UFFIĊĊJU

11:

Is-CPVO ħa nota tal-kummenti tal-Qorti rigward il-livelli ta’ eżekuzzjoni. Minbarra t-talba għal fluttwazzjonijiet esterni, in-nonriżoluzzjoni tal-każ miftuħ tal-qorti dwar il-livelli tas-salarji kkontribwiet għal livelli baxxi ta’ eżekuzzjoni fl-2013. Dawn l-avvenimenti ma kinux f’idejn is-CPVO. Is-CPVO jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kanċellamenti għal Titolu II jammontaw għal 2 % tal-baġit totali tal-Aġenzija u jirriflettu nfiq prudenti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/67


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2014/C 442/08)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EACEA”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/336/KE (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa l-ġestjoni ta' programmi li jiġu deċiżi mill-Kummissjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, inkluż it-twettiq tal-implimentazzjoni dettaljata ta’ proġetti tekniċi (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kumment li ġej ma jixħitx dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f’livell ta’ 97 % kemm għat-Titolu I (nefqa għall-persunal) kif ukoll għat-Titolu II (nefqa amministrattiva). Għalkemm ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu relattivament għoljin għat-Titolu II f’livell ta’ 25 %, dawn kienu prinċipalment relatati ma’ servizzi u tagħmir tal-IT ordnati u parzjalment riċevuti fl-2013 li għalihom ma kinux inħarġu fatturi fi tmiem is-sena, kif ukoll għan-natura pluriennali tal-attivitajiet tal-Aġenzija (analiżijiet tal-proġetti minn esperti u awditi tal-proġetti).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 101, 21.4.2009, p. 26.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 62 u 68 flimkien mal-Artikoli 53 u 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f’livell ta’ 99 % kemm għat-Titolu I (nefqa għall-persunal) kif ukoll għat-Titolu II (nefqa amministrattiva). Għalkemm ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu relattivament għoljin għat-Titolu II f’livell ta’ 28 %, dawn kienu prinċipalment relatati ma’ servizzi riċevuti fl-2012 li għalihom ma kinux inħarġu fatturi fi tmiem is-sena (spejjeż ta’ bini u konsulenza fl-IT) u n-natura pluriennali tal-attivitajiet (analiżijiet tal-proġetti minn esperti u awditi tal-proġetti).

M/A


ANNESS II

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikoli 165(1), 166(1), 167(1) u 173(1) tat-TFUE)

Ġbir ta’ informazzjoni

L-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità.

L-Unjoni Ewropea għandha timplimenta politika ta’ formazzjoni vokazzjonali.

L-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi tal-Istati Membri.

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/336/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2012/797/UE; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 3355 kif emendata bid-Deċiżjoni C(2012) 9475 finali)

Għanijiet

Fil-qafas tal-politiki tal-edukazzjoni, il-kultura u l-industrija ttieħdu diversi miżuri sabiex jiġu promossi l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, l-awdjoviżiv, il-kultura, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni Ewropea. L-għanijiet prinċipali ta’ dawn il-miżuri huma sabiex isaħħu l-koeżjoni soċjali u sabiex jikkontribwixxu lejn il-kompetittività, lejn it-tkabbir ekonomiku u lejn unjoni dejjem aktar mill-qrib fost il-popli tal-Ewropa.

Dawn il-miżuri jinkludu varjetà ta’ programmi.

L-Aġenzija hija responsabbli mill-ġestjoni ta’ ċerti sezzjonijiet ta’ dawn il-programmi – eż. Tagħlim Tul il-ħajja, Kultura, Żgħażagħ fl-Azzjoni, L-Ewropa għaċ-Ċittadini, MEDIA, Erasmus Mundus, MEDIA Mundus u Tempus. F’dan ir-rigward, hija timplimenta l-għajnuna tal-Unjoni, ħlief għall-kompiti li jeħtieġu setgħat diskrezzjonali fit-twettiq tal-għażliet politiċi.

Kompiti

Li timmaniġġja, matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, il-proġetti li jimplimentaw il-programmi tal-Unjoni li jiġu fdati lilha u li twettaq il-kontrolli neċessarji għal dan l-effett, billi tadotta d-deċiżjonijiet rilevanti, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan,

li tadotta l-istrumenti tal-implimentazzjoni tal-baġit għad-dħul u l-infiq u li twettaq, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan, l-operazzjonijiet neċessarji għall-ġestjoni tal-programmi tal-Unjoni u, b’mod partikolari, dawk marbuta mal-għoti ta’ sussidji u kuntratti,

li tiġbor, tanalizza u titrasferixxi lill-Kummissjoni t-tagħrif kollu meħtieġ bħala gwida għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni,

li timplimenta, fil-livell tal-UE, in-netwerk ta’ tagħrif dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) u attivitajiet intenzjonati li jtejbu l-fehim u l-għarfien tal-qasam taż-żgħażagħ permezz tal-ġabra, l-analiżi u t-tixrid ta’ informazzjoni u l-produzzjoni ta’ studji u pubblikazzjonijiet.

Governanza

Kumitat ta’ Ġestjoni

Kompożizzjoni

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea.

Kompiti

Huwa jadotta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija wara approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività tagħha.

Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Il-Kapaċità tal-Awditjar Intern.

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit

Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2013 kien EUR 51 (50) miljun (100 % ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea).

L-Aġenzija mmaniġġjat EUR 850 (728) miljun relatati mal-programmi u l-proġetti ddelegati mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva.

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Persunal temporanju: 105 (103) post għal persunal temporanju fit-tabella tal-persunal Postijiet okkupati 99 (99)

Persunal kuntrattwali: 348 (335) post għal persunal kuntrattwali Postijiet okkupati 336 (329)

Total tal-persunal: 435 (428) post okkupati minn persunal li jwettaq il-kompiti li ġejjin:

Operazzjonali: 352 Amministrattivi: 83

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

Komunikazzjoni

Parteċipazzjoni f’19-il jum Info organizzati minn Aġenziji/Strutturi Nazzjonali u bosta sessjonijiet oħra ta’ informazzjoni fi Brussell, aġġornament tad-database EVE (1) bir-riżultati tal-proġetti, organizzazzjoni ta’ avvenimenti f’kooperazzjoni mad-Direttorati Ġenerali (DĠ) prinċipali.

Ġew organizzati laqgħat tal-bidu (kick-off) fi Brussell għall-koordinaturi u s-sħab tal-proġetti ġodda.

Laqgħat ta’ gruppi madwar tema u laqgħat mal-koordinaturi tal-proġetti saru f’postijiet differenti.

Għażliet

Ġew ippubblikati 28 sejħa għal proposti kif ukoll sejħa waħda għall-offerti.

Ġew ippubblikati l-iskedi informattivi (jew deskrizzjonijiet) dettaljati korrispondenti ta’ proposti magħżula (kompendji) fuq il-websajt tal-Aġenzija.

Ġestjoni ta’ bejn wieħed u ieħor 15  000 proposta riċevuti.

Għażla ta’ bejn wieħed u ieħor 4  000 proġett u 4  308 Erasmus University Charters for Higher Education (Karti Universitarji dwar l-Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja).

Żjarat ta’ monitoraġġ

Ġew organizzati aktar minn 310 missjonijiet ta' monitoraġġ (fuq il-post jew fi Brussell) ma’ parteċipanti tal-proġetti għall-monitoraġġ ta' 310 proġetti.

Miżuri ta’ simplifikazzjoni

L-użu ta’ formoli elettroniċi ġie estiż biex ikopri aktar azzjonijiet, jiġifieri 91 % tal-applikazzjonijiet kollha.

L-ikkuntrattar simplifikat ġie estiż (deċiżjonijiet minflok ftehimiet ta’ għotjiet) għal xi azzjonijiet.

Il-metodu ta’ kalkolu tas-somma sħiħa ġie rfinat u applikat għal aktar azzjonijiet.

Sar użu akbar mis-sessjonijiet ta’ informazzjoni remoti mogħtija minn esperti u minn evalwazzjoni remota tal-proġetti għall-evalwazzjoni ta’ azzjonijiet.

Tfasslu ċertifikati tal-awditjar biex ir-rappurtar finanzjarju jiġi ssimplifikat u dawn se jibdew jintużaw gradwalment.

Ġie ffinalizzat pakkett ta’ informazzjoni finanzjarja għat-titjib tal-gwida għall-benefiċjarji u dan sar disponibbli.

Kooperazzjoni mad-Direttorati Ġenerali (DĠ) prinċipali

Organizzazzjoni ta’ erba’ laqgħat tal-Kumitat ta’ Ġestjoni.

Laqgħat perjodiċi ta’ koordinazzjoni dwar il-programmi delegati mad-Diretturi Operazzjonali tad-DĠ prinċipali (tliet laqgħat kull sena).

Assistenza lid-DĠ prinċipali fit-tħejjija tal-ġenerazzjoni ta' programmi li jmiss.

Għoti ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' programmi lill-Kummissjoni fuq talba.

Implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni wara t-tieni evalwazzjoni interim tal-Aġenzija.

Kooperazzjoni mill-qrib mad-DĠ prinċipali fit-tħejjija tal-programmi l-ġodda għall-2014-2020.

Appoġġ tal-politika

Ġestjoni kontinwa tan-netwerk Eurydice għall-appoġġ tal-politika fil-qasam tal-edukazzjoni; din ġiet estiża wkoll għall-qasam taż-żgħażagħ.

Bosta rapporti prodotti mill-unità Eurydice.

Awditi

Qed jiġu implimentati 114-il awditu taħt il-pjan tal-awditu 2012. Hemm skedati 114-il awditu ġdid taħt il-pjan tal-awditu 2013.

Kuntratti u proġetti:

Ġew iffirmati 5  492 kuntratt, ingħalqu 4  969 proġett.

Mandat

Il-mandat tal-Aġenzija ġie estiż fl-2013. L-estensjoni ġiet adottata mill-Kummissjoni f’Diċembru.


(1)  Pjattaforma elettronika għat-tixrid u l-esplojtazzjoni ta’ riżultati ta’ proġetti appoġġati minn programmi mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

11:

L-Aġenzija tieħu nota tal-kummenti tal-Qorti. Meta mqabbel mas-sena l-oħra, il-livell ta’ approprjazzjonijiet riportati tnaqqas. L-Aġenzija se tkompli bl-isforzi stabbiliti tagħha biex tikkontrolla u tkompli tnaqqas ir-rata tar-riport.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/74


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/09)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EACI”), li tinsab fi Brussell, hija dik li qabel kienet l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (IEEA). Il-mandat tagħha u d-durata tagħha ġew modifikati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/372/KE (1) li temenda d-Deċiżjoni 2004/20/KE (2). L-Aġenzija kienet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2004 u li se jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015, bil-għan li timmaniġġja l-azzjonijiet tal-UE fl-oqsma tal-enerġija, l-intraprenditorjat u l-innovazzjoni, u t-trasport sostenibbli tal-merkanzija (3).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi, u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Għalkemm ir-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-2013 kienu sodisfaċenti, il-punt sa fejn l-approprjazzjonijiet riportati mill-2012 ġew ikkanċellati fl-2013 (EUR 2 15  000, jew 19 % tar-riporti) jindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit mill-Aġenzija u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Dawn il-kanċellazzjonijiet huma prinċipalment relatati ma' impenji proviżorji li saru għal nefqa amministrattiva ta' rutina.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.

(2)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.

(3)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikoli 62 u 68 flimkien mal-Artikoli 53 u 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Il-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija hija wkoll responsabbli mill-verifikazzjonijiet ex post tal-Aġenzija, li jagħmlu parti mis-sistema ta’ kontroll intern tagħha. Dan inaqqas ir-riżorsi tal-IAC għal attivitajiet tal-awditjar intern u jfisser li mhijiex f’pożizzjoni li teżerċita awditi indipendenti f’dan il-qasam. Dan ir-rwol doppju mhuwiex kompatibbli mal-Istandards ta’ Kontroll Intern u l-Istandards Internazzjonali għall-prattika professjonali tal-Awditjar Intern.

Ikkompletata

2012

Hemm lok għat-titjib tal-proċeduri ta' reklutaġġ: il-kriterji tal-għażla ma kinux konformi bis-sħiħ ma’ dawk imsemmija fl-avviż ta’ post battal; saret ponderazzjoni sproporzjonata għal ċerti kriterji tal-għażla; ma ġie ffissat bil-quddiem ebda punteġġ ta’ livell limitu għall-fażi ta’ preselezzjoni u ebda għadd massimu ta’ kandidati għal-listi ta’ riżerva; il-ġustifikazzjoni għall-esklużjoni ta’ kandidati fl-istadju finali tal-proċeduri mhux dejjem kienet dokumentata biżżejjed u d-dikjarazzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità u n-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interessi mhux dejjem kienu ffirmati.

Ikkompletata


ANNESS II

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

1.

“Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi […] għas-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem; l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali; [u] l-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima.”

(L-Artikolu 191 TFUE)

2.

“L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kondizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività ta' l-industrija ta' l-Unjoni [billi jieħdu] azzjoni li tfittex li tħaffef l-adattament tal-industrija għal bidliet strutturali; tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-inizjattiva u għall-iżvilupp ta' […] u kooperazzjoni bejn l-impriżi; [u] tikkoltiva l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politiki ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma' xulxin b'konnessjoni mal-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tista' tieħu kull inizjattiva utli sabiex tippromwovi dik il-koordinazzjoni.”

(L-Artikolu 173 TFUE)

3.

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom […] jistabbilixxu regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar; [kif ukoll] il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru, [u] miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport.”

(L-Artikoli 91(1) u 100(2) TFUE)

4.

“Il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira […] li tassigura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija; tassigura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni; tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli; u tippromwovi l-interkonnessjoni ta’ netwerks tal-enerġija.”

(L-Artikolu 194(1) TFUE)

Kompetenzi tal-Aġenzija

(kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE emendata bid-Deċiżjoni 2007/372/KE)

Għanijiet

Fi ħdan il-qafas tal-istrateġija ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi, l-Unjoni Ewropea ħadet miżuri li jippromwovu u jiżviluppaw il-kompetittività u l-innovazzjoni. Dawn il-miżuri jinkludu l-istabbiliment tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) 2007-2013 (id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE), notevolment mal-programmi Enerġija Intelliġenti – Ewropa (IEE) u għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni (EIP). L-għanijiet prinċipali huma li jrawwmu l-kompetittività fl-impriżi, b'mod partikolari Impriżi Żgħar u ta’ daqs Medju (SMEs); biex jippromwovu l-forom kollha ta’ innovazzjoni, inkluża l-ekoinnovazzjoni; biex tiġi promossa l-effiċjenza tal-enerġija u sorsi ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli. Il-miżuri li ttieħdu fil-qafas tal-istrateġija ta’ Lisbona jinkludu wkoll it-tieni programm Marco Polo (MP) (ir-Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill). L-għanijiet prinċipali huma li titnaqqas il-konġestjoni, jittejjeb ir-rendiment ambjentali lis-sistema tat-trasport u biex jittejjeb it-trasport intermodali, b’hekk jingħata kontribut lis-sistemi ta’ trasport effiċjenti u sostenibbli u lill-kompetittività u l-innovazzjoni, speċjalment l-SMEs. Taħt dawn il-programmi tal-UE, l-Aġenzija hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti li jikkonċernaw l-għajnuna tal-UE, ħlief għall-evalwazzjoni tal-programmi, il-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni u l-istudji strateġiċi, jew kull azzjoni oħra li taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni Ewropea.

Dmirijiet

L-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE skont id-delegazzjonijiet riċevuti mill-Kummissjoni:

Li timmaniġġja l-fażijiet kollha fil-perjodu tal-proġetti speċifiċi.

Li twettaq l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex timmaniġġja l-programmi tal-UE, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-baġit, inkluż l-għoti ta’ kuntratti u għotjiet.

Li tiġbor, tanalizza u tgħaddi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiggwida l-implimentazzjoni tal-programmi, kif ukoll tippromwovi l-koordinazzjoni u s-sinerġija fost il-programmi.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-EIP, li tkun responsabbli mill-ġestjoni tal-proġetti u tal-animazzjoni ta’ netwerks tan-Netwerk Enterprise Europe, il-proġetti pilota ta’ ekoinnovazzjoni u l-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq, u azzjonijiet ta’ innovazzjoni bi grad għoli ta’ standardizzazzjoni (Proġett bażi tal-IP).

Governanza

Kumitat Direttiv

Dan huwa magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa jadotta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa jadotta wkoll il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività tagħha.

Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit

Baġit operazzjonali

L-ammont totali ppjanat kien ta' EUR 242,9 (241,3) miljun (li minnhom 100 % ġew mill-baġit ġenerali tal-UE). Dan l-ammont kien impenjat, u EUR 213,9 miljun tħallsu, kif approvat mill-Awtorità Baġitarja. L-EACI timplimenta l-baġit operazzjonali taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

IEE: EUR 91,9 (83,9) miljun

ekoinnovazzjoni tal-EIP: EUR 33,1(35,0) miljun

Netwerks tal-EIP: EUR 51,2 (57,4) miljun

MP: EUR 66,8 (65,1) miljun

Baġit amministrattiv

L-Aġenzija kellha baġit amministrattiv ta' EUR 16,4(16,4) miljun, li għalihom l-EACI hija responsabbli b'mod indipendenti. Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija ġie ssussidjat mill-UE b'rata ta' 100 %.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Total tal-persunal: 163 (162) post ibbaġitjat, li minnhom 161 (156) ġew okkupati

Persunal temporanju: 37 (37) post ibbaġitjat, li minnhom 35 (37) ġew okkupati

Persunal kuntrattwali: 126 (125) post ibbaġitjat, li minnhom 126 (119) ġew okkupati

Prodotti u servizzi pprovduti fl-2013

L-EACI hija responsabbli mill-ġestjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija; l-intraprenditorija u l-innovazzjoni (inkluża l-ekoinnovazzjoni); u t-trasport sostenibbli ta' merkanzija, taħt il-programmi tal-Unjoni li ġejjin:

Il-partijiet li ġejjin tal-Programm kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni: Il-programm Enerġija Intelliġenti Ewropa II (2007-2013), ġestjoni tal-proġett u attivitajiet ta’ animazzjoni tan-Netwerk Enterprise Europe, proġetti IPR u proġetti tal-ewwel applikazzjoni tal-ekoinnovazzjoni u tar-replikazzjoni tas-suq

Il-programmi Marco Polo I (2003-2006) u II (2007-2013)

Il-programm Enerġija Intelliġenti Ewropa I (2003-2006)

Enerġija Intelliġenti Ewropa (IEE)

Attivitajiet ewlenin

L-Aġenzija żammet kuntatt mill-qrib ma' benefiċjarji potenzjali: hija rrispondiet għal aktar minn 1  400 mistoqsija bl-email u attendiet għal 18-il jum ta' informazzjoni. Hija ħadet sehem ukoll f'aktar minn 120 laqgħa ta' proġetti u organizzat 10 laqgħat tal-kuntratturi, inklużi avveniment wieħed importanti organizzat flimkien mad-DĠ REGIO u żewġ laqgħat kbar tal-Bini ta' Ħiliet ma' rappreżentanti mis-setturi tal-kostruzzjoni, tat-taħriġ vokazzjonali u tal-enerġija ta' 30 pajjiż. Eluf ta' atturi fis-settur tal-enerġija rrispondew ukoll is-sejħiet għal proposti 2013; l-Aġenzija rċeviet aktar proposti minn qatt qabel. Is-sejħa għal proposti wasslet għall-akbar eżerċizzju ta' evalwazzjoni li qatt sar mill-Aġenzija. Aktar minn 550 applikazzjoni ġew riċevuti sal-iskadenza prinċipali.

Bis-saħħa tal-kuntatti mill-qrib tagħha ma' benefiċjarji tal-proġetti u ma' parteċipanti oħra fis-suq, l-Aġenzija pprovdiet feedback infurmat lid-DĠ ENER dwar firxa wiesgħa ta' suġġetti. Il-kontribut l-aktar sinifikanti kien fuq il-programm ta' ħidma Enerġija tal-Orizzont 2020 (2014-2015). L-Aġenzija kellha rwol attiv fil-gruppi ta' ħidma stabbiliti mid-DĠ RTD dwar kwistjonijiet trażversali, evalwazzjoni u sottomissjoni, u indikaturi tal-prestazzjoni. Hija kkontribwixxiet ukoll għal-laqgħat interservizzi kollha u għal-laqgħat kollha tal-Kumitat tal-Programm Shadow. Kontributi oħra kienu jikkonċernaw il-Komunikazzjoni dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija u l-Innovazzjoni, kif ukoll xogħol ta' politika dwar il-mobilizzazzjoni ta' finanzjament għal investimenti f'enerġija sostenibbli, il-bini tal-kapaċità, ir-rinforz tas-sorveljanza tas-swieq, il-promozzjoni tal-użu minn bini b'użu negliġibbli tal-enerġija, u l-indirizzar tas-sostenibbiltà tal-bijomassa.

L-Aġenzija pprovdiet ukoll input dwar inizjattivi minn DĠs oħra, inklużi l-Pakkett tal-Mobbiltà Urbana tad-DĠ MOVE; il-Komunikazzjoni dwar Enerġija Blu tad-DĠ MARE; il-Kumitat Permanenti tal-Forestrija tad-DĠ AGRI; u l-grupp interservizzi tad-DĠ CONNECT dwar id-dawl. Permezz tal-inizjattiva l-ġdida tagħha dwar l-Iżvilupp tal-Ħiliet, l-Aġenzija mmobilizzat atturi mis-setturi tal-kostruzzjoni, tat-taħriġ vokazzjonali u tal-enerġija, u pprovdiet lid-DĠ ENER, lid-DĠ EMPL, lid-DĠ EAC u lid-DĠ ENTR b'data nazzjonali u pjanijiet direzzjonali li jikkonċernaw it-taħriġ tal-forza tax-xogħol tal-kostruzzjoni.

Fl-2013, l-Aġenzija ddedikat aktar sforzi għall-kwanifikazzjoni tal-impatt tal-programmi. L-Aġenzija kompliet bil-ħidma tagħha ta' taħriġ ta' koordinaturi ta' proġetti fl-użu ta' indikaturi tal-prestazzjoni. Hija pproduċiet ukoll linji gwida għall-kalkolu ta' dawn l-indikaturi. L-Aġenzija wriet li, mill-2007 'l hawn, il-proġetti tal-IEE mmaniġġjati mill-Aġenzija kienu laħqu 40 miljun persuna madwar l-UE permezz tal-midja, wasslu l-ekwivalenti tal-konsum annwali ta' elettriku ta' 6,7 miljun ċittadin f'enerġija rinnovabbli, salvaw l-ekwivalenti tal-użu annwali ta' elettriku ta' 1,7 miljun familja f'enerġija primarja, u skattaw kważi EUR 3 biljun f'investimenti f'enerġija sostenibbli.

Finalment, l-Aġenzija kienet involuta fil-Ġimgħa Ewropea 2013 għall-Enerġija Sostenibbli. Konferenza ta' politika ta' livell għoli saret fi Brussell; hija attirat aktar minn 3  000 parteċipant. Barra minn hekk, saru 91 avveniment ieħor fi Brussell u 589 Jum għall-Enerġija madwar l-Ewropa. Ix-xogħol estensiv tal-Aġenzija fir-rigward tal-midja rriżulta f''253 aċċenn mill-midja, b'udjenza potenzjali ta' kważi 25 miljun persuna.

Ekoinnovazzjoni

Attivitajiet ewlenin

L-ekoinnovazzjoni hija appoġġata mis-CIP permezz ta’ bosta tipi ta’ miżuri (strumenti finanzjarji, netwerks ta’ parteċipanti nazzjonali u reġjonali, proġetti tal-ewwel applikazzjoni u tar-replikazzjoni tas-suq). L-Aġenzija hija fdata bil-ġestjoni tal-proġetti tal-ewwel applikazzjoni tal-ekoinnovazzjoni u tar-replikazzjoni tas-suq b’baġit ta’ madwar EUR 200 miljun għall-perjodu 2008-2013.

Fl-2013, l-isforzi kienu kkonċentrati fuq l-oqsma li ġejjin.

Ikkompletar tal-implimentazzjoni tas-sejħa għal proposti 2012. Il-maġġoranza tan-negozjati ġew ikkompletati f'Ġunju u f'Lulju. Xi ftehimiet individwali ġew iffirmati aktar tard fis-sena. B'kollox, ġew iffirmati 46 ftehim ta' għotja.

Sejħa ġdida għal proposti: is-sejħa għal proposti 2013, li tnediet f'Mejju 2013, ġiet segwita b'jum Ewropew ta' informazzjoni li kellu suċċess, bi 340 parteċipant u 420 viżitatur onlajn. Matul l-avveniment, saru 70 laqgħa bilaterali. F'dawn il-laqgħat, il-parteċipanti setgħu jiddiskutu ideat għal proposti ma' membri tal-persunal li huma familjari mal-ekoinnovazzjoni. L-Aġenzija attendiet sitt jiem nazzjonali ta' informazzjoni. Din is-sejħa għal proposti attirat għadd rekord ta' sottomissjonijiet (461).

Ġew kondiviżi mal-Kummissjoni esperjenzi bi proġetti qrib is-suq u r-riżultati tal-istudju dwar riżultati u impatti ta' proġetti ta' ekoinnovazzjoni (gruppi ta' ħidma tal-Orizzont 2020 u t-tim LIFE). Dawn ġew ippreżentati f'avveniment tal-istampa mal-Kummissarju tal-Ambjent Potočnik.

Programm Marco Polo

Attivitajiet ewlenin

Il-jum Ewropew tal-informazzjoni f’April attira 173 parteċipant (u 528-il viżitatur onlajn permezz ta' xandira diretta). F’din l-okkażjoni, ġew organizzati 42 laqgħa bilaterali ma' benefiċjarji potenzjali ta' Marco Polo. Biex jiġu attirati benefiċjarji potenzjali, tnediet kampanja pubbliċitarja li kienet immirata lejn 6 25  000 qarrejja.

Is-sejħa għal proposti 2013 ġiet ippubblikata fis-26 ta’ Marzu; hija għalqet fit-23 ta’ Awwissu. Ġew riċevuti total ta' 61 proposta. Twettqu evalwazzjonijiet minn qabel bejn id-9 u l-20 ta' Settembru.

Fis-sejħa għal offerti 2012, ġew negozjati b'suċċess 26 proġett mill-54 proposta riċevuta. Id-deċiżjoni tal-għotja ġiet adottata fit-23 ta’ Mejju (wara l-approvazzjoni mid-DĠ MOVE);

Ġestjoni ta’ proġetti li għadhom għaddejjin: Twettqu 16-il verifikazzjoni fuq il-post. Barra minn hekk, iż-żmien li jittieħed sa ma tingħata l-għotja naqas drastikament bejn l-2012 u l-2013 (b'118-il jum), bis-saħħa tal-isforzi mwettqa mill-Unità Marco Polo biex jitqassar il-proċess ta' kkuntrattar.

Matul l-aħħar tliet xhur, l-arranġamenti prattiċi għat-trasferiment tal-ġestjoni tal-Programm Marco Polo mill-EACI għall-INEA (mill-1 ta' Jannar 2014) komplew b'kooperazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ Aġenziji. Messaġġ lill-partijiet interessati żgura li kulħadd kien konxju mill-bidliet fil-ġestjoni li kienu se jsiru.

Programm EIP – Netwerk tal-Enterprise Europe

Attivitajiet ewlenin

Il-programm huwa magħmul minn aktar minn 600 organizzazzjoni sieħba f'aktar minn 50 pajjiż, inklużi t-28 Stat Membru tal-UE. Minbarra kompiti tal-ġestjoni tal-proġett għal 92 kuntratt (ftehimiet speċifiċi ta' għotja) u l-proġett IPeuropAware, l-EACI hija responsabbli wkoll mill-appoġġ tan-Netwerk Enterprise Europe u mill-ġestjoni tal-għodod u d-databases tal-IT użati għall-komunikazzjoni interattiva fost is-sħab tan-netwerk.

F'Ġunju 2013, tnediet is-sistema l-ġdida tal-IT għan-Netwerk (il-proġett 'Merlin'). Dan l-avveniment maġġuri u ta' suċċess kien pass ewlieni lejn il-modernizzazzjoni tal-għodod tal-IT użati mis-sħab tan-Netwerk, li mhux biss se jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni bejniethom iżda se jippermetti wkoll li titjib ulterjuri jsir b'mod effiċjenti.

Il-konferenza annwali f'Vilnjus, organizzata b'assoċjazzjoni mal-Presidenza Litwana tal-Kunsill tal-UE, li saret sabiex jiġu promossi avvenimenti u politiki ta' rilevanza diretta għall-SMEs fil-livell tal-UE ma' sħab tan-Netwerk, attirat 725 parteċipant. Stħarriġ sussegwenti dwar is-sodisfazzjon wera livelli pożittivi ħafna ta' feedback (86 % tal-wiġġieba indikaw li huma kienu 'sodisfatti' jew 'sodisfatti ħafna').

Fl-2013, l-Aġenzija kompliet tipprovdi appoġġ lis-sħab tan-netwerk fil-reklutaġġ ta' SMEs biex jieħdu sehem f'Missjonijiet għal Tkabbir, l-inizjattiva tal-Viċi President Tajani biex tiġi stimulata kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-pajjiżi konċernati bħala mezz ta' ġenerazzjoni ta' tkabbir u ta' impjiegi fuq iż-żewġ naħat. L-Aġenzija kkontribwiet b'mod attiv għal disgħa minn dawn il-missjonijiet.

F'April, l-Aġenzija pprovdiet lid-DĠ ENTR b'nota b'ideat konkreti għall-futur tan-Netwerk taħt il-COSME. In-nota ffukat fuq l-arkitettura kumplessiva tan-Netwerk u l-konsorzji reġjonali tiegħu, it-tisħiħ tal-bażi reġjonali tan-Netwerk, il-viżibbiltà, il-kompetenza u l-kwalità eċċellenti, id-divrenzjar ta' servizzi u ta' arranġamenti baġitarji kif ukoll dawk kuntrattwali. Id-dokument serva ta' input biex jgħin lill-Kummissjoni tiddefinixxi l-aktar politika adatta, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-esperjenzi miksuba mill-ġestjoni ta' kuljum tan-Netwerk matul dawn l-aħħar snin.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11:

Bħal kull sena, fi tmiem l-2012 aħna rrevedejna l-impenji tagħna abbażi tal-aħjar għarfien tagħna u rriportajna madwar EUR 1,125 miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagamenti (inqas minn 8 % tal-baġit tal-2012) biex jiġu koperti l-obbligi tagħna.

Parti minn dawn l-approprjazzjonijiet riportati (0.215-il miljun euro) kienet finalment ikkanċellata peress li l-pagamenti fil-fatt dovuti kienu iktar baxxi milli kien mistenni. Ir-raġunijiet prinċipali kienu: l-ewwel, subkuntrattur li ma setax jagħti x-xogħol kollu tiegħu qabel tmiem is-sena; it-tieni, ammonti iktar baxxi mħallsa fuq ċerti impenji, minħabba fatturi esterni (il-kondiviżjoni ta’ spejjeż relatati mal-bini u f’SLAs, esperti li ħadmu fl-aħħar ġimgħat tal-2012); it-tielet, l-għadd ta’ linji baġitarji (aktar minn 20), li fformulaw l-ammonti żgħar ta’ ftit eluf ta’ euro jew inqas f’kull linja, ikkontribwixxa għall-ammont akkumulat ta’ 0,215-il muljun euro li l-Qorti tal-Awdituri rreferiet għalih.

Madankollu huwa importanti li jiġi nnotat li dan l-ammont ta’ 0.215-il miljun euro kien 30 % iktar baxx mis-sena ta’ qabel (0,309 miljun euro) u kien jirrappreżenta 1,5 % biss tal-baġit amministrattiv tal-2012 tal-Aġenzija.

L-istruttura l-ġdida tal-baġit amministrattiv adottata mill-2014, b’inqas linji baġitarji, għandha sa ċertu punt tagħmilha iktar faċli biex jitnaqqsu l-kanċellazzjonijiet ta’ approprjazzjonijiet riportati.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/83


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/10)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EAHC”), li tinsab fil-Lussemburgu, kienet imwaqqfa bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/858/KE (1) u emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/544/KE (2). L-Aġenzija kienet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2005 u li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2015 għat-tmexxija ta’ azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u tal-politika tal-konsumatur (3). Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE (4), l-Aġenzija ġiet sostitwita bis-suċċessur legali tagħha l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel (CHAFEA) stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta' Jannar 2014 u li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2024.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (7):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (8); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula, jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi, u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Mill-EUR 1,1 miljun riportati mill-2012, EUR 0,23 miljun jew 21 % ġew ikkanċellati fl-2013. Tali livell għoli ta' kaċellazzjonijiet jindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit, partikolarment fit-tbassir ta' spejjeż għal laqgħat ma' parteċipanti esterni.

12.

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien relattivament baxx f'livell ta' 94 %. Meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet impenjati, ir-rati ta’ pagamenti tal-2013 kienu sodisfaċenti għat-Titolu I u t-Titolu II f’livelli ta’ 97 % u 87 % rispettivament. Għalkemm ir-riporti għat-Titolu III huma għoljin f'livell ta' EUR 1,0 miljun jew 43 % tal-approprjazzjonijiet impenjati tat-Titolu III, huma jirriflettu n-natura pluriennali tal-attivitajiet tal-Aġenzija, u l-pagamenti ġew ippjanati u twettqu skont ħtiġijiet operazzjonali.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

(2)  ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.

(3)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(4)  ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.

(5)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(7)  L-Artikoli 62 u 68 flimkien mal-Artikoli 53 u 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(8)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(9)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Għat-Titolu III – In-nefqa relatata man-nefqa operazzjonali, ammont ta’ EUR 0,8 miljun, jew 46 % tal-impenji mwettqa, ġie riportat għall-2012. Il-livell għoli ta’ ammonti riportati jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Il-livell għoli ta’ riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

M/A

2012

Mill-EUR 1,1 miljun riportati mill-2011, EUR 0,2 miljun (18 %) ġew ikkanċellati fl-2012. Għalkemm dan huwa parzjalment relatat mad-diffikultajiet fit-tbassir ta' spejjeż għal laqgħat ma’ parteċipanti esterni, tali livell għoli jindika defiċit f’termini ta' ppjanar tal-baġit.

M/A

2012

Meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet impenjati, ir-rati ta’ pagamenti tal-2012 huma sodisfaċenti għat-Titolu I u t-Titolu II f’livell ta’ 96 % u 84 % rispettivament. Madankollu, ir-riporti għat-Titolu III huma għoljin f’livell ta’ EUR 1,1 miljun jew 47 % tal-approprjazzjonijiet impenjati tat-Titolu III. Għalkemm dan huwa parzjalment relatat mal-preżentazzjoni tardiva tal-klejms għall-ispejjeż tal-missjonijiet minn parteċipanti esterni fil-laqgħat, tali livell għoli jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

M/A


ANNESS II

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (il-Lussemburgu)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikoli 168 u 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jiġu evitati l-fonti ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem. Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa. L-Unjoni għandha tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis ta’ ħsara għas-saħħa marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

Sabiex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex tassigura (tiżgura) livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll il-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom.

Kompetenzi tal-Aġenzija

Għanijiet

L-Aġenzija hija responsabbli għat-twettiq tal-ħidmiet ta’ implimentazzjoni għall-immaniġġjar tat-tieni Programm għas-Saħħa Pubblika 2008-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, il-Programm tal-Konsumaturi għall-2007-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE u l-miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà tal-ikel koperti bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE.

L-Aġenzija għandha wkoll timmaniġġja l-fażijiet kollha fil-perjodu tal-miżuri implimentattivi delegati lilha fil-qafas tal-programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika għall- 2003-2008, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Bid-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha tas-17 ta' Diċembru 2013 (Ref. 2013/770/UE) l-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel – Chafea – li ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2024.

B'konsegwenza ta' dan, kwalunkwe referenza f'dan l-anness għall-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) għandha wkoll titqies bħala referenza, mill-1 ta' Jannar 2014, għall-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel (Chafea) stabbilita dan l-aħħar, li hija s-suċċessur legali tal-EAHC.

Ħidmiet

Taħt il-programmi tal-Unjoni msemmija hawn taħt, l-Aġenzija hija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-ħidmiet li ġejjin kif definiti fl-att ta’ delegazzjoni adottat fid-9 ta’ Settembru 2008 (1):

Il-Programm għas-Saħħa Pubblika 2003-2008 – Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE

Il-Programm għas-Saħħa Pubblika 2008-2013 – Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE

Il-Programm tal-Konsumaturi għall-2007-2013 – Id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE

Il-Miżuri ta’ Taħriġ għas-Sigurtà tal-Ikel – Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE:

(a)

Timmaniġġja l-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-proġetti (għal skopijiet ta’ monitoraġġ u tixrid, l-Aġenzija għandha tieħu l-passi neċessarji biex toħloq database tal-proġetti jew biex tkompli wieħed li diġà jeżisti, billi tinkorpora deskrizzjoni tal-proġett u r-riżultati finali).

(b)

Timmonitorja l-proġetti implimentati taħt dawn il-programmi u l-miżuri inklużi l-kontrolli neċessarji.

(c)

Tiġbor, tipproċessa u tqassam id-data u b’mod partikolari tiġbor, tanalizza u tgħaddi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiggwida l-implimentazzjoni tal-programmi u l-miżuri tal-Unjoni, tippromwovi l-koordinazzjoni u s-sinerġija ma’ programmi oħra tal-Komunitajiet, tal-Istati Membri jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

(d)

Torganizza laqgħat, seminars, taħdidiet, u miżuri ta’ taħriġ.

(e)

Tgħin fl-evalwazzjoni tal-impatt tal-programm, b’mod partikolari fl-evalwazzjoni annwali u/jew ta’ nofs il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-programmi, u fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ segwitu dwar l-evalwazzjonijiet deċiżi mill-Kummissjoni.

(f)

Ixxerred ir-riżultati tal-operazzjonijiet ta’ informazzjoni ppjanati u implimentati mill-Kummissjoni.

(g)

Tipproduċi data kumplessiva dwar il-kontroll u s-superviżjoni.

(h)

Tipparteċipa fil-ħidma ta’ tħejjija dwar deċiżjonijiet ta’ finanzjament.

Governanza

Kumitat ta' Ġestjoni

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Il-membri tal-Kumitat ta’ Ġestjoni huma maħtura għal sentejn.

Huwa jadotta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività tagħha.

Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea għal erba’ snin.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Finali

Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2013 ammonta għal EUR 7,23(7,22) miljun.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Fil-31 ta’ Diċembru 2013, l-Aġenzija impjegat 49 (49) membru tal-persunal statutorju, inklużi 11(11)-il membru tal-persunal temporanju u 38 (39) membru tal-persunal kuntrattwali.

Prodotti u servizzi 2013

1.

Għeluq tal-għotjiet tal-2005 – 2007 pprovduti taħt il-Programm għas-Saħħa Pubblika 2003 – 2008 (PHP); monitoraġġ tal-għotjiet tal-2008 – 2012 ipprovduti taħt it-tieni Programm għas-Saħħa Pubblika – HP (2008 – 2013), finalizzazzjoni b’suċċess tan-negozjati għal għotjiet taħt is-sejħiet għal proposti tal-2013, inklużi proġetti, konferenzi, għotjiet operattivi u azzjonijiet konġunti. Immaniġġjar tas-sejħa għal proposti tal-2013, għoti ta' kuntratti u għotjiet taħt is-sejħiet għal proposti tal-2008 u għall-offerti taħt il-Programm tal-Konsumaturi 2007 – 2013 (CP); għoti ta’ proġetti taħt is-sejħa għall-offerti tal-2007, tal-2008 u tal-2009 taħt il-Miżuri ta’ Taħriġ għas-Sigurtà tal-Ikel.

2.

Programm ta’ ħidma HP

Is-sejħa għal proposti tal-2013 tnediet fl-20 ta’ Diċembru 2012 u għalqet fit-22 ta’ Marzu 2013. Hija ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE (2) u fuq il-websajts tal-EAHC (3) u l-Europa.

Proposti għal proġetti: Mit-52 proposta għal proġetti evalwati teknikament, 9 (17,3 %) ġew rakkomandati għall-finanzjament (bil-lista ta' riżerva eskluża), għal kofinanzjament propost totali tal-UE ta' EUR 1 2 2 43  354).

Proposti għal konferenzi: Mis-46 proposta għal konferenzi evalwati teknikament, 11 (24 %) ġew rakkomandati għall-finanzjament. Dan jammonta għal kofinanzjament propost tal-UE ta' EUR 7 19  758.

Proposti għal għotjiet operattivi: Mill-44 proposta għal għotjiet operattivi evalwati teknikament, 20 (45,4 %) ġew rakkomandati għall-finanzjament. Dan jammonta għal kofinanzjament propost tal-UE ta' EUR 5 2 93  430.

Azzjonijiet konġunti: Il-ħames proposti għal azzjonijiet konġunti sottomessi kollha ġew rakkomandati għall-kofinanzjament tal-UE b’ammont ta’ EUR 1 3 5 72  397.

Listi ta' riżerva ġew stabbiliti għal proġetti, għotjiet operattivi u konferenzi. Għall-proġetti, erba' applikazzjonijiet tqiegħdu fuq il-lista ta' riżerva. B'kollox, dawn jammontaw għal kofinanzjament propost tal-UE ta' EUR 4 8 15  524. Għall-konferenzi saret lista ta' riżerva ta' tliet proposti (li jammontaw għal EUR 2 75  934) u għall-għotjiet operattivi l-lista ta' riżerva tinkludi erba' sottomissjonijiet għal total ta' EUR 4 25  280 f'kofinanzjament.

Fl-2013 ġew ippubblikati 13-il sejħa miftuħa għall-offerti, inklużi 2 għal kuntratti qafas u 13-il talba għal servizzi.

Billi l-parti l-kbira tal-kuntratti ġew konklużi fit-tieni nofs tal-2013, il-ħidma fuqhom bdiet lejn tmiem is-sena. L-EAHC ospitat laqgħa ta’ tnedija għal kull kuntratt u mmonitorjat mill-qrib it-twettiq, b’koordinazzjoni mad-DĠ SANCO.

3.

Programm ta’ ħidma CP

Fl-2013 l-Aġenzija, billi kienet fdata bl-implimentazzjoni ta' partijiet mill-Programm ta' Ħidma (annwali) tal-Konsumatur, nediet 8 Sejħiet għal Proposti u 21 proċedura ta' akkwist pubbliku.

L-Aġenzija tat 56 għotja għal skambji ta' uffiċjali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u b'hekk tat l-opportunità lill-uffiċjali ta' infurzar biex jikkondividu l-esperjenza u l-għarfien dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC).

L-għotja mogħtija għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet konġunti fir-rigward tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (GPSD), immirat lejn l-iskambju u l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti, u lejn it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali.

Wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE, l-Aġenzija ffirmat l-ewwel għotja għall-appoġġ tal-attivitajiet li għandu jidħol għalihom iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi (ĊEK) fil-Kroazja.

L-Aġenzija kkonkludiet kuntratt ta' servizz li jipprevedi mekkaniżmu ta' appoġġ għan-Netwerk taċ-ĊEK sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tagħha u l-impatt tax-xogħol kollettiv taċ-ĊEK. L-iżvilupp ta' standards ta' kwalità huwa parti mis-servizz u se jassisti liċ-ĊEK fil-kejl tal-prestazzjoni tiegħu bi tqabbil mal-indikaturi predefiniti.

L-Aġenzija nediet għadd ta' proċeduri ta' akkwist biex tappoġġa l-għan ta' sikurezza tal-konsumatur; is-servizzi mitluba rriżultaw fit-tfassil u l-validazzjoni (skont regoli tal-ISO) ta' simboli grafiċi li jwasslu ċerti messaġġi ta' sikurezza jew twissija biex jintużaw għal artikli dwar l-indukrar tat-tfal, prodotti intenzjonati biex jiffaċilitaw l-irqad, il-mistrieħ, l-iġjene u t-tmigħ tat-tfal.

L-istudju dwar il-kombustjoni, alimentat bl-alkoħol, ġo fuklar mingħajr tromba taċ-ċumnija, immira li jiddetermina l-effetti tal-emissjonijiet fuq il-kwalità tal-arja fuq ġewwa permezz ta' esperimenti fil-laboratorji.

Żewġ settijiet ta' azzjonijiet ġew miftiehma matul l-2013 fir-rigward tal-kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-konsumatur (CPC). L-ewwel wieħed jiffoka fuq l-infurzar ta' regoli Komunitarji dwar klawżoli inġusti inklużi f'kuntratti mal-konsumatur (id-Direttiva 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur – Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti (DKI)). L-azzjoni timmira lejn il-ħolqien ta' fehim aktar uniformi tad-DKI, u għandha l-intenzjoni li tippermetti skambju ta' informazzjoni msaħħaħ bejn l-awtoritajiet kompetenti. It-tieni waħda għandha l-intenzjoni li tibni u tiżviluppa Netwerk tar-Riċerkaturi tal-Internet, li jippromovi l-ħolqien ta' Labs tal-Internet permezz ta' awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tal-UE.

Fl-2013 l-Aġenzija ffirmat għotjiet speċifiċi mal-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC) u ħejjiet il-ftehim ta' għotja mal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentazzjoni tal-Konsumaturi fl-Istandardizzazzjoni (ANEC).

Il-kofinanzjament tal-BEUC se jikkontribwixxi biex jippromwovi aktar l-interessi tal-konsumaturi Ewropej fil-proċess tal-politika tal-UE bħala akkwirenti jew utenti tal-prodotti u s-servizzi.

L-appoġġ finanzjarju mogħti lill-ANEC jiżgura r-rappreżentazzjoni u d-difiża tal-interessi tal-konsumatur fil-proċess tal-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni.

4.

Programm ta’ ħidma tal-BTSF

L-Aġenzija nediet 26 proċedura ta' akkwist li wasslu għall-iffirmar tad-29 kuntratt ta' servizz fl-2013. Is-servizz li se jiġi pprovdut ma' dawn il-kuntratti jikkunsistu fl-organizzazzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ imfassla biex iħarrġu l-persunal tal-Istati Membri tal-UE u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi tal-ENP u tal-EFTA li huma involuti f'attivitajiet ta' kontroll uffiċjali.

L-iskop tat-taħriġ huwa li l-persuni mħarrġa jinżammu aġġornati dwar l-aspetti kollha tal-liġi tal-UE f'oqsma relatati mal-ikel u jiżgura li l-kontrolli jitwettqu b'mod aktar uniformi, oġġettiv u adegwat fl-Istati Membri kollha. Dawn il-korsijiet ta' taħriġ se jkopru l-leġiżlazzjoni relatata mal-ikel fuq firxa wiesgħa, mill-Benessri tal-Annimali sal-HACCP (Analiżi tar-Riskju u Punt Kritiku ta' Kontroll), minn bajd tas-semen u embrijuni sa valutazzjoni tar-riskju u minn saħħa tal-pjanti sa prodotti mediċinali veterinarji.

Bil-programm addizzjonali tal-BTSF relatat ma' pajjiż terzi u ffinanzjat permezz tal-baġits tad-DĠ DEVCO u tad-DĠ TRADE, se jiġi organizzat ukoll kors speċifiku ta' taħriġ f'pajjiżi terzi u f'dawk li qed jiżviluppaw, bi ħsieb li l-uffiċjali tal-pajjiżi terzi, li huma involuti f'kontrolli tal-ikel, isiru familjari mal-istandards u r-rekwiżiti tal-importazzjonijiet tal-UE. Huwa ppjanat li se jitħarrġu 2  100 uffiċjal minn pajjiżi terzi.

Fir-rigward tal-livell ta' parteċipanti mħarrġa kull sena, l-Inizjattiva tal-BTSF kisbet rata soda ta' madwar 6  000 parteċipant, kif ippjanat mill-bidu nett, għal persuni mill-Istati Membri, li qed jitħarrġu. Is-sodisfazzjon kumplessiv laħaq il-85 % mmirata filwaqt li aktar minn 90 % tal-parteċipanti evalwaw l-għarfien miksub bħala utli.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Settembru 2008 – li tiddelega s-setgħat lill-Aġenzija.

(2)  ĠU C 378/6, 8.12.2012, http://ec.europa.eu/eahc/documents/health/calls/2013/HP_work_plan_for_2013.pdf

(3)  http://ec.europa.eu/eahc/

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11:

L-Aġenzija ħadet nota tal-osservazzjoni tal-Qorti. Qed isiru sforzi biex ikompli jitnaqqas il-livell ta’ kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati. Notevolment, minħabba l-jiem ta’ laqgħat u informazzjoni l-azzjonijiet speċifiċi jiġu implimentati biex titnaqqas il-kanċellazzjoni mill-EUR 94.953 (2013) osservati għal inqas minn EUR 24.000 (2014).

12:

L-Aġenzija tieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti u żżomm l-impenn tagħha biex iżżomm il-livell ta’ riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati – kemm jista’ jkun – baxx. Rigward il-livell ġenerali baxx ta’ approprjazzjonijiet impenjati– 94 % – għandu jiġu nnotat li t-Titolu I (L-Infiq tal-Persunal) jirrappreżenta 58,77 % tal-baġit totali. L-approprjazzjonijiet li ma kinux implimentati għal kollox kienu marbuta prinċipalment mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Novembru 2013 dwar iż-żidiet rifjutati fis-salarji tal-2011 u l-2012, li tikkonċerna avveniment iżolat.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/93


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/11)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EASA”), li tinsab f’Kolonja, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1108/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-Aġenzija ngħatat kompiti regolatorji u eżekuttivi speċifiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni (3).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

11.

Fl- 2012, l-EASA għażlet 14-il Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni (NAAs) u 10 “Entitajiet Kwalifikati” (QEs) permezz ta’ proċeduri ta’ akkwist biex testernalizza parti mill-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni tagħha (9). In-nefqa għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni esternalizzati ta' dan it-tip ammontat għal madwar EUR 22 miljun fl-2013. Il-proċess tal-allokazzjoni ta’ kompiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni lill-NAAs u lill-QEs u l-kriterji li għandhom jintużaw huma deskritti f'linji gwida speċifiċi stabbiliti mill-Aġenzija (10). Madankollu, it-trasparenza tal-esternalizzazzjoni tista’ tiġi mtejba permezz ta’ dokumentazzjoni aħjar tal-proċessi ta' allokazzjoni, inklużi l-valutazzjonijiet li jsiru fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-linji gwida Dan huwa wkoll il-każ għall-allokazzjoni tal-bosta kuntratti oħra ta’ valur baxx lill-offerenti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f'livell ta’ 98 %. Għalkemm l-Aġenzija naqqset aktar il-livell kumplessiv ta’ riporti ta' approprijazzjonijiet impenjati minn EUR 10,1 miljun (11 %) fl-2012 għal EUR 7,2 miljun (8 %) fl-2013, ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III kienu għoljin f’livell ta’ EUR 3,4 miljun (42 %). Għalkemm dan huwa parzjalment iġġustifikat min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija u r-riporti inklużi fil-kampjun tal-Qorti kienu ġġustifikati kif xieraq, livell għoli bħal dan imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

KUMMENTI OĦRA

13.

L-Aġenzija saret operazzjonali fl-2004 u sal-lum ħadmet fuq il-bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn L-Aġenzija u l-Istat Membru ma ġiex iffirmat. Ftehim ta' dan it-tip ikun jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 51.

(3)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

(9)  Fi tmiem Mejju 2014, 3 kuntratti mal-QEs kienu ġew itterminati u konsegwentement kien hemm 14-il kuntratt attiv mal-NAAs u 7 mal-QEs.

(10)  “Linji gwida għall-allokazzjoni ta’ kompiti ta’ ċertifikazzjoni lil Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni u lil Entitajiet Kwalifikati”, id-Deċiżjoni 01-2011 tal-Bord Amministrattiv tal-EASA.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Fi tmiem l-2011, l-Aġenzija kellha bilanċi bankarji ta’ EUR 55 miljun (2010: EUR 49 miljun) f’bank wieħed biss. Ma kien hemm ebda politika tat-teżor stabbilita biex dan ir-riskju jiġi limitat filwaqt li jinkisbu redditi xierqa fuq l-investiment.

Ikkompletata

2012

L-Aġenzija stabbilixxiet proċedura standard għal verifikazzjonijiet ex ante. Madankollu, il-listi ta’ kontroll relatati ma kinux ikkompletati u d-dokumentazzjoni li tiġġustifika l-approvazzjoni tan-nefqa ma kinitx dejjem disponibbli (1).

Ikkompletata

2012

Metodoloġija għal verifikazzjonijiet ex post ġiet approvata fl-2009. Għalkemm l-Aġenzija wettqet aktar żviluppi fl-implimentazzjoni tagħha, għad hemm lok għal titjib fl-oqsma li ġejjin: għad ma hemmx ippjanar annwali tal-verifikazzjonijiet, il-kampjun tat-tranżazzjonijiet li jridu jiġu ċċekkjati mhuwiex ibbażat fuq ir-riskju u l-metodoloġija ma tkoprix proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

Ikkompletata

2012

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 95 %, li jvarja bejn 96 % għat-Titolu I (nefqa għall-persunal), 95 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 89 % għat-Titolu III (nefqa operazzjonali). Madankollu, ir-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III fil-livell ta’ 46 %. Għalkemm dan huwa parzjalment iġġustifikat min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija u r-riporti inklużi fil-kampjun tal-Qorti kienu ġġustifikati kif xieraq, livell għoli bħal dan imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

M/A

2012

F’waħda mill-proċeduri ta’ reklutaġġ awditjati, il-kandidat magħżul ma ssodisfax ir-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward ta’ lawrji universitarji jew taħriġ professjonali ekwivalenti.

M/A


(1)  L-iskedi ta’ ħin li jiġġustifikaw servizzi ddebitati abbażi ta’ persuni/jiem ma kinux jeżistu.


ANNESS II

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (Kolonja)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 100 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa għan-navigazzjoni (trasport) marittima u tal-ajru. Huma għandhom jaġixxu wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Is-setgħat tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Bażiku”))

Objettivi

Li żżomm livell uniformi għoli ta' sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa u li tiżgura l-funzjonament tajjeb u l-iżvilupp tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

Kompiti

Li tagħti opinjonijiet u toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni,

li toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, inklużi kodiċijiet tal-ajrunavigabbiltà u mezzi aċċettabbli ta' konformità, u kwalunkwe materjal ta' gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament Bażiku u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu,

li tieħu deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u ambjentali, ċertifikazzjoni ta’ bdoti, ċertifikazzjoni ta' operazzjoni fl-ajru, operaturi ta’ pajjiżi terzi, spezzjonijiet ta’ Stati Membri u investigazzjoni ta’ impriżi,

li twettaq spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, Stati assoċjati u l-Istati li qabel kienu jiffurmaw parti mill-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni (JAA) (f’dan il-każ b’konformità mal-arranġamenti ta’ ħidma).

Governanza

Bord Amministrattiv

Kompożizzjoni: jikkonsisti minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni.

Kompiti

Il-kompiti tal-Bord Amministrattiv huma deskritti fir-Regolament bażiku u huma, per eżempju:

il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, u d-Diretturi fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv;

l-adozzjoni tar-rapport annwali ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija;

l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta' wara;

il-ħatra tal-membri tal-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 41;

l-istabbiliment tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

l-istabbiliment, jekk ikun jixtieq, ta' korpi ta' ħidma biex jassistu fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, inkluża t-tħejjija tad-deċiżjonijiet tiegħu u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

Direttur Eżekuttiv

Jamministra l-Aġenżija u huwa maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni.

Bord ta' Appell

Jiddeċiedi dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 rigward ċertu aspetti bħal ċertifikazzjoni, tariffi u imposti u investigazzjoni tal-impriżi.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Finali

Baġit totali: EUR 151,2(150,2) miljun, inklużi:

dħul proprju: EUR 83,8(83,0) miljun (55,4 %)

sussidju mill-Unjoni: EUR 34,9(34,9) miljun (23,1 %)

kontribuzzjoni minn pajjiżi li mhumiex fl-UE: EUR 1,7(1,7) miljun (1,1 %)

dħul assenjat minn tariffi u imposti: EUR 24,2(25,2) miljun (16,0 %)

dħul ieħor: EUR 0,9(0,9) miljun (0,6 %)

sussidji oħra: EUR 5,7(4,4) miljun (3,8 %)

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

692 (634) persunal temporanju fit-tabella tal-persunal

Postijiet okkupati: 647 (612)

Postijiet okkupati minn persunal ieħor

Total: 100 (74,6) li minnhom persunal kuntrattwali: 85 (63,3); esperti nazzjonali sekondati: 15 (11,3); konsulenti speċjali: 0 (0)

Total tal-persunal temporanju: 648 (1) (613)

Postijiet mimlija ffinanzjati mis-sussidju: 219 (2) (216)

Postijiet mimlija ffinanzjati mit-tariffi: 429 (2) (396)

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

Opinjonijiet

12-il Opinjoni

Deċiżjonijiet dwar it-Tfassil tar-Regoli

28 Deċiżjoni relatati ma’: Speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni (8); Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità u Materjal ta’ Gwida (20)

Riżultati addizzjonali fl-2013 (li se jwasslu għal Regoli fis-snin li ġejjin)

32 Terminu ta’ Referenza (ToRs), 26 Notifika ta’ Emendi Proposti (NPAs), 24 Dokument ta’ Rispons għall-Kummenti (CRDs)

Kooperazzjoni Internazzjonali

12-il Arranġament ta' Ħidma.

2 modifiki ta' Appendiċijiet għal Arranġament ta' Ħidma

2 Arranġamenti ta' kooperazzjoni dwar it-tfassil tar-regoli mas-sħab bilaterali tal-EASA

Appoġġ għan-negozjati tal-Ftehim UE – Ukraina dwar l-Ispazju Komuni għall-Avjazzjoni (il-ftehim kien inizjalat fl-2013)

10 rakkomandazzjonijiet mogħtija f’Ittri Statali tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

BASA (Ftehim Bilaterali dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni)

Appoġġ għall-proċess ta' ratifika tal-BASA UE-Brażil u l-proċess għall-iżvilupp tal-istrumenti rilevanti meħtieġa għall-implimentazzjoni prattika tal-Ftehim.

Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Bilaterali UE – US dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni (BASA), inklużi għat-tħejjija tal-laqgħat tal-bord, u l-laqgħa annwali mal-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (FAA) dwar l-Istandards tal-Avjazzjoni.

Appoġġ lill-Kummissjoni Ewropea għall-iżvilupp ta' Annessi ġodda għall-BASA UE-US (Liċenzjar ta' Ekwipaġġ tal-Avjazzjoni, Apparat ta’ Taħriġ għas-Simulazzjoni tat-Titjir, Organizzazzjonijiet ta' Taħriġ tal-Bdoti)

Deċiżjonijiet ta’ ċertifikazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2013

Ċertifikati tat-Tip/Ċertifikati Ristretti tat-Tip (TCs/RTCs): 11 (3)

Ċertifikati Supplimentari tat-Tip (STCs): 688

Direttivi dwar l-Ajrunavigabbiltà (ADs): 382

Metodu Alternattiv ta’ Konformità (AMOC): 82

Awtorizzazzjoni ta' Speċifikazzjoni Teknika Ewropea (ETSOA): 214

Bidliet kbar/Tiswijiet kbar/Derivattivi Ġodda TC: 1  017

Bidliet żgħar/Tiswijiet żgħar: 643

Manwal tat-Titjir tal-Inġenji tal-Ajru (AFM): 318

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir (PTF): 457

Apparat ta’ Taħriġ għas-Simulazzjoni tat-Titjir (FSTD): 311

Approvazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet ta’ disinn (AP u Proċeduri Alternattivi għad-DOA (AP-DOA): 550

Approvazzjoni ta' Organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni (bilaterali) (4): 1  544

Approvazzjoni ta' Organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni (barranin) (4): 328

Approvazzjoni ta' Organizzazzjonijiet ta' taħriġ dwar il-manutenzjoni (4): 52

Approvazzjoni tal-Manifattura (4): 23

Approvazzjoni ta' Organizzazzjonijiet ta' Liċenzjar ta' Ekwipaġġ tal-Avjazzjoni (4): 15

Approvazzjoni ta' Organizzazzjonijiet ATM/ANS (4): 3

Spezzjonijiet ta’ Standardizzazzjoni (għadd ta' spezzjonijiet skont it-tip) fil-31 ta’ Diċembru 2013

Fil-qasam tal-Ajrunavigabbiltà (AIR): 22

Fil-qasam tal-Operazzjonijiet (OPS): 16

Fil-qasam tal-liċenzjar ta' ekwipaġġ tal-avjazzjoni (FCL): 16

Fil-qasam tal-liċenzjar ta' ekwipaġġ mediku tal-avjazzjoni (MED): 12

Fil-qasam tal-apparat ta’ taħriġ għas-simulazzjoni tat-titjir (FSTD): 9

Fil-qasam tal-Gestjoni tat-Traffiku tal-Ajru/tas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru (ANS): 14

Fil-qasam tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza ta' Inġenji tal-Ajru Barranin (SAFA): 13


(1)  Żewġ bdoti strutturali part-time jokkupaw post wieħed.

(2)  Id-diviżjoni ta’ postijiet mimlija bejn dawk iffinanzjati minn tariffi u dawk iffinanzjati minn sussidji tista’ tinbidel soġġetta għar-reviżjoni li possibilment issir tal-kriterji tal-allokazzjoni għall-kontabbiltà tal-ispejjeż mill-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)  Dawk it-TCs/RTCs biss li nħarġu għal tip ta' disinn ġdid huma kkunsidrati. It-TCs li nħarġu b'riżultat ta’ anterjorità, trasferiment jew ħruġ mill-ġdid amministrattiv huma esklużi.

(4)  L-attività ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni hija suddiviża f’attività prinċipali ta’ sorveljanza ta’ organizzazzjonijiet diġà approvati (b’tiġdid kull sentejn jew kull tliet snin) u attività marbuta ma’ approvazzjonijiet ġodda. Id-data pprovduta tikkonċerna l-għadd totali ta’ approvazzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11:

Fil-qafas ta’ kontroll aħjar tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni esternalizzati lil Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni (NAAs) u potenzjalment lil entitajiet kwalifikati (QE), id-direttorat taċ-ċertifikazzjoni (C) flimkien mad-direttorat tal-finanzi (F) fl-2014 se jimplimentaw mezz faċli biex jirreġistraw li l-għażla tal-fornitur ta’ kwalunkwe ordni ta’ xiri esternalizzata tkun saret u ġiet ottimizzata skont il-kriterji tal-anness 1 għad-deċiżjoni ED 2011/056/F.

Fir-rigward tat-tqassir tal-lista ta’ kandidati għal kuntratti ta’ valur baxx, l-Aġenzija se tqis il-kumment tal-QEA b’mod sistematiku fl-għażla ta’ dawk mistiedna u se tiddokumentah kif xieraq u b’mod rilevanti.

12:

L-Aġenzija tixtieq tenfasizza l-isforzi kbar li diġà saru biex jitnaqqas il-livell ta’ riporti għat-titolu III u dan diġà ġie rifless fit-tnaqqis sinifikanti meta mqabbel mas-sena ta’ qabel: jiġifieri EUR 6,2 Miljun fl-2012 meta mqabbel ma’ EUR 3,4 Miljun fl-2013.

Matul l-2013 kellhom jinżammu xi approprjazzjonijiet f’każ li jkun hemm aġġustamenti fis-salarji fl-2011 u reġgħu tqassmu matul is-sena lil proġetti bi prijorità għolja (it-tfassil tar-regoli u proġetti ta’ riċerka dwar is-sigurtà). Dan ostakola l-impenji fil-bidu tas-sena li rriżulta f'impatt sostanzjali fuq il-livell ta' riporti fi tmiem is-sena.

13:

Peress li l-EASA diġà esperjenzat xi affarijiet li ma kinux ċari li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet tagħna mal-Istat ospitanti tagħna minħabba n-nuqqas ta’ qbil dwar sede xierqa, l-EASA tirrikonoxxi r-rakkomandazzjoni u se taħdem mill-qrib mal-Kunsill tal-UE, il-Parlament u l-Kummissjoni biex tistabbilixxi qbil xieraq dwar il-kwartieri ġenerali.

Dan il-qbil għandu – minbarra li jippromwovi t-trasparenza tar-relazzjonijiet mal-Istat Membru ospitanti – jiżgura li l-Istat ospitanti jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex jiffaċilita l-eżerċizzju mingħajr xkiel mill-Aġenzija tal-mandat legali tagħha kif ukoll jiċċara r-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u l-Aġenzija.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/102


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

(2014/C 442/12)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala l-“EASO”), li jinsab f’Valletta, ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Uffiċċju huwa li jappoġġa l-iżvilupp tas-sistema Ewropea Komuni tal-Asil. Huwa ġie stabbilit bil-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet ta’ asil u li jgħin lill-Istati Membri jwettqu l-obbligi Ewropej u internazzjonali tagħhom biex jagħtu protezzjoni lil nies fil-bżonn. L-EASO jaġixxi bħala ċentru ta’ konsulenza fil-qasam tal-asil. Huwa jipprovdi wkoll appoġġ lill-Istati Membri li s-sistemi ta’ asil u akkoljenza tagħhom huma soġġetti għal pressjoni partikolari.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (2) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (3) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjon ġusta tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (4):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (5); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (6) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. Dawn għandhom jitqiesu fid-dawl tal-fatt li l-2013 kienet l-ewwel sena sħiħa tal-Aġenzija fejn kellha awtonomija finanzjarja.

KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

11.

Il-bażi għal ammont dovut ta' EUR 40  000 relatat ma' spejjeż u allowances għall-persunali li daħlu fis-servizz fl-2013 ma kinitx disponibbli matul l-awditu.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

12.

Mill-għadd total ta' pagamenti, 446 (18 %) saru wara l-limiti ta' żmien issettjati fir-Regolament Finanzjarju. Id-dewmien medju għal pagamenti tardivi kien ta' 21 jum.

13.

Mis-16-il standard ta’ kontroll intern, 6 għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

14.

L-Aġenzija kienet stmat b'mod eċċessiv il-ħtiġijiet baġitarji tagħha għall-2013 bi 13 % (2012: 32 %) u ġew impenjati EUR 10,4 miljun biss mill-baġit ta' EUR 12-il miljun. L-approprjazzjonijiet riportati ammontaw għal EUR 2,5 miljun jew 24 % (2012: 65 %) tat-total ta' approprjazzjonijiet impenjati li minnhom EUR 3 37  031 ma kinux koperti minn impenn legali. Fejn hemm lok għal ippjanar baġitarju aħjar, kemm l-istima eċċessiva ta' ħtiġijiet baġitarji u r-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati kienu sinifikatament aktar baxxi mis-sena ta' qabel.

15.

Ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati jikkonċernaw prinċipalment it-Titolu II (nefqa amministrattiva oħra) f'livell ta' EUR 5 40  269, jiġifieri 31 % tal-approprjazzjonijiet impenjati, u t-Titolu III (attivitajiet operazzjonali) f'livell ta' EUR 1 8 41  798 (45 % tal-approprjazzjonijiet impenjati). Fil-biċċa l-kbira, huma relatati ma’ fatturi li għadhom ma ġewx riċevuti u/jew imħallsa sa tmiem is-sena jew fejn is-servizzi inkwistjoni kienu għadhom ma twasslux.

KUMMENTI OĦRA

16.

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ: il-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet bil-miktub ġew abbozzati wara eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet, li jżid ir-riskju li l-mistoqsijiet jiġu influwenzati minn applikazzjonijiet individwali; il-kumitati tal-għażla mhux dejjem taw punteġġi lill-kriterji kollha tal-għażla inklużi fl-avviżi ta' postijiet battala; id-dikjarazzjoni dwar il-kunflitt ta' interess iffirmata mill-membri tal-kumitat tal-għażla tqis biss relazzjoni personali bħala kunflitt potenzjali ta' interess u teskludi b'mod espliċitu relazzjonijiet professjonali; fil-każ ta' proċedura speċifika ta' reklutaġġ, ġiet innutata diskrepanza bejn kriterju ta' eliġibbiltà indikat fl-avviż ta' post battal u l-kriterju tal-għażla korrispondenti, li kienet tikkonċerna l-għadd ta' snin ta' esperjenza professjonali dokumentata.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

17.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi meħuda b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(2)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(4)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(5)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(6)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Is-sistema kontabilistika tal-Uffiċċju għadha ma ġietx ivvalidata mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà.

Ikkompletata

2012

Riport ta’ EUR 0,2 miljun ma kienx kopert minn impenn legali (kuntratt) u għaldaqstant kien irregolari.

M/A

2012

Ebda inventarju fiżiku ma twettaq biex jiżgura li t-tagħmir kollu mixtri għall-istabbiliment tal-Uffiċċju jkun inkluż fir-reġistru.

Ikkompletata

2012

Ħamsin pagament, li jirrappreżentaw madwar 20 % tal-ammont totali ta’ pagamenti, saru wara d-dati ta’ skadenza ssettjati mir-Regolament Finanzjarju.

M/A

2012

Mis-16-il standard ta’ kontroll intern (1), 10 għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ.

Għadha għaddejja

2012

Il-ħtiġijiet baġitarji għall-2012 kienu stmati b'mod konsiderevolment eċċessiv: ġew impenjati EUR 4,8 miljun biss mill-EUR 7 miljun trasferiti mal-kisba tal-awtonomija finanzjarja.

M/A

2012

Approprjazzjonijiet impenjati li jammontaw għal EUR 3,2 miljun ġew riportati, li jirrappreżentaw 65,13 % tat-total tal-approprjazzjonijiet impenjati għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja (2). Dawn ir-riporti jikkonċernaw it-Titolu I (nefqa għall-persunal) f’livell ta’ EUR 0,3 miljun, it-Titolu II (nefqa amministrattiva oħra) f’livell ta’ EUR 1,4 miljun u t-Titolu III (attivitajiet operazzjonali) f’livell ta’ EUR 1,5 miljun. Fil-biċċa l-kbira dawn huma relatati ma’ fatturi li għadhom ma ġewx riċevuti u/jew imħallsa sa tmiem is-sena u ma’ rimborżi pendenti ta’ spejjeż relatati ma’ esperti. Barra minn hekk, madwar EUR 0,8 miljun jikkonċernaw xogħol ta’ rinnovazzjoni mwettaq fil-bini tal-Uffiċċju fl-2012, li għalih il-pagamenti se jsir wara l-aċċettazzjoni finali (3). Madankollu, tali livell għoli ta’ riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

M/A

2012

L-ammonti ta’ diversi impenji baġitarji kienu insuffiċjenti biex ikopru l-prodotti u s-servizzi relatati mwassla. L-ammont stmat ta’ konsenji mhux koperti kien ta’ EUR 0,2 miljun, li jirriżulta f’dikjarazzjoni eċċessiva korrispondenti fil-Kont tar-Riżultat tal-Baġit.

M/A

2012

L-EASO jikkoordina l-iskjerament tal-esperti tal-Istati Membri biex jappoġġaw Stati Membri oħra fi kriżijiet (azzjonijiet ta’ appoġġ f’emerġenza) u jirrimborża l-ispejjeż għall-missjonijiet ta’ esperti fuq bażi ta’ rata fissa. L-ispejjeż totali għall-missjonijiet rimborżati jammontaw għal madwar EUR 4 17  000 (24 % tal-pagamenti totali). Rimborżi b'rata fissa tal-ispejjeż saru wkoll lill-parteċipanti esterni li attendew laqgħat li saru fl-uffiċċji tal-EASO. L-ispejjeż għal-laqgħat huma mifruxin fuq diversi linji baġitarji u l-ammont totali mhuwiex magħruf. Għalkemm l-applikazzjoni ta’ rati fissi tnaqqas piżijiet amministrattivi, dawn jistgħu jkunu ogħla mill-ispejjeż reali mġarrba.

M/A

2012

Biex jospita l-EASO, il-Gvern Malti offra l-bini (4) u l-ftehim tal-kiri mal-Awtorità tat-Trasport ta’ Malta jistipula li l-uffiċċji “qed jiġu trasferiti fi stat komplut fejn qed jingħataw punti ta’ servizz essenzjali”. Madankollu, biex il-bini jsir funzjonali, kellu jiġi adattat (5) bi spiża stmata ta’ EUR 4,3 miljun, li minnha EUR 3,8 miljun kellhom ikunu koperti mill-Kummissjoni. Sa tmiem l-2012, il-biċċa l-kbira tax-xogħol kien ġie ikkompletat u kienu saru pagamenti bil-quddiem lill-Gvern Malti li ammontaw għal madwar EUR 3 miljun. Barra minn hekk, l-EASO se jħallas kera li tammonta għal madwar EUR 3,7 miljun fuq perjodu ta’ disa’ snin.

M/A

2012

Il-Kummissjoni kienet infurmat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-arranġamenti ta’ ospitalità u l-fatt li l-bini kien jeħtieġ xi adattament biex jiġi iffinanzjat mill-Gvern Malti u l-Kummissjoni. Għalkemm l-awtoritajiet baġitarji kienu infurmati dwar il-proġett, ma hemm l-ebda evidenza li huma kienu konxji mill-ispejjeż mistennija u mis-sehem fihom li kellha l-UE.

M/A

2012

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ: ma kien hemm l-ebda evidenza li l-ponderazzjonijiet u l-punteġġi ta’ livell limitu biex wieħed jiġi mistieden għal intervisti u jitpoġġa fuq il-lista ta’ riżerva ġew stabbiliti qabel l-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet, jew li l-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet bil-miktub ġew issettjati qabel l-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet.

Pendenti


(1)  ICS Nri 3, 4, 5, 6, 8, 9, 10, 11, 13 u 14.

(2)  40,32 % meta s-sena kalendarja sħiħa 2012 tittieħed inkunsiderazzjoni.

(3)  L-aċċettazzjoni finali kienet għadha għaddejja f’Mejju 2013.

(4)  Deskritt fl-offerta bħala tal-ogħla livell.

(5)  Skont il-ftehim ta’ għotja relatat bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Malti, dan jinkludi l-modifikazzjoni tat-tqassim tal-ispazju tal-uffiċċju, ħġieġ doppju, infrastrutturi tal-IT u tas-sigurtà, installazzjoni ta’ sala għall-konferenzi, eċċ.


ANNESS II

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil, EASO (il-Port tal-Belt Valletta, Malta)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 67, 78 u 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ persuni huwa żgurat konġuntement ma' miżuri xierqa fir-rigward ta’ kontrolli fil-fruntieri esterni, l-asil, l-immigrazzjoni u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità.

L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-asil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja bil-għan li toffri status xieraq lil kull ċittadin ta' pajjiż terz li jeħtieġ protezzjoni internazzjonali u bil-għan li tassigura l-ħarsien tal-prinċipju ta' non-refoulement. Din il-politika trid tkun konformi mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 u mal-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus tar-refuġjati, kif ukoll ma' trattati oħra rilevanti.

Għal dak il-għan, għandhom jiġu adottati miżuri għal sistema Ewropea ta' asil komuni li jkun fiha: status uniformi ta' asil għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, validu fl-Unjoni kollha; status uniformi ta' protezzjoni sussidjarja għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li, mingħajr ma jiksbu asil Ewropew, jeħtieġu protezzjoni internazzjonali; sistema komuni ta' protezzjoni temporanja, fil-każ ta' dħul massiv, għal persuni maqlugħa minn pajjiżhom; proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus uniformi ta' asil jew ta' protezzjoni sussidjarja; kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jikkunsidra applikazzjoni għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja; standards dwar il-kundizzjonijiet sabiex jintlaqgħu l-applikanti għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja; sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-amministrazzjoni tal-flussi ta' persuni li japplikaw għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja jew temporanja.

F'każ li Stat Membru wieħed jew iktar isibu ruħhom f'sitwazzjoni ta' emerġenza karatterizzata minn dħul f'daqqa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, jistgħu jiġu adottati miżuri proviżorji għall-benefiċċju tal-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i).

Il-politika tal-Unjoni dwar l-asil u l-implimentazzjoni tagħha għandha tiġi regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri.

Kompetenzi tal-Uffiċċju

(Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil)

Għanijiet

L-EASO jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil. L-iskop tal-EASO huwa li jiffaċilita, jikkoordina u jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri dwar il-ħafna aspetti tal-asil, bħal: jipprovdi appoġġ prattiku u operazzjonali lil Stati Membri; jipprovdi appoġġ operaazzjonali effikaċi lil Stati Membri bi ħtiġijiet speċifiċi jew Stati Membri li jkunu suġġetti għal pressjoni partikolari fis-sistemi ta' asil tagħhom; jipprovdi għajnuna xjentifika u teknika għat-tfassil tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq l-asil.

Kompiti

Appoġġ permanenti: jappoġġa u jistimola l-kwalità komuni tal-proċess tal-asil permezz ta’ taħriġ komuni, kurrikulu komuni dwar l-asil, kwalità komuni u Informazzjoni komuni dwar il-Pajjiżi tal-Oriġini.

Appoġġ speċjali: għajnuna mfassla apposta, bini tal-kapaċità, rilokazzjoni, appoġġ speċifiku u proċessi speċjali ta’ kontroll tal-kwalità.

Appoġġ ta' emerġenza: jorganizza solidarjetà għal Stati Membri ffaċċjati bi pressjonijiet partikolari billi jipprovdi appoġġ temporanju u assistenza biex isewwi jew jibni mill-ġdid is-sistema tal-asil.

Appoġġ ta' informazzjoni u analiżi: kondiviżjoni u tgħaqqid ta' informazzjoni u data, analiżi u valutazzjoni: mhux biss it-tqabbil u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, iżda wkoll analiżi ta’ tendenzi komuni u valutazzjonijiet komuni.

Appoġġ lil pajjiżi terzi: jappoġġa d-dimensjoni esterna, jappoġġa s-sħubijiet ma’ pajjiżi terzi biex jintlaħqu soluzzjonijiet komuni, pereżempju bil-bini tal-kapaċità u programmi reġjonali ta’ protezzjoni, u jikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri dwar ir-risistematizzazzjoni.

Governanza

Bord ta’ Tmexxija

Kompożizzjoni

Il-Bord ta’ Tmexxija tal-EASO huwa magħmul minn membru wieħed minn kull Stat Membru minbarra d-Danimarka, żewġ membri mill-Kummissjoni Ewropea u membru wieħed mingħajr dritt għall-vot mill-UNHCR. Il-membri kollha huma maħtura abbażi tal-esperjenza tagħhom, ir-responsabbiltà professjonali u livell għoli ta’ kompetenza fil-qasam tal-asil.

Il-Kroazja ġiet mistiedna tattendi l-laqgħat kollha tal-Bord ta' Tmexxija u laqgħat rilevanti oħra bħala osservatur sal-1 ta' Lulju 2013, meta hija saret membru sħiħ tal-EASO wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni bejn l-UE u l-Kroazja tad-9 ta' Diċembru 2011.

Id-Danimarka, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat kollha tal-Bord ta' Tmexxija u laqgħat rilevanti oħra bħala osservaturi.

Kompiti

Il-funzjonijiet ewlenin tal-Bord ta’ Tmexxija, bħala l-korp ta’ tmexxija u tal-ippjanar tal-EASO, huma deskritti fil-qosor fl-Artikolu 29 tar-Regolament dwar l-EASO u jinkludu l-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv u l-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma tal-EASO u rapporti annwali, u tal-baġit ġenerali tal-EASO. Huwa għandu responsabbiltà kumplessiva biex jiżgura li l-EASO iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv.

Direttur Eżekuttiv

Id-Direttur Eżekuttiv, li huwa indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, huwa r-rappreżentant legali tal-Uffiċċju u huwa responsabbli, fost l-oħrajn, mit-tmexxija amministrattiva tal-EASO u mill-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma u d-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija. Id-Direttur Eżekuttiv tal-EASO, Dr Robert K. Visser, beda dmirijietu fl-1 ta' Frar 2011. Il-mandat tiegħu huwa ta' ħames snin, rinnovabbli darba għal tliet snin ulterjuri.

Forum Konsultattiv

L-EASO stabbilixxa Forum Konsultattiv skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-EASO. Il-Forum Konsultattiv jippermetti lill-EASO li jiżgura djalogu viċin ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u korpi kompetenti rilevanti. Il-Forum Konsultattiv jikkonsisti f'mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni u l-ġbir ta' għarfien bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-EASO u korpi rilevanti li joperaw fil-qasam tal-asil. Skont ir-Regolament tal-EASO, il-forum Konsultattiv jitlaqqa’ f’seduta plenarja tal-anqas darba f’sena. Barra minn hekk, l-EASO għandu kalendarju ta’ konsultazzjoni annwali biex jorganizza d-diversi metodoloġiji ta’ konsultazzjoni u l-attivitajiet tiegħu, jiġifieri laqgħat tal-esperti, sessjonijiet ta’ ħidma, seminars u konsultazzjonijiet onlajn.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2013

Baġit Finali

EUR 12-il miljun

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Postijiet awtorizzati (persunal temporanju): 45. Postijiet okkupati: 44

Postijiet oħra (persunal kuntrattwali u ENS): 32. Postijiet okkupati: 27

Total ta’ postijiet: 77

Postijiet okkupati: 71 membru tal-persunal assenjat għad-dmirijiet li ġejjin:

kompiti operazzjonali: 43

kompiti amministrattivi u ta’ appoġġ: 28

Prodotti u servizzi fl-2013

L-atttivitajiet tal-EASO jistgħu jinqasmu f'ħames oqsma ta' fokus: appoġġ permanenti, appoġġ speċjali, appoġġ ta' emerġenza, appoġġ ta' informazzjoni u analiżi u appoġġ lil pajjiżi terzi.

Appoġġ permanenti: Fir-rigward tat-taħriġ, l-EASO organizza 13-il sessjoni ta' taħriġ għall-ħarrieġa, żviluppa 3 moduli ta' taħriġ ġodda u aġġorna 6 moduli diġà eżistenti, żviluppa 2 manwali ta' taħriġ u kabina waħda ta' taħriġ, fassal triq ġdida tat-tagħlim, organizza s-Seminar Didattiku Annwali, 2 laqgħat ta' taħriġ tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali u laqgħa mal-grupp ta' referenza tat-taħriġ.

Ix-xogħol tal-EASO fuq il-kwalità tal-proċessi u d-deċiżjonijiet dwar l-asil inklużi fl-iżvilupp tal-matriċi ta' kwalità tal-EASO, l-organizzazzjoni ta' erba' laqgħat tematiċi ta' kooperazzjoni prattika u laqgħa tal-punti ta' kuntatt nazzjonali dwar il-kwalità.

Fir-rigward tal-Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini (COI), l-EASO adotta l-Approċċ tan-Netwerk COI, ħoloq 3 netwerks COI speċifiċi dwar is-Sirja, is-Somalja u l-Pakistan, li saru disponibbli permezz tal-2108 dokumenti ġodda tal-COI fil-Portal Ewropew Komuni tal-COI, organizza 2 laqgħat tal-Amministraturi tal-Portal Nazzjonali Komuni, 2 laqgħat tan-Netwerk Strateġiku tal-COI u 10 sessjonijiet ta' ħidma u seminars speċifiċi għal pajjiżi. Barra minn hekk, l-EASO pproduċa analiżi komparattiva dwar il-Balkani tal-Punent u wassal taħriġ tal-portal COI.

Fil-qasam tal-minorenni mhux akkumpanjati, l-EASO ħareġ pubblikazzjoni intitolata “EASO age assessment practice in Europe” (Il-prattika ta' valutazzjoni tal-età fl-Ewropa, tal-EASO), organizza erba' laqgħat ta' kooperazzjoni prattika, konferenza annwali dwar minorenni mhux akkumpanjati u wettaq riċerka dwar l-ittraċċar ta' familji.

L-EASO aġġorna l-lista ta' lingwi disponibbli għal traduzzjoni diretta fi ħdan l-Istati Membri, ipparteċipa f'laqgħat rilevanti tal-Aġenziji JHA tat-traffikar tal-bnedmin u saħħaħ il-kooperazzjoni ma' membri tal-Qrati u t-Tribunali.

Appoġġ speċjali: L-EASO pprovda appoġġ speċjali lill-Isvezja u lill-Italja. Fil-każ tal-Isvezja, l-EASO wassal taħriġ speċifiku dwar żewġ moduli tal-EASO, filwaqt li fil-każ tal-Italjla, l-EASO kkontribwixxa fl-implimentazzjoni ta' Pjan Speċjali ta' Appoġġ li jinkludi 45 attività ta' appoġġ. 25 espert ġew skjerati fi ħdan 10 timijiet ta' appoġġ, li wasslu 6 sessjonijiet ta' ħidma tematiċi dwar Dublin u l-COI, immappjaw is-sistema ta' akkoljenza tal-Italja u pprovdew taħriġ lill-ġudikatura Taljana. Barra minn hekk l-EASO organizza żewġ laqgħat ta' kooperazzjoni prattika dwar ir-rilokazzjoni, ipparteċipa fl-ewwel Forum Annwali dwar ir-Rilokazzjoni u kien involut fit-Task Force għall-Mediterran, li kienu tmien azzjonijiet allokati lill-EASO.

Appoġġ ta’ emerġenza: L-EASO pprovda appoġġ ta' emerġenza lill-Greċja u lill-Bulgarija, fejn skjera 49 espert fi ħdan 25 Tim ta' Apoġġ għall-Asil. Ġie implimentat proġett tal-EASO-UNHCR għall-Greċja dwar l-ipproċessar ta' każijiet pendenti u twettaq eżerċizzju ta' emerġenza mal-Frontex fil-fruntiera Rumena u Ungeriża. L-EASO organizza tliet laqgħat tal-Punti Nazzjonali ta' Kuntatt tar-Riżerva ta' Intervent għall-Asil.

Appoġġ ta' informazzjoni u analiżi: L-EASO ppubblika r-Rapport Annwali tiegħu dwar l-istat tal-asil fl-UE fl-2012, 3 rapporti ta' kull tliet xhur dwar l-asil u 12-il rapport ta' kull xahar dwar l-asil. Barra minn hekk, l-EASO żviluppa it-tieni stadju tas-Sistema ta' Twissija Bikrija u Tħejjija tiegħu.

Appoġġ lil pajjiżi terzi: L-EASO adotta l-Istrateġija għall-Azzjoni Esterna, ipparteċipa fil-Proċess ta' Praga u fis-Sħubijiet għall-Mobbiltà tal-UE mat-Tuneżija u mal-Marokk u fid-djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà mal-Ġordan. Ġie miftiehem proġett ma' dawn it-tliet pajjiżi f'Diċembru 2013 fil-kuntest tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija. Finalment, l-EASO organizza żewġ laqgħat ta' kooperazzjoni prattika, wiehed dwar ir-risistemazzjoni u wieħed dwar id-dimensjoni esterna tas-SEKA u pprarteċipa f'żewġ sessjonijiet ta' ħidma tal-istrument ta' Assistenza Teknika u Skambju ta' Informazzjoni (TAIEX).

Fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-EASO, l-EASO organizza erba' laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija, adotta tliet deċiżjonijet tal-Bord ta' Tmexxija, iffirma ftehim ta' ħidma mal-UNHCR u mal-FRA, ospita t-tielet laqgħa tal-Forum Konsultattiv u kkonsulta lis-soċjetà ċivili dwar diversi suġġetti. L-EASO adotta l-Programm ta' Ħidma Pluriennali 2014-2016 tiegħu. Finalment, fl-2013 twettqet evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-impatt tal-kooperazzjoni prattika tal-EASO fuq l-asil u dwar is-SEKA.

Sors: Anness ipprovdut mill-Uffiċċju.


IR-RISPOSTI TAL-UFFIĊĊJU

11:

L-ammont dovut kien stima approssimattiva u l-EASO kien għadu qed jistenna l-konferma mingħand il-PMO tal-intitolamenti li għandu jirċievi l-persunal li daħal fis-servizz fl-2013. Fil-preżent l-EASO għandu sistema ta’ traċċar tal-pagi (excel) biex jirreġistra l-intitolamenti kollha li kull membru tal-persunal irċieva jew li għadhom pendenti.

12:

Sas-sajf 2013 il-ħlasijiet tardivi tal-EASO kienu naqsu radikalment; madankollu, minħabba żieda konsiderevoli fil-volum tax-xogħol relatata mal-attivitajiet tal-aħħar tas-sena, reġà kien hemm ħlasijiet tardivi fl-aħħar tliet xhur tal-2013. Ġew stabbiliti proċeduri ġodda bħall-applowdjar f’salt tal-ħlasijiet sabiex titnaqqas ir-rata ta’ ħlasijiet tardivi.

13

: L-implimentazzjoni tas-sitt standards ta’ kontroll interni li għadhom pendenti għadha għaddejja u se jiġu implimentati bis-sħiħ fl-2014.

14:

L-EASO jagħraf li kien hemm titjib sinifikanti fil-ġestjoni baġitarja tiegħu fl-2013 u se jkompli jimmonitorja kontinwament il-konsum tal-impenni baġitarji. Dan se jiżgura rata għolja ta’ eżekuzzjoni baġitarja u riport regolari.

15:

L-EASO implimenta sistema li kull xahar timmonitorja u tirrapporta l-impenni baġitarji stabbiliti sabiex jiżgura li d-diżimpenni jsiru fil-ħin u jillimita r-riport għas-sena n+1 għall-ammont li jkun neċessarju u biżżejjed biex ikopri l-obbligi legali eżistenti.

16:

Il-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet bil-miktub jitfasslu abbażi tar-rekwiżiti tal-impjieg, kif iddikjarat fl-avviż ta’ post battal. Ir-raġuni ewlenija għalfejn ma jitfasslux qabel il-laqgħa preliminarja hija biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tagħhom.

Għal għadd ta’ kriterji li huma neċessarji għal impjieg, bħal ħiliet eċċellenti ta' ppjanar u ta' soluzzjoni tal-problemi, hemm ir-riskju li wieħed ikun inġust meta jivvalutahom permezz tal-formola tal-applikazzjoni. Sabiex iżid it-trasparenza, l-EASO qiegħed isemmi l-kriterji kollha li se jiġu vvalutati matul l-intervista taħt paragrafu speċifiku tal-avviż ta’ post battal. L-EASO ikkonforma mal-kummenti tal-ECA u biddel id-dikjarazzjoni tal-kunflitt ta' interess għall-Kumitati ta' Għażla. Barra minn hekk, fid-29 ta’ Novembru 2013 ġiet iffirmata politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitt ta’ interessi.

17:

Il-ponderazzjonijiet u l-punteġġi ta’ livell limitu jiġu stabbiliti t-tnejn li huma minn quddiem qabel l-eżaminar tal-applikazzjonijiet. Skont il-Politika ta’ Reklutaġġ tal-EASO, il-livell limitu biex wieħed jiġi mistieden għall-intervisti u jitpoġġa fuq il-lista ta’ riżerva huwa 70 % u japplika għall-proċeduri kollha tal-għażla. Barra minn hekk, fil-Minuti tal-proċeduri tal-għażla huwa ddikjarat ukoll li l-livell limitu jiġi stabbilit minn qabel.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/112


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Awtorità

(2014/C 442/13)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Bankarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EBA”), li tinsab f’Londra, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta żviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Awtorità jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Awtorità wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula, jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Awtorità jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Fl-2013, Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 90 % meta mqabbel ma' 89 % fl-2012, li jvarja bejn 87 % għat-Titolu I (nefqa fuq il-persunal), 98 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 92 % għat-Titolu III (nefqa operazzjonali). Ir-rata ta' impenn għat-Titolu I kellha impatt b'mod negattiv mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kontra l-indiċjar tas-salarji tal-persunal għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2013 (EUR 1,8 miljun).

12.

Għalkemm il-livell kumplessiv ta' riporti naqas b'mod sinifikanti għal EUR 3 8 76  564 (17 %) meta mqabbel ma' EUR 6 5 47  808 (36 %) għas-sena preċedenti, riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati baqgħu relattivament għoljin għat-Titolu II f'livell ta' EUR 1 9 74  511 (35 %) u għat-Titolu III f'livell ta' EUR 1 6 51  203 (36 %). Dawn ir-riporti prinċipalment jirriżultaw mill-akkwist ippjanat ta' infrastruttura tal-IT u servizzi tal-IT, li għalihom il-kuntratti kienu konklużi kif ippjanat f'Diċembru 2013 u s-servizzi relatati se jiġu pprovduti fl-2014.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korretetiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni tal-baġit jindikaw diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit.

Ikkompletata

2011

Il-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 12,7 miljun. Skont ir-Regolament Fundatur (1), 60 % tal-baġit għall-2011 kien iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA u 40 % mill-baġit tal-Unjoni. Fi tmiem l-2011 l-Awtorità rreġistrat riżultat pożittiv fil-baġit ta’ EUR 3,6 miljun. Skont l-Artikoli 15(4) u 16(1) tar-Regolament Finanzjarju tagħha, l-ammont sħiħ imbagħad ġie rreġistrat fil-kontijiet bħala obbligazzjoni lejn il-Kummissjoni Ewropea.

Ikkompletata

2011

L-Awtorità teħtieġ ittejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ: il-ponderazzjonijiet għall-kriterji ta’ għażla u l-punteġġi limiti biex wieħed ikun mistieden għal intervisti jew biex ikun inkluż fil-lista ta’ kandidati xierqa ma ġewx stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet.

Ikkompletata

2012

Sabiex tkopri tariffi ogħla tal-iskola, l-Awtorità tagħti lill-persunal li t-tfal tagħhom jattendu l-iskola primarja jew sekondarja kontribuzzjoni għall-edukazzjoni barra mill-allowances għall-edukazzjoni previsti fir-Regolamenti tal-Persunal (2). Kontribuzzjonijiet totali għall-edukazzjoni fl-2012 ammontaw għal madwar EUR 76  000. Huma mhumiex koperti bir-Regolamenti tal-Persunal u għalhekk huma irregolari.

Għadha għaddejja (3)

2012

Skont l-istrateġija tal-IT tal-Awtorità li kienet ġiet imfassla mill-organizzazzjoni predeċessur tagħha (4), is-sistemi ta’ applikazzjoni ewlenin tal-IT tal-EBA ġew esternalizzati lil fornitur estern tal-IT (5) sa Diċembru 2013. Dan joħloq riskji relatati mal-kontroll u s-superviżjoni limitati tal-Awtorità fuq is-sistemi tal-IT tagħha.

Ikkompletata

2012

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 89 %, li jvarja bejn 84 % għat-Titolu I (nefqa għall-persunal), 86 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 100 % għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) (6). Riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għolja għat-Titolu II (45 %) prinċipalment minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-Awtorità, bħat-tentattiv bla suċċess li jinstab bini ġdid u dewmien fl-implimentazzjoni ta’ xi proġetti tal-IT li kien diffiċli li tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa dwarhom mill-organizzazzjoni predeċessur. Għat-Titolu III, riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għolja (85 %), prinċipalment minħabba l-kumplessità u durata twila ta’ żewġ proċeduri ta’ akkwist tal-IT li madankollu twettqu skont il-pjan, dewmien fil-tnedija u l-implimentazzjoni ta’ tliet proġetti oħra tal-IT u l-fatturar tard ta’ xi servizzi tal-IT mill-fornituri.

M/A

2012

Il-Qorti identifikat id-dgħufijiet li ġejjin fil-proċeduri ta’ reklutaġġ awditjati li jaffettwaw it-trasparenza u t-trattament indaqs: il-kandidati ngħataw punteġġ globali minflok punteġġ wieħed għal kull kriterju tal-għażla; ma kien hemm ebda evidenza li l-mistoqsijiet għall-intervisti u għat-testijiet kienu ġew stabbiliti qabel id-data tal-eżaminazzjonijiet.

Ikkompletata


(1)  L-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010.

(2)  L-Artikolu 3 tal-Anness VII jipprevedi d-doppju tal-allowance bażika ta’ EUR 252,81 = EUR 505,62.

(3)  Għal tlieta mid-disa' skejjel ikkonċernati l-kuntratti kienu għadhom iridu jiġu konklużi fl-2013.

(4)  Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej.

(5)  Banque de France.

(6)  Wara analiżi tal-ħtiġijiet għall-parti tas-sena li kien għad fadal, il-baġit ġie revedut u l-approprjazzjonijiet tnaqqsu bi 8,9 % f’Settembru 2012.


ANNESS II

L-Awtorità Bankarja Ewropea (Londra)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikoli 26 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Artikolu 26

“1.

L-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-ħsieb li tistabbilixxi jew li tassigura l-funzjonament tas-suq intern, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

2.

Is-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

3.

Il-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni għandu jistabbilixxi l-linji-gwida u l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw progress bilanċjat fis-setturi kollha interessati.”

L-Artikolu 114

“1.

Ħlief fejn provdut xort'oħra fit-Trattati, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.”

Kompetenzi tal-Awtorità

(Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

(Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010)

Għanijiet

(a)

Li jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari, livell sod, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni;

(b)

li jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat ordnat tas-swieq finanzjarji;

(c)

li tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali;

(d)

li jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata promozzjoni għal kundizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni;

(e)

li jiġi żgurat li t-teħid ta’ riskji ta’ kreditu u riskji oħrajn ikunu regolati u sorveljati kif xieraq;

(f)

li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur.

Kompiti

(a)

Li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja;

(b)

li tiżviluppa u żżomm aġġornat manwal superviżorju Ewropew dwar is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni kollha kemm hi;

(c)

li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti legalment vinkolanti tal-Unjoni;

(d)

li tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;

(e)

li tikkoopera mill-qrib mal-BERS (1);

(f)

li torganizza u twettaq analiżijiet tar-evalwazzjoni bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti;

(g)

li timmonitorja u tivvaluta żviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha;

(h)

li twettaq analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex l-Awtorità tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha sew;

(i)

li trawwem il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur;

(j)

li tippromwovi l-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni, l-għoti ta’ protezzjoni ta’ livell għoli lid-depożituri u l-investituri madwar l-Unjoni u l-iżvilupp ta’ metodi għar-riżoluzzjoni tal-problemi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li qegħdin ifallu u valutazzjoni tal-ħtieġa ta' strumenti ta’ finanzjament adegwati;

(k)

li twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew f’atti leġislattivi oħra;

(l)

li tippubblika fil-websajt tagħha, u taġġorna b’mod regolari, l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha.

Governanza

Bord tas-Superviżuri

Magħmul mill-President, rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru (il-kap tal-NSA (2)), il-Kummissjoni, l-BĊE (3), il-BERS, l-EIOPA (4) u l-ESMA (5).

Bord Maniġerjali

Magħmul mill-President u sitt membri oħra tal-Bord tas-Superviżuri.

President

Maħtur mill-Bord tas-Superviżuri.

Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord tas-Superviżuri.

Bord tal-Appell

Entità konġunta tat-tliet ASE.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew.

Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2013 (2012)

Baġit 2013

EUR 26,0 (20,7) miljun

Inklużi:

Sussidju tal-Unjoni Ewropea: EUR 10,4 (8,3) miljun

Kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri: EUR 15,2(12,1) miljun

Kontribuzzjonijiet mill-osservaturi: EUR 0,4(0,3) miljun

Postijiet mimlija fil-31 ta' Diċembru 2013

93 membru tal-persunal temporanju (68) – li minnhom intbagħtu ittri ta’ offerta u ġew aċċettati minn seba’ Aġenti Temporanji qabel il-31 ta’ Diċembru 2013.

14-il membru tal-persunal kuntrattwali (12)

17-il Espert Nazzjonali Sekondati (14)

Prodotti u servizzi fl-2013

Kondotta ta’ 56 konsultazzjoni pubblika (il-biċċa l-kbira dwar abbozz ta’ Standards Tekniċi Regolatorji u ta' Implimentazzjoni żviluppati taħt il-qafas leġiżlattiv CRDIV/CRR), organizzazzjoni ta’ 34 seduta ta’ smigħ pubbliku

Sottomissjoni ta’ 36 abbozz ta’ Standards Tekniċi Regolatorji u ta' 21 abbozz ta' Standards Tekniċi ta’ Implimentazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea għall-approvazzjoni finali (żviluppati b’mod partikolari taħt (i) il-qafas leġislattiv CRDIV/CRR, u li huma relatati mal-qasam ta' fondi proprji tal-banek, ta' riskju ta' kreditu, ta' riskju tas-suq, ta' likwidità u remunerazzjoni, kif ukoll (ii) il-qafas leġislattiv ta’ Rkupru u Riżoluzzjoni ta' Kriżijiet)

Ħruġ ta’ żewġ linji gwida (dwar żewġ miżuri ta’ kapital ta’ self FX, u dwar depożiti fil-livell ta’ konsumatur suġġetti għal fluss ta' ħruġ differenti għall-iskop ta’ rappurtar tal-likwidità) u erba’ rakkomandazzjonijiet lil awtoritajiet nazzjonali kompetenti (dwar l-parteċipazzjoni tal-banek fil-Euribor, dwar l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ rkupru, dwar il-preservazzjoni ta’ kapital CT1 matul it-tranżizzjoni għall-qafas leġislattiv CRDIV/CRR, u dwar analiżi tal-kwalità tal-assi tal-banek)

Għoti ta’ sitt opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, parir tekniku wieħed lill-Kummissjoni Ewropea, erba’ ittri b'kummenti dwar il-kontabbiltà indirizzati lill-IASB u żewġ ittri b'kummenti dwar l-awditjar indirizzati lill-IAASB

Evalwazzjoni waħda bejn il-pari dwar l-implimentazzjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-linji gwida għall-ittestjar tal-istress

Stabbiliment tas-Single Rulebook Questions and Answers tool (għodda ta' Mistoqsijiet u Tweġibiet tal-Ġabra Unika ta' Regoli) fuq il-websajt tal-EBA għal istituzzjonijiet, superviżuri u partijiet interessati oħra

Ħruġ ta’ għadd estensiv ta’ rapporti tematiċi f’diversi oqsma ta' kompetenzi tal-EBA (eż. rapporti dwar is-settur bankarju u l-analiżi tar-riskju transsettorjali, rapporti dwar il-konsistenza ta’ assi ppeżati għar-riskju tal-banek, rapporti dwar xejriet tal-konsumaturi, rapporti dwar ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ ta' Basel II, rapport ta' tmiem it-terminu tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati, rapporti dwar il-likwidità tal-banek, rapport dwar l-impatt tal-proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità, rapport dwar id-data dwar persuni li jaqilgħu pagi għoljin f’banek tal-UE, rapport dwar il-kumparabbiltà ta’ regoli u prattiki superviżorji, rapport dwar il-proċikliċità tar-rekwiżiti kapitali tal-banek, rapporti fil-qasam tal-kumparabilità tal-assi ppeżati għar-riskju (RWAs), eċċ.)

Twettiq ta’ analiżi tar-riskju, valutazzjoni u monitoraġġ ta’ riskji ewlenin fis-settur bankarju tal-UE, inkluża analiżi tal-konsistenza tal-eżiti f'RWAs, is-sostenibbiltà ta’ mudelli ta' negozju tal-banek u analiżijiet tal-kwalità tal-assi tal-banek

Żvilupp ta’ rapporti semi-annwali dwar is-settur bankarju u r-riskju transsettorjali, tabelli operattivi tar-riskji trimestrali, rappurtar kull ġimgħa dwar il-likwidità u l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tal-banek Ewropej u dwar l-indikaturi tas-suq bankarju, aġġornamenti regolari dwar ir-riskji u l-vulnerabbiltà provduti lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE

Ħidma estensiva fil-qasam ta’ tiswija tal-karta tal-bilanċ tal-banek u ta' analiżi tal-kwalità tal-assi tal-banek (ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-preservazzjoni tal-kapital u dwar l-analiżi tal-kwalità tal-assi, tliet rapporti interim dwar il-konsistenza ta’ RWAs, erba’ rapporti oħra dwar kwistjonijiet diversi fir-rigward l-kumparabbiltà tal-RWAs, identifikazzjoni ta’ definizzjonijiet komuni ta’ self improduttiv u ta' tolleranza, anke bi tħejjija għall-analiżijiet tal-kwalità tal-assi u l-valutazzjoni komprensiva tal-MSU)

Eżekuzzjoni ta’ eżerċizzju ta’ trasparenza madwar l-UE li jipprovdi informazzjoni dwar banek tal-UE li kienu parti mill-eżerċizzju ta’ rikapitalizzazzjoni fl-2012

Tħejjija għall-ittestjar tal-istress 2014 ta' banek tal-UE (xogħol dwar l-iżvilupp ta’ metodoloġiji, xenarji u suppożizzjonijiet ewlenin tal-ittestjar tal-istress), inputs – bħala konsulent tal-Kummissjoni – għat-testijiet tal-istress f’xi pajjiżi tal-programm

Żvilupp u assistenza fl-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' rappurtar komuni ta' rappurtar finanzjarju (FINREP) u rappurtar komuni (COREP) u Tassonomija tal-XBRL għal rappurtar superviżorju tat-tieni livell

Parteċipazzjoni attiva f’laqgħat u f'attivitajiet ta’ kulleġġi ta' awtoritajiet superviżorji nazzjonali, promozzjonii u l-monitoraġġ ta' kooperazzjoni superviżorja fil-kulleġġi

Xogħol relatat mal-EURIBOR u kwistjonijiet relatati mal-punti ta’ riferiment, imwettqa b’mod konġunt mal-ESMA, inkluża l-pubblikazzjoni ta' prinċipji għall-proċessi ta’ stabbiliment tal-punti ta’ riferiment, u xogħol dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet lill-Euribor-EBF u lill-awtoritajiet nazzjonali

Valutazzjoni annwali dwar l-implimentazzjoni milll-banek ta' rekwiżiti ta' divulgazzjoni tal-Pilastru 3

Kontribut Programm ta’ Valutazzjoni tal-Konsistenza Regolatorja tal-Kumitat ta' Basel (RCAP)

Fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-ħruġ ta’ żewġ twissijiet lill-konsumaturi (dwar muniti virtwali u dwar kuntratti għad-differenza), pożizzjoni konġunta waħda mill-ASE dwar is-superviżjoni u l-governanza tal-prodott, koorganizzazzjoni ta' Jum il-Konsumatur Konġunt 2013 tal-ASE, u – kif diġà imsemmi taħt ta' hawn fuq – ħruġ ta’ tliet opinjonijiet dwar prattiki tajbin għal awtoritajiet kompetenti nazzjonali (dwar ipoteki u fondi nnegozjati fil-borża), rapport wieħed dwar ix-xejriet tal-konsumatur, u tnedija ta’ konsultazzjoni waħda dwar abbozz ta' Standards Tekniċi Regolatorji fir-rigward ta' intermedjarji tal-ipoteka, u konsultazzjoni waħda dwar linji gwida ta’ trattament konġunt ta' ilmenti

Għoti ta’ input u kontribut għall-proċess tal-analiżi tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji fil-kuntest tal-Artikolu 81 tar-Regolament tal-EBA, b’mod konġunt ma' ASE oħra (l-għoti ta' data kwantitattiva u kwalitattiva lill-COM, rapport dwar il-kisbiet u l-isfidi tal-ASE lill-Kunsill, parteċipazzjoni fis-smigħ pubbliku tal-COM dwar l-analiżi tal-ESFS u s-smigħ pubbliku tal-ECON, sottomissjoni tal-opinjoni tal-ASE dwar l-analiżi tal-BERS)

Għoti u koordinazzjoni ta’ 20 seminar u ta' attivitajiet ta’ taħriġ lil persunal mill-ABE u minn awtoritajiet superviżorji nazzjonali (li 8 minnhom ipprovduti b'mod konġunt mal-ASE l-oħra)

10 laqgħat tal-Bord ta’ Superviżuri (6 laqgħat wiċċ imb'wiċċ, 4 konferenzi bit-telefown), 7 laqgħat tal-Bord Maniġerjali (5 laqgħat wiċċ imb'wiċċ, 2 konferenzi bit-telefown), 7 laqgħat tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati (2 minnhom b'mod konġunt mal-Bord tas-Superviżuri)

Twettiq tat-Tabella tal-persunal (61 proċedura tal-għażla organizzata u 153 kandidat intervistat fl-2013 mingħajr l-ebda appell lill-ED jew lill-Ombudsman)

Aktar titjib tal-amministrazzjoni u t-trasparenza ta’ reklutaġġ, l-introduzzjoni ta’ taħriġ ta' induzzjoni għal persunal li jkun għadu kemm ġie rreklutat

Definizzjoni u implimentazzjoni ta’ proċedura ġdida għall-amministrazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-edukazzjoni tal-ABE (kuntratti ma’ skejjel)

Introduzzjoni ta’ fornitur ġdid ta’ servizzi mediċi (akkwist konġunt mal-EMA) u fornitur ġdid ta’ persunal interim wara proċedura ta’ akkwist

Fir-rigward ta' Allegro, it-tnedija tax-xogħol dwar l-iżvilupp tal-eRecruitment, tibdil fil-pjattaforma tal-IBM, modifika tal-Allegro għar-Regolament tal-Persunal ġdid

Ipproċessar ta’ 421 impenn finanzjarju u ta' 2  335 ordni ta’ ħlas

Implimentazzjoni ta’ għodod imtejba ta’ monitoraġġ tal-baġit u ta' titjib fl-Istandards ta' kontroll Intern

Ikkompletar b’suċċess ta’ disa’ akkwisti, kollha konformi b'mod sħiħ mar-regoli ta’ akkwist tal-UE

Tiġdid ta’ 20 kuntratt li inizjalment kienu ġew iffirmati fl-2012 għal perjodu ta’ 12-il xahar

Reviżjoni tal-karti tal-ispejjeż f'erba' kuntratti, skont ix-xejra fl-Indiċijiet tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (RPI) li jkopru r-Renju Unit

Tagħqid ta’ proċeduri tal-Kummissjoni għal provvista ta’ għamara tal-uffiċċju, servizzi tal-assigurazzjoni, servizzi tal-IT, liċenzji għal softwer tal-kompjuter u Liċenzji tal-Microsoft, u żewġ proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali magħquda mal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċina, għall-għoti ta' servizzi mediċi u ta’ persunal interim (profil legali).


(1)  Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(2)  Awtorità Superviżorja Nazzjonali.

(3)  Bank Ċentrali Ewropew.

(4)  Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

(5)  Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

Sors: Anness ipprovdut mill-Awtorità.


IR-RISPOSTI TAL-AWTORITÀ

11:

L-EBA adottat approċċ prudenti għall-aġġustamenti tas-salarji tal-2011/2012 li minħabba l-forma u t-twaqqit tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, irriżultaw f’eżekuzzjoni ta’ impenn ta’ ftit biss aktar minn 90 %. L-awtorità tantiċipa b’mod sinifikanti implimentazzjoni ta’ baġit imtejba fl-2014, minħabba titjib kontinwu fil-ġestjoni tal-baġit mill-awtorità u billi tqis aktar ċarezza dwar l-aġġustamenti tas-salarji.

12:

L-EBA tirrikonoxxi li, filwaqt li kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-livell globali ta’ riporti, għad hemm lok għal aktar titjib. Minħabba li l-biċċa l-kbira tar-riporti tinħoloq minħabba t-twaqqit ta’diversi kuntratti tal-IT li jiġġeddu kull sena, l-intenzjoni tal-EBA fis-sena kalendarja hija li ssegwi l-għażliet biex temenda l-kuntratti tal-fornitur biex tibdel il-perjodi ta’ tiġdid u għaldaqstant tnaqqas il-livell tar-riporti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/123


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

(2014/C 442/14)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala l-“ECDC”), li jinsab fi Stokkolma, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti prinċipali taċ-Ċentru huma li jiġbor u jxerred data dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem u li jagħti opinjonijiet xjentifiċi dwar dan is-suġġett. Huwa meħtieġ ukoll jikkoordina n-netwerk Ewropew tal-korpi li joperaw f’dan il-qasam (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali taċ-Ċentru wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

11.

Għalkemm iċ-Ċentru tejjeb il-ġestjoni tiegħu tal-proċeduri ta' akkwist, għal proċedura partikolari mnedija fl-2013 kien hemm informazzjoni konfliġġenti bejn l-avviż tal-kuntratt u l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti li setgħu affettwaw il-proċess kompetittiv u r-riżultat tal-proċedura. Pagamenti li saru fl-2013 taħt il-kuntratt qafas u ż-żewġ kuntratti speċifiċi kkonċernati kienu jammontaw għal EUR 1 08  000. Wara l-awditu tal-Qorti, iċ-Ċentru ħa azzjoni korrettiva immedjata u l-kuntratt qafas ġie kkanċellat.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Ir-rata kumplessiva ta' eżekuzzjoni tal-baġit kienet relattivament baxxa (92 %). Il-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet 2013 dehru fit-titoli kollha tal-baġit.

13.

L-ammonti riportati ta' approprjazzjonijiet impenjati kienu relattivament għoljin, b'EUR 1 7 14  484 (26 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 7 9 07  139 (44 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali).

14.

Għat-Titolu II, dan kien prinċipalment marbut ma' ħardwer u softwer tal-IT (EUR 1 0 86  203), u mal-evalwazzjoni esterna taċ-Ċentru li għadha għaddejja (EUR 2 10  000).

15.

Għat-Titolu III, l-approprjazzjonijiet impenjati riportati kienu prinċipalment jikkonċernaw proġetti pluriennali (EUR 4 6 20  605), u oġġetti tal-IT għall-appoġġ ta' attivitajiet operazzjonali (EUR 1 9 62  443) li għalihom ġew implimentati attivitajiet u saru pagamenti skont il-ħtiġijiet operazzjonali. Madankollu, ġew innutati dgħufijiet fir-rigward tal-ippjanar u l-eżekuzzjoni baġitarja għal laqgħat operazzjonali, prinċipalment minħabba livelli ta' attendenza u spejjeż ta' lukandi u ta' titjiriet stmati b'mod eċċessiv. Għal-linja tal-baġit rispettiva, 29 % tal-approprjazzjonijiet għall-2013 (EUR 6 55  142) u 59 % tal-ammonti riportati mill-2012 (EUR 4 55  820) ġew ikkanċellati. Barra minn hekk, 38 % tal-approprjazzjonijiet impenjati għall-2013 għal laqgħat operazzjonali (li jammontaw għal EUR 5 94  758) ġew riportati għall-2014.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kumenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet taċ-Ċentru kienet kwalifikata għas-sena 2011 minħabba li ċ-Ċentru ma rrispettax l-ammont massimu ta’ kuntratt qafas mill-2009. Skont dan il-kuntratt qafas, iċ-Ċentru seta’ jiffirma kuntratti speċifiċi ma’ fornituri magħżula sa ammont massimu ta’ EUR 9 miljun. Madankollu, sa tmiem l-2011 kienu saru pagamenti ta’ EUR 12,2 miljun.

Sabiex jixtri servizzi essenzjali għat-tkomplija tal-proġett relatat, iċ-Ċentru, fl-2012, ikkonkluda kuntratti speċifiċi addizzjonali għal ammont ta’ EUR 2,5 miljun. Flimkien mal-pagamenti ta’ EUR 2,7 miljun li saru fl-2012 għal kuntratti ffirmati diġà fl-2011, il-pagamenti li saru ammontaw għal total ta’ EUR 17,4 miljun sa tmiem l-2012. Filwaqt li pagamenti ’l fuq mil-limitu massimu ta’ EUR 9 miljun stabbilit fil-kuntratt qafas huma irregolari, iċ-Ċentru ħa azzjoni korrettiva fl-2012 u ffirma kuntratt qafas ta’ sostituzzjoni f’Ġunju 2012 (mhumiex se jsiru aktar pagamenti taħt il-kuntratt qadim) u tejjeb il-monitoraġġ tal-konsum ta’ kuntratti qafas inġenerali.

M/A

 

Fl-2012 pagamenti li ammontaw għal EUR 5,2 miljun irriżultaw minn nuqqasijiet fis-snin preċedenti meta l-limitu massimu tal-kuntratt qafas ma ġiex osservat. Dawn jirrelataw ma’ obbligi kuntrattwali li rriżultaw minn snin preċedenti (EUR 2,7 miljun) jew saru fl-2012 għal raġunijiet ta’ kontinwità tan-negozju (EUR 2,5 miljun) sal-finalizzazzjoni tal-proċedura ta’ akkwist għall-kuntratt qafas ġdid. Meta wieħed iqis l-azzjoni korrettiva meħuda miċ-Ċentru fl-2012, il-Qorti ma kkwalifikatx l-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet din is-sena.

 

2012

Fl-2012, iċ-Ċentru ta għotjiet lil istituzzjonijiet li jwettqu r-riċerka u individwi. In-nefqa totali tal-għotjiet ammontat għal EUR 7 52  000, li tirrappreżenta 1,4 % tan-nefqa operattiva 2012. Il-verifikazzjonijiet ex ante taċ-Ċentru qabel ir-rimborż tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji jikkonsistu minn analiżi fl-uffiċċju tal-klejms tal-ispejjeż u parzjalment ukoll minn ċertifikati tal-awditjar maħruġa minn ditti indipendenti tal-awditjar ikkuntrattati mill-benefiċjarji. Iċ-Ċentru normalment ma jikseb ebda dokument mill-benefiċjarji biex jissostanzja l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż ikklejmjati. Sabiex isaħħaħ il-kontrolli, iċ-Ċentru adotta strateġija ta’ verifikazzjoni ex post u ppjana għall-implimentazzjoni tagħha fl-2012. Madankollu, huwa esperjenza dewmien ta’ 10 xhur biex jikseb aċċess għal kuntratt tal-awditjar interistituzzjonali u, fiż-żmien tal-awditu, kienet għadha ma saret ebda verifikazzjoni ex post tan-nefqa tal-għotjiet 2012. Għat-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti, inkisbet dokumentazzjoni ta’ sostenn miċ-Ċentru f’isem il-Qorti u din ipprovdiet aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tagħhom.

Għadha għaddejja

2012

Ir-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit kienu sodisfaċenti għat-Titolu I (nefqa għall-persunal) u għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'livell ta' 97 % u 80 % tal-approprjazzjonijiet impenjati rispettivament. Filwaqt li l-livell ta’ ammonti riportati relatat mat-Titolu III huwa għoli f’livell ta’ EUR 8,3 miljun (41 % tal-approprjazzjonijiet impenjati tat-Titolu III), dan ma seħħx minħabba d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali taċ-Ċentru, imma jirrifletti n-natura pluriennali tal-attivitajiet. Iċ-Ċentru adotta modulu ta’ ppjanar baġitarju li huwa marbut direttament mal-Programm ta’ Hidma Annwali tiegħu u l-pagamenti ġew ippjanati u magħmula skont il-ħtiġijiet operazzjonali.

M/A


ANNESS II

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (Stokkolma)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

“Il-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni.

L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw (jiġu evitati) il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana (fiżika u mentali). Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert (bikri) għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih.”

Kompetenzi taċ-Ċentru

(Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Għanijiet

Biex isaħħaħ id-difiżi tal-Ewropa kontra mard li jittieħed; speċifikament, biex jidentifika, jivvaluta u jikkomunika danni (theddid) attwali u li jistgħu jinqalgħu għas-saħħa tal-bniedem minn mard trasmissibbli.

Għalhekk, iċ-Ċentru għandu jħaddem netwerks ta’ sorveljanza ddedikati, jipprovdi opinjonijiet xjentifiċi, iħaddem is-sistema ta’ twissija bikrija u tweġiba (rispons) (EWRS) u jipprovdi għajnuna xjentifika u teknika u taħriġ.

Kompiti

Li jħaddem netwerks ta’ sorveljanza ddedikati għall-mard u jżid il-kapaċità tal-attivitajiet tan-netwerks. Iċ-Ċentru għandu rwol speċifiku fil-ġabra, fil-validazzjoni, fl-analiżi u fit-tixrid ta' data.

Li jagħti parir awtorevoli u espert u opinjonijiet xjentifiċi u studji dwar mard trasmissibbli.

Li jħaddem is-Sistema ta’ Twissija Bikrija u Tweġiba (Rispons). Jiżviluppa proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ theddid għas-saħħa li jista' jinqala'.

Li jsaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri fil-pjanifikazzjoni tal-istat ta' tħejjija u fit-taħriġ.

Li jinforma lill-pubbliku ġenerali u l-partijiet interessati dwar x-xogħol tiegħu.

Governanza

Bord tal-Amministrazzjoni

Kompożizzjoni

Membru nnominat minn kull Stat Membru, żewġ membri nnominati mill-Parlament Ewropew u tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Kompiti

Il-Bord jadotta l-programm annwali u l-baġit taċ-Ċentru u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom.

Direttur

Maħtur mill-Bord tal-Amministrazzjoni fuq il-bażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni.

Forum Konsultattiv

Kompożizzjoni

Rappreżentant ta’ kull Stat Membru u tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni mingħajr id-dritt għall-vot.

Kompiti

Il-Forum għandu jiżgura l-eċċellenza xjentifika tax-xogħol u l-indipendenza tal-attivitajiet u l-opinjonijiet taċ-Ċentru.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2013 (2012)

Baġit Finali

EUR 58,3(58,2) miljun

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Postijiet fit-tabella tal-persunal: 198 (200)

Postijiet okkupati: 190 (187)

Postijiet oħra: 95 (91)

Total: 285 (278), assenjati għad-dmirijiet li ġejjin:

kompiti operazzjonali: 186 (183)

kompiti amministrattivi u ta’ appoġġ: 99 (95)

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

42 (69) theddida għas-saħħa identifikati u mmonitorjati bl-użu tal-Għodda tat-Traċċar tat-Theddid (Threat Tracking Tool) (TTT).

52 (52) rapport ta’ theddid kull ġimgħa dwar mard trasmissibbli, mibgħuta lil 400 (334) riċevitur. Barra minn hekk, mill-2012 'il hawn, ir-rapport huwa disponibbli wkoll fuq il-websajt tal-ECDC kull ġimgħa u sar waħda mill-paġni l-aktar miżjura tas-sit (8  000 żjara fl-2013).

Għoti ta’ appoġġ lill-intelliġenza dwar l-epidemiji għal 2 (3) avvenimenti kbar li jiġbdu l-massa.

Barra minn dan, 4 (3) avvenimenti ta’ natura eċċezzjonali jew ta' importanza pubblika eċċezzjonali ġew immonitorjati wkoll.

Tħejjija ta’ 3 (6) valutazzjonijiet tar-riskju, 12 (16)-il valutazzjoni rapida tar-riskju ġdida u 9 (16-il) aġġornament dwar il-valutazzjoni rapida tar-riskju.

1 (1) eżerċizzju ta' simulazzjoni mwettaq għall-ittestjar u t-titjib tal-istat ta' tħejjija u r-rispons għal mard trasmissibbli.

117-il (104) sieħeb imħarreġ fil-Programm Ewropew dwar it-Taħriġ tal-Epidemjoloġija tal-Intervent (EPIET) u t-Taħriġ Ewropew dwar il-Mikrobijoloġija tas-Saħħa Pubblika (EUPHEM).

112 (114)-il espert dwar is-saħħa pubblika minn 30 pajjiż tal-UE-ŻEE pparteċipaw f’moduli qosra ta’ taħriġ taċ-Ċentru.

9 45  000(7 80  000) viżitatur fuq il-web portal taċ-Ċentru.

216-il (204) pubblikazzjoni xjentifika ppubblikati. Ċitazzjonijiet tal-fattur tal-impatt fuq ħames snin: 5,6(4,55)

Is-Sitt Jum Ewropew ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Antibijotiċi organizzat, bil-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 40 (43) pajjiż; Id-data tat-18 ta' Novembru qiegħda tiġi rikonoxxuta dejjem aktar u qed issir għeliem għas-sensibilizzazzjoni dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi mhux biss fl-Ewropa, iżda wkoll fl-Istati Uniti, fil-Kanada u fl-Awstralja, u bnadi oħra.

16,3(12,9) miljun rekord uniku fid-databases ta’ TESSy; 1  492(1  324) utent attiv minn 57 (56) pajjiż.

Sorveljanza mtejba; integrazzjoni fiċ-Ċentru ta’ 15 (15) mis-17-il netwerk ta' sorveljanza ddedikat fi tmiem l-2013 (wieħed li ma tkompliex u l-aħħar wieħed ġie esternalizzat).

Pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali dwar l-Epidemjoloġija.

18-il rapport ta' sorveljanza ppubblikati dwar suġġetti li jinkludu rapporti annwali annwali dwar it-tuberkulożi, l-HIV/AIDS u l-ġlieda kontra l-mikrobijoreżistenza.

41 (40) bullettin ta’ kull ġimgħa dwar l-influwenza/ħarsa ġenerali lejn is-sorveljanza tal-influwenza għall-2013.

89 (34) opinjoni xjentifika prodotti, ibbażati fuq talbiet mill-partijiet interessati; aktar minn 80 % tat-talbiet għal pariri xjentifiċi twieġbu fil-waqt.

Organizzazzjoni tas-seba' Konferenza Ewropea Xjentifika dwar l-Epidemjoloġija Applikata tal-Mard Li Jittieħed (ESCAIDE) fil-5-7 ta' Novembru 2013 fi Stokkolma, b’550 (511-il) parteċipant.

Pubblikazzjoni ta' kull ġimgħa tal-ġurnal xjentifiku Eurosurveillance, bi 11  600(14  000) abbonat onlajn.

Fl-2013, Eurosurveillance ngħata fattur tal-impatt għat-tieni sena, li b'5,49 kien ftit anqas minn dak tal-2012 (6,15). Dan iqiegħed lil Eurosurveillance fil-klassifikazzjoni numru 6 fost l-aqwa 70 ġurnal madwar id-dinja fil-kategorija ta’ “Mard li Jittieħed”.

Sors: Anness ipprovdut miċ-Ċentru.


IR-RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

11.

L-ECDC ħa azzjoni korrettiva immedjata biex jikkomunika s-sitwazzjoni lill-kuntratturi u jikkanċella l-kuntratt. It-taqsima tal-akkwist taċ-Ċentru ġiet organizzata mill-ġdid f’Marzu 2014. L-organizzazzjoni mill-ġdid u l-proċeduri interni riveduti jiċċaraw il-kompiti, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi u l-partijiet kollha involuti. Ġie organizzat taħriġ intensiv għall-membri tal-persunal tal-ECDC matul sessjonijiet ta’ taħriġ iddedikati li saru matul Marzu u April 2014.

12-13-14-15.

Iċ-Ċentru kellu fondi ta’ riżerva mill-baġit tal-2013 sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu lejn il-persunal relatati mal-aġġustamenti tas-salarji tal-2011, l-2012 u l-2013. Il-fondi riżervati ammontaw għal 3,3 miljun euro. Peress li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat is-sentenza fl-aħħar trimestru tas-sena, iċ-Ċentru ma setax juża dawn il-fondi għal finijiet oħrajn.

Dawn il-fondi kienu ġew assenjati mit-titoli tal-baġit kollha, konsegwentement dawn il-kanċellazzjonijiet affettwaw it-titoli tal-baġit kollha. Kieku d-deċiżjoni waslet fl-2013, l-implimentazzjoni tal-baġit kienet tkun ta’ 97,8 %.

Rigward il-laqgħat operattivi, 4 00  000 euro mis-655 142 euro kienu minħabba l-aġġustamenti tal-koeffiċjent tal-piżijiet u s-salarji msemmija hawn fuq u għaldaqstant il-kanċellazzjoni hija 11 %.

Mill-594 758 euro riportati għall-2014, 3 84  938 euro huma riportati biex jiġu ssodisfati l-obbligi finanzjarji għall-laqgħat fl-2014 li għalihom l-inviti tal-laqgħat kellhom jintbagħtu fl-2013 filwaqt li 2 09  820 euro huma riportati biex jiġu ssodisfati l-obbligi finanzjarji pendenti għal-laqgħat li saru fl-2013.

Iċ-Ċentru se jissorvelja aktar mill-qrib l-ispejjeż tal-laqgħat operattivi biex jiġu evitati riporti jew kanċellazzjonijiet mhux meħtieġa.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/132


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/15)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ECHA”), li tinsab f’Ħelsinki, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti prinċipali tagħha huma li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll il-moviment liberu ta’ sustanzi fis-suq intern filwaqt li jiġu mtejba l-kompetittività u l-innovazzjoni. L-Aġenzija tippromovi wkoll l-iżvilupp ta’ metodi alternattivi għall-istima ta’ perikli relatati mas-sustanzi (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali ftal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Bħal fis-sena preċedenti, ir-rati ta’ implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2013 kienu sodisfaċenti għat-Titoli I u II. Għalkemm il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 baqgħu għoljin għat-Titoli III, IV u V (spejjeż operazzjonali) f'ammont ta' EUR 10,6 miljun (46 %), dan irriżulta prinċipalment min-natura pluriennali ta’ proġetti għall-iżvilupp tal-IT ppjanati (EUR 6,3 miljun), spiża għal traduzzjonijiet ordnati fl-2013 iżda li ma kinux waslu sa tmiem is-sena (EUR 1,3 miljun) u evalwazzjonijiet tas-sustanza li għalihom id-data ta' skadenza regolatorja kienet Frar 2014 (EUR 1,7 miljun).

KUMMENTI OĦRA

12.

Fid-Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tiegħu għas-sena 2013 id-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA kkonferma aċċertament raġonevoli li r-riżorsi ntużaw għall-iskop intenzjonat tagħhom u skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji meħtieġa rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Madankollu, saret riżerva għal dan l-aċċertament peress li l-mandat tal-Aġenzija ma jinkludix kontrolli jew ispezzjonijiet fil-livell nazzjonali u għalhekk ma setgħet tingħata l-ebda konferma li kienu biss sustanzi u prodotti reġistrati jew awtorizzati, li għalihom tkun tħallset miżata lill-Aġenzija, qed jiċċirkolaw fis-suq tal-Unjoni Ewropea.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2011 ammonta għal EUR 93,2 miljun, li minnhom EUR 14,9 miljun (16 %) ġew riportati għall-2012. Riporti relatati mat-Titolu III (nefqa operazzjonali) ammontaw għal EUR 11,5 miljun (55 %). Il-livell ta’ riporti huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

M/A

2011

Ir-riżultati tal-inventarju fiżiku l-aktar reċenti mwettaq fl-2011 juru bosta nuqqasijiet, speċjalment fir-rigward tal-proporzjon baxx ta’ assi tal-ICT iċċekkjati f'termini tal-valur. Ma hemm l-ebda politika formali fis-seħħ dwar l-inventarju ta’ assi fissi.

Ikkompletata

2012

Ir-riżultati tal-inventarju fiżiku juru dgħufijiet serji fis-salvagwardja u fl-insegwiment ta’ assi fissi. Ma hemm l-ebda proċedura ta’ insegwiment għas-softwer u għall-komponenti interni (2  370 oġġett mill-5 878 assi fiss irreġistrati). Barra minn hekk, 306 oġġetti ma setgħux jinstabu, fosthom 93 laptop u 29 kompjuter.

Ikkompletata

2012

Ir-rati ta’ implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2012 kienu sodisfaċenti għat-Titoli I u II. Filwaqt li r-rata ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati kienet għolja għat-Titolu III f’livell ta’ 50 % (EUR 11,3 miljun), din hija relatata primarjament man-natura pluriennali ta’ proġetti sinifikanti ta’ żvilupp tal-IT (EUR 3,7 miljun), evalwazzjonijiet tas-sustanza b'data ta' skadenza regolatorja annwali ffissata għal Frar N+1 (EUR 1,8 miljun), traduzzjonijiet li kienu għadhom ma twasslux sa tmiem is-sena (EUR 1,3 miljun) u l-bidu ta’ żewġ attivitajiet ġodda Biocides (Bijoċidi) (EUR 1,2 miljun) u PIC (EUR 1,3 miljun) fit-tieni nofs tas-sena.

M/A


ANNESS II

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (Ħelsinki)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

Ġbir ta’ informazzjoni

Il-bażi legali tar-regolament li fuqu hija msejsa l-ECHA – ir-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006 – hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

Kompetenzi tal-Aġenzija

(kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament REACH), fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet – ir-Regolament CLP), fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali) u fir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Kunsens infurmat minn qabel)

Objettivi

L-għan tar-Regolamenti REACH u CLP huwa li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluża l-promozzjoni ta' metodi alternattivi għall-istima ta' perikli ta' sustanzi, kif ukoll il-moviment liberu tas-sustanzi fis-suq intern filwaqt li tittejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni (l-Artikolu 1(1) tar-Regolament REACH, l-Artikolu 1 tar-Regolament CLP).

L-ECHA hija stabbilita għall-finijiet tal-ġestjoni, u f'xi każijiet, għat-twettiq tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi tar-Regolament REACH u sabiex tiġi żgurata konsistenza fil-livell tal-Unjoni fir-rigward ta' dawn l-aspetti (l-Artikolu 75 tar-Regolament REACH) u għall-ġestjoni ta’ kompiti relatati mal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' sustanzi kimiċi li jidderivaw mir-Regolament CLP.

Kompiti

Li tirċievi reġistrazzjonijiet u dossiers oħra ta’ sustanzi kimiċi u li twettaq kontroll tal-kompletezza tagħhom (it-Titolu II tar-Regolament REACH).

Li tipproċessa domandi fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet u tieħu deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet dwar kondiviżjoni ta’ data (it-Titolu III tar-Regolament REACH).

Li teżamina dossiers tar-reġistrazzjoni għal konformità mar-Regolament REACH u l-proposti ta’ ttestjar fihom, u li tikkoordina l-proċess ta’ evalwazzjoni tas-sustanza (it-Titolu VI tar-Regolament REACH).

Li tipproċessa proposti dwar sustanzi ta' tħassib serju ħafna għal-Lista ta’ Kandidati u li tagħmel rakkomandazzjonijiet biex xi wħud minn dawn is-sustanzi jiġu inklużi fil-Lista ta’ Awtorizzazzjoni u li tittratta applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni (it-Titolu VII tar-Regolament REACH).

Li tipproċessa dossiers ta’ restrizzjonijiet (it-Titolu VIII tar-Regolament REACH).

Li tistabbilixxi u żżomm database(s) pubbliċi b’informazzjoni dwar is-sustanzi reġistrati kollha u tagħmel ċerta informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet (l-Artikoli 77, 119 tar-Regolament REACH).

Li tipprovdi gwida u għodod tekniċi u xjentifiċi fejn ikun il-każ (l-Artikolu 77 tar-Regolament REACH, l-Artikolu 50(2) tar-Regolament CLP) u taħt ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (UE) Nru 528/2012.

Li tipprovdi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE bl-aqwa parir xjentifiku u tekniku possibbli għal kwistjonijiet dwar sustanzi kimiċi li jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tagħha u li jiġu riferuti lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti REACH u CLP (l-Artikolu 77(1) tar-Regolament REACH, l-Artikolu 50(1) tar-Regolament CLP).

Li tirċievi notifiki C&L (klassifikazzjoni u ttikkettar), iżżomm inventarju pubbliku C&L, tittratta talbiet għal ismijiet alternattivi u tipproċessa proposti għall-klassifikazzjoni u għall-ittikkettar armonizzati ta' sustanzi (CLP).

Li timplimenta kompiti tekniċi u xjentifiċi b’konformità mar-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (UE) Nru 528/2012, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013.

Li timplimenta kompiti taħt ir-Regolament PIC (“Kunsens Informat minn Qabel”) (UE) Nru 649/2012 meta dan jidħol fis-seħħ f'Marzu 2014.

Governanza

Bord ta' Tmexxija

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru maħtur mill-Kunsill u massimu ta' sitt rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni, inklużi tliet individwi mill-partijiet interessati mingħajr drittijiet ta' votazzjoni, kif ukoll żewġ persuni indipendenti maħtura mill-Parlament Ewropew (l-Artikolu 79 tar-Regolament REACH).

Kompiti

L-Artikolu 78 tar-Regolament REACH u r-regolament finanzjarju qafas għall-aġenziji, prinċipalment li jadotta programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali, il-baġit finali, rapport ġenerali, regoli interni ta’ proċeduri u li jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuqu. Barra minn dan, jaħtar il-Bord tal-Appell u l-membri tal-Kumitati.

Direttur Eżekuttiv

Kompiti

L-Artikolu 83 tar-Regolament REACH.

Kumitati

L-Aġenzija tinkludi tliet Kumitati Xjentifiċi (tal-Istima tar-Riskji, tal-Istati Membri u ta’ Analiżi Soċjo-Ekonomika).

Kompiti

L-Artikolu 77(3)(a) – (c) tar-Regolament REACH.

Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar

Kompiti

L-Artikolu 77(4)(a) – (h) tar-Regolament REACH.

Segretarjat

Kompiti

L-Artikolu 77(2)(a) – (o) tar-Regolament REACH.

Bord tal-Appell

Kompiti

L-Artikolu 76(1)(h) tar-Regolament REACH.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS).

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill (l-Artikolu 97(10) tar-Regolament REACH).

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit (inklużi l-baġits emendatorji)

EUR 107,7 (98,9) miljun, inklużi:

Dħul mit-tariffi: EUR 86,1 (26,6) miljun;

Kontribuzzjoni mill-Unjoni: EUR 8,6 (4,9) miljun għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (EUR 6,1 miljun) u l-kontribut ta' bbilanċjar (EUR 0,9 miljun), ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (EUR 1,5 miljun) u l-istrument ta’ qabel l-adeżjoni – IPA (EUR 0,1 miljun).

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Għadd ta’ postijiet fit-tabella tal-persunal: 503 (470)

Għadd ta' postijiet okkupati: 468 (447)

Persunal ieħor: 95 (90) (aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati)

Total tal-persunal: 563 (506), assenjati għall-kompiti li ġejjin:

Kompiti operazzjonali: 386 (352);

Kompiti amministrattivi u ta’ sostenn: 177 (185)

Attivitajiet u servizzi pprovduti fl-2013 (2012)

Il-Programm ta’ Ħidma tal-ECHA kien maqsum fis-17-il Attività li ġejjin:

Reġistrazzjoni, Prereġistrazzjoni u Kondiviżjoni ta' data

Għadd ta’ dossiers tar-reġistrazzjoni pproċessati: 14  839(9  773)

Għadd ta’ valutazzjonijiet ta’ talbiet ta’ kunfidenzjalità kkompletati: 662 (630) deċiżjoni (pożittiva jew negattiva) minn 860 valutazzjoni (inizjali u finali)

Għadd ta’ domandi milqugħa: 1  903(1  632)

Għadd ta’ deċiżjonijiet maħruġa fuq tilwim dwar il-kondiviżjoni ta’ data: 11 (1)

Għadd ta’ sustanzi li l-informazzjoni dwarhom ġiet disponibbli għall-pubbliku (għajr informazzjoni kunfidenzjali): 10  561(7  884)

Evalwazzjoni

Għadd ta’ kontrolli ta’ konformità kkompletati: 637 (198)

Għadd ta’ deċiżjonijiet finali fuq proposti ta’ ttestjar: 111 (171)

Ġestjoni tar-Riskju

Għadd ta’ sustanzi identifikati għall-inklużjoni fil-Lista tal-Kandidati: 13 (67)

Għadd ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ sustanzi għall-inklużjoni fil-Lista ta’ Awtorizzazzjoni: 1 (0)

Għadd ta’ dossiers tar-restrizzjonijiet ippreżentati għal deċiżjoni mill-Kummissjoni: 2 (1)

Għadd ta’ applikazzjonijet għal awtorizzazzjoni milqugħa: 8 (0)

Għadd ta’ notifiki dwar sustanzi tal-Lista tal-Kandidati f’artikli: 93 (31)

Klassifikazzjoni u Ttikkettar (C&L)

Għadd ta’ notifiki C&L milqugħa: 6,1 miljun għal aktar minn 1 25  000 sustanza (li minnhom kważi 1 16  000 huma inklużi fin-notifiki mxerrda pubblikament)

Għadd ta’ proposti milqugħa għal klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati: 29 (27)

Għadd ta’ talbiet milqugħa għal ismijiet alternattivi għal sustanzi f’taħlitiet: 28 (13)

Pariri u assistenza

Għadd ta’ mistoqsijiet imwieġba mill-Helpdesk tal-ECHA: 5  975 (jinkludu mistoqsijiet imwassla permezz tal-forom ta’ kuntatt, matul webinars u sessjonijiet ta' wieħed għal wieħed). Il-Helpdesk tal-ECHA pproċessa wkoll 755 talba għall-azzjoni għal unitajiet oħra fl-ECHA li waslu minn kumpaniji permezz tal-forom ta’ kuntatt.

Għadd ta’ dokumenti ta’ gwida ġodda maħruġa: 1 (0) u għadd ta’ aġġornamenti ta’ gwida maħruġa: 7 (30) inklużi 4 (17-il) corrigenda.

Għodod Xjentifiċi tal-IT

Ikkompletar ta' tħejjijiet għar-REACH-IT għad-data ta' skadenza tal-2013.

Żvilupp u ħruġ tal-applikazzjoni R4BP3 u t-taqsima tal-Bijoċidi fil-websajt tat-Tixrid għar-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali.

Titjib ulterjuri u rilaxxi ta’ Għodod tal-IT: IUCLID, chesar, Odyssey, RIPE, inventarju C &L.

Rilaxx ta’ soluzzjoni tal-IT għall-Istati Membri għal punt uniku ta’ aċċess għal dossiers u data tas-sustanza.

Tkabbir ulterjuri tal-ambitu tal-informazzjoni mxerrda dwar is-sustanzi.

Żvilupp ta’ applikazzjoni ġdida għall-ipproċessar ta’ notifikazzjonijiet u ta' kunsensi taħt ir-Regolament dwar Kunsens Informat minn Qabel.

Titjib u rilaxxi ulterjuri tal-Proċess ta’ Evalwazzjoni tad-Dossiers u tal-Odyssey, sabiex jiġi appoġġat l-ilħuq tal-objettivi tal-kontrolli għall-2013.

Żvilupp ta’ applikazzjoni ġdida mfassla għall-appoġġ tal-proċessi interni REACH u CLP kollha b’sistema integrata ta’ ġestjoni ta' każijiet li tappoġġa t-tħejjija ta’ deċiżjonijiet u rekords.

Pariri Xjentifiċi u Tekniċi lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE

Kontributi pprovduti għall-iżvilupp ta' metodi ta’ ttestjar ġodda, prinċipalment permezz tal-Programm ta’ Linji ta’ Gwida għat-Test tal-OECD.

Softwer dwar metodi mhux tat-tip test, akkwistat u magħmul aċċessibbli, filwaqt li ttieħdu inkunsiderazzjoni żviluppi xjentifiċi, akkumulazzjoni ta' għarfien espert permezz ta’ taħriġ, esperjenza prattika u skambju attiv ma’ esperti barra l-ECHA. Avvenimenti ta’ taħriġ organizzati fil-qasam ta’ alternattivi għall-ittestjar għal esperti interni u esterni.

Webinar dwar “Kif għandu jiġi żgurat l-użu mingħajr periklu ta’ NM taħt REACH – il-Parti II: l-aqwa prattiki attwali għal valutazzjoni tal-periklu għas-saħħa tal-bniedem u dawk ambjentali għal NM”.

Pubblikazzjoni tar-rapport “Assessing human health and environmental hazards of nanomaterials – Best practice for REACH Registrants” (Valutazzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-perikli ambjentali tan-nanomaterjali – L-aħjar prattika għar-Reġistranti tar-REACH).

Input tal-ECHA fl-istabbiliment ta’ linja bażi għall-iskop ta’ valutazzjoni tal-impatt ta’ modifiki possibbli tal-Annessi tar-REACH għal nanomaterjali.

Abbozz ta’ sommarju tal-eżiti prinċipali mid-diskussjonijiet tat-Topical Scientific Workshop on Risk Assessment for the Sediment Compartment (Sessjoni ta' Ħidma Xjentifika u Topika dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju għall-Kompartiment tas-Sediment).

Kooperazzjoni mal-IHCP/JRC.

Kumitati u Forum

Għadd ta’ ftehimiet unanimi tal-MSC: 155 (179)

Għadd ta’ opinjonijiet tar-RAC: 41 (34)

Għadd ta’ opinjonijiet tas-SEAC: 3 (1)

Għadd ta’ pariri dwar ir-restrizzjonijiet: 6 (4)

Bord tal-Appell

Għadd ta’ appelli mressqa: 22 (8)

Għadd ta' deċiżjonijiet dwar l-appelli: 8 (1) u Għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ proċedura: 16 (6)

Komunikazzjoni

4 Avvenimenti tal-partijiet interessati organizzati:

It-Tmien edizzjoni ta’ Jum il-Partijiet Interessati tar-REACH&CLP f’Marzu (280 parteċipant fuq il-post +  1  700 onlajn),

L-Ewwel edizzjoni ta’ Jum il-Partijiet Interessati tal-Bijoċidi f’Ġunju (270 parteċipant fuq il-post +  1  200 onlajn),

Sessjoni ta’ Ħidma għal Partijiet Interessati Akkreditati f’Novembru (35 parteċipant),

Avveniment ta' sessjoni ta' informazzjoni għall-partijiet interessati akkreditati ġodda (11-il parteċipant).

15-il webinar organizzat b’2 060 parteċipant.

Approssimattivament 250 prodott (kontenut online u offline) ippubblikati fi 23 lingwa tal-UE.

Approssimattivament 1  800 aġġornament imwettqa fuq il-websajt.

Approssimattivament 1 3 00  000 viżitatur tal-websajt għal total ta’ approssimattivament 3 6 00  000 żjara.

53 pubblikazzjoni.

Produzzjoni ta' 45 stqarrija għall-istampa, organizzazzjoni ta' 2 sessjonijiet ta' informazzjoni għall-istampa elettroniċi u 71 intervista mal-midja.

50 avviż tal-aħbarijiet, 51 bullettin tal-aħbarijiet elettroniċi, 6 fuljetti tal-aħbarijiet, 503 Tweets.

6 bullettini tal-aħbarijiet elettroniċi ppubblikati darbtejn fix-xahar għal partijiet interessati akkreditati.

449 punt tal-aħbarijiet interni, 50 ġabra tal-aħbarijiet interni fil-qosor.

4 Assembleji tal-Persunal organizzati kull tliet xhur, 3 Laqgħat Waqt il-Kolazzjon tad-Diretturi Eżekuttivi mal-persunal tal-ECHA u d-Direttur Eżekuttiv.

Kooperazzjoni Internazzjonali

Kooperazzjoni xjentifika u teknika mal-OECD (eż. IUCLID) u ma' aġenziji pari (l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika) u appoġġ tekniku għax-xogħol internazzjonali tal-Kummissjoni (eż. il-GHS tan-NU).

Ġestjoni

Żvilupp u titjib kontinwu tas-sistemi amministrattivi u ta’ ġestjoni, inkluża l-IQMS.

Finanzi, Akkwist u Kontabbiltà

Ġestjoni rigoruża tal-baġit u tar-riżervi tal-flus kontanti.

L-ECHA akkwistat servizzi xjentifiċi, tal-IT u amministrattivi taħt il-Kuntratti Qafas eżistenti tagħha; ikkonkludiet b'suċċess sejħiet miftuħa għall-offerti għall-istabbiliment ta' Kuntratti Qafas ġodda għal sistema integrata ta' ġestjoni tar-riżorsi umani (HR), għall-fażi 3 tas-sett ta' għodod QSAR u għas-servizzi tal-ivvjaġġar u dawk mediċi; wettqet awditu biex iżżid l-effiċjenza fil-proċessi tal-akkwist u tal-ġestjoni tal-kuntratti tagħha li rriżulta f'azzjonijiet ippjanati li għandhom jiġu implimentati fl-2014.

Għadd totali ta’ kumpaniji vverifikati fir-rigward tal-istatus SME: 516.

Riżorsi umani u servizzi korporattivi

27 (23) proċeduri tal-għażla ffinalizzati; 87 (65) membru tal-persunal reklutati (TA u CA).

Teknoloġija tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni

Definizzjoni u manutenzjoni ta’ 67 servizz biex tiġi pprovduta l-infrastruttura tal-ICT u biex ir-riżorsi tal-ICT jibqgħu operazzjonali u fil-livell xieraq ta’ prestazzjoni.

Identifikazzjoni u stabbiliment kontinwati ta' soluzzjonijiet ta' disponibbiltà għolja f'konformità mar-rekwiżiti tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju.

Esternalizzazzjoni b'suċċess tal-ġestjoni u l-ospitar ta' bosta sistemi tal-IT.

Migrazzjoni ta' 700 stazzjon tax-xogħol biex tiġi pprovduta soluzzjoni aktar mobbli, sigura u b'ħafna karatteristiċi.

Implimentazzjoni ta' Sistema ta' Ġestjoni tar-Rekords ibbażata fuq ir-rekords relatati mas-Segretarjat tal-Bord ta' Tmexxija, il-proċess ta' ppjanar, monitoraġġ u analiżi u l-laqgħat ta' koordinazzjoni tad-Direttur.

Kuntratt qafas konkluż għal Sistema ta' Ġestjoni tar-Riżorsi Umani bbażata fuq pakkett tas-softwer ospitat; implimentazzjoni mibdija.

Sistema ta' Ġestjoni tal-Identità implimentata, li tipprovdi effiċjenza akbar ta' ġestjoni mill-utenti fost is-sistemi bi proviżjonament u deproviżjonament awtomatizzati tal-utenti.

Bijoċidi

Analiżi, tfassil u implimentazzjoni tar-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali (R4BP): L-ewwel rilaxx fl-1.9.2013.

L-ewwel dokumenti ta' gwida ewlenin iffinalizzati u ppubblikati fl-2013: Gwida għall-Valutazzjoni tar-Riskju għas-Saħħa tal-Bniedem, Gwida dwar il-Kondiviżjoni tad-Dejta (Data), Gwida dwar applikazzjonijiet għal ekwivalenza teknika, Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u Gwida dwar fornituri ta' sustanzi attivi.

Pjan preliminari ta’ ħidma għall-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali.

L-Istati Membri ħatru l-Membri għall-Grupp ta' Koordinazzjoni.

PIC

Attivitajiet ta' tħejjija.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11.

L-ECHA tapprezza l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri u ser tkompli tkun attenta biex tevita operazzjonijiet ta’ riporti mhux ġustifikati.

12.

Bħala tweġiba għall-osservazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li saret matul il-missjoni tal-ħarifa tal-2013, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi inkluda t-test li ġej fid-Dikjarazzjoni tal-Assigurazzjoni għall-2013:

“Għal dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-leħiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u –regolamentazzjoni tal-ħlas skont il-mandat tal-Aġenzija, l-assigurazzjoni trid tkun limitata għall-qasam tal-kompetenzi tal-Aġenzija. Peress li l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ma jinkludix kontrolli jew spezzjonijiet fuq livell nazzjonali, ma jistax jiġi kkonfermat li sustanzi kimiċi u prodotti rreġistrati jew awtorizzati, li għalihom ħlas ikun tħallas lill-Aġenzija, qed jiċċirkolaw fis-suq tal-Unjoni Ewropea.”


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/144


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/16)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-Aġenzija tal-Ambjent Ewropew) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EEA”), li tinsab f’Kopenħagen, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 (1). Hija responsabbli mill-istabbiliment ta’ netwerk ta’ osservazzjoni li jipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Parlament, lill-Istati Membri u, b’mod aktar ġenerali, lill-pubbliku b’informazzjoni affidabbli dwar l-istat tal-ambjent. Din l-informazzjoni għandha, b’mod partikolari, tippermetti lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ħalli jissalvagwardjaw l-ambjent u jivvalutaw l-effettività ta’ tali azzjoni (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi, u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

11.

Fl-2013 l-Aġenzija tat għotjiet taħt ħames programmi ta’ għotja (8) lil konsorzji li jikkonsistu f’istituzzjonijiet u korpi ambjentali fl-Ewropa, organizzazzjonijiet tan-NU u organizzazzjonijiet nazzjonali għall-ambjent. L-infiq totali fuq għotjiet fl-2013 kien EUR 13,9 miljun, li jirrappreżenta 31 % tat-total tan-nefqa operazzjonali. Il-verifikazzjonijiet ex ante tal-Aġenzija jikkonsistu f'analiżi ta' dokumenti tal-klejms tal-ispejjeż.

12.

B'segwitu għall-kumment tal-Qorti tas-sena li għaddiet (ara l-Anness I), l-EEA intensifikat il-kontrolli tagħha dwar l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż għall-persunal ikklejmjati taħt il-programmi ta' għotja, peress li dawn jirrappreżentaw l-akbar parti tal-ispejjeż. B’mod partikolari, għal kampjun tal-benefiċjarji, inkisbu l-iskedi bil-ħinijiet tax-xogħol biex jiġu ċċekkjati l-ispejjeż ikklejmjati għas-salarji, iżda il-formoli tas-salarji (payslips) ma nkisbux. Verifikazzjonijiet fuq il-post tal-ispejjeż fil-livell tal-benefiċjarju huma rari.

13.

Għaldaqstant il-kontrolli eżistenti jipprovdu biss aċċertament limitat dwar l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji. Għat-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti nkisbet dokumentazzjoni ta' sostenn li pprovdiet aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tagħhom.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ċentri Tematiċi Ewropej (ETCs), Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI), Operazzjonijiet Inizjali għall-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GIO u GIO2), koordinazzjoni in situ tal-GMES (GISC) u Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA2).


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Fl-2012 l-Aġenzija tat għotjiet taħt tliet programmi ta’ għotja kbar1 (1) lil konsorzji li jikkonsistu f’istituzzjonijiet u korpi ambjentali fl-Ewropa, lil organizzazzjonijiet tan-NU u lil organizzazzjonijiet ambjentali nazzjonali. L-infiq totali fuq għotjiet fl-2012 kien EUR 11,9 miljun, li jirrappreżenta 27 % tat-total tan-nefqa operazzjonali. Il-verifikazzjonijiet ex ante tal-Aġenzija qabel ir-rimborż tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji jikkonsistu f’analiżi ta' dokumenti tal-klejms tal-ispejjeż. Normalment ma tirċevix dokumenti mill-benefiċjarji biex tissustanzja l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż tal-persunal ikklejmjati, li jirrappreżentaw il-parti prinċipali tal-ispejjeż (2). Verifikazzjonijiet ex post fuq il-post tal-ispejjeż fil-livell tal-benefiċjarji huma rari (3).

Għadha għaddejja

2012

Għalhekk il-kontrolli eżistenti jipprovdu biss aċċertament limitat lill-maniġment tal-Aġenzija dwar l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji. Għat-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti nkisbet dokumentazzkoni ta' sostenn mill-Aġenzija f’isem il-Qorti li pprovdiet aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tagħhom. Verifikazzjoni aleatorja tad-dokumenti ta' sostenn għall-ispejjeż għall-persunal u kopertura ogħla tal-benefiċjarji permezz ta’ verifikazzjonijiet fuq il-post jistgħu jtejbu l-aċċertament b’mod konsiderevoli.

Għadha għaddejja


(1)  Ċentri Tematiċi Ewropej (ETC), Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) u Operazzjonijiet Inizjali għall-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GIO).

(2)  Għal tipi oħra ta’ spejjeż (jiġifieri subkuntrattar, akkwist ta’ tagħmir), jintalbu dokumenti ta' sostenn huma rikjesti u analizzati.

(3)  Fl-2012 u fl-2011 twettqet verifikazzjoni ex ante waħda biex jiġu ċċekkjati s-sistemi ta’ kontroll ta’ benefiċjarju partikolari. Fl-2010 kienet twettqet verifikazzjoni ex ante waħda biex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà ta’ nefqa ddikjarata minn benefiċjarju partikolari.


ANNESS II

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (Kopenħagen)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Politika dwar l-ambjent

Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi sabiex jinkisbu l-għanijiet […] tas-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali, il-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima.

Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha jkollha l-mira ta' protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas. [...] Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika […], l-Unjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni dati xjentifiċi u tekniċi eżistenti, il-kundizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni differenti tal-Unjoni, il-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni inġenerali u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha […].

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (KEE) Nru 1210/90)

Objettivi

L-istabbiliment ta' netwerk tal-informazzjoni u l-osservazzjoni tal-ambjent Ewropew biex jipprovdu lill-Unjoni u l-Istati Membri bi:

1.

Informazzjoni oġġettiva, affidabbli u kumparabbli f’livell Ewropew li tippermetti li:

(a)

jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-ambjent,

(b)

jiġu vvalutati r-riżultati ta’ dawk il-miżuri,

(c)

jiġi żgurat li l-pubbliku jkun infurmat tajjeb dwar l-istat tal-ambjent.

2.

L-appoġġ tekniku u xjentifiku meħtieġ.

Kompiti

Li tistabbilixxi, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, u tikkoordina n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent;

li tipprovdi lill-Unjoni u lill-Istati Membri b’informazzjoni oġġettiva meħtieġa għat-tħejjija u l-implementazzjoni soda u effettiva tal-politiki ambjentali;

li tgħin fil-monitoraġġ ta’ miżuri ambjentali permezz ta’ sostenn xieraq għall-ħtiġijiet tar-rappurtar;

li tagħti parir lil Stati Membri individwali dwar l-iżvilupp, l-istabbiliment u l-espansjoni tas-sistemi tagħhom għall-monitoraġġ ta’ miżuri ambjentali;

li tirreġistra, tiġbor u tivvaluta l-informazzjoni (data) dwar il-qagħda tal-ambjent, li tirrapporta dwar il-kwalità tal-ambjent u l-pressjonijiet fuqu fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, li tipprovdi kriterji ta’ valutazzjoni uniformi għad-data ambjentali li għandha tiġi applikata fl-Istati Membri kollha u li tiżviluppa aktar u żżomm ċentru ta’ referenza ta’ informazzjoni dwar l-ambjent;

li tgħin biex tiżgura li d-data dwar l-ambjent fil-livell Ewropew tkun kumparabbli u, jekk meħtieġ, li tinkoraġġixxi b’mezzi xierqa, armonizzazzjoni mtejba ta’ metodi ta’ kejl;

li tippromwovi l-inkorporazzjoni tal-informazzjoni (data) Ewropea ambjentali fil-programmi internazzjonali ta’ sorveljar (monitoraġġ) ambjentali;

li tippubblika rapport kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent, ix-xejriet fih u l-prospetti għalih, issupplimentat minn rapporti indikaturi li jiffukaw fuq kwistjonijiet speċifiċi;

li tistimula l-iżvilupp ta’ tekniki ta’ tbassir ambjentali, l-iskambji tal-informazzjoni dwar teknoloġiji għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-ħsara għall-ambjent, metodi ta’ valutazzjoni tal-ispejjeż tal-ħsara għall-ambjent u l-ispejjeż tal-politika għall-prevenzjoni, il-protezzjoni u r-restawr ambjentali;

li tiżgura t-tixrid wiesa’ ta' informazzjoni affidabbli u kumparabbli dwar l-ambjent, partikolarment dwar l-istat tal-ambjent, lill-pubbliku inġenerali u, għal din il-fini, li tippromwovi l-użu ta’ teknoloġija ġdida tat-telematika għal dan l-iskop;

li tikkoopera b’mod attiv ma’ korpi u programmi oħra tal-Unjoni u ma’ korpi internazzjonali oħra u fl-oqsma ta’ interess komuni ma’ dawk l-istituzzjonijiet f’pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni, b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ħidmiet;

li tappoġġa lill-Kummissjoni fil-proċess tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-metodoloġiji ta’ valutazzjoni ambjentali u l-aħjar prassi u fil-propagazzjoni ta’ informazzjoni fuq ir-riżultati ta’ riċerka ambjentali rilevanti u f’forma li tista’ tgħin bl-aħjar mod l-iżvilupp tal-politika.

Governanza

Bord ta’ Tmexxija

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, wieħed minn kull pajjiż membru fl-EEA, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, u żewġ xjentisti maħtura mill-Parlament Ewropew.

Kompiti

Li jadotta l-programmi ta’ ħidma multiannwali u annwali u jiżgura l-implimentazzjoni tagħhom u li jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija.

Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

Kumitat Xjentifiku

Magħmul minn persuni kwalifikati fil-qasam tal-ambjent, maħtura mill-Bord ta’ Tmexxija.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Finali

EUR 41,7(41,7) miljun

Sussidju mill-Unjoni: 100 % (100 %)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Għadd ta’ postijiet fit-tabella tal-persunal: 138 (136)

Postijiet okkupati: 132 (131) u 78 (86) post ieħor (persunal kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati)

Għadd totali tal-persunal: 210 (217)

Postijiet fit-tabella tal-persunal assenjati għall-kompitit li ġejjin:

operazzjonali 98 (96)

amministrattivi 40 (40)

Prodotti u servizzi 2013 (2012)

Artikoli 48 (19)

Fatti importanti (highlights) 53 (50)

Stqarrijiet għall-istampa 11 (12)

Settijiet ta’ data 29 (36)

Indikaturi 46 (66)

Mapep, graffs 217 (466)

Fuljetti, opuskoli eċċ. 5

Dokumenti korporattivi 5 (3)

Rapporti 13 (11)

Rapporti tekniċi 21 (18)

Sinjali tal-EEA 1 (1)

Valutazzjonijiet pan-Ewropej 0 (1)

SOER 2010 0 (2)

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11. – 13.:

Ħadna nota tal-kontenut, u nixtiequ nenfasizzaw li l-isforzi tagħna fir-rigward ta’ miżuri ta’ verifikazzjoni intensi jmorru lil hinn minn dak li huwa rifless fl-osservazzjonijiet preliminari. Ġiet adottata politika ġdida ta’ verifikazzjoni li tiżgura approċċ ta’ riskju komuni lejn l-ETC (Ċentri Tematiċi Ewropej) kollha, żiedet l-attenzjoni fuq l-ispejjeż tal-persunal, u qed tiġi sorveljata u koordinata mill-kapaċitajiet tal-awditjar intern.

Fir-rigward ta’ verifikazzjonijiet fuq il-post, saru żewġ missjionijiet ta’ verifikazzjoni dwar il-klejms tal-ispejjeż finali tal-2013, li jkopru bejn wieħed u ieħor 18 % tal-ispejjeż totali tal-persunal tal-ETC fil-livell tal-benefiċjarju. Mill-inqas żewġ missjonijiet oħra ta’ verifikazzjoni huma ppjanati għall-ħarifa tal-2014.

Barra minn dan, qed noħorġu linji gwida bil-miktub lill-benefiċjarji li jiżguraw fehim aħjar fir-rigward ta’ eliġibbiltà tal-ispejjeż u ħtiġijiet ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/152


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/17)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EFCA”), li tinsab f’Vigo, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li torganizza l-koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri sabiex tiġi żgurata applikazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Fl-2013 il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 99 %, li jindika li l-impenji saru f'waqthom. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli f'livell ta' EUR 4 98  592 miljun (38 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u ta' EUR 7 34  301 miljun (43 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali).

12.

Għat-Titolu III, raġuni importanti għal-livell għoli ta’ riporti ppjanati kienet il-volum ta' xogħol konsiderevoli li l-aġenzija ffaċċat b’riżultat tal-għadd kbir ta’ proġetti tal-IT li jew ġew varati jew li kienu għadhom għaddejjin matul l-2013.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-Qorti identifikat ħtieġa li jitjiebu aktar il-proċeduri tal-għażla tal-persunal. Avviżi ta’ postijiet battala ma pprovdewx informazzjoni dwar proċeduri ta’ ilmenti u appelli. Il-laqgħat tal-Bord ta’ Għażla ġew dokumentati b’mod insuffiċjenti u f’każ wieħed ta’ reklutaġġ l-Awtorità tal-Ħatra ma segwietx l-ordni tal-lista tal-Bord ta’ Għażla u ma tat ebda raġuni.

Ikkompletata

2012

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati għad-diversi titoli varja bejn 94 % u 99 % tal-approprjazzjonijiet totali, li indika li l-impenji legali ġew iffirmati f’waqthom. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2013 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'livell ta' 35 % u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'livell ta' 46 %. Għat-Titolu II, dan kien ikkawżat fil-biċċa l-kbira minħabba avvenimenti li l-Aġenzija ma kellhiex kontroll fuqhom, bħalma huwa l-fatturar tard tal-ispejjeż tal-kera tal-uffiċċji 2012 mill-awtoritajiet Spanjoli. Sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet operazzjonali miżjuda li hija kienet iffaċċata bihom fl-aħħar tliet xhur tal-2012, l-Aġenzija ordnat ukoll volum għoli ta’ oġġetti u servizzi li l-wasla tagħhom kienet għadha pendenti fi tmiem is-sena. Għat-Titolu III, raġuni importanti għal-livell għoli ta’ riporti kienet il-volum ta' xogħol konsiderevoli li l-aġenzija ffaċċat b’riżultat tal-għadd kbir ta’ proġetti tal-IT li jew ġew varati jew li kienu għadhom għaddejjin matul l-2012. Dan il-volum ta' xogħol kellu impatt fuq il-puntwalità tal-proċeduri ta' akkwist fil-każ ta’ żewġ proġetti tal-IT varati fl-2012. Barra minn hekk, spejjeż relatati ma’ taħriġ u missjonijiet imwettqa mill-persunal u mill-esperti fl-aħħar tliet xhur tal-2012 kien imisshom jiġu rimborżati biss fil-bidu tal-2013.

M/A

2012

B’rispons għar-rapport 2011 tal-Qorti, l-Aġenzija ħadet azzjoni korrettiva f’Ġunju 2012 biex ittejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. Fl-2012, l-uniċi dgħufijiet identifikati kienu relatati ma’ tliet proċeduri ta’ reklutaġġ awditjati li kienu nbdew qabel ma sar ir-rapport 2011 tal-Qorti: l-avviżi ta’ postijiet battala ma pprovdewx informazzjoni lill-kandidati dwar il-proċeduri ta’ ilmenti u appelli; il-kandidati ngħataw punteġġ globali minflok punteġġ wieħed għal kull kriterju tal-għażla; ma kien hemm ebda evidenza li l-mistoqsijiet għall-intervisti u għat-testijiet bil-miktub kien ġew stabbiliti qabel id-data tal-eżaminazzjonijiet.

Ikkompletata


ANNESS II

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (Vigo)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 43 TFUE)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli prevista fl-Artikolu 40(1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd.

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 emendat mir-Regolament (KE) Nru 1224/2009)

Objettivi

Ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), li l-objettiv tagħha huwa li torganizza koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri u li tassistihom jikkooperaw sabiex jikkonformaw mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tagħha.

Kompiti/Missjoni

Li tikkoordina l-kontroll u l-ispezzjoni minn Stati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-obbligi ta’ kontroll u spezzjoni tal-UE;

li tikkoordina l-użu (skjerament) tal-mezzi nazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni miġbura mill-Istati Membri kkonċernati skont dan ir-Regolament;

li tkun ta’ assistenza għall-Istati Membri fir-rappurtar ta’ informazzjoni dwar attivitajiet ta’ sajd u attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni lill-Kummissjoni u partijiet terzi;

fil-qasam tal-kompetenzi tagħha, li tkun ta’ assistenza għall-Istati Membri biex iwettqu l-kompiti u l-obbligi tagħhom taħt ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd;

li tkun ta' assistenza lill-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-politika komuni tas-sajd madwar l-UE;

li tagħti kontribut fix-xogħol tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-qasam ta’ riċerka u żvilupp ta’ tekniki ta’ kontroll u spezzjoni;

li tagħti kontribut għall-koordinazzjoni ta’ taħriġ għal spetturi u l-iskambju ta’ esperjenza bejn l-Istati Membri;

li tikkoordina l-operazzjonijiet biex jiġi miġġieled sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat skont ir-regoli tal-UE;

li tkun ta' assistenza fl-implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta’ kontroll tal-politika komuni tas-sajd, inkluż b’mod partikolari:

(1)

l-organizzazzjoni ta’ koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet tal-kontroll mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ programmi speċifiċi ta' kontroll u spezzjoni, programmi ta’ kontroll relatati mas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU) u programmi internazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni;

(2)

l-ispezzjonijiet kif meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija.

Jekk jogħġbok innota li, fost kompetenzi oħra, wara l-emenda tar-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009:

1.

Il-koordinazzjoni operattiva mill-Aġenzija għandha tkopri l-kontroll tal-attivitajiet kollha koperti mill-politika komuni tas-sajd.

2.

L-uffiċjali tal-Aġenzija jistgħu jiġu assenjati f’ilmijiet internazzjonali bħala spetturi tal-Unjoni.

3.

L-Aġenzija tista’ takkwista jew tikri (rent or charter) t-tagħmir li hu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet konġunti ta’ skjerament.

4.

L-Aġenzija għandha, fejn hu xieraq:

(a)

toħroġ manwali dwar l-istandards armonizzati tal-ispezzjonijiet;

(b)

tiżviluppa materjal ta’ gwida li jirrifletti l-aħjar prattiki fil-qasam tal-kontroll tal-politika komuni tas-sajd, inkluż dwar it-taħriġ ta’ uffiċjali tal-kontroll, u taġġorna dan fuq bażi regolari;

(c)

tipprovdi lill-Kummissjoni bl-appoġġ tekniku u amministrattiv neċessarju biex twettaq il-kompiti tagħha.

5.

L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejnhom u l-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ standards armonizzati għall-kontroll u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-proċeduri legali, b’kunsiderazzjoni xierqa tas-sistemi legali differenti fl-Istati Membri individwali u skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u standards internazzjonali maqbula.

6.

L-Aġenzija għandha twaqqaf Unità ta’ Emerġenza, fuq notifika mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, meta tiġi identifikata sitwazzjoni li tinvolvi riskju serju dirett, indirett jew potenzjali għall-politika komuni tas-sajd, u r-riskju ma jkunx jista' jiġi prevenut, eliminat jew imnaqqas b’mezzi eżistenti jew ma jkunux jistgħu jiġu mmaniġġjati b'mod adegwat.

7.

l-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika marittima integrata tal-UE, u b’mod partikolari tikkonkludi ftehimiet amministrattivi ma’ entitajiet oħra fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament wara l-approvazzjoni mill-Bord Amministrattiv.

Governanza

Bord Amministrattiv

Kompożizzjoni

Jikkonsisti f’rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Dmirijiet, fost oħrajn,

li jadotta l-baġit u t-tabella tal-persunal, il-programmi ta' ħidma pluriennali u annwali, ir-rapport annwali u l-pjan ta' politika tal-persunal pluriennali. Li jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali.

Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord Amministrattiv minn lista ta’ mill-anqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Kontroll intern

Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Finali

Baġit Totali 2013: EUR 9,22(9,22) miljun

Titolu I – EUR 6,33 (6,22) miljun

Titolu II – EUR 1,18 (1,28) miljun

Titolu III – EUR 1,71 (1,71) miljun

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

54 (54) post previst għal persunal temporanju fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 52 (1) (50)

+ ħames (ħames) postijiet għal persunal b'kuntratt, li minnhom okkupati: ħamsa (ħamsa)

+ erba' (erba') postijiet għal Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS), li minnhom okkupati: tliet (erba') ENS

Għadd Totali ta' postijiet inklużi l-ENS: 63 (63), li minnhom okkupati 60 (59)

Prodotti u servizzi 2013 (2012)

Koordinazzjoni Operattiva

Implimentazzjoni tal-JDP (Pjan Konġunt ta’ Skjerament) għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana, Skagerrak, Kattegat u l-Fliegu tal-Lvant u Ibħra tal-Punent (il-Punent tal-Iskozja u l-Baħar Irlandiż).

JDP għas-sajd tal-merluzz u tas-salamun fil-Baħar Baltiku.

JDP għas-sajd tat-tonn tal-pinna kaħlanija fil-Baħar Mediterran u fl-Atlantiku tal-Lvant.

Implimentazzjoni tal-JDP fiż-żona tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral u fiż-żona tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal.

JDP għall-ispeċjijiet pelaġiċi fl-ibħra tal-Punent tal-Unjoni Ewropea.

Appoġġ lill-programmi nazzjonali ta’ kontroll fil-Baħar l-Iswed.

Konsolidazzjoni tal-JDPs permezz ta’ promozzjoni ta’ approċċ reġjonali.

Bini tal-Kapaċità

Żvilupp u manutenzjoni tal-Kurrikuli Ewlenin.

Żvilupp tal-pjattaforma ta’ kollaborazzjoni bbażata fuq l-internet għat-taħriġ.

Assistenza lill-programmi ta’ taħriġ nazzjonali tal-Istati Membri.

Taħriġ tal-ħarrieġa u taħriġ ta’ spetturi tal-Unjoni qabel l-ewwel skjerament tagħhom.

Operat, manutenzjoni, titjib u żvilupp tal-kapaċitjiet ta’ monitoraġġ tal-ICT: Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS), Sistema Elettronika ta' Rappurtar (ERS), Rapport dwar l-Ispezzjoni Elettronika (EIR), Koordinazzjoni ta’ Spezzjonijiet (JADE), portal u konferenzi operazzjonali (Fishnet).

Applikazzjoni ta’ Sorveljanza Marittima MARSURV3 (mal-EMSA).

Appoġġ għal attivitajiet fil-ġlieda kontra s-sajd illegali mhux rappurtat u mhux regolat.

Forniment ta’ servizzi kuntrattwali għall-kiri ta’ Bastiment għar-Ronda tas-Sajd tal-EFCA.

Taħriġ avvanzat għall-ispetturi tal-Unjoni (uffiċjali involuti fil-ġlieda kontra l-IUU) (skambju tal-aħjar prattika, korsijiet ta’ aġġornament, eċċ.), u taħriġ għal spetturi ta’ pajjiżi terzi fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea.

(ara l-Programm ta’ Ħidma Annwali 2013 tal-Aġenzija għad-dettalji)


(1)  Offerti ta’ impjieg magħmula għar-reklutaġġ tal-persunal (tliet offerti) huma inklużi f’din iċ-ċifra f'konformità mal-informazzjoni ta’ statistika pprovduta fil-pjan ta' politika tal-persunal pluriennali 2015-2017 (Status 31.1.2014).

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11.

L-Aġenzija taqbel mal-fatti ppreżentati mill-Qorti rigward il-livell għoli ta’ riport mhux użat ippjanat. Parti mir-raġuni għal dan kienet minħabba s-sitwazzjoni rigward l-ammont u ż-żmien ta' pagamenti possibbli għall-aġġustamenti retroattivi fis-salarji tal-2011 u l-2012, li fl-aħħar kienet iċċarata f'Novembru 2013.

12.

Kif indikat mill-Qorti, in-natura u ċ-ċiklu tal-implimentazzjoni tal-proġett kienu jimplikaw il-ħtieġa għal riport mhux użat ippjanat.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/160


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Awtorità

(2014/C 442/18)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EFSA”), li tinstab f’Parma, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Ix-xogħlijiet prinċipali tal-Awtorità huma li tipprovdi t-tagħrif xjentifiku meħtieġ biex tiġi mfassla leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel u s-sigurtà tal-ikel, li tiġbor u tanalizza d-data biex tippermetti l-identifikazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji u li tipprovdi tagħrif indipendenti dwar dawn ir-riskji (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Awtorità jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Awtorità wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsil (7)l b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Awtorità jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

11.

Skont l-awtovalutazzjoni mill-Awtorità tas-sistema ta' kontroll intern tagħha, li twettqet fl-2012 u fl-2013, il-maġġoranza tal-istandards ta' kontroll intern (ICS) intlaħqu. Dan għadu mhuwiex il-każ għall-ICS 4 (Evalwazzjoni u żvilupp tal-persunal) u l-ICS 11 (Ġestjoni dokumentarja), li għalihom kienet għadha għaddejja azzjoni korrettiva fiż-żmien tal-awditu.

12.

Il-Programmi ta' Ħidma Annwali tal-Awtorità ma fihomx biżżejjed dettalji dwar akkwisti u għotjiet ippjanati biex isostnu deċiżjonijiet ta' finanzjament fis-sens tal-Artikolu 64 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tagħha. L-inklużjoni ta' dettalji ta' dan it-tip fil-Programm ta' Ħidma Annwali tkun tippermetti monitoraġġ aktar effettiv tal-akkwisti u l-għotjiet.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Dan l-għadd għoli ta’ trasferimenti fil-baġit jindika dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u jmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni.

Ikkompletata

2011

L-Awtorità xtrat bini ġdid għall-kwartieri ġenerali f’Diċembru 2011 għal EUR 36,8 miljun li se jitħallsu bin-nifs kull tliet xhur fuq 25 sena, li jfisser li l-pagamenti tal-imgħax jammontaw għal EUR 18,5 miljun. Il-Qorti tistaqsi jekk setgħetx tinstab alternattiva iktar ekonomika mill-awtoritajiet baġitarji skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li tiżgura rispett sħiħ tar-Regolament Finanzjarju.

M/A (Il-Kummissjoni ma qablitx li tipprovdi fondi addizzjonali biex jitħallas lura s-self kollu).

2011

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċedura tar-reklutaġġ. Il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-kitba u għall-intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjoniijet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla u d-dikjarazzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità u n-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess ġew iffirmati biss mill-membri tal-bord tal-għażla, matul u mhux qabel l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-kandidati.

Ikkompletata

2012

Il-validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità tkopri s-sistemi ċentrali tal-ABAC u tas-SAP, iżda mhux is-sistemi lokali u l-affidabbiltà ta’ skambji tad-data bejn sistemi ċentrali u lokali. Dan jirrappreżenta riskju fir-rigward tal-affidabbiltà tad-data tal-kontabbiltà.

Ikkompletata

2012

Wara li twettqu valutazzjonijiet tar-riskji ta’ livell għoli minn konsultazzjoni esterna fl-2012 u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fi Frar 2013, ġie identifikat għadd ta’ riskji kritiċi potenzjali fl-operat tal-kontrolli interni tal-Awtorità, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ġestjoni tad-data, tal-kontinwità tan-negozju u tas-sigurtà tal-IT. L-Awtorità bdiet awtovalutazzjoni komprensiva tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha fl-2012. Il-proċess għadu għaddej u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi hija ppjanata għall-2013.

Għadha għaddejja

2012

Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 99 %. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien għoli f’livell ta’ EUR 2,3 miljun (22 % tal-approprjazzjonijiet tat-Titolu II) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’livell ta’ EUR 5,6 miljun (30 % tal-approprjazzjonijiet tat-Titolu III). Għat-Titolu II, riporti li jammontaw għal EUR 1,1 miljun saru f’konformità mal-pjan ta’ ġestjoni tal-EFSA jew kienu relatati ma’ pagamenti sospiżi għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-Awtorità. Fil-każ tat-Titolu III, riporti ta’ EUR 2,1 miljun saru b’konformità mal-pjan ta’ ġestjoni tal-EFSA u ammont ta’ EUR 0,83 miljun ġie riportat għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-Awtorità.

M/A


ANNESS II

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Parma)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

Ġbir ta’ informazzjoni

Il-politika agrikola komuni (L-Artikolu 38 TFUE).

L-Operazzjoni tas-Suq Intern (L-Artikolu 114 TFUE).

Is-saħħa pubblika (L-Artikolu 168 TFUE)

Il-politika kummerċjali komuni (L-Artikolu 206 TFUE).

Kompetenzi tal-Awtorità

(Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Għanijiet

Li tipprovdi opinjonijiet xjentifiċi u appoġġ xjentifiku u tekniku għal-leġiżlazzjoni u l-politika li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà tal-ikel u l-għalf;

li tipprovdi tagħrif indipendenti dwar ir-riskji relatati mas-sigurtà tal-ikel;

li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja umana u tas-saħħa;

li tiġbor u tanalizza d-data meħtieġa biex tippermetti l-karatterizzazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji.

Xogħlijiet

Li toħroġ opinjonijiet u studji xjentifiċi;

li tippromwovi metodoloġiji uniformi tal-istima tar-riskju;

li tgħin lill-Kummissjoni;

li tfittex, tanalizza, u tqassar id-data xjentifika u teknika meħtieġa;

li tidentifika u tikkaratterizza riskji li joħorġu;

li tistabbilixxi netwerk ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu f’oqsma simili;

li tipprovdi għajnuna xjentifika u teknika fl-immaniġġjar ta’ kriżi;

li ttejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali;

li tipprovdi lill-pubbliku u lill-partijiet interessati b’tagħrif oġġettiv, ta' min jorbot fuqu u li jiftiehem faċilment;

li tieħu sehem fis-sistema ta’ twissija bikrija tal-Kummissjoni.

Governanza

Bord ta' Ġestjoni (Bord tal-Amministrazzjoni)

Kompożizzjoni

14-il membru maħtur mill-Kunsill (f’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni.

Xogħol

Li jadotta l-programm ta' ħidma u l-baġit u jiżgura li jiġu implimentati.

Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord ta' Ġestjoni abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara seduta quddiem il-Parlament Ewropew.

Forum ta’ Konsulenza

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

Xogħol

Li jagħti konsulenza lid-Direttur Eżekuttiv.

Kumitat Xjentifiku u bordijiet xjentifiċi

Li jħejju l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

L-Unità tal-Awditjar Intern tal-EFSA.

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2013 (2012)

Baġit

EUR 78,1 (78,3) miljun li minnhom 100 % (100 %) huma sussidju mill-Unjoni Ewropea.

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Postijiet fit-tabella tal-persunal: 351 (355), li minnhom okkupati:

persunal (persunal temporanju u uffiċjali): 328 (342)

persunal ieħor (kuntrattwali, esperti nazzjonali sekondati): 120 (124).

Total tal-persunal (inklużi tliet ittri ta’ offerta li għadhom qed jistennew aċċettazzjoni fil-31.12.2013): 448 (466), li minnhom għal:

dmirijiet operazzjonali: 332 (345)  (1)

dmirijiet amministrattivi: 116 (121)

Prodotti u servizzi pprovduti fl-2013 (2012)

Outputs xjentifiċi u pubblikazzjonijiet ta’ sostenn 2013

Attività 1: Għoti ta’ opinjonijiet xjentifiċi u konsulenza u approċċi għall-analiżi tar-riskju

Gwida tal-Kumitat Xjentifiku/Bord Xjentifiku: 2 (4)

Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku/Bord Xjentifiku: 44 (46)

Rapport Xjentifiku tal-EFSA: 12 (9)

Dikjarazzjoni tal-EFSA: 2 (2)

Dikjarazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku/Bord Xjentifiku: 2 (4)

Total tal-outputs xjentifiċi għall-attività 1 = 62 (65)

Attività 2: Evalwazzjoni ta’ prodotti, sustanzi u klejms soġġetti għal awtorizzazzjoni

Konklużjoni dwar l-Evalwazzjoni tal-Pestiċidi bejn il-Pari: 45 (60)

Gwida tal-EFSA: 2 (0)

Gwida tal-Kumitat Xjentifiku/Bord Xjentifiku: 3 (7)

Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku/Bord Xjentifiku: 203 (241)

Rapport Xjentifiku tal-EFSA: 0 (1)

Dikjarazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku/Bord Xjentifiku: 8 (7)

Dikjarazzjoni tal-EFSA: 6 (4)

Total tal-outputs xjentifiċi għall-attività 2 = 267 (320)

Attività 3: Ġbir ta’ Data, kooperazzjoni xjentifika u netwerking

Gwida tal-EFSA: 2 (1)

Dikjarazzjoni tal-EFSA: 0 (4)

Opinjoni Motivata: 113 (114)

Rapport Xjentifiku tal-EFSA: 7 (12)

Total tal-outputs xjentifiċi għall-attività 3 = 122 (131)

Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn

Rapport dwar avvenimenti: 11 (11)

Rapport Xjentifiku Estern: 74 (74)

Rapport tekniku: 70 (77)

Total tal-Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn = 155 (162)

Total tal-outputs = 606 (678)

Outputs xjentifiċi sostnuti minn attivitajiet ta' komunikazzjoni: 7 % (9,5 %)

Konsultazzjonijiet pubbliċi: 56 (39)

Żjarat fuq il-websajt: 4,7(4,4) miljun

Abbonati għar-rivista Highlights: 31  912(30  309)

Kopertura mill-midja: 11  820(9  194)

Mistoqsijiet mill-midja: 625 (893)

Stqarrijiet għall-istampa: 16 (25)

Artikli tal-aħbarijiet fuq l-Internet: 54 (60)

Intervisti: 95 (111)


(1)  L-allokazzjoni għall-ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time (FTE) 2013 inħadmet skont il-metodoloġija tal-KE; għal skopijiet ta' tqabbil, id-data tal-2012 ġiet ikkalkulata mill-ġdid.

Sors: Anness ipprovdut mill-Awtorità.


IT-TWEĠIBA TAL-AWTORITÀ

11.

Skont l-awtovalutazzjoni li l-EFSA wettqet fir-rigward tas-sistema ta' kontroll intern tagħha fl-2012 u l-2013, il-maġġoranza tal-istandards ta' kontroll intern qed jintlaħqu. Dan għadu mhuwiex il-każ għal ICS 4 (l-evalwazzjoni u l-iżvilupp tal-persunal) u ICS 11 (Il-ġestjoni tad-dokumenti), li fir-rigward tagħhom kienet għadha għaddejja azzjoni korrettiva.

12.

L-EFSA tilqa’ b’sodisfazzjon is-sejba tal-ECA li tirrifletti l-evoluzzjoni li qed tiġi implimentata bħala parti miċ-ċiklu tal-baġit għall-2014. Fil-Programm ta’ Ħidma tagħha, l-EFSA diġà ppubblikat informazzjoni aktar iddettaljata dwar l-akkwisti u l-għotjiet fil-qasam tax-xjenza, kif ukoll dwar l-akkwisti l-oħra kollha, bħal dawk li jaqgħu taħt il-programm ta' komunikazzjoni jew appoġġ operattiv. Ninsabu fiduċjużi li din l-evoluzzjoni mill-prattiki tal-2013 li l-Qorti kkummentat dwarhom hawn fuq, tmur lil hinn mir-rekwiżiti previsti, b’konformità mal-isforz tal-EFSA biex tkompli ttejjeb it-trasparenza tal-informazzjoni pprovduta.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/167


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Istitut

(2014/C 442/19)

INTRODUZZJONI

1.

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (minn hawn ’il quddiem “l-Istitut”, magħruf ukoll bħala l-“EIGE”), li jinsab f’Vilnjus, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Istitut huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u li jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodod ta’ metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-linji ta' politika kollha tal-Unjoni u l-politika nazzjonali li tirriżulta (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Istitut. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Istitut, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Istitut u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Istitut jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Istitut wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Istitut fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Istitut jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Istitut jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Fl-2013 il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 99 %, li jindika li l-impenji saru b'mod f'waqthom. L-Istitut kompla jnaqqas il-livell kumplessiv ta’ riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati minn EUR 2,5 miljun (32 %) fl-2012 għal EUR 2,2 miljun (29 %) fl-2013. Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) b'EUR 2,0 miljun, li jirrappreżentaw 56 % tal-approprjazzjonijiet impenjati korrispondenti. Huma jikkonċernaw prinċipalment proċeduri tal-akkwist li ġew konklużi tard fis-sena minħabba raġunijiet li fil-parti l-kbira kienu barra mill-kontroll tal-Istitut, bħal komunikazzjoni tardiva mill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE fir-rigward ta' studju li kellu jitwettaq (EUR 1,1 miljun) u proġetti kumplessi relatati mal-IT li l-akkwist tagħhom ħa ħafna żmien (EUR 0,6 miljun).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-livell għoli ta’ riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

Ikkompletata

2011

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea wettaq analiżi limitata tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta Kontroll Intern fl-Istitut f’Diċembru 2011. l-Istitut aċċetta r-rakkomandazzjonijiet biex jiffinalizza l-proċedura għall-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern, u l-maniġment adotta pjan ta’ azzjoni li għandu jiġi implimentat fl-2012.

Għadha għaddejja

2012

L-Istitut naqqas il-livell kumplessiv ta' riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati minn 50 % fl-2011 għal 32 % fl-2012. Ir-riporti għall-2013 jammontaw għal EUR 2,5 miljun u prinċipalment jikkonċernaw it-Titolu II (nefqa amministrattiva) b’EUR 0,3 miljun u t-Titolu III (nefqa operazzjonali) b’EUR 2,1 miljun, li jirrappreżentaw 23 % u 59 % tal-approprjazzjonijiet impenjati korrispondenti. Riporti għat-Titolu II prinċipalment jirrelataw ma’ impenji magħmula fi tmiem is-sena b’konnessjoni maċ-ċaqliq lejn bini ġdid, li seħħ f’Jannar 2013. Riporti għat-Titolu III prinċipalment jirrelataw ma’ proċeduri ta’ akkwist li ġew konklużi tard fis-sena. L-Istitut ma għandux proċedura formalizzata ta’ ppjanar u monitoraġġ tal-akkwist. B'mod partikolari, il-Programm ta' Ħidma Annwali tiegħu ma jinkludix skeda ta’ akkwist marbuta mal-attivitajiet ippjanati li jiddefinixxu l-ambitu u twaqqit ottimu tal-akkwisti. Madankollu, 7 % biss tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2011 għall-2012 ma ntużawx u kellhom jiġu kkanċellati.

Ikkompletata

2012

Il-Qorti identifikat nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri tar-reklutaġġ. Ma hemm ebda evidenza li l-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u l-intervisti, kif ukoll il-ponderazzjonijiet rispettivi tagħhom tħejjew qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet.

Għadha għaddejja


ANNESS II

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Vilnjus)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Hija għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

Kompetenzi tal-Istitut

(Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Objettivi

Li jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż l-integrazzjoni tas-sessi fil-linji ta' politika kollha tal-Unjoni u l-politika nazzjonali li tirriżulta, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u t-tqajjim tal-kuxjenza taċ-ċittadini tal-UE dwar l-ugwaljanza tas-sessi.

Kompiti

Li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

li jiżviluppa metodi biex itejjeb l-oġġettività, il-paragunabbiltà u l-affidabbiltà tad-data f'livell Ewropew;

li jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodod ta' metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza ta' bejn is-sessi fil-linji ta' politika kollha tal-Unjoni u l-politika nazzjonali li tirriżulta u jappoġġa l-integrazzjoni tas-sessi fl-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni;

li jwettaq stħarriġ dwar is-sitwazzjoni fl-Ewropa fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

li jistabbilixxi u jikkoordina Netwerk Ewropew dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

li jorganizza laqgħat ad hoc ta' esperti biex jappoġġa l-ħidma ta' riċerka tal-Istitut;

sabiex iżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, biex jorganizza, ma' partijiet interessati rilevanti, konferenzi, kampanji u laqgħat f'livell Ewropew, u jippreżenta r-riżultati u l-konklużjonijiet lill-Kummissjoni;

li jxerred informazzjoni rigward eżempji pożittivi ta' rwoli mhux stereotipiċi għan-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha tas-soċjetà, jippreżenta l-kisbiet u l-inizjattivi tiegħu mfasslin biex jippubbliċizzaw u jibnu fuq tali stejjer ta' suċċess;

li jiżviluppa djalogu u kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' opportunitajiet ugwali, universitajiet u esperti, ċentri ta' riċerka, imsieħba soċjali;

li jistabbilixxi riżorsi ta' dokumentazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku;

li jagħmel l-informazzjoni dwar l-integrazzjoni tas-sessi disponibbli għall-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati;

li jipprovdi lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni b’informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tas-sessi kif ukoll lill-pajjiżi tal-adeżjoni u dawk kandidati.

Governanza

Bord ta’ Tmexxija

Kompożizzjoni

Tmintax-il rappreżentant maħtur mill-Kunsill, abbażi ta' proposta minn kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati u membru wieħed li jirrappreżenta lill-Kummissjoni, maħtur mill-Kummissjoni. Il-membri jinħatru abbażi tal-ogħla standards ta' kompetenza u medda wiesgħa ta' kompetenza rilevanti u transdixxiplinari fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Tmexxija. Il-membri maħtura mill-Kunsill għandhom jirrappreżentaw 18-il Stat Membru fl-ordni tar-rotazzjoni tal-Presidenzi.

Dmirijiet

Li jadotta l-programmi ta’ ħidma annwali u ta’ terminu medju, il-baġit u r-rapport annwali;

li jadotta r-regoli interni tal-Istitut u r-regoli ta’ proċedura tal-Bord ta’ Tmexxija.

Forum ta’ Esperti

Kompożizzjoni

Membri mill-korpi kompetenti speċjalizzati fil-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi, rappreżentant wieħed maħtur minn kull Stat Membru, żewġ membri li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet rilevanti oħra speċjalizzati fi kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi maħtura mill-Parlament Ewropew, tliet membri maħtura mill-Kummissjoni.

Dmirijiet

Jappoġġa lid-Direttur fl-iżgurar tal-eċċellenza u l-indipendenza tal-attivitajiet tal-Istitut, jikkostitwixxi mekkaniżmu għal skambju ta’ informazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġbir kollettiv ta’ għarfien, u jiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istitut u l-korpi kompetenti fl-Istati Membri.

Id-Direttur huwa maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni wara kompetizzjoni miftuħa.

Dmirijiet

Responsabbli għat-twettiq tal-kompiti msemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1922/2006, għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ attivitajiet annwali u ta’ terminu medju tal-Istitut; għat-tħejjija tal-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija u tal-Forum ta’ Esperti; għat-tħejjija u l-pubblikazzjoni tar-rapport annwali; għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-persunal: għall-kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum; għall-implimentazzjoni ta’ monitoraġġ effettiv u proċeduri ta’ evalwazzjoni relatati mal-prestazzjoni tal-Istitut.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Istitut fl-2013 (2012)

Baġit Finali

EUR 7,5(7,7) miljun li minnhom is-sussidju tal-Unjoni huwa 100 % (100 %)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

30 (30) post previst fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 30 (30);

16 (14)-il membru ieħor tal-persunal (persunal kuntrattwali, esperti nazzjonali sekondati).

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

46 (44), li jagħmlu l-kompiti li ġejjin:

operazzjonali: 32 (30)

amministrattivi: 11 (11)

imħallta: 3 (3)

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

Oqsma Fokali:

Data u indikaturi komparabbli u affidabbli dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; metodi ta’ ġbir u pproċessar u prattiki tajba għal xogħol ta’ ugwaljanza bejn is-sessi; ċentru ta’ riżorsi u dokumentazzjoni; sensibilizzazzjoni, netwerking u komunikazzjoni.

Għadd ta’ studji mnedija: 14 (7)

Għadd ta’ kontributi għall-pajjiżi li jkollhom il-Presidenza: 2 (2)

Għadd ta’ laqgħat tal-esperti u tal-gruppi ta’ ħidma: 13 (23)

Saru ħafna laqgħat addizzjonali fil-qafas tal-Presidenza LT tal-Kunsill tal-UE.

Konferenzi internazzjonali: 2 (1)

Għadd ta’ rapporti ta’ riċerka: 2 (2)

Rapporti annwali: 1 (1)

Sors: Anness ipprovdut mill-Istitut.


IR-RISPOSTA TAL-ISTITUT

11.

Naqblu. L-EIGE introduċa limiti aċċettabbli permezz tat-Titolu (TITOLU I: MASS 10 %, TITOLU II: MASS 20 %, TITOLU III: MASS 30 %). Madankollu kif diġà mistqarr fi snin preċedenti anki fl-2013 huwa mistenni dewmien fl-appropprjazzjonijiet operattivi minħabba ċirkostanzi li mhumiex fil-kontroll tal-EIGE, i.e. deċiżjoni tardiva tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE rigward is-suġġett ta’ studju.

Biex ikun imtejjeb l-ippjanar tal-akkwisti u l-monitoraġġ l-EIGE issa daħħal għodda ta’ monitoraġġ li ssegwi d-dati mistennija ta’ kull pass tal-proċedimenti tal-akkwisti annwali.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/174


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/20)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EIOPA”), li tinsab fi Frankfurt, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha u li tippromwovi l-ħarsien tad-detenturi ta’ poloz, u tal-membri u l-benefiċjarji ta’ skemi tal-pensjonijiet (2). L-Awtorità ġiet stabbilita fl-1 ta' Jannar 2011.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Awtorità jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Awtorità wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Awtorità jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

11.

Il-Bord Maniġerjali adotta s-16-il Standard ta' Kontroll Intern tal-Awtorità f'Marzu 2013. Fi tmiem is-sena, l-implimentazzjoni tagħhom kienet għadha għaddejja abbażi ta' pjan ta' azzjoni ċar li kien miftiehem mas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni.

12.

L-impenji legali mhux dejjem ġew awtorizzati minn uffiċjali b'delega xierqa u ma kinux dejjem preċeduti minn impenn baġitarju awtorizzat b'mod xieraq. Dan juri l-ħtieġa għal titjib tad-definizzjoni ta', u konformità ma', cirkwiti finanzjarji skont ir-Regolament Finanzjarju.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

13.

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 95 %. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati żdied aktar meta mqabbel mas-snin preċedenti u kien għoli f'livell ta' EUR 5,2 miljun (28 %), b'mod partikolari għat-Titolu II f'livell ta' EUR 1,0 miljun (30 %) u għat-Titolu III f'livell ta' EUR 3,7 miljun (85 %). Dan irriżulta prinċipalment minn kuntratti speċifiċi b'valur kumulattiv ta' EUR 3 miljun iffirmati aktar tard fis-sena, b'mod partikolari għall-iżvilupp u ż-żamma ta' database Ewropew (EUR 2,6 miljun) u servizzi oħra tal-IT li għandhom jiġu pprovduti fl-2014. Għalkemm l-impenji relatati huma legali u regolari u r-rati baxxi ta' kanċellazzjoni għar-riporti mill-2012 ikkonfermaw li l-istimi kienu tajbin, il-punt sa fejn l-approprjazzjonijiet għall-2013 intużaw biex ikopru attivitajiet tal-2014 imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011 ammonta għal EUR 10,7 miljun. Skont l-Artikolu 62(1) tar-Regolament Fundatur, 55 % tal-baġit għall-2011 ġie ffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-EFTA u 45 % mill-baġit tal-Unjoni. Fi tmiem l-2011 l-Awtorità rreġistrat riżultat pożittiv fil-baġit ta’ EUR 2,8 miljun. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha, l-ammont sħiħ imbagħad ġie rreġistrat fil-kontijiet bħala passiv lejn il-Kummissjoni Ewropea.

Ikkompletata

2011

Il-proċeduri ta’ akkwist awditjati ma kinux konsistenti bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. Għal ħames każijiet ta’ xiri ta’ tagħmir tal-IT (ammont totali ta’ EUR 1 60  117) il-kriterji tal-għotja applikati ma ġewx stabbiliti minn qabel u ma ġie ffirmat ebda kuntratt bil-miktub. F’każ ieħor relatat mas-servizzi ta’ reklutaġġ (EUR 55  000), il-kriterji tal-għotja ma ġewx applikati b’mod korrett. L-Awtorità għandha tiżgura li l-kuntratti l-ġodda kollha jingħataw f’konformità sħiħa mar-regoli ta’ akkwist tal-UE.

Ikkompletata

2011

Jeħtieġ li l-Awtorità ttejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ: il-marki minimi għall-ammissjoni għal testijiet bil-miktub u intervisti jew għall-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati adatti, u l-mistoqsijiet għal testijiet orali u bil-miktub, ma ġewx stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet, u ma kien hemm ebda deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra biex jinħatru l-bords ta' għażla.

Ikkompletata

2012

L-EIOPA tejbet il-proċeduri ta’ akkwist tagħha sabiex issir konformi bis-sħiħ mar-regoli ta’ akkwist tal-UE. Madankollu, kuntratt wieħed relatat mat-tfassil ta’ database finanzjarju ġie suddiviż f’erba’ lottijiet ta’ EUR 60  000 kull wieħed, li kollha kemm huma ġew direttament mogħtija lil żewġ kumpaniji. Minħabba t-total tal-valur tas-servizzi li għandu jiġi akkwistat għall-istess proġett (EUR 2 40  000), kien imissha ġiet applikata proċedura miftuħa jew ristretta u l-impenji u l-pagamenti relatati huma għalhekk irregolari.

M/A

2012

Verifikazzjoni fiżika tal-assi twettqet f’Mejju u f’Ġunju 2012, iżda ma sar ebda rapport fiżiku ta’ verifikazzjoni. L-Awtorità ma adottat ebda proċedura jew linja gwida dwar il-kontrolli fiżiċi fuq l-assi tanġibbli.

Ikkompletata

2012

Ir-riport ta’ approprjazzjonijiet impenjati għall-2013 kien għoli ħafna għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’livell ta’ 79 % tal-approprjazzjonijiet totali. Fil-biċċa l-kbira dan jirriżulta mill-kumplessità u d-durata twila ta’ proċedura waħda ta’ akkwist tal-IT li għaliha l-kuntratt ta’ EUR 2,2 miljun ġie ffirmat kif ippjanat f’Diċembru 2012.

Pendenti


ANNESS II

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (Frankfurt am Main)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikoli 26, 114, 290, 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Tistabbilixxi jew tassigura l-funzjonament tas-suq intern, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

Tħejji abozz ta’ standards tekniċi bħala xogħol preparatorju għal atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex jissumplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv jew meta jkun hemm bżonn ta' kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti.

Kompetenzi tal-Awtorità

(Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità, l-Artikolu 1(6) u l-Artikolu 8 dwar kompiti u setgħat)

Għanijiet

Tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha.

Kompiti

Li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja,

li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti,

li tikkoopera mill-qrib mal-BERS,

li torganizza u twettaq analiżijiet tar-reviżjoni bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti,

li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha,

li twettaq analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex l-Awtorità tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha sew,

li tippromwovi l-ħarsien tad-detenturi ta’ poloz, u tal-membri u l-benefiċjarji ta’ skemi tal-pensjonijiet,

li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjani ta’ rkupru u riżoluzzjoni, l-għoti ta’ protezzjoni ta’ livell għoli lid-detenturi ta’ poloz, lill-benefiċjarji u fl-Unjoni kollha,

li twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew f’atti leġiżlattivi oħra,

li tippubblika fil-websajt tagħha, u taġġorna b’mod regolari, l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha,

li tieħu r-responsabbiltà, kif adatt, tal-kompiti kollha eżistenti u li għaddejjin bħalissa mill-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (CEIOPS).

Governanza

(Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi l-Awtorità: L-Artikoli 40-44: Bord tas-Superviżuri; L-Artikoli 45-47: Bord Maniġerjali; L-Artikoli 48-50: President; L-Artikoli 51-53: Direttur Eżekuttiv)

Bord tas-Superviżuri (BtS)

Kompożizzjoni

President (ma għandux ikollu vot), il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji f’kull Stat Membru (membru wieħed għal kull Stat Membru, li għandu jkollu vot), rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni (ma għandux ikollu vot), tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ma għandux ikollu vot), tal-Awtorità Bankarja Ewropea, tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (it-tnejn ma għandhomx ikollhom vot); osservaturi jistgħu jiġu permessi u d-Direttur Eżekuttiv jista' jipparteċipa f'laqgħat (ma għandux ikollu vot).

Kompiti

Il-korp prinċipali tal-Awtorità għat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Bord Maniġerjali (BM)

Kompożizzjoni

Il-President tal-Awtorità (għandu jkollu vot), sitt Membri tal-BtS (għandhom ikollhom vot). Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea għandu jipparteċipa f'laqgħat tal-BM u jista' jivvota dwar kwistjonijiet baġitarji. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-BM mingħajr id-dritt li jivvota.

Kompiti

Il-BM għandu jiżgura li l-Awtorità twettaq il-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont ir-Regolament Nru 1094/2010.

Il-President tal-Awtorità

Jirrappreżenta l-Awtorità, iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri (BtS), imexxi l-laqgħat tal-BtS u tal-BM.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità

Huwa inkarigat mit-tmexxija tal-Awtorità u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-baġit; iħejji x-xogħol tal-Bord Maniġerjali, il-baġit u l-programm ta’ ħidma.

Kumitat tal-Kontroll tal-Kwalità

Kompożizzjoni

Il-President Supplenti (president) tal-Awtorità u żewġ Membri tal-Bord Maniġerjali. Id-Direttur Eżekuttiv jipparteċipa bħala osservatur.

Kompiti

Li jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni xierqa tal-proċeduri u d-deċiżjonijiet interni.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2013 (2012)

Baġit Finali

Approprjazzjonijiet tal-Baġit Finali: EUR 1 8 7 67  470(1 5 6 55  000)

Tabella tal-Persunal

Persunal statutorju: 80 (69) post awtorizzat fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 80 (69)

It-tabella tal-persunal imwettqa 100 % (100 %)

Postijiet ta’ persunal kuntrattwali: 22 (12) ippjanati fil-baġit, 19 (14) okkupati

Postijiet ta’ Esperti Nazzjonali Sekondati: 12 (8) ippjanati fil-baġit, li minnhom okkupati: 11 (8)

Total: 110 (91) membru tal-persunal

Prodotti u servizzi fl-2013

Kompiti regolatorji

Erba' konsultazzjonijiet pubbliċi relatati mal-attivitajiet tal-Awtorità fl-assigurazzjoni.

Ħruġ ta' erba' linji gwida relatati mal-attivitajiet tal-Awtorità fl-assigurazzjoni.

Approvazzjoni ta' Standard Tekniku ta' Implimentazzjoni relatat mal-attivitajiet tal-Awtorità f'pensjonijiet tax-xogħol.

Dokument ta' diskussjoni dwar investimenti fuq terminu twil.

Rapport lill-Kummissjoni dwar investimenti fuq terminu twil.

Studju kwantitattiv dwar l-impatt fil-qasam tal-pensjonijiet tax-xogħol.

Rapport dwar informazzjoni lil membri ta' skemi ta' pensjonijiet tax-xogħol.

Dokument ta' diskussjoni fil-qasam tal-pensjonijiet personali.

Pubblikazzjoni tar-reġistru tal-IORPs u d-database ta' pjanijiet u prodotti tal-pensjonijiet.

Għażla ta' żewġ Gruppi ta' Partijiet Interessati għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, u l-pensjonijiet tax-xogħol.

Rapporti dwar is-segretezza professjonali u l-analiżi tad-distakki għall-Awstralja, iċ-Ċilì, iċ-Ċina, Ħong Kong, l-Iżrael, il-Messiku, Singapor, l-Afrika t’Isfel.

Memorandum ta' Qbil iffirmat bejn l-EIOPA u l-Bank Dinji.

Kompiti superviżorji

Attendenza għal-laqgħat tal-Kulleġġi tas-Superviżuri u/jew għal konferenzi bit-telefown għal 82 grupp.

Parteċipazzjoni f'erba' spezzjonijiet konġunti fuq il-post.

Ġbir u tixrid ta' Soluzzjonijiet u Eżempji Prattiċi (PSEs) fi tliet oqsma (arranġamenti għall-koordinazzjoni, Pjanijiet ta' Ħidma tal-Kulleġġ, Ftehimiet u proċessi ta' kunfidenzjalità).

Ġew organizzati żewġ avvenimenti għas-Superviżuri tal-Gruppi.

Tixtrid ta' struttura għal approċċ tal-grupp għall-valutazzjoni tar-riskju.

Tixrid tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Kulleġġi 2014-2015.

Rapport interim u fi tmiem is-sena dwar il-Funzjonament tal-Kulleġġi u l-Kisbiet tal-Pjan ta' Azzjoni 2012.

Transunt mil-Linji Gwida Preparatorji li jelenkaw il-Linji Gwida li huma rilevanti għad-diskussjoni u l-valutazzjoni fil-Kulleġġi ġie pprovdut lis-Superviżuri tal-Gruppi.

L-aġġornament kontinwu tal-lista Ħelsinki Plus dwar iż-żona ristretta tal-websajt tal-EIOPA u l-pubblikazzjoni ta' sommarju dwar il-parti pubblika tal-Websajt tal-EIOPA.

Organizzazzjoni ta' sitt laqgħat (żjarat) bejn il-persunal ta' sorveljanza tal-EIOPA u l-awtoritajiet superviżorji involuti fis-superviżjoni tal-gruppi. jew bħala Superviżur tal-Gruppi jew inkella bħala Superviżur Ospitanti, f'pajjiżi individwali.

Protezzjoni tal-konsumatur u innovazzjoni finanzjarja

Linji Gwida dwar it-Trattament tal-Ilmenti minn Intermedjarji tal-Assigurazzjoni.

Rapport dwar l-Aħjar Prattiki minn Intermedjarji tal-Assigurazzjoni fit-trattament ta' ilmenti.

Rapport dwar it-Tendenzi tal-Konsumatur.

Rapport tal-Metodoloġija Riveduta għall-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar it-tendenzi tal-konsumatur.

Rapport dwar prattiki Superviżorji Tajbin fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien u tal-abbiltà għal distributuri ta' prodotti tal-assigurazzjoni (inkluża l-konsultazzjoni pubblika).

Opinjoni dwar l-Assigurazzjoni tal-Protezzjoni ta' Pagamenti.

Nota ta' spjegazzjoni dwar l-Assigurazzjoni tal-Protezzjoni ta' Pagamenti.

Opinjoni dwar l-Arranġamenti għall-Protezzjoni tal-Benefiċjarji fir-Rigward ta' Kuntratti ta' Assigurazzjoni tal-Ħajja.

Dokument ta' Konsultazzjoni dwar abbozz ta' Rapport dwar Prattiki Tajba fuq Websajts ta' Tqabbil.

Dokument ta' Diskussjoni dwar il-possibbiltà ta' suq uniku tal-UE għal prodotti tal-pensjonijet personali (protezzjoni superviżorja u tal-konsumatur).

Kultura superviżorja komuni

Tliet seminars transsettorjali.

17-il seminar għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

Ikkompletat tliet evalwazzjonijiet bejn il-pari, nediet żewġ evalwazzjonijiet bejn il-pari ġodda, nediet proċess wieħed ta' segwitu għal evalwazzjoni bejn il-pari, u ottimizzat il-proċess għall-applikazzjoni tal-metodoloġija għat-twettiq ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari.

Stabbiltà finanzjarja

Żewġ Rapporti biannwali dwar l-Istabbilità Finanzjarja.

Tħejjija ta’ test tal-istress madwar l-Ewropa għas-settur tal-assigurazzjoni (it-test ġie pospost minħabba Valutazzjoni tal-Garanziji fuq Terminu Twil).

Produzzjoni ta’ Tabella Operattiva tar-Riskji kull tliet xhur.

Ikkompletar tal-eżerċizzju ta' Valutazzjoni tal-Garanziji fuq Terminu Twil u twassil ta' rapport lill-partijiet tat-Trilogu.

Pubblikazzjoni tal-istatistika annwali u riveduta tal-assigurazzjoni.

Immaniġġar ta’ kriżijiet

Finalizzazzjoni ta’ qafas komprensiv għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jistipula fid-dettall il-proċessi li l-Awtorità se ssegwi fir-rilaxx tar-responsabbiltajiet tagħha għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta’ kriżijiet.

Ikkompletar tal-mandat tat-Task Force dwar l-Immaniġġjar ta' Kriżijiet u x-xoljiment tat-task force.

Ftehim ta’ Opinjoni tal-EIOPA dwar ir-rispons superviżorju għal perjodu fit-tul ta’ rati tal-imgħax baxxi.

Kontribuzzjoni dettaljata għall-konsultazzjoni tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni għal istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji.

Pubblikazzjoni ta' Rapport ta' Stħarriġ dwar il-Prevenzjoni ta' Kriżijiet, Ġestjoni u Tħejjija għal Riżoluzzjoni ta' Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali.

Relazzjonijiet esterni

10 laqgħat, inkluża 1 konġunta mal-BtS, tal-IRSG u l-OPSG, 12-il opinjoni uffiċjali u dikjarazzjoni b’feedback dwar dokumenti pubbliċi, 6 dokumenti ta' inizjattiva proprja u 3 risponsi għal konsultazzjonijiet informali.

Madwar 20 Djalogu Regolatorju u Superviżorju ma’ superviżuri u ma' assoċjazzjonijiet ta’ superviżuri ta’ pajjiżi terzi mill-Awstralasja, l-Amerika Latina u l-Amerika ta’ Fuq, l-Afrika t’Isfel, l-Islanda u l-Isvizzera. Parteċipazzjoni attiva u kontribuzzjonijiet fil-Kumitat Tekniku u Eżekuttiv tal-IAIS, il-Kumitat ta’ Stabbiltà Finanzjarja, is-Sottokumitat tas-Solvenza u Attwarju, żvilupp tar-Rekwiżiti ta' Kapital Globali ta' Assigurazzjoni (Task Force għall-Ittestjar fil-Qasam/Task Force għall-Assorbiment ta' Telf Ogħla) u l-Konferenza Annwali tal-IAIS.

Proġett ta' Djalogu UE-US: Laqgħat regolari tal-Kumitat ta' Tmexxija, il-Kumitati Tekniċi li qed jagħmlu progress kif ippjanat u Avveniment Pubbliku f'Washington DC.

Ekwivalenza: Analiżi tad-distakki bejn is-sistemi tar-(ri)assigurazzjoni tal-Awstralja, iċ-Ċile, iċ-Ċina, Ħong Kong, l-Iżrael, il-Messiku, Singapor, l-Afrika t’Isfel, inkluża valutazzjoni sħiħa tas-segretezza professjonali, bħala bażi għal deċiżjoni tal-KE dwar it-tranżizzjonali tal-ekwivalenza. Bidu ta' valutazzjoni tas-segretezza professjonali ta' 10 pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Iffirmar tal-Memorandum ta' Qbil Multilaterali għall-kooperazzjoni superviżorja bejn il-membri tal-EIOPA u l-Awtorità Monetarja tal-Bermuda (BMA).

Iffirmat Memorandum ta' Qbil Operazzjonali bejn l-EIOPA u l-Bank Dinji.

Konferenzi/avvenimenti pubbliċi oħra 2013

Sitt konferenzi u avvenimenti (“Conference on Global Insurance Supervision (GIS)” (Konferenza dwar is-Superviżjoni Globali tal-Assigurazzjoni), Results of “QIS (Quantitative Impact Study) for Pensions” (Riżultati tal-“QIS (Studju Kwantitattiv dwar l-Impatt) għall-Pensjonijiet”, Avvenimenti Pubbliċi dwar il-Pensjonijiet Personali u l-Appoġġ tal-Isponsors, Konferenza annwali tal-EIOPA u t-tielet Jum dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Sors: Anness ipprovdut mill-Awtorità.


IR-RISPOSTI TAL-AWTORITÀ

11.

Wara eżerċizzju tal-awditjar li twettaq mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) fl-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern fl-EIOPA, l-Awtorità żviluppat pjan ta’ azzjoni biex timplimenta l-azzjonijiet kollha rrakkomandati mill-IAS. Il-pjan ta’ azzjoni ġie ppreżentat quddiem il-Bord tat-Tmexxija tal-EIOPA u kien hemm qbil dwaru mill-IAS. L-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan dalwaqt titlesta u x-xogħol li fadal se jintemm sal-aħħar tal-2014.

12.

Fir-rigward tal-impenji legali, l-EIOPA implimentat aktar arranġamenti ta’ approvazzjoni sabiex b’hekk titneħħa kwalunkwe ambigwità fir-rigward tal-awtorizzazzjoni xierqa ta’ dawn l-impenji. Fir-rigward tas-sekwenzar tal-impenji baġitarji u dawk legali, l-EIOPA tirrikonoxxi li f'ċerti każijiet l-ikkompletar sħiħ tal-impenn baġitarju ġie ffinalizzat biss wara li ġew stabbiliti l-impenji legali korrispondenti. Il-miżuri korrettivi li ttieħdu huma: reviżjonijiet regolari taċ-ċirkwiti finanzjarji tal-EIOPA, proċessi finanzjarji u baġitarji aktar b’saħħithom b’fokus fuq il-konformità taċ-ċirkwiti finanzjarji kif ukoll, f’intervalli regolari, taħriġ speċifiku dwar il-finanzi u l-akkwist għall-uffiċjali kollha tal-EIOPA involuti fiċ-ċirkwiti finanzjarji.

13.

Sabiex twettaq il-mandat ambizzjuż tagħha, l-Awtorità żviluppat strateġija tal-IT multiannwali u pjan ta' implimentazzjoni (li jinkludu l-istandardizzazzjoni tad-dejta, il-ġbir tad-dejta, is-soluzzjonijiet għall-ħażna u l-analiżi kif ukoll għodda onlajn għall-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni). L-EIOPA tirrikonoxxi li l-perċentwal tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2013 għall-2014 biex ikopru dawn l-inizjattivi fit-Titolu III tal-Baġit kien għoli. Madankollu dan huwa minħabba n-natura multiannwali tax-xogħol, l-isfida taż-żmien (xprunata l-aktar mill-kalendarju tas-Solvenza II), l-eżerċizzji ta' akkwist kumplessi u fit-tul involuti u l-ħtieġa li tiġi garantita l-kontinwità fis-servizz. Madankollu, peress li dawn l-impenji riportati huma kritiċi biex ikompli jiġi implimenat il-pjan tal-IT f’konformità maż-żmien maqbul, ir-rata ta’ eżekuzzjoni tagħhom se terġà tkun għolja ħafna, bħal ma kien il-każ fis-sena preċedenti. Fir-rigward tat-triq ‘il quddiem, il-miżuri li ġejjin se jnaqqsu l-perċentwali tar-riporti fis-snin li ġejjin: (1) żieda fil-livell ta’ maturità tal-kapaċità tal-IT tal-EIOPA (l-iżviluppi maġġuri li għad fadal fil-qasam tal-IT se jitlestew sal-aħħar tal-2015) u (2) proċessi ta’ ġestjoni tal-finanzi u l-baġits aktar b’saħħithom (li jinkludu l-integrazzjoni tal-proċessi tal-baġit u l-akkwist fl-ippjanar ġenerali u l-proċessi ta' koordinazzjoni tal-EIOPA).


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/184


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Tekonoloġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Istitut

(2014/C 442/21)

INTRODUZZJONI

1.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (minn hawn ’il quddiem “l-Istitut”, magħruf ukoll bħala l-“EIT”), li jinsab f’Budapest, inħoloq permezz tar-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-objettiv tal-Istitut huwa li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa b’mod sostenibbli bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. L-Istitut jagħti għotjiet lil tliet “Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni” (KKI), li jorbtu flimkien is-setturi tal-edukazzjoni superjuri, tar-riċerka u tan-negozju u li b’hekk jimmiraw li jagħtu spinta lill-innovazzjoni u l-intraprenditorija (2). Il-KKI jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ mijiet ta’ msieħba. L-għotjiet ipprovduti mill-EIT jirrimborżaw l-ispejjeż tal-imsieħba u l-ispejjeż li ġejjin mill-attivitajiet ta’ koordinazzjoni tal-KKI.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Istitut. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Istitut, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Istitut u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Istitut jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Istitut wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Istitut fl-aspetti materjali kollha.

(b)

ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Istitut jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Istitut jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

L-ebda aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet.

9.

Fl-2013, l-Istitut wettaq pagamenti finali u approvazzjonijiet ta’ prefinanzjamenti (tranżazzjonijiet) għal għotjiet li jammontaw għal EUR 84,1 miljun (attivitajiet 2012). In-nefqa għal għotjiet tirrappreżenta madwar 97 % tan-nefqa totali għall-2013. It-tranżazzjonijiet kollha tal-għotjiet huma suġġetti għal analiżi mill-Kummissjoni qabel ma jiġu awtorizzati mill-EIT. L-Istitut innifsu kompla jagħmel sforzi konsiderevoli biex jimplimenta verifikazzjonijiet ex ante effettivi bil-għan li jipprovdi aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet. Madwar 87 % tan-nefqa għal għotjiet ikklejmjata mill-KKI hija koperta minn ċertifikati maħruġa minn ditti tal-awditjar indipendenti kkuntrattati mill-KKI u mis-sħab tagħhom. L-EIT innifsu wettaq verifikazzjonijiet ex ante li jikkonsistu f’kontrolli komprensivi fl-uffiċċju. Id-dokumenti ta’ sostenn miksuba mill-KKI u mis-sħab tagħhom ġew analizzati mill-EIT fil-każ ta’ riskji partikolari identifikati. Madankollu, il-Qorti sabet li, għalkemm il-kwalità taċ-ċertifikati tal-awditjar qed titjieb, dovut sa ċertu punt għal gwida aħjar, b'mod ġenerali, hemm lok għal aktar titjib fix-xogħol tad-ditti tal-awditjar indipendenti.

10.

Sabiex ikollu t-tieni saff ta’ aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet, l-EIT ikkuntratta verifikazzjonijiet ex post kumplementari għat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet li twettqu minn ditta tal-awditjar indipendenti. Il-klejms għall-ispejjeż ta' 29 mit-300 sieħeb tal-KKI ġew ivverifikati ex post, li jikkorrispondu għal 29 % tat-tranżazzjonijiet totali tal-għotjiet li saru fl-2013. Ir-riżultati tal-verifikazzjonijiet ex post ikkonfermaw li l-verifikazzjonijiet ex ante qed jitjiebu, iżda għadhom mhumiex effettivi bis-sħiħ. Abbażi tal-iżbalji li nqabdu mill-verifikazzjonijiet ex post, fl-2014 l-EIT iddeċieda li jirkupra ammont totali ta' EUR 5 75  593, li jikkorrispondi għal 3 % tal-għotjiet tal-2012 awditjati.

Żbalji materjali tal-akkwist

11.

Pagamenti li jammontaw għal madwar EUR 6 65  000 u EUR 1 05  000, fir-rigward ta' żewġ kuntratti qafas li kienu ġew konklużi fl-2010 u fl-2012 bl-użu ta' proċedura nnegozjata, saru fl-2013. Mill-awditu ħareġ li l-użu ta' proċedura nnegozjata ma kienx iġġustifikat u għaldaqstant il-pagamenti riżultanti huma irregolari.

12.

Ir-rata ta' żball ikkombinata tal-kwistjonijiet spjegati fil-paragrafi 9 sa 11 hija bejn 2 % u 3 % tan-nefqa totali għall-2013.

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

13.

Fl-opinjoni tal-Qorti, bl-eċċezzjoni tal-effetti possibbli tal-kwistjonijiet deskritti fil-bażi għal opinjoni kwalifikata (ara l-paragrafi 9 sa 12), it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

14.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet jew fuq l-opinjoni kwalifikata tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

15.

Il-Ftehimiet Qafas ta' Sħubija (FPA) mat-tliet KKI jistipulaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT tista' tkopri sa 25 % tal-infiq globali tal-KKI matul l-ewwel erba' snin, mill-1 ta' Jannar 2010 sa Diċembru 2013. Skont iċ-ċifri rrappurtati mill-KKI, dan il-limitu massimu ġie rrispettat mit-tliet KKI kollha. Madankollu, billi dawn iċ-ċifri mhux se jiġu awditjati qabel l-2015, ma hemm l-ebda evidenza għall-awditjar xierqa li turi li l-finanzjament mill-EIT ma qabiżx dan il-limitu massimu ta' 25 %.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

16.

Fl-2013, il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 97 %, li jindika li l-impenji kumplessivi saru b’mod f’waqtu. Madankollu, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit kienet baxxa, f'livell ta' 74 % tal-kontribuzzjonijiet mill-UE għat-Titolu I (nefqa għall-persunal), li hija prinċipalment relatata mad-dawran għoli tal-persunal u l-adozzjoni pendenti tar-regolamenti dwar l-aġġustamenti tas-salarji.

17.

L-Istitut irriporta approprjazzjonijiet impenjati taħt it-Titolu II (nefqa amministrattiva) li jammontaw għal EUR 1 93  420 (24 %). Ir-riporti kienu prinċipalment jikkonċernaw fatturi li kien għadhom ma ġewx riċevuti u proġetti tal-IT li kien għadhom għaddejjin. Huwa ma implimentax EUR 91  918 (29 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2012 sal-2013 taħt dan it-titolu, li kienu fil-parti l-kbira dovuti għal spejjeż stmati b'mod eċċessiv għal laqgħa tal-Bord tat-Tmexxija.

18.

L-Istitut kien ibbaġitja EUR 3 4 0 78  025 taħt it-Titolu III (nefqa operazzjonali) għal għotjiet mill-KKI. Ir-rata relattivament baxxa ta' eżekuzzjoni ta' 82 % hija dovuta għall-fatt li l-KKI ma assorbewx għal kollox il-finanzjament disponibbli għall-attivitajiet tal-2012 (għotjiet għall-2012).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

19.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Fl-2012, l-Istitut wettaq pagamenti finali u approvazzjonijiet ta’ prefinanzjamenti (tranżazzjonijiet) għal għotjiet li jammontaw għal EUR 11,3 miljun (attivitajiet tal-2010) u EUR 48,6 miljun (attivitajiet tal-2011).

It-tranżazzjonijiet kollha tal-għotjiet huma suġġetti għal analiżi mill-Kummissjoni qabel ma jiġu awtorizzati mill-EIT. L-Istitut innifsu għamel sforzi konsiderevoli biex jimplimenta verifikazzjonijiet ex ante effettivi bil-għan li jipprovdi aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet. Madwar 80 % tan-nefqa għal għotjiet ikklejmjata mill-KKI hija koperta minn ċertifikati maħruġa minn ditti tal-awditjar indipendenti kkuntrattati mill-KKI u mis-sħab tagħhom. L-EIT innifsu wettaq verifikazzjonijiet ex ante li jikkonsistu f’kontrolli komprensivi fl-uffiċċju. Id-dokumenti ta’ sostenn miksuba mill-KKI u mis-sħab tagħhom inizjalment ġew analizzati mill-EIT biss fil-każ ta’ riskji partikolari identifikati.

Madankollu, il-Qorti sabet li l-kwalità taċ-ċertifikati tal-awditjar hija inadegwata f’ħafna każijiet (1). Sabiex ikollu t-tieni saff ta’ aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet, fi tmiem l-2012 l-Istitut introduċa verifikazzjonijiet ex post kumplementari għal għotjiet relatati mal-attivitajiet tal-2011. Dawn twettqu minn ditti tal-awditjar indipendenti kkuntrattati mill-EIT u huma vvalutati bħala affidabbli. Ir-riżultati tal-verifikazzjonijiet ex post ikkonfermaw li l-verifikazzjonijiet ex ante mhumiex effettivi bis-sħiħ. Madankollu l-Istituzzjoni rkuprat il-pagamenti irregolari misjuba, u r-rata tal-iżball residwu għat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet 2011 mhijiex materjali.

L-ebda verifikazzjoni ex post ma twettqet sa issa għat-tranżazzjonijiet relatati ma’ għotjiet għall-attivitajiet tal-2010 (EUR 11,3 miljun). Barra minn hekk, fid-dawl tal-aċċertament limitat li jista’ jinħareġ mill-verifikazzjonijiet ex ante, ma hemm l-ebda aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità ta’ dawn it-tranżazzjonijiet. Il-Qorti ma setgħetx tikseb evidenza suffiċjenti u xierqa għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet awditjati relatati mal-attivitajiet tal-2010.

Ikkompletata

2012

Barra mill-kwistjoni deskritta fil-paragrafi 9 sa 13, il-baġits għal ftehimiet ta’ għotjiet iffirmati fl-2010 u l-2011, li rriżultaw f’pagamenti fl-2012, ma kinux speċifiċi b’mod suffiċjenti. Ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-fondi approvati u l-attivitajiet li għandhom jiġu implimentati. Il-ftehimiet ta’ għotjiet ma stabbilixxewx livelli limiti individwali għal kategoriji speċifiċi ta’ spejjeż (jiġifieri, spejjeż għall-persunal, sottokuntrattar, servizzi legali, eċc.) u ma inkludewx regoli għall-akkwist ta’ prodotti u servizzi mill-KKI u mis-sħab tagħhom.

L-EIT wettaq ukoll verifikazzjonijiet tekniċi għall-proġetti ffinanzjati kollha bħala parti mill-verifikazzjonijiet ex ante tiegħu. Madankollu, kien hemm nuqqas ta’ miri kwantifikabbli li xekklu l-valutazzjoni effettiva tal-attivitajiet u r-riżultati tal-proġetti . Il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju ma ddefinixxewx fid-dettall l-attivitajiet li għandhom jiġu implimentati; u lanqas ma stabbilixxew għanijiet ċari u riżultati tanġibbli għal kull attività jew kriterji ta’ kwalità.

Mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2011 li jammontaw għal madwar EUR 22 miljun, madwar EUR 10 miljun (45 %) ġew ikkanċellati fl-2012. il-livell għoli ta' kanċellazzjonijiet huwa prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat, ikklejmjati minn benefiċjarji taħt ftehimiet ta’ għotjiet tal-2011 (EUR 9,2 miljun jew 92 % tar-riporti kkanċellati).

Għadha għaddejja

2011

Ftehimiet ta' għotjiet li rriżultaw f’pagamenti fl-2011 kienu ffirmati sistematikament mill-Kummissjoni Ewropea (Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura) u l-Istitut wara li l-parti l-kbira tal-attivitajiet kienu diġà ġew implimentati. Bejn Settembru u Diċembru 2011, l-Istitut wettaq pagamenti finali, li ammontaw għal EUR 4,2 miljun, relatati ma’ tliet ftehimiet ta’ għotjiet li ġew iffirmati ferm wara li nbdew l-attivitajiet (2).Din hija problema f’termini ta’ ġestjoni finanzjarja tajba (3).

Ikkompletata


(1)  Jiġifieri, iċ-ċertifikati tal-awditjar mhux dejjem indikaw il-klejm għall-ispejjeż awditjat. Mhux il-kategorjii ta’ spejjeż kollha kellhom jiġu awditjati f’dettall suffiċjenti (bħala eżempju, spejjeż indiretti reali, li jistgħu jiġu ddikjarati mingħajr livell limitu ma ġewx iċċekkjati abbażi ta’ evidenza oriġinali ta’ sostenn). Ir-riskju ta’ finanzjament doppju ta’ tagħmir iddikkjarat bħala spiża ma kienx iċċekkjat b’mod komprensiv. Il-parti l-kbira taċ-ċertifikati tal-awditjar ma semmewx il-kopertura tal-ispejjeż awditjati u ma kien hemm l-ebda metodoloġija komuni għall identifikazzjoni tal-iżball kumplessiv fil-klejms għall-ispejjeż.

(2)  Pagamenti bil-quddiem kienu saru mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)  F’każ wieħed, il-kuntratt ġie ffirmat 14-il jum qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 13-il xahar.


ANNESS II

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (Budapest)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 173 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

Għal dan il-għan, skont is-sistema ta' swieq miftuħa u kompetittivi, l-azzjoni tagħhom għandha tfittex li:

tħaffef l-adattament tal-industrija għal bidliet strutturali,

tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-inizjattiva u għall-iżvilupp tal-impriżi fi ħdan l-Unjoni kollha, partikolarment ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju,

tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-kooperazzjoni bejn l-impriżi,

tikkoltiva l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politika ta' innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku.

Kompetenzi tal-Istitut

(Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Għanijiet

L-għan tal-Istitut huwa li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Komunità. Dan għandu jagħmlu billi jippromwovi u jintegra edukazzjoni superjuri, riċerka u innovazzjoni u tal-ogħla standards.

Kompiti

Sabiex jikseb l-għan tiegħu, l-Istitut għandu:

(a)

jidentifika l-oqsma prijoritarji tiegħu;

(b)

iqajjem kuxjenza fost organizzazzjonijiet imsieħba potenzjali u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tiegħu;

(c)

jagħżel u jinnomina il-KKI fl-oqsma prijoritarji u jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bi ftehim; jipprovdihom bl-appoġġ xieraq; japplika l-miżuri xierqa ta’ kontroll tal-kwalità; kontinwament jimmonitorja u perjodikament jevalwa l-attivitajiet tagħhom; u jiżgura livell xieraq ta’ koordinazzjoni bejniethom;

(d)

jimmobilizza fondi minn sorsi pubbliċi u privati u juża r-riżorsi tiegħu skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari huwa għandu jfittex li jżid proporzjon sinifikanti u li dejjem jiżdied tal-baġit tiegħu minn sorsi privati u minn dħul ġenerat mill-attivitajiet tiegħu stess;

(e)

iħeġġeġ ir-rikonoxximent fl-Istati Membri ta’ lawrji u diplomi li jkunu ġew mogħtija minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri li huma organizzazzjonijiet imsieħba, u li jistgħu jiġu indikati bħala lawrji u diplomi tal-EIT;

(f)

jippromwovi d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika għall-integrazzjoni tat-trijanglu tal-konoxxenza sabiex jiżviluppa kultura komuni ta’ innovazzjoni u ta’ trasferiment tal-konoxxenza;

(g)

ifittex li jsir korp ta’ klassi dinjija għall-eċċellenza fl-edukazzjoni superjuri, fir-riċerka u fl-innovazzjoni;

(h)

jiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġija bejn l-attivitajiet tal-Istitut u programmi Komunitarji oħrajn.

Governanza

Bord tat-Tmexxija

Kompożizzjoni

Il-Bord tat-Tmexxija (BT) tal-Istitut huwa magħmul minn 18-il membru maħtur li jipprovdu bilanċ bejn l-esperjenza u l-eċċellenza fin-negozju, l-edukazzjoni superjuri u r-riċerka, u erba’ membri rappreżentattivi proposti mill-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI). Il-Kummissjoni Ewropea għandha status ta’ osservatur.

Kompiti

Il-Bord tat-Tmexxija huwa wkoll responsabbli għat-tmexxija tal-attivitajiet tal-Istitut, għas-selezzjoni, in-nomina, l-allokazzjoni tal-għotjiet u l-evalwazzjoni tal-KKI, u għad-deċiżjonijiet strateġiċi l-oħrajn kollha.

Kumitat Eżekuttiv

Kompożizzjoni

Il-Kumitat Eżekuttiv huwa magħmul minn ħames membri tal-Bord tat-Tmexxija, inklużi l-President u l-Viċi President. Huwa ppresedut mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

Kompiti

Il-Kumitat Eżekuttiv jissorvelja t-tmexxija tal-Istitut u jieħu d-deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa bejn il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

Direttur

Huwa maħtur minn u responsabbli għall-Bord tat-Tmexxija għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja tal-Istitut; huwa r-rappreżentant legali tal-Istitut.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Istitut fl-2013 (2012)

Baġit Finali

EUR 142,20 miljun għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 98,76 miljun għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Postijiet awtorizzati: 58 (52)

Postijiet okkupati: 41 (47)

Postijiet oħra: 0 (0)

Total tal-persunal: 41 (47) assenjati għad-dmirijiet li ġejjin:

kompiti operazzjonali: 25 (26)

kompiti amministrattivi u ta’ sostenn: 16 (21)

Prodotti u servizzi fl-2013

Organizzazzjoni ta’ erba' laqgħat ta’ Forum tal-EIT mal-KKI (pjattaforma maħluqa biex tistabbilixxi djalogu regolari bejn id-Direttur tal-Istitut u s-CEOs (Uffiċjali Kapijiet Eżekuttivi) tal-KKI) u Sessjoni ta' Ħidma fir-Rebbiegħa mal-KKI u l-Bord tat-Tmexxija tal-EIT.

Deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija fil-5 ta’ Diċembru 2013 għall-allokazzjoni tfis-sena 2014, a’ baġit li jammonta għal total ta’ EUR 180 miljun għall-finanzjament ta' Attivitajiet b’Valur Miżjud tal-KKI għat-tliet KKI, wara l-implimentazzjoni ta’ proċess ta’ Finanzjament Kompetittiv li jikkorrispondi għal 36 % tal-baġit kumplessiv. Il-Bord tat-Tmexxija ddeċieda wkoll li jiddefferixxi allokazzjoni supplimentari tal-baġit ta' EUR 40 miljun lill-KKI għall-2014 li għandhom jiġu allokati separatament u jinqasmu ugwalment abbażi, fost oħrajn, tas-segwitu għal rakkomandazzjonijiet strateġiċi.

Fl-2013 it-tliet KKI immaniġġjaw baġit totali ta' EUR 12 5 6 15  015 għall-finanzjament mill-EIT ta' Attivitajiet b’Valur Miżjud tal-KKI u baġit ta’ EUR 75 0 5 35  096 għall-Finanzjament mhux mill-EIT ta' attivitajiet tal-KAVA u attivitajiet kumplimentari.

Fl-2013, l-għadd totali ta’ sħab tal-KKI involuti fit-tliet KKI laħaq massimu ta' 487 organizzazzjoni mill-Klima KKI (187), mil-Laboratorji tal-ICT tal-EIT (105), u mill-InnoEnerġija KKI (195).

Fl-2013, il-KKI pprovdew sitt Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni konsolidati u d-dokumenti ta' appoġġ rispettivi tagħhom għas-sena 2012, lill-EIT; dawn ġew ivvalutati u vvalidati mill-EIT, bħala parti mill-valutazzjoni ta' prestazzjoni tal-KKI fil-passat fid-dawl tal-proċess ta' finanzjament kompetittiv għall-allokazzjoni tal-2014. Il-KKI pprovdew ukoll stimi għall-Indikaturi Ewlenin ta' Prestazzjoni tagħhom, lill-EIT.

Organizzazzjoni tal-Konferenza “Fostering Innovation and Strengthening Synergies within the EU” (Inrawmu l-Innovazzjoni u Nsaħħu s-Sinerġiji fi ħdan l-UE) f'Dublin, l-Irlanda fid-29 u t-30 ta' April 2013 taħt il-patronċinju tal-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Pubblikazzjoni tal-istudju “Analysis of Synergies fostered by the EIT in the EU Innovation Landscape” (Analiżi ta' Sinerġiji mrawma mill-EIT fix-Xenarju tal-Innovazzjoni tal-UE).

Ġiet organizzata Diskussjoni madwar mejda ta' Intraprendituri dwar is-suġġett “Matching Entrepreneurship with Venture Capital” (Tqabbil tal-Intraprenditorija ma' Kapital ta' Riskju) mill-11 sat-13 ta' Lulju fi Grundlsee, l-Awstrija.

Tnedija tal-Komunità ta' Alumni tal-EIT fil-11 ta' Novembru f'Budapest, l-Ungerija.

Premjijiet 2013 tal-EIT bi tliet rebbieħa tal-Venture Award tal-EIT u tliet rebbieħa tas-CH.A.N.G.E Awards il-ġodda tal-EIT. Premjijiet fit-12 ta' Novembru f'Budapest, l-Ungerija.

Tixrid ta' għadd kbir ta’ stejjer ta’ suċċess idderivati mill-implimentazzjoni ta’ attivitajiet tal-KKI.

Sors: Anness ipprovdut mill-Istitut.


IR-RISPOSTI TAL-ISTITUT

9:

L-EIT jilqa’ n-notifika tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-isforzi konsiderevoli li saru mill-EIT biex ikunu implimentati b’mod effettiv il-verifiki ex-ante bl-għan li tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ għotja. L-EIT huwa impenjat li jkompli jtejjeb l-istruzzjonijiet mogħtija lill-awdituri li jiċċertifikaw biex jirimedja d-dgħjufija identifikata mill-Qorti tal-Awdituri u jżid il-livell ta’ assigurazzjoni miksuba miċ-ċertifikati tal-verifika.

10:

B’konformità mal-istrateġija ta’ awditjar ex-post tal-EIT, il-KIC Partners li jriġu jiġu awditjati ntagħżlu primarjament abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju għal effiċjenza massima ta’ riżorsi limitati. Madankollu, biex ikun f’pożizzjoni li jagħti rata rappreżentattiva ta’ żball, l-EIT jagħżel parti mill-kampjun għall-għarrieda. Dan jassigura kopertura iktar bilanċjata tal-KIC Partners għal kemm idum il-Ftehim Qafas ta’ Sħubija. Għal dak li jirrigwarda l-Ftehim ta’ Għotja 2012, filwaqt li r-rata ġenerali ta’ żball kien tabilħaqq 3 % tal-għotjiet ta’ awditjar, kif rapportat mill-Qorti tal-Awdituri, ir-rata ta’ żball li ġiet identifikata fil-kampjun għall-għarrieda kienet ta’ 1.37 % biss. Ir-rata ta’ żball identifikata ta’ 3.29 % fil-kampjun ibbażat fuq ir-riskju hija, kif turi t-tifsira tagħha, mhux rappreżentattiva tal-popolazzjoni ġenerali. Kif ir-ratarappreżentattiva ta’ żball ta’ 1.37 % baqgħet taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %, l-EIT ma għamilx riserva fir-Rapport Annwali ta’ Attività u jikkonsidra li l-għotjiet imħallsa skont il-Ftehim ta’ Għotja 2012 huma ħielsa minn żbalji materjali.

11:

L-EIT ħa rwol proattiv biex iniedi azzjonijiet ta’ mitigazzjoni immedjati fil-qasam tal-akkwist kif ġej: 1) Reviżjoni estensiva tal-proċeduri interni, iċ-ċirkwiti u l-forom biex ikunu konformi bis-sħiħ mar-regoli rispettivi ta’ akkwist pubbliku, b’attenzjoni speċjali għal ippjanar serju u stima tal-ħtiġijiet. 2) Biex ikun assigurat il-forniment tas-servizzi neċessarji, l-EIT beda juża il-kuntratti qafas disponibbli tal-Kummissjoni u nieda proċedura ta’ akkwisti biex jagħżel kuntratti ta’ servizzi ġodda. 3) L-EIT ippjana serje ta’ taħriġ għall-persunal tal-EIT dwar l-akkwisti. L-EIT huwa impenjat li jimplimenta miżuri ta’ mitigazzjoni biex jevita żbalji proċedurali fl-akkwisti fil-futur.

12:

Skont il-kalkolazzjoni tal-EIT, ibbażata fuq il-metodoloġija tal-Qorti tal-Awdituri, ir-rata ta’ żball ikkombinata għall-infiq fl-2013 kienet ta’ 2.12 %. Filwaqt li din ir-rata ta’ żball hija tabilħaqq fil-limitu rrappurtat mill-Qorti tal-Awdituri, huwa importanti li jkun sottolinjat li l-livell ta’ żbalji finanzjarji fl-għotjiet (i.e. rata rappreżentattiva ta’ żball ta’ 1.37 %) kien ferm iktar baxx mil-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Barra minn hekk, l-EIT huwa impenjat li jtejjeb il-proċeduri interni biex jevita żbalji proċedurali fl-akkwist fil-futur.

15:

L-EIT ser jikseb ċertifikati fl-awditjar fuq l-ispejjeż tal-attivitajiet kumplimentari tal-KIC fl-ewwel kwart tal-2015 u konformità mal-limitu ta’ 25 % msemmi fil-Ftehim Qafas ta’ Sħubija ser tkun verifikata abbażi taċ-ċifri finali fl-ewwel nofs tal-2015. Jekk il-limitu ta’ 25 % ma jintlaħaqx, l-ammont korrispondenti jiġi rkuprat mill-KIC(s) skont id-dispożizzjonijet tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija. Tali rkupru ser jiġi rifless fil-kontijiet annwali tal-EIT għas-sena finanzjarja 2014.

16:

L-EIT jilqa’ n-notifika tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit. Ir-rata ta’ implimentazzjoni ġenerali tal-appropprjazzjonijet ta’ impenn għal Titolu 1 (infiq fuq il-persunal) kien ta' 84 %. Filwaqt li huwa minnu li r-rata ta' implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-UE kienet 74 %, kif rapportata mill-Qorti tal-Awdituri, huwa importanti li jkun innotat li 100 % tal-kontribuzzjoni tal-Istat Membru Ospitanti kienet implimentata. Il-parti mhux eżegwita tal-infiq relatat mal-persunal tirrigwarda l-bidliet kbar u l-appropprjazzjonijet imwarrba għall-aġġustament fis-salarji għas-snin 2011 u 2012, li għalihom il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja eventwalment għaddiet sentenza li ppreveniet li tali aġġustamenti jitħallsu qabel l-aħħar tas-sena.

17:

L-EIT jagħraf il-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-eżekuzzjoni ta' riporti fuq Titolu 2 (infiq amministrattiv). In-noneżekuzzjoni ta’ appropprjazzjonijet riportati mill-2012 għall-2013 taħt dan it-titolu kienu l-aktar minħabba stimi ta' spejjeż għoljin għal-laqgħa tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ Diċembru 2012, speċifikament, l-ispejjeż attwali rriżultaw inqas minn dawk stmati.

18:

L-EIT jagħraf il-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri fuq l-eżekuzzjoni tal-impenji għall-2012 tal-għotjiet tal-KIC riportati mill-2012 għall-2013.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/193


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2014/C 442/22)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EMA”), li tinsab f'Londra, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, li ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-Aġenzija topera permezz ta' netwerk u tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi magħmula disponibbli mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura l-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew użu veterinarju (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 214, 24.8.1993, p. 1ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Skont ir-Regolament imsemmi l-aħħar, l-isem oriġinali tal-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali, ġie mibdul għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta’ akkwist.

Ikkompletata

2011

Il-Qorti identifikat ħtieġa għal titjib tat-trasparenza tal-proċeduri tal-għażla tal-persunal. Il-membri tal-Bord tal-Għażla mhux dejjem ikkompletaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta’ kunflitt ta’ interess, jew inkella ma għamlux dan f’waqtu, u ma kien hemm l-ebda evidenza li ttieħdet xi azzjoni biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li tqajmu minn dawn id-dikjarazzjonijiet. Id-dokumentazzjoni tal-proċedimenti tal-Bord tal-Għażla mhux dejjem kienet adegwata u ma hemm l-ebda evidenza ta’ kif ġie stabbilit il-metodu ta’ kif il-kandidati għandhom jiddaħħlu fil-lista ristretta u li l-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub jew l-intervisti ġew stabbiliti qabel l-eżamijiet.

Ikkompletata

2012

L-Aġenzija tapplika kriterji ta’ rikonoxximent li ma jaqblux għad-dħul mit-tariffi u n-nefqa assoċjata. Id-dħul mit-tariffi ta’ applikazzjoni huwa rikonoxxut fuq bażi lineari fuq perjodu ta’ żmien stabbilit. L-infiq għall-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet bħal dawn mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali madankollu jiġi dovut meta jintlaħaq stadju importanti speċifiku fit-twassil tas-servizz. Dan huwa f’kontradizzjoni mal-prinċipju tat-tqabbil.

Ikkompletata

2012

L-Aġenzija għadha ma vvalidatx is-sistema kontabilistika tagħha fil-qasam tal-assi fissi intanġibbli. Meta jitqies l-investiment konsiderevoli fl-iżvilupp tal-ICT (1), din hija parti kruċjali mis-sistema kontabilistika sħiħa.

Ikkompletata

2012

Fl-2011 u l-2012, il-Kunsill irrifjuta żidiet fis-salarji għall-persunal tal-UE. Il-Kummissjoni appellat kontra din id-deċiżjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja li għadha ma ddeċiditx dwar il-kwistjoni. Billi l-Aġenzija tinsab f’Londra, iż-żidiet fis-salarji inkwistjoni se jitħallsu f’GBP, filwaqt li l-kontijiet tal-Aġenzija huma mħejjija f’Euro. Minħabba l-flutwazzjonijiet fir-rata tal-kambju matul il-perjodu kkonċernat, il-ħlas lura possibbli lill-persunal iwassal għal telf stmat ta’ EUR 2,9 miljun għall-Aġenzija minħabba fir-rata tal-kambju. L-Aġenzija inkludiet dan l-ammont fil-kalkolu tal-kont tar-riżultat baġitarju tagħha, li wassal għal dikjarazzjoni insuffiċjenti ekwivalenti ta’ fondi li għandhom jitħallsu lura lill-Kummissjoni (2).

M/A

2012

Fl-2012, l-Aġenzija ħarġet kuntratti qafas f’kaskata għall-proviżjoni ta’ servizzi (3). Il-proċedura ta’ akkwist ippreżentat xi irregolaritajiet li jaffettwaw il-prinċipju tat-trasparenza.

M/A

2012

Barra mill-allowances tal-edukazzjoni previsti fir-Regolamenti tal-Persunal (4), l-Aġenzija tħallas kontribuzzjonijiet għall-edukazzjoni direttament lill-iskejjel għall-persunal li għandhom tfal jattendu skola primarja jew sekondarja mingħajr kuntratti stabbiliti ma’ skejjel. It-total tal-kontribuzzjonijiet għall-edukazzjoni fl-2012 ammonta għal madwar EUR 3 89  000. Tali nfiq mhuwiex kopert bir-Regolamenti tal-Persunal u huwa irregolari.

Għadha għaddejja (5)

2012

Ir-rati ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena 2012 kienu sodisfaċenti għat-Titoli I u III. Filwaqt li r-rata ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati kienet għolja għat-Titolu II f’livell ta’ 27 %, din primarjament tirrelata maċ-ċaqliqa ppjanata tal-Aġenzija lejn uffiċċji ġodda fl-2014 (EUR 4 2 05  000) u l-iżvilupp tas-sistemi tal-ICT (EUR 1 5 96  000). Filwaqt li dan tal-aħħar huwa ta’ natura pluriennali li jista’ parzjalment jiġġustifika r-riporti, l-Unità tal-ICT tal-Aġenzija ġiet riorganizzata b’mod sinifikanti fl-2012 u għadd ta’ proġetti ppjanati għall-2012 ġew imdewma.

M/A


(1)  Investimenti fl-iżvilupp tal-ICT fl-2012 kienu jammontaw għal EUR 1 1 6 25  000.

(2)  Billi għamlet dan, l-Aġenzija segwiet istruzzjoni mill-Kummissjoni datata Diċembru 2012, li madankollu ġiet ikkjarifikata aktar f’Ġunju 2013.

(3)  Sal-31 ta’ Diċembru 2012, kienu saru impenji baġitarji totali ta’ EUR 1 3 4 75  000 għal kuntratti speċifiċi skont dawn il-kuntratti qafas, u kienu saru pagamenti ta’ EUR 4 6 90  000.

(4)  L-Artikolu 3 tal-Anness VII jipprevedi d-doppju tal-allowance bażika ta’ EUR 252,81 = EUR 505,62.

(5)  Fl-2013 tħejjiet proċedura ġdida u din se tidħol fis-seħħ fl-2014.


ANNESS II

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Ġbir ta’ informazzjoni

Il-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni.

L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità (fiżika u mentali) tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta' periklu għas-saħħa (fiżika u mentali) umana. Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih.

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Objettivi

Li tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija biex issir l-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza (superviżjoni) tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju,

li tipprovdi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’parir xjentifiku dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew veterinarju.

Kompiti

Li tikkoordina l-valutazzjoni xjentifika ta’ prodotti mediċinali li huma suġġetti għal proċeduri tal-awtorizzazzjoni għall-“marketing” tal-Unjoni,

li tikkoordina s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali li kienu awtorizzati fl-Unjoni (Farmakoviġilanza),

li tagħti pariri dwar il-limiti massimi għar-residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji li jistgħu jiġu aċċettati f’affarijiet tal-ikel li għandhom oriġini mill-annimali,

li tikkoordina l-verifika (verifikazzjoni) tal-osservanza tal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-manifattura, prattika tajba tal-laboratorju u prattika tajba klinika,

li tirreġistra l-istat tal-awtorizzazzjonijiet għall-“marketing” għall-prodotti mediċinali.

Governanza

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) huwa responsabbli mill-preparazzjoni tal-opinjonijet tal-Aġenzija dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-mediċini għall-użu mill-bniedem. Is-CHMP jikkonsisti f'membru u membru sostitut minn kull Stat Membru, membru u membru sostitut nominat mill-Islanda u min-Norveġja u sa ħames membri kooptjati.

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) huwa responsabbli mill-preparazzjoni tal-opinjonijet tal-Aġenzija dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw mediċini veterinarji. Il-CVMP jikkonsisti f'membru u membru sostitut minn kull Stat Membru, mill-Islanda u min-Norveġja u sa ħames membri koptjati.

Il-Kumitat dwar il-Prodotti Mediċinali Orfni (COMP) huwa responsabbli mill-eżaminar ta' applikazzjonijiet minn persuni jew kumpaniji li jkunu qed ifittxu d-denominazzjoni ta’ prodotti mediċinali orfni. Il-COMP jikkonsisti f'membru minn kull Stat Membru, tliet membri nominati mill-Kummissjoni Ewropea li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet tal-pazjenti, tliet membri nominati mill-Kummissjoni Ewropea fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija, membru nominat mill-Islanda, wieħed mil-Liechtenstein u wieħed min-Norveġja, u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kumitat dwar il-Prodotti Mediċinali mill-Ħxejjex (HMPC) huwa responsabbli mill-preparazzjoni tal-opinjonijet tal-Aġenzija dwar mediċini mill-ħxejjex. L-HMPC jikkonsisti f'membru u membru sostitut minn kull Stat Membru, mill-Islanda u min-Norveġja, u sa ħames membri kooptjati.

Il-Kumitat Pedjatriku (PDCO) huwa responsabbli mill-valutazzjoni tal-kontenut tal-applikazzjonijiet: mill-pjanijiet ta’ investigazzjoni pedjatrika, bi jew mingħajr talba għal differiment(i) u/jew eżenzjonijiet parzjali; mill-modifika ta’ pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika miftiehem qabel; mill-eżenzjonijiet speċifiċi għall-prodott u mill-kontrolli tal-konformità. Il-PDCO jikkonsisti f'ħames membri tas-CHMP u l-ħames membri sostituti tagħhom, membru u membru sostitu minn kull Stat Membru li ma jkunx rappreżentat mill-ħamsa msemmija hawn fuq, u sitt membri u membri sostituti maħtura mill-Kummissjoni Ewropea li jirrappreżentaw professjonisti fil-kura tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti.

Il-Kumitat għal Terapiji Avvanzati (CAT) huwa responsabbli mill-valutazzjoni tal-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja ta’ prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata (ATMPs) u l-insegwiment ta' żviluppi xjentifiċi fil-qasam. Il-CAT jikkonsisti f'ħames membri tas-CHMP u l-ħames membri sostituti tagħhom, membru u membru sostitut minn kull Stat Membru li ma jkunx rappreżentat mill-ħamsa msemmija hawn fuq, u erba' membri u erba' membri sostituti maħtura mill-Kummissjoni Ewropea li jirrappreżentaw assoċjazzjonijiet tal-pazjenti u persuni li jmexxu l-kliniki.

Il-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza (PRAC) huwa responsabbli mill-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta’ kwistjonijiet ta’ sikurezza għall-mediċini għall-bniedem. Il-PRAC jikkonsisti f'membru u membru sostitut minn kull Stat Membru, mill-Islanda u min-Norveġja, sitt esperti xjentifiċi indipendenti nominati mill-Kummissjoni Ewropea u żewġ membri u żewġ membri sostituti nominati mill-Kummissjoni Ewropea biex jirrappreżentaw professjonisti fil-kura tas-saħħa u organizzazzjonijiet tal-pazjenti

Il-Bord Amministrattiv jikkonsisti f'membru u membru sostitut minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, żewġ rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u żewġ rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tal-pazjenti, rappreżentant mill-organizzazzjonijiet tat-tobba u rappreżentant mill-organizzazzjonijiet tal-veterinarji. Il-Bord jadotta l-programm ta’ ħidma u r-rapport annwali.

Id-Direttur Eżekuttiv huwa maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS).

Il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-EMA (IAC).

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Finali

EUR 251,560 (222,489) miljun (1); kontribuzzjoni mill-Unjoni: 13,0 % (9,6 %)  (2)

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

611 (590) fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 583 (575)

144 (160) membru ieħor tal-persunal (aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali sekondati, persunal mill-aġenzija tal-impjiegi)

Total tal-persunal: 727 (735), responsabbli għall-kompiti li ġejjin: operazzjonali: 590 (594), amministrattivi 137 (141)

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem

Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ “marketing”: 80 (96)

Opinjonijiet favorevoli: 80 (57)

Żmien medju għall-evalwazzjoni: 200 (188) ġurnata

Opinjonijet wara l-awtorizzazzjoni: 5  447(5  137)

Farmakoviġilanza (rapporti CAP tas-ŻEE u rapporti ADR mhux taż-ŻEE): 6 79  413-il (5 22  073) rapport

Rapporti perjodiċi ta' aġġornament dwar is-sikurezza: 525 (463)

Pariri xjentifiċi finalizzati: 474 (420)

Proċeduri ta’ Rikonoxximent Reċiproku u Proċeduri Deċentralizzati: mibdija 6  293(6  991); mitmuma 6  242(6  709)

Applikazzjonijiet għal pjanijiet ta' investigazzjoni pedjatrika: 211 (178) relatati ma’ 225 (218-il) indikazzjoni

Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju

Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ “marketing”: 23 (13)

Applikazzjonijiet fir-rigward ta’ varjanti: 315 (261)

Spezzjonijiet

Spezzjonijiet: 480 (450)

Prodotti Mediċinali mill-Ħxejjex

Monografi mill-ħxejjex: 9 (15)

Lista ta’ sustanzi mill-ħxejjex, preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom: 0 (0)

Prodotti Mediċinali Orfni

Applikazzjonijiet: 201 (197)

Opinjonijiet favorevoli: 136 (139)

SMEs

Talbiet għal status ta’ SME 401 (684)

Applikazzjonijiet għal tnaqqis tat-tariffi jew differimenti 336 (316)


(1)  Dan huwa l-baġit finali, mhux it-total fattwali tal-kont tar-riżultat baġitarju.

(2)  Dan huwa l-perċentwal tal-kontribuzzjoni bbaġitjata mill-UE (mingħajr il-kontribuzzjoni speċjali għal tnaqqis tat-tariffi tal-prodotti mediċinali orfni u mingħajr l-użu tal-bilanċ pożittiv n-2) b’relazzjoni mal-baġit finali.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/201


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

(2014/C 442/23)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala l-“EMCDDA”), li jinsab f’Lisbona, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 (1). Id-dmir prinċipali tiegħu huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga sabiex iħejji u jippubblika informazzjoni fil-livell Ewropew li hija oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli. L-informazzjoni hija maħsuba biex tipprovdi bażi għall-analiżi tad-domanda għad-droga u l-modi kif din titnaqqas, kif ukoll, b’mod ġenerali, fenomeni assoċjati mas-suq tad-droga (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali taċ-Ċentru wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali taċ-Ċentru jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

11.

Iċ-Ċentru nieda proċedura ta' akkwist għall-kiri ta' magni tal-fotokopjar fuq perjodu ta' erba' snin għal ammont massimu ta' EUR 1 60  000. Ir-rekwiżiti tekniċi kienu suġġetti għal modifika sinifikanti matul il-proċedura. Wara din il-modifika, ġie ppubblikat avviż emendat dwar kuntratt li kien jestendi l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, iżda ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ċara tal-bidliet fir-rekwiżiti tekniċi. Dawn tal-aħħar reġgħu ġew aġġustati għall-konklużjoni tal-kuntratt, skont il-possibbiltà mħabbra fl-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati, li wassal għal tnaqqis ta' 35 % fil-valur tal-kuntratt. L-informazzjoni ppubblikata dwar l-istruttura tal-prezzijiet tal-kuntratt ma kinitx ċara biżżejjed u dan wassal għal interpretazzjoni żbaljata minn offerent, li għaldaqstant kellu probabbiltà aktar baxxa li jirbaħ il-proċedura. Barra minn hekk, il-kriterji ta' evalwazzjoni ma kinux speċifiċi biżżejjed biex jiżguraw trasparenza u trattament ugwali tal-offerenti. Id-dgħufijiet imsemmijin hawn fuq affettwaw l-effiċjenza u l-effettività ta' din il-proċedura ta' akkwist u ħolqu r-riskju li l-kompetizzjoni tixxekkel.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-22 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1. Dan ir-Regolament u l-emendi tiegħu kienu mħassra bir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korretetiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Bħalissa ċ-Ċentru għandu l-ispiża annwali ta’ madwar EUR 2 75  000 għal spazju tal-uffiċċji mhux użat fil-bini preċedenti tiegħu u fil-Kwartieri Ġenerali l-ġodda. F’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Awtoritajiet Nazzjonali, iċ-Ċentru għandu jkompli jfittex soluzzjonijiet adegwati għall-ispazju tal-uffiċċji mhux użat.

Għadha għaddejja

2011

Il-fajls ta' akkwist taċ-Ċentru ma kinux dejjem kompluti u organizzati b’mod adegwat.

Ikkompletata

2012

Fl-2012, iċ-Ċentru ta għotjiet liċ-ċentri nazzjonali tal-Istati Membri għall-monitoraġġ tad-droga (il-benefiċjarji) sabiex jappoġġa kooperazzjoni taħt in-netwerk REITOX (1). In-nefqa totali f’għotjiet fl-2012 kienet EUR 2,6 miljun, li tirrappreżenta 16 % tan-nefqa operazzjonali totali. Il-verifikazzjonijiet ex ante taċ-Ċentru qabel ir-rimborż tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji jikkonsistu minn analiżi fl-uffiċċju tal-klejms tal-ispejjeż u taċ-ċertifikati tal-awditjar maħruġa minn awdituri esterni kkuntrattati mill-benefiċjarji. Normalment iċ-Ċentru ma jikseb ebda dokument mill-benefiċjarji biex jissustanzja l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż ikklejmjati. Verifikazzjonijiet ex post fuq il-post tal-ispejjeż fil-livell tal-benefiċjarji huma rari (2). Kontrolli eżistenti għalhekk jipprovdu biss aċċertament limitat lill-maniġment taċ-Ċentru fir-rigward tal-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji. Għat-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti, inkisbet dokumentazzjoni ta’ sostenn miċ-Ċentru f’isem il-Qorti u din ipprovdiet aċċertament raġonevoli fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tagħha. Verifikazzjoni aleatorja tad-dokumenti ta’ sostenn u kopertura ogħla tal-benefiċjarji permezz ta’ verifikazzjonijiet fuq il-post tista’ żżid l-aċċertament b’mod konsiderevoli.

Għadha għaddejja

2012

Ma twettqet ebda verifikazzjoni ex post għal kwalunkwe tranżazzjoni magħmula wara l-2008, ħlief għall-għotjiet.

Għadha għaddejja

2012

Iċ-Ċentru kien għadu ma adottax Pjanijiet tal-Kontinwità tan-Negozju jew Pjanijiet ta’ Rkupru minn Diżastru.

Ikkompletata

2012

Attwalment iċ-Ċentru għandu l-ispiża annwali ta’ madwar EUR 2 00  000 għal spazju tal-uffiċċji mhux użat fil-bini preċedenti tiegħu u fil-Kwartieri Ġenerali l-ġodda. F’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Awtoritajiet Nazzjonali, iċ-Ċentru għandu jkompli jfittex soluzzjonijiet adegwati għal dan l-ispazju tal-uffiċċji mhux użat.

Għadha għaddejja


(1)  Taħt in-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (REITOX), iċ-Ċentru jiġbor data tal-pajjiżi dwar id-droga miċ-ċentri nazzjonali għall-monitoraġġ tad-droga.

(2)  Fl-2011, twettqu żewġ verifikazzjonijiet ex post f'żewġ Stati Membri. Ma saret ebda verifikazzjoni ta' dan it-tip fl-2012.


ANNESS II

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Lisbona)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikoli 168 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni għandha tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa li tkun marbuta mad-droga, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

Kompetenzi taċ-Ċentru

(Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Objettivi

Li jipprovdi lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha b’informazzjoni fattwali, oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli fil-livell tal-Unjoni rigward id-droga, id-dipendenza fuq id-droga u l-konsegwenzi tagħhom.

Iċ-Ċentru għall-Monitoraġġ irid jiffoka fuq l-oqsma ta’ prijorità li ġejjin:

(1)

monitoraġġ tal-istat tal-problema tad-droga u xejriet li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari dawk li jinvolvu l-użu ta’ drogi differenti flimkien;

(2)

monitoraġġ tas-soluzzjonijiet u l-provvediment ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiki;

(3)

valutazzjoni tar-riskji ta’ sustanzi psikoattivi ġodda u ż-żamma ta’ sistema ta’ informazzjoni rapida;

(4)

żvilupp ta’ għodod u strumenti biex jgħin lill-Istati Membri fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki nazzjonali tagħhom u lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni.

Kompiti

Li jiġbor u janalizza d-data;

li jtejjeb il-metodi ta’ kumparabbiltà tad-data;

li jxerred id-data;

li jikkoopera ma’ korpi u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali u ma’ pajjiżi barra l-Unjoni;

li jidentifika żviluppi ġodda u xejriet li qed jinbidlu.

Governanza

Bord ta' Ġestjoni

Jinkludi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u żewġ esperti indipendenti, nominati mill-Parlament Ewropew, li jkunu partikolarment infurmati fil-qasam tad-droga.

Il-Bord ta' Ġestjoni jadotta l-programm ta' ħidma, ir-rapport ġenerali tal-attivitajiet u l-baġit, u jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali.

Kumitat Eżekuttiv

Kompożizzjoni

President tal-Bord ta’ Ġestjoni

Viċi President tal-Bord ta’ Ġestjoni

Żewġ membri oħra eletti mill-Bord ta' Ġestjoni li jirrappreżentaw l-Istati Membri

Żewg rappreżentanti mill-Kummissjoni

Direttur

Maħtur mill-Bord ta’ Ġestjoni fuq proposta mill-Kummissjoni.

Kumitat Xjentifiku

Jagħti opinjonijiet. Huwa jikkonsisti minn, mhux iżjed minn 15-il xjentist magħruf sew maħtura minħabba l-eċċellenza tagħhom mill-Bord ta’ Ġestjoni wara sejħa għall-espressjoni ta’ interess. Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ jaħtar ukoll panel ta’ esperti għall-Kumitat Xjentifiku estiż għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ sustanzi psikoattivi ġodda.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2013 (2012)

Baġit

EUR 16,31 (16,32) miljun Sussidju tal-Unjoni: 95,4 % (95,3 %)

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Għadd ta’ postijiet fit-tabella tal-persunal: 84 (84)

Postijiet okkupati: 76 (79) + 24 (25) membru tal-persunal ieħor (esperti nazzjonali sekondati, persunal kuntrattwali u sostituzzjonijiet temporanji)

Total tal-persunal: 100 (104)

Allokati għall-kompiti li ġejjin:

operazzjonali: 61 (64,5)

appoġġ amministrattiv u tal-IT: 28,5(29)

imħallta: 10,5(10,5)

Prodotti u servizzi 2013 (2012)

Netwerk

Iċ-Ċentru jmexxi netwerk kompjuterizzat għall-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni, imsejjaħ in-“Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga’” (Reitox); dan in-netwerk jikkonnettja n-netwerks nazzjonali ta’ informazzjoni dwar id-droga, ċentri speċjalizzati fl-Istati Membri u s-sistemi ta’ informazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu maċ-Ċentru.

Pubblikazzjonijiet

L-2013 kienet l-ewwel sena tal-istrateġija u tal-programm ta' ħidma tal-EMCDDA għall-2013-15 u l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida ta' komunikazzjoni adottata mill-Bord ta’ Ġestjoni f’Lulju 2012, flimkien mal-programm ta’ ħidma ta’ tliet snin. F’konformità ma’ din l-istrateġija, xi linji ta’ prodotti kienu ssimplifikati u oħrajn tfasslu mill-ġdid. Għalhekk ma hemm ebda korrispondenza stretta bejn il-prodotti tal-2013 u dawk tal-2012.

European Drug Report – Trends and developments (Rapport Ewropew dwar id-Droga – Xejriet u żviluppi) (23 verżjoni lingwistika) pubblikazzjoni u websajt interattiva (Rapport annwali dwar l-istat tal-problema tad-droga fl-Ewropa; 22 verżjoni lingwistika, pubblikazzjoni u websajt interattiva)

Perspectives on drugs (Perspettivi dwar id-droga) (PODs) – 11 (0), EN, websajt interattiva

Kwistjonijiet magħżula – 0 (2), EN

Bullettin tal-istatistika u websajt interattiva li fiha ’l fuq minn 350 (350) tabella u 100 (100) graff

Rapport ġenerali tal-attivitajiet – annwali, EN

Il-bullettin Drugnet Europe – erba' ħarġiet, EN (4)

Drugs in Focus (Fokus fuq id-Droga) (informazzjoni dwar il-politika) – 0 (1)

Centre Scientific Monograph (Monografija Xjentifika taċ-Ċentru) – 0 (0), EN

Centre Insights (Għarfien Approfondit miċ-Ċentru) – 1 (3), EN

Manwali – 1 (2), EN

Centre thematic papers (dokumenti tematiċi taċ-Ċentru) – 2 (8)

Dokumenti EMCDDA – 4 (0), EN

Profili ta’ politika – 1 (0), EN

Pubblikazzjonijiet konġunti – 1 (2): MT

Outputs marbuta mal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar sustanzi psikoattivi ġodda (2005/387/JHA) – 2 (2), EN

Profili tad-droga – 0 ġodda (0) u 0 aġġornati (0)

Studji tekniċi u xjentifiċi, inklużi artikli u sommarji xjentifiċi 28 (23)

Pubblikazzjonijiet ad-hoc – 1 (3), EN

Fuljetti – 1 (1), EN

Programmi ta' ħidma u strateġiji – 3 (2), EN

Sistema ta’ ġbir, validazzjoni, ħżin u rkupru ta' data (Fonte)

Websajts oħrajn

Riorganizzazzjoni/aġġornament/żvilupp tal-kontenut tal-websajt pubblika taċ-Ċentru, inklużi:

Ħarsa ġenerali lejn il-pajjiżi

Ħarsa ġenerali lejn il-kura għad-droga, profili ta' risponsi soċjali u dwar is-saħħa, profili ta’ prevenzjoni

Database legali Ewropea dwar id-droga

Bank tal-istrumenti ta’ evalwazzjoni

Portal għall-aħjar prattika (skambju dwar l-azzjoni għat-tnaqqis tad-domanda għad-droga, tnaqqis tal-ħsara u moduli ta’ trattament)

Paġni dwar temi

Database tal-pubblikazzjonijiet

Materjal promozzjonali

Materjali għall-konferenzi: 4 EN (2)

Prodotti tal-midja: 12 (13)-il stqarrija tal-aħbarijiet u 13-il (10) skeda informattiva, EN

Parteċipazzjoni f’konferenzi internazzjonali, kif ukoll f’laqgħat tekniċi u xjentifiċi: 285 (266).

Sors: Anness ipprovdut miċ-Ċentru.


IR-RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

11.

Il-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li saret referenza għaliha kienet maħsuba biex taġġorna l-kapaċità/veloċità taċ-Ċentru fl-ikkoppjar/istampar. L-avviż ta’ kuntratt rilevanti kien ġie ppubblikat kif xieraq permezz tas-sistema ta’ informazzjoni dwar l-akkwist pubbliku (SIMAP) Ewropew. Din is-sistema timponi xi restrizzjonijiet fuq l-informazzjoni li tista’ tiġi ppubblikata f’dak li jirrigwarda t-termini u l-kontenut tal-bidliet fil-pubblikazzjoni inizjali.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ppubblikati, flimkien mal-abbozz ta’ kuntratt mehmuż ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ipprovdew, b’mod espliċitu, l-opzjoni li jiġu aġġustati l-għadd u l-kombinazzjoni tat-tagħmir li għandu jiġi pprovdut mill-offerent/kuntrattur rebbieħ, skont il-bżonnijiet li l-EMCDDA jkollu dak iż-żmien. Dan l-aġġustament irriżulta minn reviżjoni tal-użu tal-apparat tal-EMCDDA għall-istampar u l-ikkupjar li twettaq fl-2013 bil-għan li jippromwovi l-effiċjenza.

L-offerenti kollha ġew ittrattati b’mod ugwali u evalwati skont il-metodu u l-kriterji tal-għoti stabbiliti u ppubblikati, li ddeterminaw min hu l-offerent li jipprovdi l-aħjar valur għall-flus.

L-EMCDDA se jkompli bl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-proċessi tiegħu tal-akkwist, jiġifieri biex ikompli jitnaqqas il-bżonn li jiġu aġġustati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u jiġi żgurat il-provvediment ta’ informazzjoni aktar effettiva lill-offerenti dwar tali aġġustamenti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/210


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2014/C 442/24)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EMSA”), li tinsab f'Lisbona, twaqqfet bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li tiżgura livell għoli ta' sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri, tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll li tevalwa l-effettività tagħha (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

10.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-baġit 2011 tal-Aġenzija (1) ammonta għal EUR 56 miljun meta mqabbel ma’ EUR 51 miljun għas-sena preċedenti. L-impenji tal-baġit li ammontaw għal EUR 0,9 miljun ma kinux relatati ma’ impenji legali eżistenti u l-Aġenzija missha ddiżimpenjat u ħallset l-ammont lura lill-Kummissjoni fil-bidu tal-2012. Madankollu, l-Aġenzija bdiet il-proċess tard wisq. Madankollu, l-Aġenzija bdiet il-proċess tard wisq. B’konsegwenza, minħabba restrizzjonijiet imposti mis-sistema tal-IT, il-fondi se jkunu bblokkati għal sena u se jiġu ddiżimpenjati u mħallsa lura mhux qabel it-tmiem tal-2012.

Ikkompletata

2011

Il-Qorti identifikat il-ħtieġa li tittejjeb il-ġestjoni tal-assi tal-Aġenzja. Hemm differenzi mhux spjegati bejn id-deprezzament annwali u dak akkumulat irreġistrati. Għal assi intanġibbli maħluqa internament, il-proċeduri kontabilistiċi u l-informazzjoni fir-rigward tal-ispejjeż mhumiex affidabbli. Hemm nuqqas ta’ evidenza ta’ inventarju fiżiku tat-tagħmir amministrattiv fil-perjodu meħtieġ.

Ikkompletata għal inventarju fiżiku

Għadha għaddejja għal assi intanġibbli maħluqa internament

2012

Impenn tal-baġit li ammonta għal EUR 0,8 miljun ma kienx relatat ma’ impenn legali eżistenti u għalhekk kien irregolari.

M/A

2012

Proċeduri kontabilistiċi u informazzjoni fir-rigward ta’ spejjeż għal assi intanġibbli ġġenerati internament mhumiex kompletament affidabbli.

Għadha għaddejja

2012

Il-Qorti identifikat nuqqasijiet fit-trasparenza ta’ żewġ proċeduri ta’ reklutaġġ li twettqu matul l-ewwel nofs tal-2012. Il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti, kif ukoll il-ponderazzjonijiet rispettivi tagħhom, ma tħejjewx qabel l-eżaminar tal-applikazzjonjiet. Barra minn hekk, il-punteġġi minimi għall-inklużjoni fuq lista ta’ kandidati adatti ma tħejjewx qabel l-eżaminar tal-applikazzjonjiet. Madankollu, wara l-kummenti tal-Qorti mis-sena l-oħra, l-Aġenzija implimentat miżuri korrettivi u ma nstabet ebda dgħufija ta’ dan it-tip għaż-żewġ proċeduri ta’ reklutaġġ awditjati li twettqu fit-tieni nofs tal-2012.

Ikkompletata


(1)  Skont it-tielet emenda tal-baġit datata t-3.12.2011, li għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali; l-approprjazzjonijiet għas-sena attwali biss.


ANNESS II

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (Lisbona)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 100 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Politika tat-trasport komuni

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa għan-navigazzjoni marittima u tal-ajru.”

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolamenti (KE) Nru 1644/2003 u (KE) Nru 724/2004 u r-Regolament (UE) Nru 100/2013)

Objettivi

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ġiet stabbilita għall-finijiet tal-assigurazzjoni ta’ livell għoli, uniformi u effettiv ta' sigurtà marittima, sikurezza marittima, u l-prevenzjoni u r-reazzjoni għat-tniġġis minn vapuri fl-Unjoni.

L-Aġenzija tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bl-assistenza teknika u xjentifika meħtieġa u b'livell għoli ta' għarfien espert, sabiex tgħinhom:

japplikaw b'mod xieraq il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-kamp ta' sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn vapuri;

jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħha;

jevalwaw l-effettività tal-miżuri eżistenti.

L-Aġenzija tipprovdi wkoll mezzi operazzjonali, fuq talba, kif ukoll assistenza teknika u xjentifika, biex tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jirreaġixxu għal tniġġis tal-baħar minn vapuri fl-UE.

Kompiti

L-aħħar emenda daħħlet aktar bidliet żgħar fil-mandat tal-Aġenzija, biex b'hekk l-EMSA tkun tista' tassisti aħjar lill-Kummssjoni u lill-Istati Membri fil-kompiti ċentrali tagħha u tagħmel użu usa' tar-riżorsi tagħha biex tgħin lill-Istati Membri tal-UE jirreaġixxu għal tniġġis ikkawżat minn vapuri kif ukoll għal tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass. Barra minn hekk, iddaħħlu kompiti anċillari, bil-possibbiltà li l-Aġenzija tuża l-għarfien espert u l-għodod tagħha għal attivitajiet oħra tal-UE relatati mal-politika tat-trasport marittimu tal-Unjoni.

Il-kompiti tal-Aġenzija huma kondiviżi b’mod wiesa’ f’erba’ oqsma ewlenin f’konformità mar-Regolament fundatur tagħha u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. L-ewwel nett, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata, fost l-oħrajn, mal-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ vapuri, iċ-ċertifikazzjoni ta’ tagħmir marittimu, is-sikurezza tal-vapuri, it-taħriġ ta' baħħara u l-kontroll mill-istat tal-portijiet.

It-tieni nett, l-Aġenzija tiżviluppa u topera kapaċitajiet ta’ informazzjoni marittima fil-livell tal-UE. Eżempji sinifikanti huma s-SafeSeaNet, is-sistema ta’ monitoraġġ tat-traffiku ta' bastimenti li tippermetti t-traċċar madwar l-UE ta’ bastimenti u tal-merkanzija tagħhom, u ta' aċċidenti u inċidenti; iċ-Ċentru Kooperattiv tad-Data LRIT tal-UE, biex jiġu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċar madwar id-dinja ta’ vapuri bil-bandiera tal-UE; u THETIS, is-sistema ta' informazzjoni għall-appoġġ tas-sistema l-ġdida ta' kontroll mill-istat tal-portijiet.

B’mod parallel, kapaċità ta’ stat ta’ tħejjija, sejba u reazzjoni għal tniġġis tal-baħar hija pprovduta mill-EMSA lil Stati kostali. Din tinkudi Netwerk Ewropew ta’ Riżerva ta’ Bastimenti ta’ Reazzjoni għal Tixrid taż-Żejt kif ukoll servizz Ewropew ta’ monitoraġġ bis-satellita għal tixrid taż-żejt u s-sejba ta’ bastimenti (CleanSeaNet), u b'hekk tikkontribwixxi għal sistema effettiva għall-protezzjoni tax-xtut u l-ilmijiet tal-UE mit-tniġġis minn vapuri.

Fl-aħħar nett, l-Aġenzija tipprovdi parir tekniku u xjentifiku lill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn vapuri fil-proċess kontinwu ta’ evalwazzjoni tal-effettività tal-miżuri eżistenti, u fl-aġġornament u l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni ġdida. Hija tipprovdi wkoll appoġġ lil, u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn, l-Istati Membri u xxerred informazzjoni dwar l-aħjar prattiċi.

Governanza

Bord Amministrattiv

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, erba’ rappreżentanti tal-Kummissjoni u erba’ rappreżentanti mingħajr id-dritt għall-vot mis-setturi professjonali kkonċernati.

Kompiti

Li jadotta l-pjan pluriennali ta' politika tal-persunal, il-baġit annwali, il-programm ta’ ħidma, ir-rapport annwali u pjan dettaljat għall-istat ta’ tħejjija għat-tniġġis u l-attivitajiet ta’ reazzjoni tal-Aġenzija,

Li jissorvelja l-ħidma li ssir mid-Direttur Eżekuttiv.

Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord Amministrattiv. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi kandidat wieħed jew aktar.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Aġenzija.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit finali

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (C1)

EUR 57,8(55,1) miljun

Approprjazzjonijiet ta’ Pagament (C1)

EUR 54,03(57,5) miljun

Baġits emendatorji ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jkopru varjetà ta’ sorsi ta’ fondi, fejn C1 huwa prattikament is-sors esklussiv ta’ fondi. Għal raġunijiet ta' ċarezza u trasparenza, huma kkwotati biss l-approprjazzjonijiet tal-baġit C1 li huma predominanti u għalhekk rilevanti.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Persunal Statutorju

210 (213-il post) postijiet awtorizzati fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 203 (204)

Persunal kuntrattwali

29 (29) post ippjanati fil-baġit, li minnhom okkupati: 25 (25). L-Aġenzija rreklutat ukoll tliet membri addizzjonali tal-persunal kuntrattwali ffinanzjati mill-proġetti.

Esperti Nazzjonali Sekondati

15 (15)-il post ippjanati fil-baġit, li minnhom okkupati: 14 (12)

N.B. Fir-rigward ta' postijiet statutorji, l-EMSA ħadet inkunsiderazzjoni l-mira ta' 210 postijiet li kellhom jiġu implimentati fl-1 ta' Jannar 2014 aktar milli l-għadd ta' postijiet (213) awtorizzati fit-tabella tal-persunal għall-2013.

Ta' min jinnota li fl-2013 kien hemm diġà riżorsi baġitarji disponibbli għal 18-il SNE.

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

53 (53) sessjoni ta’ ħidma u avvenimenti oħra (b’1  424(1  300) parteċipant fis-sessjonijiet ta’ ħidma);

35 (28) sessjoni differenti ta’ taħriġ, li rriżultaw fit-taħriġ ta’ 861 (734) espert nazzjonali;

74 (109) spezzjoni u żjara;

l-SSN kienet 99,43 % (99,33 %) disponibbli matul is-sena;

2  547(2  234) immaġni tas-satellita ordnati u analizzati permezz ta' CleanSeaNet;

iċ-Ċentru tad-Data LRIT tal-UE kien 99,68 % disponibbli matul is-sena;

16 (16)-il bastiment kontra t-tniġġis ikkuntrattati;

65 (65) eżerċizzju ta’ taħriġ u 33 (33) eżerċizzju bil-bastimenti kontra t-tniġġis (10 (16-il) eżerċizzji operazzjonali u 11 (17)-il eżerċizzju ta’ notifika);

is-Servizzi ta' Appoġġ Marittimi tal-EMSA joperaw fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum;

it-THETIS kienet 99,61 % (99,23 %) disponibbli matul is-sena.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/217


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/25)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ENISA”), li tinsab f’Ateni u f'Heraklion (1), inħolqot permezz tar-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li, wara emendi differenti ġie sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (3). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li ssaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tipprevieni u li tirrispondi għal problemi li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tibni fuq sforzi nazzjonali u tal-Unjoni (4).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (7):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (8); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Eżekuttiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 94 %, li jitfisser prinċipalment mill-fatt li fondi addizzjonali mitluba mingħand il-Kummissjoni għall-finanzjament tar-rinnovament tal-uffiċċju l-ġdid f'Ateni ġew approvati biss f'Novembru 2013. F'dan il-kuntest, ammont ta' Eur 0,5 miljun li ma kienx għadu impenjat fi tmiem is-sena ġie riportat wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

12.

B'kollox, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati u dawk impenjati riportati għall-2014 ammontaw għal EUR 1,2 miljun (jew għal 13,5 % tal-approprjazzjonijiet totali). Dan kien prinċipalment jikkonċerna t-Titolu II (nefqa amministrattiva) b'EUR 0,8 miljun jew b'59 % tal-approprjazzjonijiet tat-Titolu II. Dan il-livell għoli jitfisser prinċipalment mir-riport ta' EUR 0,5 miljun imsemmi fil-paragrafu 11 u mir-riporti addizzjonali ta' EUR 0,3 miljun sabiex jiġu ffinanzjati l-għamara u t-tagħmir tan-netwerking għall-uffiċċju f'Ateni li kienu ordnati lejn tmiem is-sena.

KUMMENTI OĦRA

13.

Il-persunal operazzjonali tal-ENISA ġie rilokat f'Ateni fl-2013, filwaqt li l-persunal amministrattiv baqa' f'Heraklion. X'aktarx li li l-ispejjeż amministrattivi setgħu jitnaqqsu li kieku l-persunal kollu ġie ċentralizzat f'lok wieħed.

14.

Skont il-ftehim tal-kiri bejn l-awtoritajiet Griegi, l-Aġenzija u sid il-kera, il-kera għall-uffiċċji f'Ateni titħallas mill-awtoritajiet Griegi. Din il-kera titħallas kontinwament b'dewmien ta' bosta xhur li huwa riskju ta' kontinwità tan-negozju u riskju finanzjarju għall-Aġenzija: l-operazzjonijiet tagħha jkunu affettwati, u l-investimenti tagħha fit-tagħmir u fir-rinnovament tal-uffiċċju jkunu mitlufa, li kieku sid il-kera kellu jikkanċella l-ftehim tal-kiri minħabba dan id-dewmien fil-ħlas.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

15.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Il-persunal operazzjonali tal-Aġenzija ġie rilokat f’Ateni f’Marzu 2013. Il-persunal amministrattiv tagħha baqa' f'Heraklion.

(2)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(4)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(7)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(8)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(9)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-Qorti identifikat il-ħtieġa li titjieb id-dokumentazzjoni tal-assi fissi. Ix-xiri ta’ assi fissi huma reġistrati fil-livell tal-fattura u mhux tal-partita. Meta bosta assi ġodda huma koperti minn fattura waħda unika, hemm biss entrata waħda għall-assi kollha mixtrija u l-ammont totali.

Ikkompletata

2012

Filwaqt li r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni korrispondenti jipprevedu inventarju fiżiku tal-assi fissi mill-inqas kull tliet snin, l-Aġenzija ma wettqitx inventarju fiżiku komprensiv mill-2009 'l hawn.

Għadha għaddejja


ANNESS II

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (Ateni u Heraklion)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.”

(L-Artikolu 114 TFUE)

Ir-responsabbiltà għas-suq intern hija kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri.

(L-Artikolu 4(2)(a) TFUE).

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Kwotati mir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Għanijiet

1.

L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm livell għoli ta' kompetenza esperta.

2.

L-Aġenzija għandha tassisti lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni fl-iżvilupp ta' politika dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

3.

L-Aġenzija għandha tassisti lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-linji ta' politika meħtieġa biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti legali u regolatorji tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-atti legali eżistenti u futuri tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament korrett xieraq tas-suq intern.

4.

L-Aġenzija għandha tassisti lill-Unjoni u lill-Istati Membri fit-tkabbir u t-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom u l-istat ta' tħejjija biex timpedixxi, tidentifika u tirrispondi għal problemi u inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-Informazzjoni.

5.

L-Aġenzija għandha tuża l-kompetenza esperta tagħha biex tistimula koperazzjoni wiesgħa bejn atturi mis-settur pubbliku u atturi mis-settur privat.

Kompiti

1.

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

tappoġġa l-iżvilupp tal-politika u l-liġi tal-Unjoni, billi:

(i)

tassisti u tagħti pariri dwar il-kwistjonijiet kollha marbutin mal-politika u mal-liġi tal-Unjoni dwar is- sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(ii)

tipprovdi ħidma preparatorja, pariri u analiżi fir-rigward tal-iżvilupp u l-aġġornament tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(iii)

tanalizza strateġiji dwar is-sigurtà tan-netwerks u l- informazzjoni disponibbli pubblikament, u tippromwovi l-pubblikazzjoni tagħhom;

(b)

tappoġġa l-iżvilupp ta' kapaċitajiet billi:

(i)

tappoġġa, fuq talba tagħhom, lill-Istati Membri fl- isforzi tagħhom biex jiżviluppaw u jtejbu l-kapaċità għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-analiżi u l-kapaċita' ta' rispons għal problemi u inċidenti li jikkonċernaw is- sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u billi tipprovdilhom l-għarfien meħtieġ;

(ii)

tippromwovi u tiffaċilita l-koperazzjoni volontarja fost l-Istati Membri u bejn l l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji u lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jimpedixxu, jidentifikaw u jirrispondu għal problemi u inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fejn dan għandu impatt transkonfinali;

(iii)

tassisti lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw il-kapaċità għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-analiżi u l-kapaċita' ta' rispons għal problemi u inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, b'mod partikolari billi tappoġġa l-operat tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERT) għalihom;

(iv)

tappoġġa żieda fil-livell ta' kapaċitajiet tas-CERTs nazzjonali, governattivi u tal-Unjoni, inkluż bil-promozzjoni tad-djalogu u l-iskambju tal-informazzjoni, bil- ħsieb li tiżgura li kull CERT tkun tal-iprem kwalità billi tilħaq ġabra komuni ta' kapaċitajiet minimi u joperaw skont l-aħjar prattiki;

(v)

tappoġġa l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-eżerċizzji tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni tal-Unjoni, u li, fuq talba tagħhom, tagħti pariri lill-Istati Membri dwar eżerċizzji nazzjonali;

(vi)

tassisti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji u lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom għall-ġbir, l-analiżi u, b'konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà tal-Istati Membri, it-tqassim tad-data rilevanti tagħhom dwar is-sigurtà tan-netwerk u l-informazzjoni; u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji u mill-Istati Membri b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni u d-dispożizzjonijiet nazzjonali b’konformità mal-liġi tal-Unjoni, iżżomm sensibilizzati lill- istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni kif ukoll lill-Istati Membri dwar il-qagħda l-iktar reċenti tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni, għall-benefiċċju tagħhom;

(vii)

tappoġġa l-iżvilupp ta' mekkaniżmu ta' twissija bikrija tal-Unjoni li jkun komplementari għall-mekkaniżmi tal-Istati Membri;

(viii)

toffri taħriġ dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni għal korpi pubbliċi rilevanti, fejn xieraq, b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati pubbliċi u privati;

(c)

tappoġġa kooperazzjoni volontarja fost il-korpi pubbliċi kompetenti, u bejn il-partijiet interessati, inklużi l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka fl-Unjoni, u tappoġġa t-tkabbir ta' sensibilizzazzjoni, inter alia, billi:

(i)

tippromwovi l-kooperazzjoni bejn CERTs nazzjonali jew governattivi jew Skwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs), inkluż is-CERT għall-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal- Unjoni;

(ii)

tippromwovi l-iżvilupp u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bil-għan li jinkiseb livell avvanzat ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(iii)

tiffaċilita d-djalogu u l-isforzi għall-iżvilupp u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

(iv)

tippromwovi l-aħjar prattiki fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni u fit-tkabbir tal-għarfien;

(v)

tappoġġa lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u, fuq talba tagħhom stess, l-Istati Membri u l-korpi rileventi tagħhom fl-organizzazzjoni taż-żieda tal-għarfien, inkluż fil-livell tal-utenti individwali, u permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni oħrajn biex tiżdied is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni u l-viżibbiltà tagħha billi tipprovdi l-aħjar prattiki u linji gwida;

(d)

tappopġġa r-riċerka u l-iżvilupp u l-istandardizzazzjoni billi:

(i)

tiffaċilita l-ħolqien u l-promozzjoni ta' standards Ewropej u internazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju u għas-sigurtà tal-prodotti, netwerks u servizzi elettroniċi;

(ii)

tagħti parir lill-Unjoni u lill-Istati Membri dwar il-ħtiġijiet tar-riċerka fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni bil-ħsieb li tingħata tweġiba effikaċi għar-riskji u theddid attwali u emerġenti għas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, inkluż b'kunsiderazzjoni ta' teknoloġiji ġodda u emerġenti tat-teknoloġiji tal- informazzjoni u l-komunikazzjoni, u li jsir użu effettiv mit-teknoloġiji ta' prevenzjoni tar-riskji;

(e)

tikkoopera mal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, inklużi dawk li jitrattaw maċ-ċiberkriminalità u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali, bil-ħsieb li tindirizza kwistjonijiet ta' tħassib komuni, anke permezz ta':

(i)

l-iskambju ta' għarfien u tal-aħjar prattiki;

(ii)

l-għoti ta' pariri dwar aspetti ta' netwerk rilevanti u ta' sigurtà tal-informazzjoni sabiex jiġu żviluppati sinerġiji;

(f)

tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tikkoopera ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għall-promozzjoni ta’ kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, anke billi:

(i)

tipparteċipa fejn xieraq, bħala osservatur u fl-organizzazzjoni ta' eżerċizzji internazzjonali, u billi tanalizza u tirrapporta dwar l-eżitu ta' dawn l-eżerċizzji;

(ii)

tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-organizzazzjonijiet rilevanti;

(iii)

tipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni b'konoxxenza esperta.

2.

L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u l-korpi tal-Istati Membri jistgħu jitolbu parir mill-Aġenzija fil-każ ta' ksur tas-sigurtà jew telf ta' integrità b'impatt sinifikanti fuq l-operat tan-netwerks u tas-servizzi.

3.

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti mogħtija lilha permezz ta' atti legali tal-Unjoni.

4.

L-Aġenzija għandha tesprimi b'mod indipendenti l-konklużjonijiet, il-gwida u l-pariri tagħha dwar kwistjonijiet fi ħdan l-ambitu u l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Governanza

Bord tat-Tmexxija

Il-Bord tat-Tmexxija huwa magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru, u żewġ rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni. Ir-rappreżentanti kollha għandhom id-dritt tal-vot. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu supplent biex jirrappreżenta lill-membru fil-każ ta' assenza.

Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-supplenti tagħhom għandhom jiġu maħtura fid-dawl tal-konoxxenza tagħhom tal-kompiti u l-għanijiet tal-Aġenzija, b'kunsiderazzjoni tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji li huma rilevanti għat-twettiq tal-kompiti ta' membru tal-Bord tat-Tmexxija.

Il-mandat tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-supplenti tagħhom huwa ta' erba' snin. Il-mandat huwa tali li jista' jiġi mġedded.

Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati

Il-Bord tat-Tmexxija, fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, jaħtar Grupp Permanenti ta’ Partijiet Interessati magħmul minn esperti rikonoxxuti li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti, bħall-industrija tal-ICT, fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku, gruppi rappreżentattivi tal-konsumatur, esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u rappreżentanti ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali nnotifikati taħt id-Direttiva 2002/21/KE kif ukoll ta' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-protezzjoni tal-privatezza. Il-mandat tal-membri tal-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati huwa ta’ sentejn u nofs.

Il-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati jagħti pariri lill-Aġenzija fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet tagħha. B'mod partikolari, huwa jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar it-tfassil ta’ proposta għall-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija, u biex jiġi żgurat li jkun hemm komunikazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta’ ħidma.

Direttur Eżekuttiv

Id-Direttur Eżekuttiv jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta' għażla miftuħa u trasparenti, għal mandat ta' ħames snin li jista' jiġi mġedded.

Bord Eżekuttiv

Il-Bord Eżekuttiv jikkonsisti minn ħames membri maħtura minn fost il-membri tal-Bord tat-Tmexxija. Huwa jrid jinkludi l-President tal-Bord tat-Tmexxija, li jista' jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv, u wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Finali

EUR 9,7 miljun (8,2 miljun) li minnhom is-sussidju tal-Unjoni huwa 93 % (100 %)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

47 (44) post previsti fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 43 (42)

Postijiet oħra okkupati: 13 (12)-il aġent kuntrattwali, 3 (4) esperti nazzjonali sekondati.

Total tal-persunal: 59 (58), li jwettqu l-kompiti li ġejjin:

operazzjonali: 42 (40)

amministrattivi: 17 (18)

Prodotti u servizzi pprovduti fl-2013 (2012)

WS  (1) 1 – Ambjent b'riskju li qed jevolvi u opportunitajiet

L-għan ta’ dan il-fluss ta' xogħol kien li jiġu identifikati t-theddidiet li qed jevolvu l-aktar importanti li huma rilevanti għall-infrastruttura kritika u s-servizzi fiduċjarji. Dan sar permezz tal-monitoraġġ ta' sorsi disponibbli għall-pubbliku li jippubblikaw data relatata mat-theddidiet u permezz ta' valutazzjoni regolari ta’ din id-data. Ibbażati fuq l-analiżi mwettqa, l-ENISA pproponiet prattiki tajbin u linji gwida għall-mitigazzjoni ta' dawn ir-riskji. Ix-xogħol ġie mwettaq b’mod kollaborattiv ma’ partijiet interessati involuti u ntużaw sorsi ta’ informazzjoni eżistenti kull fejn possibbli.

Jintlaħqu l-għanijiet u riżultati li ġejjin:

il-ġbir u l-konsolidazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qagħda ta’ theddid emerġenti

l-unifikazzjoni ta’ sorsi disponibbli ta’ informazzjoni taħt kuntest komuni

l-involviment ta’ partijiet interessati rilevanti

il-formulazzjoni ta’ messaġġi ewlenin (prattiki tajbin u linji gwida) lill-Istati Membri u partijiet interessati oħra dwar kif itejbu l-politiki u l-kapaċitajiet tagħhom.

Għadd ta’ riżultati tanġibbli: 7 (7)

WS2 – It-titjib tas-CIIP Pan-Ewropew  (2) u r-Reżiljenza

Il-Protezzjoni ta’ Infrastrutturi ta’ Informazzjoni Kritika (CIIP) hija prijorità ewlenija għall-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-industrija (l-operaturi, il-fornituri tas-servizzi, il-manifatturi). Billi ffaċilitat il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, l-ENISA kompliet f’dan il-fluss ta' xogħol biex tappoġġa lil dawn il-partijiet interessati kollha fl-iżvilupp ta' tħejjija soda u implimentabbli, strateġiji ta' rispons u ta' rkupru, politiki u miżuri biex jilqgħu l-isfidi ta' ambjent ta' theddid dejjem jevolvi.

L-għanijiet u konsegwentement ir-riżultati ta’ dan il-fluss ta' xogħol kienu li:

jiffinalizza l-evalwazzjoni ta’ Cyber Europe 2012 u tibda l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tas-Cyber Europe 2014 li jmiss

jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-UE

jappoġġja lill-Istati Membri u l-Kummissjoni tal-UE dwar l-iżvilupp ta’ Qafas għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-Kriżi Ċibernetika tajjeb, pjanijiet nazzjonali ta’ kontinġenza u eżerċizzji nazzjonali

jsaħħaħ il-kooperazzjoni tal-partijiet interessati pubbliċi u privati f’attivitajiet relatati mas-CIIP permezz tal-EP3R

ikompli jappoġġa lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tiggwida l-NRAs fl-implimentazzjoni kemm tal-Artikolu 13a tad-Direttiva ta’ Qafas riveduta għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u kif ukoll tal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar il-Privatezza elettronika u jikkonsulta mal-partijiet interessati dwar l-iżvilupp ta’ approċċ integrat

jeżamina l-fattibilità tal-estensjoni tal-Artikolu 13a tad-Direttiva ta’ Qafas riveduta għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għal oqsma ġodda

isaħħaħ is-sigurtà tal-Grilji Intelliġenti u ICS-SCADA

tassisti lill-Istati Membri interessati fl-iżvilupp tal-Istrateġiji Cloud Governattivi nazzjonali tagħhom

Għadd ta’ riżultati tanġibbli: 16 (13)

WS 3 – Il-komunitajiet ikunu jistgħu jtejbu s-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni (NIS)

L-għan ta’ dan il-fluss ta' xogħol kien li jgħin il-komunitajiet li huma strumentali fiIt-titjib tal-NIS biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom u jiffaċilitaw ix-xogħol tagħhom permezz tat-titjib tax-xenarji legali u regolatorji li huma għandhom jikkonformaw magħhom.

L-ENISA kompliet taħdem ma’ CERTs biex ittejjeb il-kapaċitajiet bażiċi fl-Ewropa. L-Aġenzija kkumplimentat ukoll dan l-approċċ billi indirizzat komunitajiet oħra li huma attivi fIt-titjib tal-NIS tas-sistemi u tal-infrastruttura tagħhom bħal maniġers ta' sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni kif ukoll fornituri ta’ servizzi ta’ sigurtà fi ħdan organizzazzjonijiet individwali (eż. Uffiċjali tas-Sigurtà tal-Informazzjoni (ISO)).

L-għanijiet u r-riżultati ta’ dan il-fluss ta' xogħol kienu:

li jżomm aġġornat u jsaħħaħ il-kapaċitajiet operazzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Istati Membri billi jgħin lill-komunità tas-CERT iċżid il-livell tagħha ta’ effiċjenza u effettività u ta' appoġġ lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, il-protezzjoni tat-tfal u l-minorenni, eċċ.;

li jappoġġja u jtejjeb il-kooperazzjoni bejn is-CERTs u komunitajiet oħra;

li jiżviluppa u jippromwovi l-użu ta’ materjal ta’ taħriġ u eżerċizzju;

li jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ marki ta’ fiduċja (siġilli) pan-Ewropej f'konformità mal-azzjonijiet tal-Kummissjoni f’dan il-qasam;

li jinvestiga t-tixrid ta’ data u jimplimenta kontrolli xierqa ta' aċċess għad-data; u

li jirrevedi s-sitwazzjoni dwar l-użu ta’ tekniki kriptografiċi fl-Ewropa, isegwi x-xogħol tal-ENISA fl-2011 f’dan il-qasam.

Għadd ta’ riżultati tanġibbli: 15 (10)


(1)  WS: Fluss ta' xogħol (Work Stream).

(2)  CIIP: Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta' Informazzjoni.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11:

L-Aġenzija tfakkar li l-EUR 0,5 miljun li ġew riportati fit-tmien is-sena kien sar impenn għalihom fl-2014 b’rata ta’ 99,78 %, u ġie kkanċellat biss ammont ta’ EUR 1  100,00.

12:

Ir-riport totali tat-Titolu II, li laħaq ir-rata ta’ 59,1 % tal-approprjazzjonijiet totali tat-Titolu II għall-2013 jista’ jiġi kkategorizzat aktar b’50,5 % marbuta ma’ proġetti u xiri rilevanti għax-xogħlijiet ta’ rinnovament u t-titjib tal-infrastruttura tal-uffiċċju ta’ Ateni u bi 8,6 % rilevanti għall-proġetti li mhumiex marbuta mal-proġett ta’ rinnovament, bħall-ispejjeż ta’ kuljum tal-utilitajiet. Kien biss fl-4 ta’ Novembru 2013 li ġew approvati l-fondi għax-xogħlijiet ta’ rinnovament.

13:

L-Aġenzija tfakkar li l-ħolqien ta’ uffiċċju addizzjonali bbażat f’Ateni, kien kompromess politiku li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-gvern tal-pajjiż ospitanti, sabiex tiżdied l-effiċjenza operattiva tal-Aġenzija u b’mod partikolari tax-xogħol tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Ċentrali. L-ENISA ma setgħet teżerċita l-ebda influwenza f’din id-deċiżjoni.

14:

L-Aġenzija taqbel mal-kumment u tfakkar li hi tikkomunika kontinwament il-problemi u r-riskji involuti lis-sieħeb DĠ CNECT u lid-diversi awtoritajiet tal-Gvern Grieg sabiex tiżgura li l-kwistjonijiet relatati mal-ħlas tas-sussidju mill-Gvern Grieg jiġu risolti. S’issa sid il-kera aċċetta d-dewmien attribwit għall-proċeduri tal-Gvern Grieg mingħajr ma impona ebda sanzjoni fuq l-Aġenzija. Sid il-kera ta l-kunsens tiegħu għat-tnedija tax-xogħlijiet ta’ rinnovament, minkejja d-dewmien fil-ħlas tal-kera fl-2014. L-Aġenzija, wara valutazzjoni tar-riskju li qieset il-fatti li ġibdet l-attenzjoni għalihom anke l-Qorti, bdiet ix-xogħlijiet ta' rinnovament f'Ġunju 2014, peress li r-riskju ta’ kanċellazzjoni tal-kuntratt tal-kiri huwa meqjus bħala wieħed baxx. L-Aġenzija tkompli teżerċita u tesplora r-rimedji possibbli kollha li jistgħu jirriżultaw mill-ħlasijiet tardivi mill-Gvern Grieg. S’issa l-Aġenzija rnexxielha tnaqqas kwalunkwe riskju li jista’ jirriżulta mill-ħlasijiet tardivi.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/228


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fond tal-Pensjoni tal-Europol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Fond

(2014/C 442/26)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (minn hawn 'il quddiem “il-Fond”, magħruf ukoll bħala l-“EPF”), li jinsab f’L-Aja, ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 37, l-Appendiċi 6, tar-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, L-Aja (Europol). Ir-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-Fond ġew stabbiliti bl-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 (1) u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/400/UE (2). L-objettiv tal-Fond huwa li jiffinanzja u jħallas il-pensjonijiet għall-persunal li kien diġà impjegat mal-Europol qabel ma dan sar Aġenzija Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2010.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli interni tal-Fond. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Fond (3) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Fond u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (4):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Fond jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-applikazzjoni tar-regoli kontabilistiċi għall-Fond kif adottati mill-Kunsill (5) u t-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fond u d-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija japprovaw il-kontijiet annwali wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Fond ikun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli. Huma jistabbilixxu wkoll nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huma jiddikjaraw, fost l-oħrajn, li għandhom aċċertament raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fond fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (6) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Fond ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Fond jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-Kunsill.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Osservazzjonijiet

10.

Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għan-Noti 2.6 u 2.7 tar-Rapport Annwali 2013 tal-Fond. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fond ħejja l-kontijiet fuq il-bażi ta’ negozju avvjat. Madankollu, huwa mistenni li fl-2014 isir ħlas ulterjuri tal-biċċa l-kbira mid-drittijiet tal-pensjoni li attwalment għadhom ma tħallsux, permezz ta’ trasferiment għal skema tal-pensjonijiet oħra, u li sal-31 ta’ Diċembru 2014 mhux se jkun hemm parteċipanti attivi. Attwalment, il-Bord tal-Fond u l-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol flimkien mal-Kunsill qegħdin jivvalutaw l-alternattivi għall-ġejjieni tal-Fond, li waħda minnhom hija l-likwidazzjoni ftit wara l-31 ta’ Diċembru 2014.

11.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Id-Dokument Nru 5397/99 fuq ir-reġistru pubbliku tal-Kunsill: http://register.consilium.europa.eu/ .

(2)  ĠU L 179, 7.7.2011, p. 5.

(3)  Il-kontijiet jinkludu l-karta tal-bilanċ, id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq, ir-rapport tal-flussi tal-flus u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(4)  L-Artikolu 33 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(5)  Skont l-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 li jadotta r-regoli dwar l-FPE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 li temenda lil dan tal-aħħar, il-kontijiet huma mħejjija fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar il-Fondi tal-Pensjoni, jiġifieri d-Direttiva 610 tar-regoli dwar ir-rappurtar finanzjarju, u fuq l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(6)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol jiffissaw il-kapitalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni mħallsa mill-uffiċjali għal rata annwali ta’ 3,5 %. Billi l-kontribuzzjonijiet isiru ta' kull xahar u jistgħu jkunu differenti minn xahar għal ieħor, l-użu ta’ rata annwali huwa skorrett u għandha tiġi applikata rata ta’ kull xahar. Madankollu, ma hemm l-ebda effett materjali fuq il-kontijiet annwali.

Pendenti


IR-RISPOSTA TAL-FOND

Il-Fond tal-Pensjonijiet tal-Europol ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/232


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/27)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ERA”), li tinsab f’Lille u f’Valenciennes, inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li żżid il-livell ta’ interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji u li tiżviluppa approċċ komuni għas-sigurtà sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ settur ferrovjarju Ewropew aktar kompetittiv b’livell għoli ta’ sigurtà (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

11.

Hemm lok biex jittejbu l-preċiżjoni u d-dokumentazzjoni ta’ informazzjoni użata fil-proċeduri ta’ akkwist tal-Aġenzija.

KUMMENTI OĦRA

12.

Skont ir-regolament fundatur tal-Aġenzija (8), il-persunal għandu jikkonsisti:

f'impjegati temporanji reklutati mill-Aġenzija għal massimu ta’ ħames snin minn fost professjonisti mis-settur ferrovjarju, abbażi tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom fil-qasam tas-sigurtà u l-interoperabbiltà ferrovjarja;

f'uffiċjali assenjati jew sekondati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri għal massimu ta’ ħames snin; u

f'ħaddiema oħra biex iwettqu kompiti implimentattivi jew segretarjali.

13.

Fi tmiem l-2013, 136 impjegat temporanju kienu jaħdmu għall-Aġenzija. Ir-regolament fundatur jistipula wkoll li matul l-ewwel 10 snin ta' operat tal-Aġenzija, il-perjodu ta’ 5 snin għalihom jista’ jiġi estiż b'massimu ta’ 3 snin oħra meta meħtieġ biex tiġi garantita l-kontinwità tan-negozju. L-Aġenzija użat din l-għażla bħala prattika standard sa nofs l-2013. Barra minn hekk, fil-perjodu minn Settembru 2013 sa Marzu 2014, l-Aġenzija impjegat mill-ġdid erba’ impjegati temporanji (għal perjodu ta’ tmien snin) li l-kuntratti tagħhom mal-ERA kien intemm fl-2013 wara l-perjodu massimu ta’ tmien snin.

14.

Fl-2013, l-Aġenzija adottat deċiżjoni ġdida bi ftehim mal-Bord Amministrattiv tagħha u l-Kummissjoni, skont liema l-impjegati temporanji jista’ jkollhom kuntratti indefiniti. Il-proposta għal regolament fundatur rivedut għall-ERA tinkludi dispożizzjonijiet simili iżda mhuwiex ċar jekk u meta din se tiġi adottata mill-Parlament u mill-Kunsill.

15.

L-Aġenzija tinsab f’Lille u f'Valenciennes. Kif semmiet il-Qorti fir-Rapport Annwali Speċifiku tagħha għas-sena finanzjarja 2006, huwa probabbli li l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu kieku l-operat kollu jiġi ċċentralizzat f’post wieħed. Dan għandu mnejn ukoll jiffaċilita ftehim komprensiv dwar is-sede mal-Istat Membru ospitanti, biex b’hekk jiġu kkjarifikati il-kundizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija u l-persunal tagħha joperaw.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004, l-Artikolu 24(3).


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-livell tal-pagamenti bi tqabbil mal-approprjazzjonijiet tal-baġit tjiebu għat-titoli kollha, iżda baqgħu baxxi għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’livell ta’ 47 % (39 % fl-2010). Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

Ikkompletata

2011

Ir-Regolament Fundatur tal-Aġenzija jistabbilixxi perjodi massimi ta’ impjieg għall-persunal temporanju rreklutat mill-Aġenzija mill-professjonisti tas-settur ferrovjarju. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-Aġenzija se jkollha tissostitwixxi nofs il-persunal operazzjonali tagħha fil-perjodu 2013-2015, u dan jista’ joħloq taqlib kbir fl-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija (1).

Għadha għaddejja

2011

Hemm lok biex jitjiebu l-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija sabiex jiġu żgurati bis-sħiħ it-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati. Pereżempju l-avviżi ta’ postijiet battala ma tawx informazzjoni dwar l-għadd minimu ta’ snin ta’ studji postsekondarji jew universitarji meħtieġa għalkemm dan intuża bħala kriterju tal-għażla. Il-marki minimi meħtieġa għall-intervisti u għal-listi ta’ riżerva, il-punteġġi tal-kriterji tal-għażla, il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-fomm u bil-miktub u l-ponderazzjonijiet bejn it-testijiet bil-miktub u bil-fomm ma ġewx stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet.

Għadha għaddejja

2012

L-Aġenzija ssopprimiet il-Kapaċità tal-Awditjar Intern u ssostitwietha b’Koordinatur tal-Kontroll Intern (ICC). L-awditur intern telaq mill-Aġenzija u hemm inċertezzi dwar kif il-funzjoni tal-awditjar intern prevista fir-regolament finanzjarju tal-Aġenzija se titwettaq taħt l-istruttura l-ġdida.

Ikkompletata

2012

L-Aġenzija għandha ssaħħaħ il-kontrolli stabbiliti biex tiżgura li l-allowances tal-familja jiġu kkalkulati u mħallsa b’mod korrett fuq il-bażi ta’ informazzjoni kompleta u aġġornata.

Ikkompletata

2012

L-Aġenzija ma tikkonformax mal-Istandard ta' Kontroll Intern tagħha fir-rigward tal-kontinwità tal-operat; ma hemmx pjanijiet approvati għall-Kontinwità tal-Operat u l-Irkupru minn Diżastru fl-IT.

Għadha għaddejja


(1)  Ir-Regolament KE/881/2004, l-Artikolu 24.


ANNESS II

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea – (Lille u Valenciennes)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

“Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 90, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi partikolari tat-trasport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jistabbilixxu:

(a)

regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar,

(b)

il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta' trasport f’xi Stat Membru,

(c)

miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport,

(d)

provvedimenti oħra xierqa.”

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Għanijiet

Li tikkontribwixxi, fuq kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mmirata lejn:

it-titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tas-sistemi ferrovjarji,

l-iżvilupp ta’ approċċ komuni għas-sigurtà fis-sistema ferrovjarja Ewropea,

sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri u għall-garanzija ta’ livell għoli ta’ sigurtà.

Kompiti

1.

Li tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar:

il-metodi komuni tas-sigurtà (CSM) u l-miri komuni tas-sigurtà (CSTs) stipulati fid-Direttiva fuq is-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija (2004/49/KE),

iċ-ċertifikati tas-sigurtà u l-miżuri fil-qasam tas-sigurtà,

l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà,

il-kompetenzi vokazzjonali,

ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi ferrovjarji.

2.

Li toħroġ opinjonijiet dwar:

ir-regoli nazzjonali tas-sigurtà,

il-monitoraġġ tal-kwalità tax-xogħol tal-korpi nnotifikati,

l-interoperabbiltà tan-netwerk trans-Ewropew.

3.

Li tikkoordina lil korpi nazzjonali:

Koordinazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà u tal-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni (kif deskritt fid-Direttiva 2004/49/KE, l-Artikoli 17 u 21).

4.

Pubblikazzjonijiet u databases:

rapport dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà (kull sentejn),

rapport dwar il-progress fir-rigward tal-interoperabbiltà (kull sentejn),

database pubblika ta’ dokumenti tas-sigurtà,

reġistru pubbliku ta’ dokumenti dwar l-interoperabbiltà.

Governanza

Bord Amministrattiv

Jikkonsisti f’rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, erba’ rappreżentanti mill-Kummissjoni, u sitt rappreżentanti, mingħajr id-dritt tal-vot, mis-setturi professjonali kkonċernati.

Direttur

Maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit

EUR 25,8(25,8) miljun

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Postijiet elenkati fit-tabella tal-persunal: 143 (144)

Postijiet okkupati fil-31.12.2013: 135 (139)

Persunal ieħor: 15 (14)

Total tal-persunal: 150 (153), li minnhom allokati għal:

kompiti operazzjonali: 116 (119)

kompiti amministrattivi: 34 (34)

Prodotti u servizzi fl-2013

Attivitajiet ta’ segwitu, modifiki ta’ testi, tixrid u attivitajiet ta’ monitoraġġ fir-rigward taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà Uniku.

Evalwazzjoni tal-effettività u implimentazzjoni prattika ta' miżuri permezz tas-Segretarjat tan-Netwerk Konġunt.

Żvilupp ta’ Sistema ta’ Ċertifikat tas-Sigurtà Uniku.

Implimentazzjoni ta’ mudell komuni bbażat fuq id-Direttivi rilevanti u fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/217//UE (magħrufa bħala DV29) li għandu jintuża mill-Istati Membri biex jiddokumentaw il-proċess ta’ awtorizzazzjoni applikat.

Ikkompletar tal-abbozzar ta’ kważi l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniki għall-Interoperabbiltà (TSIs) kollha applikabbli għan-netwerk ferrovjarju kollu tal-UE.

Definizzjoni u kompilazzjoni tad-dokument ta’ referenza tar-regoli nazzjonali għall-awtorizzazzjoni ta’ vetturi u l-klassifikazzjoni tal-ekwivalenza tagħhom għal aċċettazzjoni trasversali.

Rapporti dwar is-sigurtà u l-interoperabbiltà ferrovjarja.

Rakkomandazzjonijiet dwar il-valutazzjoni u r-rappurtar dwar is-sigurtà, inklużi Indikaturi Komuni tas-Sigurtà u Metodi Komuni tas-Sigurtà, koordinazzjoni ta’ awtoritajiet tas-sigurtà u korpi ta’ investigazzjoni u rappurtar dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà fl-Istati Membri.

Rakkomandazzjonijiet dwar ir-regolazzjoni tas-sigurtà, inkluża evalwazzjoni tal-mod kif ir-regoli nazzjonali tas-sigurtà jsiru disponibbli, u eżaminar tat-traspożizzjoni tad-Direttiva fuq is-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija fl-Istati Membri.

Stabbiliment u manutenzjoni ta’ sensiela ta’ reġistri għas-sigurtà u l-interoperabbiltà.

Gwida, appoġġ u pariri lis-settur ferrovjarju u l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tat-TSIs telematiċi (TAF u TAP).

Aġixxiet bħala l-Awtorità tas-Sistema u l-Maniġer tal-Kontroll tal-Bidla għall-ERTMS (Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju); ħarġet l-ispeċifikazzjoni Baseline 3 tal-ETCS; għenet lill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-proġetti tal-ERTMS.

Kooperazzjoni mal-Aġenzija Eżekuttiva TEN-T fl-evalwazzjoni ta’ proġetti speċifiċi tal-ERTMS.

Opinjonijiet Tekniċi dwar regoli nazzjonali u monitoraġġ tax-xogħol tal-Korpi Notifikati.

Akkumpanjat ir-rakkomandazzjonijiet xierqa b’valutazzjoni tal-impatt.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

Para 11

: L-Aġenzija ħadet nota sew tar-rimarka tal-Qorti u se teżamina mill-ġdid il-proċedura ta’ akkwist tagħha.

Para 12-14

: L-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti.

Para 15

: L-Aġenzija għandha kuntatti regolari mal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ ftehim dwar is-sede. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi s’issa kienu tal-opinjoni li l-“Protokoll dwar il-Priviliġġi u l-Immunitajiet” japplika u li huwa biżżejjed għall-Aġenzija.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/240


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2014/C 442/28)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ERCEA”), li tinsab fi Brussell, inħolqot bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE (1). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li tmexxi l-programm speċifiku “Ideat” taħt is-7 Programm Kwadru għar-Riċerka (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-Kumitat ta’ Ġestjoni japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15.

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 62 u 68 flimkien mal-Artikoli 53 u 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.


ANNESS

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 182 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

1.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw programm qafas pluriennali, li fih jitqiegħdu l-attivitajiet kollha ta'-Unjoni. Il-programm qafas għandu:

jistabbilixxi l-għanijiet xjentifiċi u teknologiċi li jridu jinkisbu permezz tal-attivitajiet li hemm previsti fl-Artikolu 180 u jiddetermina l-prioritajiet rilevanti,

jindika l-linji ġenerali ta' dawk l-attivitajiet,

jistabbilixxi l-ammont massimu totali u r-regoli dettaljati applikabbli għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni fil-programm qafas, kif ukoll id-diversi ishma f’kull attività prevista.

2.

Il-programm qafas għandu jiġi adattat jew supplimentat skont kif tinbidel is-sitwazzjoni.

3.

Il-programm qafas għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi speċifiċi żviluppati f’kull attività. Kull programm speċifiku għandu jiddefinixxi r-regoli dettaljati sabiex dan jiġi implimentat, sabiex jiġi stabbilit kemm idum, kif ukoll sabiex jiġu provduti l-mezzi li jitqiesu meħtieġa. It-total tal-ammonti li jitqiesu meħtieġa, stabbiliti fil-programmi speċifiċi, ma jistax jeċċedi l-ammont massimu totali stabbilit għall-programm qafas u għal kull attività.

4.

Il-Kunsill li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali, għandu jadotta l-programmi speċifiċi.

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE)

Objettivi

L-Aġenzija ġiet stabbilita f’Diċembru 2007 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE, għall-ġestjoni tal-programm speċifiku tal-Komunità “Ideat” fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003. “Ideat” huwa implimentat mill-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC),), li jikkonsisti minn Kunsill Xjentifiku indipendenti li jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika tal-ERC u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħha mill-Aġenzija li timmaniġġja l-ġestjoni operazzjonali. L-Aġenzija saret awtonoma mid-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-15 ta’ Lulju 2009.

Kompiti

Il-kompiti tal-Aġenzija huma deskritti fl-Att ta’ Delegazzjoni (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5694), partikolarment fl-Artikoli 5-7 tiegħu. Fost dawn il-kompiti, l-Aġenzija ġiet fdata b’kompiti li jkopru:

l-aspetti kollha tal-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programm u, b’mod partikolari, il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ir-reviżjoni bejn il-pari u l-proċess tal-għażla skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku;

il-ġestjoni finanzjarja u xjentifika tal-għotjiet.

Governanza

(Id-Deċizjonijiet tal-Kummissjoni C(2008) 5132 u C(2011) 4877)

(Id-Deċizjonijiet tal-Kummissjoni 2007/134/KE u 2011/12/UE)

(Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE)

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003)

Kumitat ta’ Ġestjoni

Il-Kumitat ta' Ġestjoni huwa l-korp li jissorvelja l-operazzjonijiet tal-Aġenzija u jinħatar mill-Kummissjoni (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5132). Huwa jadotta l-programm ta’ ħidma annwali (wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni), il-baġit amministrattiv u r-rapporti annwali tal-Aġenzija. Huwa kompost minn ħames membri u osservatur wieħed.

Kunsill Xjentifiku tal-ERC

Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC huwa fdat bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/134/KE li jistabbilixxi strateġija xjentifika għall-Programm Speċifiku Ideat, jiddeċiedi dwar it-tip ta’ riċerka li għandu jkun iffinanzjat skont l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE u jiggarantixxi l-kwalità tal-attivitajiet mill-perspettiva xjentifika. Il-kompiti tiegħu jkopru, b’mod partikolari, it-tfassil tal-programm ta’ ħidma annwali għall-Programm Speċifiku Ideat, u tal-proċess tar-reviżjoni bejn il-pari, kif ukoll il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kwalità tal-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku “Ideat”, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Huwa kompost minn 22 membru maħtura mill-Kummissjoni.

Direttur tal-Aġenzija

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea għal erba’ snin.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit

EUR 40,1(37,8) miljun

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Il-baġit operazzjonali 2013 jipprovdi għal tabella tal-persunal ta’ 100 (100) Persunal Temporanju (PT) u baġit għal 289 (289) Persunal Kuntrattwali (PK) u Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS), jiġifieri persunal totali ta’ 389 (389). Minn dawn il-postijiet, 379 (380) kienu okkupati fi tmiem l-2013:

99 (96) Persunal Temporanju, li minnhom 13 (11)-il PT sekondati u 86 (85) PT esterni;

270 (275) Persunal Kuntrattwali;

10 (9) ENS.

Allokati lil:

attivitajiet operazzjonali (id-dipartimenti tal-Ġestjoni Xjentifika u tal-Għotjiet): 70 % (71 %)

attivitajiet amministrattivi (dipartimenti oħra): 30 % (29 %)

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

1.

Il-monitoraġġ tal-ftehimiet tal-għotja mogħtija taħt il-Programm ta' Ħidma Ideat, sejħiet għal Għotjiet tal-Bidu, Għotjiet Avvanzati, Għotjiet ta’ Sinerġija u Għotjiet dwar il-Prova ta’ Kunċett. Il-programm ta' ħidma Ideat huwa implimentat permezz tal-pubblikazzjoni tas-sejħiet annwali għal proposti, li hija segwita minn evalwazzjoni (minn esperti esterni), it-tħejjija u l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotjiet u finalment il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġetti. Kull sejħa għal proposti tirriżulta f’serje ta’ Ftehimiet ta’ Għotjiet, b’ċiklu ta' proġetti mistenni ta’ madwar ħames snin.

2.

L-eżekuzzjoni tas-Sejħiet għal proposti 2013 għall-programm ta' ħidma Ideat. (Għotjiet tal-Bidu, Għotjiet Avvanzati, Għotjiet ta’ Sinerġija u Għotjiet dwar il-Prova ta’ Kunċett): 10  151 applikazzjoni għal proposti ġew ippreżentati fl-2013, li minnhom 3  329 kienu għal Għotjiet tal-Bidu, 3  673 kienu għas-sejħa għal Konsolidatur li ġiet introdotta reċentement, 2  408 għal Għotjiet Avvanzati, 449 għal Għotjiet ta’ Sinerġija u 292 għal Għotjiet dwar il-Prova ta’ Kunċett. Minn dawn total ta’ 9  968 kienu eliġibbli u għalhekk evalwati mill-bords tal-eżaminar. Total ta’ 959 proposta ntgħażlu għall-proċess ta’ għoti (890 fuq il-listi prinċipali, 69 fuq il-listi ta’ riżerva).

3.

Il-ġenerazzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-Programm Speċifiku Ideat u l-attivitajiet tal-Aġenzija fl-2013.

4.

Il-Kunsill Xjentifiku kellu laqgħat regolari fl-2013 madwar l-Ewropa, normalment fuq stedina mill- awtoritajiet nazzjonali. Laqgħat f’pajjiżi differenti li huma Stati Membri tal-UE jew pajjiżi assoċjati huwa mod kif l-ERC isir aktar viżibbli. Il-laqgħat huma meqjusa wkoll bħala avvenimenti importanti kemm mill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll mill-komunità xjentifika u tar-riċerka lokali. Ħames sessjonijiet plenarji tal-Kunsill Xjentifiku ġew organizzati matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2013: f'Jannar, f'Marzu u f'Diċembru fi Brussell (il-Belġju), f’Ġunju fi Bratislava (is-Slovakkja) u f'Ottubru f'Utrecht (il-Pajjiżi l-Baxxi). B'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-bord dwar l-eżaminar tal-istrutturi u l-mekkaniżmi tal-ERC fl-2009, il-Kunsill Xjentifiku stabbilixxa żewġ kumitati permanenti: l-ewwel wieħed jipprovdi gwida dwar kunflitti ta’ interess, mġiba xjentifika skorretta u kwistjonijiet etiċi u t-tieni wieħed jieħu ħsieb l-għażla tal-membri tal-bord tal-evalwazzjoni. L-aġenzija eżekuttiva appoġġat l-attivitajiet operazzjonali taż-żewġ kumitati, li ltaqgħu tliet darbiet kull wieħed fl-2013. Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku jiltaqgħu wkoll fi gruppi ta’ ħidma biex jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi. Fl-2013, diversi laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma tal-ERC dwar l-innovazzjoni u r-relazzjonijiet mal-industrija, l-aċċess miftuħ, l-internazzjonalizzazzjoni u l-bilanċ bejn is-sessi ġew organizzati mill-aġenzija eżekuttiva. Il-gruppi ta’ ħidma jwettqu analiżijiet u jikkontribwixxu għall-istrateġija xjentifika tal-ERC permezz ta’ proposti li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill Xjentifiku fil-plenarja fl-oqsma koperti mill-mandati tagħhom. Serje ta’ dokumenti ta’ ħidma li fihom analiżijiet u messaġġi ewlenin dwar il-kwistjonijiet speċifiċi ttrattati mill-gruppi ta’ ħidma u mill-kumitati permanenti tħejjew mill-aġenzija eżekuttiva, f’kollaborazzjoni mal-membri tal-gruppi.

Fl-2013, erbgħa mill-ħames gruppi ta’ ħidma organizzaw erba’ avvenimenti prinċipali fi Brussell:

Grupp ta’ Ħidma dwar l-Innovazzjoni u r-Relazzjonijiet mal-Industrija: “Teknoloġiji ġodda mill-ERC”, fil-5 ta’ Frar, koorganizzata ma' Science Business; 11-il benefiċjarju tal-ERC li kellhom għotjiet dwar il-Prova tal-Kunċett iltaqgħu ma' diversi investituri mill-industrija biex jitkellmu dwar il-proġetti tagħhom u jistabbilixxu kuntatti kummerċjali potenzjali.

Grupp ta’ Ħidma dwar l-Aċċess Miftuħ: “Sessjoni ta' Ħidma dwar Infrastrutturi ta’ Aċċess Miftuħ fl-istudji tax-Xjenzi Soċjali u l-Umanitajiet”. L-avveniment kien ippjanat u implimentat f’kooperazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Aċċess Miftuħ tal-Kunsill Xjentifiku. Huwa ġabar flimkien firxa wiesgħa ta’ esperti fil-qasam, inklużi rappreżentanti ta’ universitajiet, finanzjaturi u dawk li jfasslu l-politika. Huwa ra wkoll il-preżenza ta’ żewġ benefiċjarji tal-ERC.

Grupp ta’ Ħidma dwar il-KPIs: “Identifikazzjoni ta’ ‘riċerka fil-fruntieri tal-għarfien’ u ‘oqsma ta' riċerka emerġenti’ fil-proposti ta’ riċerka” kienet organizzata mal-koordinaturi taż-żewġ proġetti CSA (Azzjonijiet ta' Koordinazzjoni u Appoġġ) li studjaw il-potenzjal ta’ biblijometrika fl-appoġġ tal-istrateġija ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-ERC. Matul diskussjoni ta’ jumejn fl-20-21 ta’ Frar, il-membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC, esperti tax-xjentometrika, Uffiċjali Xjentifiċi tal-ERCEA, kollegi mid-DĠ RTD u d-DĠ CONNECT u rappreżentanti ta’ korpi oħra ta’ finanzjament tar-riċerka skrutinizzaw ir-riżultati ppreżentati mill-membri tat-tim ta' proġetti CSA, jiġifieri, tekniki u indikaturi biblijometriċi li jkejlu sa liema punt l-ERC qed jappoġġa proposti ta’ riċerka b’“riċerka fil-fruntieri tal-għarfien” u “oqsma ta' riċerka emerġenti”.

Grupp ta’ Ħidma dwar il-Bilanċ bejn is-Sessi: “Fit-triq lejn il-quċċata: għoti ta' opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa fix-xjenza u t-teknoloġija”. L-għan ta’ din is-Sessjoni ta’ Ħidma kien li jinġabru rappreżentanti minn organizzazzjonijiet nazzjonali tar-riċerka u esperti dwar kwistjonijiet relatati mas-sessi biex jiddiskutu d-diversità ta' prattiki u approċċi għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi f’diversi pajjiżi Ewropej u biex jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki rigward politiki u approċċi li jimmiraw lejn il-promozzjoni ta' parteċipazzjoni usa’ ta’ riċerkaturi nisa.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/247


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Awtorità

(2014/C 442/29)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“ESMA”), li tinsab f’Pariġi, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li ttejjeb l-operat tas-suq finanzjarju intern tal-UE billi tiżgura livell għoli, effettiv u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni, tippromwovi l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali sabiex tiżgura l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja (2). L-ESMA twaqqfet fl-1 ta’ Jannar 2011.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Awtorità jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Awtorità wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Awtorità jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati żdied minn 86 % fl-2012 għal 93 % fl-2013, li jindika li l-impenji saru fuq bażi aktar f'waqtha. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'livell ta’ EUR 3 6 88  487 (58 %). Dan kien ikkawżat minn servizzi tal-IT riċevuti fl-2013 iżda li għadhom ma tħallsux (EUR 0,8 miljun), servizzi tal-IT ppjanati fil-programm ta' ħidma 2014 u kkuntrattati fi tmiem is-sena (EUR 1,1 miljun), xi dewmin fl-akkwisti tal-IT (EUR 0,4 miljun) kif ukoll in-natura pluiennali ta' xi proġetti tal-IT.

12.

Fl-2013, l-Awtorità għamlet 12-il trasferiment tal-baġit li jammontaw għal EUR 5,1 miljun jew għal 18 % tal-baġit (2012: 22 trasferiment li jammontaw għal EUR 3,2 miljun jew għal 16 % tal-baġit), li jindika dgħufijiet kontinwi fl-ippjanar tal-baġit.

KUMMENTI OĦRA

13.

Madwar 27 % tal-pagamenti li saru fl-2013 għal prodotti u servizzi riċevuti kienu tard. Fejn il-pagamenti kienu tard, huma kienu skadew b'medja ta' 32 jum. L-imgħax imħallas tard fl-2013 kien jammonta għal EUR 3  834.

14.

Skont il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (8) u d-Direttiva tal-VAT tal-UE (9), l-Awtorità hija eżenti minn taxxi indiretti. Il-VAT totali ddebitata lill-ESMA fil-perjodu 2011-2013 kienet ta' EUR 3,3 miljun. Wara diskussjonijiet twal mal-Istat Membru ospitanti, l-Awtorità bdiet tikklejmja rimborżi tal-VAT fl-aħħar tliet xhur tal-2012, iżda EUR 1,3 miljun biss kienu ġew ikklejmjati lura sa tmiem l-2013.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

15.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 115, 9.5.2008, p. 266).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

L-impenji tal-Awtorità ammontaw għal EUR 1 2 8 41  997 jew għal 76 % tal-baġit 2011. Ir-rati tal-impenji kienu baxxi speċjalment għat-Titolu III “Nefqa operazzjonali” (47 %). Dan kellu impatt fuq l-objettivi tal-Awtorità fir-rigward tal-IT li ma ntlaħqux kompletament. Ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni tal-baġit jindikaw diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit.

M/A

2011

Il-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011 ammonta għal EUR 16,9 miljun. Skont l-Artikolu 62(1) tar-Regolament Fundatur tagħha, 60 % tal-baġit 2011 kien iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA u 40 % mill-baġit tal-Unjoni. Fi tmiem l-2011, l-ESMA rreġistrat riżultat pożittiv fil-baġit ta’ EUR 4,3 miljun. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha (1), l-ammont sħiħ imbagħad ġie rreġistrat fil-kontijiet bħala passiv lejn il-Kummissjoni Ewropea.

Għadha għaddejja

2011

Ġew innutati dgħufijiet fir-rigward ta’ sitt impenji legali magħmula minn qabel l-impenji baġitarji (EUR 4 83  845).

Għadha għaddejja (2)

2011

Il-Qorti identifikat għadd ta’ każijiet b’valur totali ta’ EUR 2 07  442 li fihom approprjazzjonijiet ta’ pagament riportati għall-2012 ma kinux jikkorrispondu għal impenji legali li kienu saru. Għaldaqstant dawn ir-riporti kienu irregolari u għandhom jiġu kkanċellati.

Għadha għaddejja

2011

Hemm ħtieġa li tittejjeb il-ġestjoni tal-assi fissi mill-Awtorità. Għall-assi intanġibbli żviluppati mill-Awtorità, il-proċeduri tal-kontabbiltà u l-informazzjoni dwar l-ispejjeż ma kinux affidabbli.

Ikkompletata

2011

Jeħtieġ li l-Awtorità ttejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. L-għadd ta’ snin ta’ esperjenza meħtieġa għal pożizzjoni partikolari ma ġiex rispettat, ġew aċċettati applikazzjonijiet li waslu wara l-iskadenza, mistoqsijiet għat-testijiet orali u bil-miktub ma ġewx stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet mill-bord ta’ għażla u ma kien hemm ebda deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra biex jinħatar il-bord ta’ għażla.

Ikkompletata

2012

Is-sistema ta’ kontabbiltà tal-Awtorità għadha ma ġietx ivvalidata mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà.

Ikkompletata

2012

Matul it-tieni sena ta’ attività tagħha, l-Awtorità ħadet pass importanti bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti bażi għall-istandards kollha ta’ kontroll intern. Madankollu, għadha ma nkisbitx implimentazzjoni sħiħa tal-istandards.

Għadha għaddejja

2012

Hemm lok konsiderevoli għal titjib fil-puntwalità u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist.

Għadha għaddejja

2012

It-total tal-approprjazzjonijiet tal-Awtorità għall-2012 ammonta għal EUR 20,3 miljun, li minnhom EUR 2,8 miljun (14 %) ġew ikkanċellati u EUR 4,2 miljun (21 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati ġew riportati għall-2013.

Il-livell għoli ta’ kanċellazzjonijiet jirriżulta fil-parti l-kbira mill-fatt li l-baġit ġie stabbilit abbażi ta’ tabella tal-persunal implimentata bis-sħiħ fil-bidu tal-2012, filwaqt li xi reklutaġġi saru biss matul is-sena. Dewmien fl-akkwisti tal-IT ukoll ikkawża kanċellazzjonijiet.

M/A

2012

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati huwa għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’livell ta’ 39 % u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’livell ta’ 52 %. Għat-Titolu II, dan kien ikkawżat fil-parti l-kbira mill-fatt li kuntratt sinifikanti għal xogħlijiet fil-bini tal-Awtorità ngħata f’Diċembru 2012 (EUR 0,6 miljun) u bix-xiri ta’ hardware tal-IT (EUR 0,5 miljun), tagħmir tat-telefonija (EUR 0,1 miljun) u għamara (EUR 0,3 miljun) li l-konsenja tagħhom ma ġietx ikkompletata fi tmiem is-sena. Għat-Titolu III, il-livell għoli ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati jirriżulta min-natura pluriennali ta’ proġetti sinifikanti ta’ żvilupp tal-IT u minn dewmien fl-akkwisti relatati.

M/A

2012

Fl-2012, l-Awtorità għamlet 22 trasferiment tal-baġit li jammontaw għal EUR 3,2 miljun (16 % tat-total tal-baġit 2012), li jindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit.

Għadha għaddejja

2012

Jeħtieġ li l-Awtorità ttejjeb aktar it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha. B’mod partikolari, fi proċedura ta’ reklutaġġ awditjata, l-għadd ta’ snin ta’ esperjenza għal pożizzjoni partikolari ma kienx applikat u fi tliet proċeduri tar-reklutaġġ awditjati ma kien hemm ebda evidenza li l-limiti għal-listi ta’ preselezzjoni ġew stabbiliti qabel l-eżaminar tal-applikazzjonijiet.

Ikkompletata


(1)  L-Artikoli 15(4) u 16(1).

(2)  Instabu każijiet simili fl-2013.


ANNESS II

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (Pariġi)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.

Kompetenzi tal-Awtorità

(Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Kompiti

Li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji.

Li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni.

Li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

Li toħroġ rakkomandazzjonijiet fejn awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx applikat atti settorjali jew tkun applikathom b’mod li jidher li jkun ksur tal-liġi tal-Unjoni.

Li tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti f’ċertu sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u f’riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet transkonfinali.

F’każijiet li jirrigwardaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, li tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, fejn: (i) awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx applikat atti settorjali jew tkun applikathom b’mod li jidher li jkun ksur tal-liġi tal-Unjoni u fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx ikkonformat ma’ opinjoni formali tal-Kummissjoni; (ii) f'ċertu sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità adottata; jew (iii) f'riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f'sitwazzjonijiet transkonfinali fejn awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx ikkonformat mad-deċiżjoni tal-Awtorità.

Li toħroġ opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-oqsma ta’ kompetenza tagħha.

Li tiġbor l-informazzjoni meħtieġa rigward il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha.

Li tiżviluppa metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur.

Li tipprovdi database aċċessibbli ċentralment tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni settorjali.

Li toħroġ avviżi fil-każ li attività finanzjarja toħloq theddida serja lill-għanijiet tagħha.

Li tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament ċertu tipi ta’ attivitajiet finanzjarji li jkunu ta’ theddida għall-operat adatt u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha fl-Unjoni f’każijiet speċifikati u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali jew jekk ikun meħtieġ f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Li tipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi ta’ superviżuri, inklużi eżamijiet fuq il-post, imwettqa konġuntament minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

Li tindirizza kwalunkwe riskju ta’ tħarbit fis-servizzi finanzjarji li jkun ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha u li jkollu l-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali.

Li tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji, biex jittieħed kont tar-riskju sistemiku ppreżentat minnhom.

Li twettaq inkjesta dwar tip partikolari ta’ attività finanzjarja jew tip ta’ prodott jew tip ta’ kondotta sabiex tevalwa theddid potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u tagħmel rakkomandazzjonijiet adatti għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet delegati mill-awtoritajiet kompetenti.

Li tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti.

Li twettaq evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti.

Li tikkoordina bejn l-awtoritajiet kompetenti, partikolarment fejn żvilupp avvers jista’ potenzjalment jipperikola l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

Li tniedi u tikkoordina valutazzjonijiet fl-Unjoni kollha tar-reżistenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għal żvilupp avvers tas-suq.

Li tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu u dwar l-irtirar ta’ tali ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni.

Li tistabbilixxi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ aġenziji rilevanti li jiggradaw il-kreditu ta’ pajjiżi terzi.

Li twettaq investigazzjonijiet ta’ u spezzjonijiet fuq il-post fil-bini tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu, entitajiet gradati u partijiet terzi relatati.

Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun wettqet xi ksur, li tieħu deċiżjonijiet biex tirtira r-reġistrazzjoni tagħha, timponilha projbizzjoni temporanja milli toħroġ gradazzjonijiet ta’ kreditu, timponi sospensjoni fuq l-użu għal skopijiet regolatorji tal-gradazzjonijiet ta’ kreditu li tkun ħarġet, tirrikjedi li l-ksur jiġi mitmum, u/jew toħroġ avviżi pubbliċi.

Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun wettqet xi ksur b’intenzjoni jew b'negliġenza, li tieħu deċiżjonijiet biex timponi multa.

Governanza

Bord tas-Superviżuri

Kompożizzjoni

President (li ma għandux ikollu vot); il-kap tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-supervizjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f'kull Stat Membru; rapprezentant wieħed tal-Kummissjoni (li ma għandux ikollu vot); rappreżentant wieħed tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (li ma għandux ikollu vot); rappreżentant wieħed ta’ kull waħda mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra (li ma għandux ikollhom vot).

Kompiti

Jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament Fundatur.

Bord Maniġerjali

Kompożizzjoni

President u sitt membri oħrajn tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri u minn fosthom stess. Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni jipparteċipaw fil-laqgħat mingħajr id-dritt li jivvotaw (għalkemm ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jivvota dwar kwistjonijiet baġitarji).

Kompiti

Jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont ir-Regolament Fundatur.

President

Rappreżentant tal-Awtorità responsabbli sabiex iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri u jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali. Jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri wara li jkun semgħu l-Parlament Ewropew.

Direttur Eżekuttiv

Jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri wara l-konferma mill-Parlament Ewropew. Ikun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u jħejji x-xogħol tal-Bord Maniġerjali.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2013

Baġit Finali

Baġit totali: EUR 28,189 miljun, inklużi:

Sussidju mill-Unjoni: EUR 8,6 miljun

Kontribuzzjonijiet mill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti: EUR 12,9 miljun

Tariffi minn entitajiet sorveljati: EUR 6,53 miljun (Aġenziji li Jiggradaw il-Kreditu: EUR 5,7 miljun; Repożitorji tat-Tramżazzjonijiet: EUR 0,83 miljun)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Persunal statutorju: 106 postijiet ta’ persunal temporanju awtorizzati fit-tabella tal-persunal, li minnhom kienu reklutati: 102

Persunal kuntrattwali: 25 post ta’ persunal kuntrattwali ppjanat fil-baġit; postijiet ta’ persunal kuntrattwali verament mimlija fil-31.12.2013: 19

Esperti Nazzjonali Sekondati: 14-il post ta’ Espert Nazzjonali Sekondat ippjanat fil-baġit, postijiet ta’ Esperti Nazzjonali Sekondati verament mimlija fil-31.12.2013: 15

Prodotti u servizzi fl-2013

Monitoraġġ tal-istabbiltà finanzjarja. Ħarġet diversi rapporti perjodiċi ta' riskju u sommarji dwar xejriet ta' swieq finanzjarji.

Wettqet riċerka ekonomika u valutazzjonijiet tal-impatt imfassla apposta.

Ikkontribwixxiet għax-xogħol tal-BERS dwar kontropartijiet ċentrali u r-riskju sistemiku.

Żviluppat prinċipji u rakkomandazzjonijiet ta' punt ta' riferiment flimkien mal-EBA.

Investigat l-impatt tar-Regolament ta' Pożizzjoni Qasira.

Wettqet evalwazzjonijiet ta' bejgħ fl-UE. Ippubblikat rapport dwar il-bejgħ, jiġifieri l-bejgħ ta' prodotti kumplessi lil investituri fil-livell tal-konsum.

Wessgħet ix-xogħol dwar il-monitoraġġ tas-swieq u l-innovazzjoni finanzjarja. Stabbilixxiet qafas ta' innovazzjoni finanzjarja.

Wettqet analiżi fil-fond ta’ prodotti u proċessi finanzjarji innovattivi. Wettqet analiżi ta’ titoli al-ippleġġjar intern u t-titolizzazzjoni. Wettqet stħarriġ tal-NCAs dwar is-suġġetti ta’ kollokament u ta' finanzjament kollettiv.

Immonitorjat u analizzat xejriet tal-investitur fil-livell tal-konsum.

Ħadmet fuq l-edukazzjoni tal-investitur. Saret membru assoċjat Membri tan-Netwerk Internazzjonali dwar l-Edukazzjoni tal-Investitur tal-OECD.

Ħejjiet sistema msaħħa ta' protezzjoni tal-investitur taħt il-MiFID II. Ħejjiet għal xogħol futur ta' protezzjoni tal-investitur.

Ħarġet linji ġwida ta' remunerazzjoni għal ditti tal-investiment. Il-linji gwida koprew il-governanza, it-tfassil u l-kontroll ta' skemi ta' remunerazzjoni.

Wissiet lill-investituri dwar kuntratti għal differenza (CFDs). Ippubblikat twissija konġunta mal-EBA dwar perikli ta' investiment f'CFDs.

Ħarġet b'mod konġunt mal-EBA linji gwida dwar it-trattament tal-ilmenti għal titoli u bbankjar.

Ippubblikati tliet pożizzjonijiet konġunti tal-ASE dwar prinċipji għal sorveljanza tal-prodott tal-manifatturi u proċessi ta' governanza.

Wettqet Jum il-Protezzjoni tal-Konsumatur tat-tliet ASE Konġunti f’Pariġi.

Saħħet is-superviżjoni tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (CRA). 22 CRA reġistrati, 2 ċertifikati

Wara l-investigazzjoni reċiproka tas-CRAs fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni tal-banek fl-2012, l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet riżultanti ta’ rimedju kien monitorjat fl-2013 bħala parti minn superviżjoni li għadha għaddejja. Ippubblikat rapport dwar investigazzjoni ta' gradazzjonijiet sovrani. Wettqet valutazzjoni ta’ 14-il CRA żgħar u ta’ daqs medju li tiffoka fuq is-sistemi u l-kontrolli stabbiliti mis-CRAs biex jiżguraw il-konformità mar-regolament.

Ivvalutat il-konformità tas-CRAs mar-rekwiżiti l-ġodda li jiffukaw fuq l-aspetti ta’ divulgazzjoni ta' gradazzjonijiet sovrani, politiki u proċeduri tal-prezzijiet.

Saħħet il-qafas tagħha ta' analiżi tar-riskju tas-CRAs. Investigat l-implimentazzjoni tas-CRAs ta’ tibdil fir-regoli regolatorji. Żiedet il-kooperazzjoni tal-ASE u l-koperazzjoni ma’ awtoritajiet internazzjonali dwar kwistjonijiet dwar is-CRAs.

Wettqet xogħol relatat mal-politika tas-CRA. Ippubblikat linji gwida u rakkommandazzjonijiet li jipprovdu ċarezza dwar l-ambitu tar-Regolament CRA u l-lista ta’ CRAs irreġistrati bl-ishma tas-suq tagħhom. Ippubblikat dokument ta’ diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tas-CRA3 u dwar it-tliet abbozzi ta’ Standards Tekniċi Regolatorji (RTS). Ippubblikat l-ewwel parir dwar il-fattibilità ta’ netwerk ta’ CRAs iżgħar.

Awtorizzat sitt repożitorji tat-tranżazzjonijiet u ħadet ir-responsabbiltà tas-superviżjoni.

Ipparteċipat f’kulleġġi superviżorji tas-CCPs. Iffinalizzat qafas ta’ ftehim bil-miktub għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi ta' superviżuri u mudell tal-valutazzjoni komuni tar-riskju. Bdiet rikonoxximent ta' CCPs ta’ pajjiżi terzi – 35 CCP ta’ pajjiżi terzi applikaw għal rikonoxximent.

Ippubblikat aktar pariri dwar l-ekwivalenza bejn is-sistema regolatorja tal-UE għas-CRAs u l-oqfsa legali u superviżorji rispettivi tal-Arġentina, tal-Brażil, tal-Messiku, ta' Ħong Kong u ta' Singapor.

Ipprovdiet regoli ta’ implimentazzjoni għall-EMIR. Ippubblikat Mistoqsijiet u Tweġibiet għall-promozzjoni ta' implimentazzjoni konsistenti tal-EMIR. Dan kien jinkludi:

Tħejjija ta' dettalji tekniċi għal obbligu tal-ikklerjar

Għoti ta' bidu ta' eżami tal-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet u ta' tranżazzjonijiet intragrupp

Sensibilizzazzjoni ta’ kontropartijiet mhux finanzjarji (NFC) dwar l-obbligu

Ħruġ ta standards tekniċi regolatorji dwar il-kulleġġi CCP

Pubblikazzjoni ta' rapport finali dwar linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għal arranġamenti tal-interoperabbiltà, kif ingħata l-mandat taħt l-EMIR

Ħruġ ta' standards dwar derivattivi OTC li daħlu fis-seħħ minn kontropartijiet mhux tal-UE

Għoti ta' parir lill-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza ta’ regoli ta' pajjiżi terzi u tal-EMIR

Tħejjija għal għar-Regolament dwar id-Depożitorj Ċentrali tat-Titoli (CSDR)

Koordinazzjoni ta' djalogu dwar derivattivi internazzjonali

Ħejjiet għal mandati futuri tal-MiFID II.

Ippreżenatat lill-Kummissjoni l-istandards dwar akkwisti u żidiet f’azjendi f’ditti tal-investiment taħt il-MiFID attwali. Analizzat l-implimentazzjoni ta' regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet tal-MiFID.

Analizzat u ċċarat regoli tar-rappurtar tad-data minn perspettiva regolatorja reċiproka.

Iċċarat ir-rappurtar ta’ derivattivi ta' fuq il-borża. Ħejjiet dettalji għal rappurtar tat-tranżazzjonijiet, iż-żamma f'ordni tar-reġistri u tad-data ta’ referenza.

Tat parir lill-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tar-Regolament ta' Pożizzjoni Qasira.

Ħejjiet miżuri ta’ implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq (MAR). Ikkonsultat dwar għażliet ta’ politika tal-MAR għal ċerti miżuri ta’ implimentazzjoni.

Saħħet il-qafas għal fondi ta’ investiment għall-konsumatur.

Iċċarat l-impatt tal-EMIR fuq il-kalkolu tar-riskji tal-kontropartijiet għall-UCITS.

Ikkonkludiet l-arranġamenti ta’ koperazzjoni superviżorja għal fondi ta’ investiment alternattivi ma’ 46 awtorità mhux tal-UE.

Kompliet tiċċara r-regoli għal fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs). Ippubblikat rapport finali dwar Abbozzi tal-RTS dwar tipi ta’ AIFMs u ppreżentatahom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Iċċarat l-ambitu tal-AIFMD. Ippubblikat rapport finali dwar linji gwida dwar kunċetti ewlenin tal-AIFMD. Adottat linji gwida ta' remunerazzjoni għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Ippubblikat rapport finali dwar linji gwida dwar politiki tajba ta’ remunerazzjoni taħt l-AIFMD.

Iċċarat ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Ippubblikat linji gwida dwar l-obbligi ta' rappurtar taħt l-AIFMD. Indirizzat traspożizzjoni tardiva tal-AIFMD. Ħarġet opinjoni dwar arranġamenti prattiċi għat-traspożizzjoni tardiva tal-AIFMD.

Wasslet l-ewwel standards taħt id-Direttiva dwar il-Prospett (PD). L-abbozz tal-RTS u r-rapport ġew ippreżentati lill-Kummissjoni. Aġġornat il-qafas għall-ekwivalenza ta’ prospetti ta' pajjiżi terzi. Ħejjiet standards dwar ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għal ishma maġġuri.

Ippubblikat rapport dwar sistemi ta’ responsabbiltà taħt id-Direttiva dwar il-Prospett (PD).

Iċċarat il-kunċett ta’ “jaġixxu flimkien” lill-investituri internazzjonali. Ippubblikat dikjarazzjoni li fiha informazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-azzjonisti u l-aġir flimkien taħt til-PD.

Ippromwoviet applikazzjoni konverġenti tar-Regolament ta' Pożizzjoni Qasira.

Iffinalizzat linji gwida dwar attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq. Ippubblikat linji gwida dwar l-eżenzjoni għal attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq u operazzjonijiet fis-suq primarju.

Iffaċilitat u kkoordinat l-implimentazzjoni ta’ projbizzjonijiet temporanji. L-ESMA kellha l-irwol tagħha ta’ koordinazzjoni fi tmien każijiet fl-2013.

Immonitorjat id-dixxiplina u l-fallimenti tas-saldu.

Ikkontribwixxiet għall-applikazzjoni konsistenti tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) fl-UE. Ikkonsultat dwar abbozz ta’ linji gwida dwar l-infurzar ta’ informazzjoni finanzjarja. Ippubblikat dokument ta’ konsultazzjoni dwar il-linji gwida proposti dwar l-infurzar ta’ informazzjoni finanzjarja.

Qabblet id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tad-ditti tal-UE u tal-IFRS. Ipparteċipat fl-iżvilupp tal-IFRS. Ħejjiet standards għal informazzjoni finanzjarja. Immonitorjat regoli proposti dwar l-awditu.

Iffaċilitat l-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-industrija ta' konsulenza bi prokura tal-UE.

Analizzat l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-liġi tal-UE. Emendat il-metodoloġija għal evalwazzjonijiet bejn il-pari. Iffinalizzat evalwazzjoni bejn il-pari dwar il-Linji Gwida tagħha dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju tagħha.

Sors: Anness ipprovdut mill-Awtorità.


IR-RISPOSTI TAL-AWTORITÀ

11.

Rigward il-livelli għolja ta’ riporti, anki għax huma dovuti għall-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-kuntratti tal-IT u n-natura multiannwali tal-proġetti tal-IT li għadhom ma ġewx imħallsa skont dawk il-kuntratti u, għaldaqstant, impossibbli li jiġu eliminati kompletament, l-ESMA qed issaħħaħ iktar is-sorveljanza tal-pjan ta’ akkwist biex jitnaqqas il-livell ta’ riporti għal-livell minimu possibli.

12.

Rigward in-numru ta’ trasferimenti baġitarji, il-kumment tal-Qorti ittieħdet nota dwaru. Għandu jkun innotat li l-baġit tal-ESMA 2013 kien preparat fi tmiem l-2011 e.g. wara inqas minn sena ta’ operazzjoni għall- Awtorità. Fl-2013, metodoloġija ġdida dwar l-ippjanar tal-baġit ġiet imnedija biex tkun minimizzata l-ħtieġa ta’ trasferimenti baġitarji fl-2015 u wara. Fl-2013 l-ESMA bdiet ukoll tistabbilixxi reviżjonijiet baġitarji perjodiċi biex ittejjeb l-implimentazzjoni tal-baġit.

13.

L-ESMA hija konxja tal-kwistjoni relatata mal-ħlas tardiv u ħadet diversi inizjattivi fl-2013 biex tindirizzahom. L-ESMA żiedet il-monitoraġġ bit-twaqqif tar-riporti darbtejn fil-ġimgħa u żviluppat kampanja ta’ taħriġ fuq iċ-ċirkwit tal-ħlas. Fl-aħħar, l-ESMA fl-aħħar tal-2013 ssimplifikat iċ-ċirkwiti finanazjarji f’forma unitarja u adottat il-forom biex ittejjeb il-puntwalità tal-proċess.

14.

Minħabba d-diskussjonijiet li għadhom għaddejjin fuq il-ftehim tas-sede ġenerali, il-proċess tal-ESMA biex tiġbor il-VAT mingħand il-gvern Franċiż kienet implimentata biss fl-aħħar tal-2012. Fl-2013, l-ESMA kellha għaldaqstant tipproċessa l-klejms tal-VAT li kienu ilhom jinġemgħu u li l-aħħar lott tagħhom intbagħat f’Mejju 2014. Flimkien mal-finalizzazzjoni tal-amministrazzjoni tax-xogħol li kien hemm b’lura, proċedura regolari kull tliet xhur għall-ikklejmjar tal-VAT ġiet implimentata fi tmiem l-2013. Bil-miżuri t’hawn fuq imsemmija, l-ESMA tistenna li tnaqqas b’mod sinifikanti jew telimina l-bilanċ tal-VAT sa tmiem l-2014.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/260


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni

(2014/C 442/30)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn ’il quddiem “il-Fondazzjoni”, magħrufa wkoll bħala l-“ETF”), li tinsab f’Turin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (1) (tfassil tar-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tappoġġa r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba tal-Unjoni Ewropea. B’dan il-mod, hija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ diversi programmi (eż. IPA, FRAME, GEMM) (3).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI OĦRA

11.

Fi tmiem l-2013, il-Fondazzjoni kellha EUR 7,5 miljun f'kontijiet f'bank wieħed bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa (F3, BBB).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82).

(3)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Fl-2012 il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 99,9 %, li jindika li l-impenji saru b’mod f’waqtu. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2013 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) b’ammont ta’ EUR 0,6 miljun (36,8 %). Ir-raġunijiet prinċipali kienu l-wasla tardiva ta’ fatturi għal servizzi relatati mal-bini li ngħataw fl-2012 (EUR 0,3 miljun) u għadd ta’ xirjiet ta’ hardwer u softwer tal-IT ordnati kif ippjanat matul l-aħħar xhur tal-2012 (EUR 0,3 miljun) iżda li ma twasslux qabel l-2013.

M/A


ANNESS II

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Turin)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 166(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

“L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-formazzjoni vokazzjonali.”

Kompetenzi tal-Fondazzjoni

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90)

Għan

Li tikkontribwixxi, fil-kuntest tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, sabiex ittejjeb l-iżvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi li ġejjin: il-pajjiżi eliġibbli għall-appoġġ taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u taħt atti legali u relatati sussegwenti; pajjiżi oħra nominati bid-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija fuq il-bażi ta' proposta appoġġata minn żewġ terzi tal-membri tiegħu u opinjoni tal-Kummissjoni, u koperti minn strument tal-Unjoni jew ftehim internazzjonali li jinkludi element ta' żvilupp tal-kapital uman, u sa fejn jippermettu r-riżorsi disponibbli.

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, “l-iżvilupp tal-kapital uman” għandu jkun definit bħala ħidma li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tul il-ħajja tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-individwu permezz tat-titjib tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

Kompiti

Għall-fini li jinkiseb l-għan, il-Fondazzjoni, fil-limiti tas-setgħat mogħtija lill-Bord tat-Tmexxija u filwaqt li ssegwi l-linji gwida ġenerali stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, għandha jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:

li tagħti informazzjoni, analiżijiet tal-politika u parir dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi msieħba;

li tippromwovi l-konoxxenza u l-analiżi ta’ ħtiġijiet ta' kompetenzi fis-swieq tax-xogħol nazzjonali u lokali;

li tappoġġa lill-partijiet interessati rilevanti fil-pajjiżi msieħba fil-bini tal-kapaċità fl-iżvilupp tal-kapital uman;

li tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza fost id-donaturi involuti fir-riforma tal-iżvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi msieħba;

li tappoġġa t-twassil tal-assistenza mill-Unjoni lill-pajjiżi msieħba fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapital uman;

li xxerred informazzjoni u tħeġġeg in-netwerking u l-iskambju ta' esperjenza u ta’ prassi tajba bejn l-UE u l-pajjiżi msieħba u fost il-pajjiżi msieħba fi kwistjonijiet tal-iżvilupp tal-kapital uman;

li tikkontribwixxi, fuq talba tal-Kummissjoni, lejn l-analiżi tal-effikaċja globali tal-assistenza f'taħriġ lill-pajjiżi msieħba;

li twettaq tali kompiti oħra skont kif jiġi miftiehem bejn il-Bord tat-Tmexxija u l-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

Governanza

Bord tat-Tmexxija

Rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru.

Tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Tliet esperti li ma jivvutawx maħtura mill-Parlament Ewropew.

Addizzjonalment, tliet rappreżentanti tal-pajjiżi msieħba jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi.

Direttur

Maħtur mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2013 (2012)

Baġit

EUR 22,0 (20,1) miljun għal impenji u EUR 22,0 (20,1) miljun għal pagamenti, li minnhom EUR 19,9 miljun kienu ffinanzjati minn sussidju tal-Kummissjoni.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

96 (96) post temporanju fit-tabella tal-persunal, li minnhom 92 (1) (93) post okkupat.

40 (37) membru ieħor tal-persunal (persunal lokali, persunal kuntrattwali, esperti nazzjonali sekondati)

Total tal-persunal: 132 (130), assenjati għad-dmirijiet li ġejjin:

kompiti operazzjonali: 76,5(73)

kompiti amministrattivi: 28 (28) + 2 fil-grupp ta' sostituzzjoni fl-ETF skont il-ħtieġa

– kompiti ta’ koordinazzjoni korporattiva u ta’ komunikazzjoni: 25,5(29)

Prodotti u servizzi pprovduti matul is-sena finanzjarja 2013 (2012)

Attivitajiet

Il-Fondazzjoni tikkontribwixxi, fil-kuntest tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, għat-titjib tal-iżvilupp tal-kapital uman (HCD) fi 30 pajjiż imsieħeb maħtur bir-Regolament li jistabbilixxiha u l-Bord tat-Tmexxija tagħha. L-attivitajiet prinċipali tagħha huma l-appoġġ tal-politiki u l-proġetti tal-UE, il-provvediment ta’ analiżijiet ta’ politika, it-tixrid u l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza u appoġġ għal bini tal-kapaċità tal-pajjiżi msieħba.

Il-valur miżjud tal-Fondazzjoni jiġi mill-bażi ta’ konoxxenza stabbilita tagħha li hija newtrali, mhux kummerċjali u unika u li tikkonsisti minn kompetenza esperta fl-iżvilupp tal-kapital uman u r-rabtiet tagħha mal-impjegaturi. Dan jinkludi kompetenza esperta fl-adattament tal-approċċi għall-iżvilupp tal-kapital uman fl-UE u fl-Istati Membri tagħha għall-kuntest tal-pajjiżi msieħba.

Fl-2013, il-Proċess ta' Turin, li kien implimentat f’27 pajjiż imsieħeb tal-ETF bħala analiżi parteċipattiva u bbażata fuq l-evidenza, ta' politiki u sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), ġie vvalidat f'konferenza korporattiva organizzata f'Mejju bit-titolu “Il-Proċess ta' Turin: Immexxu l-Ħiliet 'il Quddiem”.

Il-Fondazzjoni ħadmet fuq il-funzjonijiet prinċipali tagħha, kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill, kif ġej:

 

Outputs ikkompletati fl-

2013

2012

Appoġġ lill-politiki tal-UE u ċ-ċiklu tal-proġett tal-istrumenti ta’ relazzjonijiet esterni għall-pajjiżi msieħba

40

36

Bini tal-kapaċità tal-pajjiżi msieħba

63

66

Analiżi tal-politika

20

31

Tixrid u netwerking

21

28

Total

144

161

L-outputs ikejlu t-twettiq tar-riżultati ta’ proġett, u jirrelataw il-baġit mal-funzjonijiet u r-riżultati tal-Fondazzjoni.

Barra minn dawn il-funzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma tagħha, il-Fondazzjoni wieġbet ukoll għal talbiet diretti mill-Kummissjoni Ewropea matul is-sena.

 

2013

2012

Talbiet mill-Kummissjoni li għadhom għaddejja

78

107

Talbiet indirizzati lill-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa u t-Turkija

38 %

42 %

Talbiet indirizzati lill-pajjiżi tax-Xlokk tal-Mediterran

28 %

32 %

Talbiet indirizzati lill-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant

18 %

12 %

Talbiet indirizzati lill-pajjiżi tal-Asja Ċentrali

15 %

14 %


(1)  Inkluża offerta waħda ta' impjieg li ġiet aċċettata, b'bidu mill-1.3.2014

Sors: Anness ipprovdut mill-Fondazzjoni.


IR-RISPOSTA TAL-FONDAZZJONI

11.

L-ETF taqbel mas-sejba tal-Qorti u tikkonferma l-intenzjoni tagħha li fl-2014 tipparteċipa fi proċedura ta’ akkwist konġunt għas-servizzi bankarji mnedija mill-Kummissjoni. Kemm-il darba din il-proċedura ta' akkwist ma tirnexxix, l-ETF se tniedi l-akkwist tagħha stess sabiex ikollha kuntratt ma' bank bi klassifikazzjoni tal-kreditu ogħla.

Ir-raġuni għalfejn fil-31 ta' Diċembru 2013 kien hemm bilanċ għoli fil-bank hija minħabba li l-ewwel pagament akkont tas-sovvenzjoni tal-2014 tħallas bil-quddiem u minħabba li waslu l-fondi għall-proġetti l-ġodda GEMM u FRAME.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/267


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/31)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fil-Lussemburgu, inħolqot fl-1958 (1). Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, l-Euratom (2) issostitwixxiet l-Istatuti preċedenti tal-Aġenzija. Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li tiżgura forniment regolari ta' materjali nukleari, b'mod partikolari fjuwils nukleari, lill-utenti tal-UE, permezz ta' strateġija ta' forniment komuni bbażata fuq il-prinċipju tal-aċċess ugwali għal sorsi ta' forniment.

2.

Mill-2008 sal-2011 inkluża, l-Aġenzija ma rċevitx baġit tagħha stess biex tkopri l-operat tagħha. Il-Kummissjoni refgħet l-ispejjeż kollha mġarrba mill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha. Għall-2012 u l-2013, l-Aġenzija ngħatat il-baġit tagħha stess mill-Kummissjoni, iżda dan ikopri biss parti żgħira mill-infiq tagħha.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

11.

In-noti għall-kontijiet annwali 2013 tal-Aġenzija jispjegaw li s-salarji kollha u xi spejjeż addizzjonali għas-servizzi amministrattivi tħallsu direttament mill-baġit tal-Kummissjoni. L-ispejjeż għas-salarji huma ddivulgati, iżda mhuwa pprovdut l-ebda dettall dwar l-ispejjeż għas-servizzi amministrattivi. Għalhekk, il-punt sa fejn l-Aġenzija tiddependi mill-Kummissjoni mhuwiex viżibbli bis-sħiħ.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

12.

Ma hemmx dokumentazzjoni suffiċjenti tal-elementi prinċipali tal-kontrolli interni tal-Aġenzija, bħal strateġija ta' mmaniġġjar u kontroll tar-riskju, proċeduri ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni, valutazzjoni tal-funzjonament tas-sistema ta' kontroll intern u kodiċi ta' standards professjonali.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU 27, 6.12.1958, p. 534/58.

(2)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni espressa fil-paragrafu 10, il-Qorti tixtieq terġa’ tiġbed l-attenzjoni għall-kwistjoni li ġejja. L-Artikolu 54 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jipprovdi li l-Aġenzija għandu jkollha awtonomija finanzjarja. L-Artikolu 7 tal-Istatuti tal-Aġenzija jipprovdi li “l-infiq tal-Aġenzija għandu jikkonsisti fi spejjeż amministrattivi tal-persunal tagħha u tal-Kumitat, kif ukoll spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma' partijiet terzi”. Fil-fatt, mill-2008 ’l hawn, l-Aġenzija ma rċevietx baġit. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni Ewropea rrilaxxat direttament l-ispejjeż tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 7 hawn fuq. Fl-opinjoni tal-Qorti, din is-sitwazzjoni tmur kontra l-Istatuti tal-Aġenzija u l-Qorti tqis li l-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom, flimkien mal-partijiet interessati kollha, iqisu miżuri biex din is-sitwazzjoni tiġi eliminata.

Ikkompletata

2012

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni espressa fil-paragrafu 9, il-Qorti tixtieq tiġbed l-attenzjoni għall-kwistjoni li ġejja. Bejn l-2008 u l-2011, l-Aġenzija ma rċevietx il-baġit tagħha stess u l-Kummissjoni Ewropea ffinanzjat u rrilaxxat l-infiq kollu direttament. Il-Qorti kienet qieset li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-Istatuti tal-Aġenzija.

Għall-2012, wara l-kummenti tal-Qorti, l-Aġenzija ngħatat il-baġit tagħha stess mill-Kummissjoni u dan ammonta għal EUR 98  000 (EUR 1 04  000 li jinkludu d-dħul finanzjarju mill-investimenti proprji). Filwaqt li l-Artikolu 54 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Artikolu 6 tal-Istatuti tal-Aġenzija jipprovdu li hija għandu jkollha awtonomija finanzjarja, il-parti l-kbira tal-infiq tal-Aġenzija (persunal, spazju għal uffiċċji u sistemi tal-IT) għadha ffinanzjata direttament mill-Kummissjoni. Għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż tal-persunal, dan huwa previst fl-Artikolu 4 tal-Istatuti tagħha. Id-dispożizzjonijiet huma kontradittorji u dan imur kontra l-awtonomija finanzjarja meħtieġa tal-Aġenzija.

Pendenti


ANNESS II

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (il-Lussemburgu)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

Strateġija ta' forniment komuni għall-materjali nukleari skont il-prinċipji u l-objettivi (sigurtà tal-forniment) stabbilita mit-Trattat Euratom.

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA) ġiet stabbilita direttament bl-Artikolu 52 tat-Trattat Euratom, iffirmat fl-1957. L-ESA hija wkoll irregolata bl-Istatuti tagħha, stabbiliti b’deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-bażi legali tal-Artikolu 54 tat-Trattat Euratom.

Kompetenzi tal-Aġenzija

(kif definiti fit-Trattat Euratom, prinċipalment il-Kapitolu 6 tiegħu, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom)

Objettivi

Tassigura l-fornimenti ta’ materjali nukleari, skont strateġija ta’ fornimenti komuni, fuq il-prinċipju tal-aċċess ugwali għal riżorsi.

Tassigura d-distribuzzjoni regolari u ġusta ta’ minerali u fjuwils nukleari lill-utenti kollha fil-Komunità.

Tidentifika u timmonitorja x-xejriet tas-suq li jistgħu jolqtu s-sigurtà tal-forniment għal materjali u s-servizzi nukleari fl-Unjoni Ewropea.

Tikkontribwixxi għall-politiki tal-Komunità billi tipprovdi għarfien espert, informazzjoni u pariri dwar kwalunkwe suġġett marbut mal-funzjonament tas-suq tal-materjali u s-servizzi nukleari.

Kompiti

Skont it-Trattat Euratom, l-ESA tgawdi dritt ta’ għażla fuq il-materjali nukleari prodotti fit-territorji tal-Istati Membri u dritt esklussiv li tiffinalizza kuntratti li għandhom x’jaqsmu mal-materjali nukleari li jkunu ġejjin minn gewwa jew minn barra l-Komunità.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-kompiti tal-ESA jinkludu:

il-valutazzjoni tal-impenji nnegozjati bejn il-partijiet ikkonċernati, u konsegwentement, il-konklużjoni, l-innegar ta’ konklużjoni jew l-aċċettazzjoni ta’ konklużjoni taħt ċerti kundizzjonijiet biss, ta’ kwalunkwe kuntratt, jew emenda għalih, relatat mal-forniment ta’ materjali fit-tifsira tal-Artikolu 52 tat-Trattat Euratom;

ir-riċeviment ta’ notifikazzjoni tal-kuntratti kollha f’dak li għandu x’jaqsam mat-trattament, it-trasformazzjoni jew l-ipproċessar ta’ minerali, materji primi jew materjali speċjali fissili, skont l-Artikolu 75 tat-Trattat Euratom, u l-ipproċessar tagħhom;

ir-riċeviment ta’ notifikazzjoni tat-trasferimenti, l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet kollha ta’ kwantitajiet hekk żgħar ta’ minerali, materji primi jew materjali fissili, skont l-Artikolu 74 tat-Trattat Euratom, u l-ipproċessar tagħhom;

l-istruzzjoni tal-fajls u t-teħid tal-passi kollha ta’ tħejjija fid-dawl ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni f’każijiet fejn, skont il-liġi tal-Euratom, il-ftehim tal-Kulleġġ huwa meħtieġ;

l-immaniġġjar, kif xieraq, tal-kuntratti li hija kkonkludiet jew li dwarhom hija rċeviet notifikazzjoni;

il-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni bi ħsieb għal monitoraġġ kontinwu tas-suq tal-materjali u s-servizzi nukleari fl-UE. F'Settembru 2013 'il hawn, ir-rwol osservatorju tal-ESA ġie estiż aktar biex ikopri l-aspetti tal-forniment ta' radjuisotopi fl-UE;

il-pubblikazzjoni ta’ rapporti regolari għall-użu intern, u/jew għall-pubbliku ġenerali, fir-rigward tal-funzjonament ta’, u xejriet reċenti fis-suq tal-materjali u s-servizzi nukleari;

il-provvediment lill-Komunità, fuq talba, ta' għarfien espert u pariri dwar kwalunkwe suġġett marbut mal-funzjonament tas-suq tal-materjali u s-servizzi nukleari;

il-kollegament mal-Kumitat Konsultattiv tal-ESA u t-tiftix tal-opinjoni tiegħu u l-parteċipazzjoni, kif xieraq, inkluż il-provvediment ta' segretarjat, għal-laqgħat imsemmija tal-Kumitat Konsultattiv.

Governanza

L-Aġenzija tgawdi personalità ġuridika u awtonomija finanzjarja.

Hija topera taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, fuq bażi ta’ non-profitt.

Id-Direttur Ġenerali (DĠ) u l-persunal tal-ESA għandhom ikunu, jew isiru, uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Huma jrid ikollhom awtorizzazzjoni għal aċċess (approvazzjoni tas-sigurtà). Is-salarji tagħhom jitħallsu mill-Kummissjoni.

It-Trattat Euratom u l-Istatuti tal-ESA jiddeterminaw il-kapital tal-Aġenzija u l-kundizzjonijiet li fuqhom huwa sottoskritt.

Direttur Ġenerali

Huwa maħtur mill-Kummissjoni, għal perjodu ta' żmien indefinit. Id-dmirijiet u s-setgħat tad-DĠ huma determinati, b'mod partikolari, fl-Istatuti tal-ESA.

Superviżjoni tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista' toħroġ direttivi lill-Aġenzija u għandha d-dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija. Barra minn hekk, ċerti deċiżjonijiet tal-ESA huma suġġetti għal awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni minn qabel.

Kumitat Konsultattiv

Huwa magħmul minn membri mill-Istati Membri, li jinħatru intuitu personae għal perjodu ta' tliet snin (li jiġġedded). Il-Kumitat Konsultattiv jassisti lill-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti tagħha. Huwa jipprovdi kollegament bejn l-ESA u kemm il-produtturi kif ukoll l-utenti fl-industrija nukleari. Il-Kumitat jista’ jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni fil-limiti tal-Aġenzija. Irid jagħti l-opinjoni tiegħu fuq il-kwistjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 13 tal-Istatuti. Normalment huwa jiltaqa’ darbtejn fis-sena.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit

EUR 1 04  000 (1 04  000), inkluża l-kontribuzzjoni mill-Kummissjoni: EUR 98  000 (98  000).

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Għadd totali tal-persunal: 18 (17)-il (inkluż id-Direttur Ġenerali).

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

Sigurtà tal-forniment assigurata

Tranżazzjonijiet ipproċessati

Madwar 279 (270) tranżazzjoni, inklużi kuntratti, emendi u notifikazzjonijiet tal-attivitajiet front-end, ġew ipproċessati mill-Aġenzija fl-2013.

Rapporti

Fl-2013, l-Aġenzija ħarġet:

ir-Rapport Annwali tal-Aġenzija għall-2012;

4 (3) Rapporti ta’ Kull Tliet Xhur dwar is-Suq tal-Uranju;

6 (6) Digests tal-Aħbarijiet Nukleari darbtejn fix-xahar;

40 (45) Bullettin tal-Aħbarijiet Nukleari ta’ kull Ġimgħa, għall-qarrejja fil-KE.

Parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Kumitat Konsultattiv tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom

Il-Kumitat Konsultattiv tal-Aġenzija għamel żewġ laqgħat (f'April u f'Novembru), bl-appoġġ u l-parteċipazzjoni tal-Aġenzija.

L-Aġenzija ffaċilitat l-attivitajiet ta' żewġ Gruppi ta’ Ħidma tal-Kumitat Konsultattiv tagħha.

Relazzjonijiet ma’ Istituzzjonijiet oħra tal-UE u Kooperazzjoni Internazzjonali

Relazzjoni mal-KE kif deskritt hawn fuq

Kull sena l-Aġenzija trid tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport li jkopri l-attivitajiet tagħha fis-sena preċedenti, kif ukoll il-programm ta’ ħidma tagħha għas-sena sussegwenti.

L-ESA tikkoopera wkoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, jiġifieri mal-IAEA (l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika) u l-OECD/NEA (l-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari). F'dak il-kuntest, l-Aġenzija tipparteċipa fil-Grupp Uranju NEA/IAEA konġunt u fil-Grupp ta’ Livell Għoli tan-NEA dwar is-Sigurtà tal-Forniment ta’ Isotopi Radjuattivi Mediċi (HLG-MR).

Sigurtà tal-forniment ta’ isotopi radjuattivi mediċi

F’Settembru 2013, l-ESA ġiet fdata bil-presidenza tal-Osservatorju Ewropew fuq il-Forniment ta’ Isotopi Radjuattivi Mediċi, biex tgħin fl-implimentazzjoni ta' politika tal-Kunsill Ewropew sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-forniment għal isotopi radjuattivi mediċi.

Sors: Informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

12.

In-noti tal-kontijiet finali tal-2013 tal-Aġenzija jinkludu stima tal-ispejjeż għas-salarji. Id-dejta preċiża dwar l-ispejjeż amministrattivi tal-Aġenzija koperti mill-Kummissjoni hija proprjetà tal-Kummissjoni. Fl-opinjoni tagħna, il-fatt li l-Kummissjoni tħallas is-salarji tal-persunal tal-Aġenzija (u xi spejjeż oħra amministrattivi) ma jipperikolax l-indipendenza tal-ESA u fl-istess ħin jippermetti l-ekonomija ta' skala.

13.

Fil-fehma tal-Aġenzija, hemm strateġija ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju xierqa fis-seħħ b'mod effettiv. Madankollu, minn din is-sena l-Aġenzija se tipprovdi iktar dokumentazzjoni strutturata dwar azzjonijiet ta' valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/275


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

(2014/C 442/32)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem “il-Fondazzjoni”, magħrufa wkoll bħala l-“Eurofound”), li tinsab f’Dublin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (1). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta' kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar fl-Unjoni billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

11.

Il-Fondazzjoni wettqet eżerċizzju ta' inventarju fiżiku u komprensiv fi tmiem l-2013 u fil-bidu tal-2014. Fiż-żmien meta sar l-awditu mill-Qorti fi Frar 2014, kien għadu ma ġiex iffinalizzat rapport tal-inventarju fiżiku. Testijiet imwettqa mill-Qorti wrew li mhux l-assi fissi kollha kienet ingħatatilhom barcode u li mhux kollha kienu tniżżlu fir-reġistru u fil-kontijiet. Tagħmir b'valur ta' EUR 2 09  843 (8) kien ġie kontabilizzat minflok ma ġie kapitilizzat, l-iżball ġie kkoreġut wara l-awditu mill-Qorti. Xi assi ma setgħux jiġu ttraċċati għan-noti ta' kunsinna tal-fornituri sabiex tiġi żgurata d-data korretta tal-bidu għall-kalkolu tal-imposta ta' deprezzament.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

12.

Il-fatti ppreżentati fil-paragrafu 11 jirrappreżentaw dgħufijiet konsiderevoli fil-kontroll intern fil-qasam tar-reġistrazzjoni u l-kontabbiltà tal-assi fissi.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

13.

Fl-2013, il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 99 %, li jindika li l-impenji saru f'waqthom. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli f'ammont ta' madwar EUR 6 62  831 (35,6 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u madwar EUR 3 3 75  781 (48,6 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali).

14.

Riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati taħt it-Titolu II kienu prinċipalment relatati mal-akkwist ta' hardwer u softwer tal-IT (EUR 2 81  934, li minnhom xiri li ammonta għal EUR 1 89  934 kien oriġinarjament ippjanat għall-2014), xogħlijiet urġenti u mhux previsti ta' tiswija (EUR 69  000) u xogħlijiet ta' ridekorazzjoni li kellhom jiġu kkuntrattati u li kienu ppjanati għall-bidu tal-2014 (EUR 2 30  718).

15.

Għat-Titolu III, approprjazzjonijiet impenjati riportati li ammontaw għal EUR 2 6 25  543 kienu jikkonċernaw proġetti pluriennali li għalihom l-ativitajiet ġew implimentati u l-pagamenti saru skont kif kien ippjanat. Riporti mhux ippjanati ta' EUR 7 50  238 kienu prinċipalment relatati ma' żieda fil-baġit għal bosta proġetti għat-tisħiħ tal-ambitu u l-kwalità tagħhom (65 %), servizzi ta' traduzzjoni ordnati f'Diċembru 2013 iżda oriġinarjament ippjanati għall-2014 (14 %), dewmien fil-proċeduri ta' akkwist (7 %), fatturar tardiv minn kuntratturi (14 %) u avvenimenti oħra barra mill-kontroll tal-Fondazzjoni.

KUMMENTI OĦRA

16.

Il-Fondazzjoni saret operazzjonali fl-1975, u sa issa, ħadmet fuq il-bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru. Ftehim ta' dan it-tip ikun jippromwovi aktar it-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw il-Fondazzjoni u l-persunal tagħha.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  L-Anness I jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

(8)  Is-sistema tal-arja kundizzjonata u tagħmir ieħor fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Fondazzjoni.


ANNESS I

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li kienet iffirmata f’Turin fit-18 ta' Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni. [...]

Kompetenzi tal-Fondazzjoni

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005)

Objettivi

L-għan tal-Fondazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, hija meħtieġa tikkunsidra l-oqsma li ġejjin:

il-bniedem meta jkun fuq ix-xogħol,

l-organizzazzjoni tax-xogħol u partikolarment id-disinn tal-impjieg,

il-problemi li jirrigwardaw ċerti kategoriji ta' ħaddiema,

l-aspetti fit-tul dwar it-titjib tal-ambjent,

it-tqassim ta' attivitajiet umani fl-ispazju u fiż-żmien.

Kompiti

Li ssaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza f'dawn l-oqsma,

li tiffaċilita l-kuntatt bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta' studju u riċerka, organizzazzjonijiet u amministrazzjonijiet soċjali u ekonomiċi,

li twettaq studji jew tikkonkludi kuntratti ta’ studji u li tipprovdi assistenza għal proġetti pilota,

li tikkoopera mill-qrib kemm jista’ jkun ma’ istituzzjonijiet speċjalizzati eżistenti fl-Istati Membri u fil-livell internazzjonali.

Governanza

Il-Bord Governattiv (BG)

minn kull Stat Membru: rappreżentant wieħed tal-gvern, rappreżentant wieħed mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u rappreżentant wieħed tal-ħaddiema,

tliet rappreżentanti mill-Kummissjoni,

laqgħa regolari kull sena.

Il-Bureau tal-BG

jikkonsisti fi 11-il membru; 3 membri minn kull wieħed mill-imsieħba soċjali u l-gvernijiet, 2 mill-Kummissjoni,

jissorvelja l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-BG u jieħu miżuri biex jiżgura tmexxija tajba bejn il-laqgħat tal-BG,

sitt laqgħat regolari kull sena.

Id-Direttur u d-Deputat Direttur jinħatru mill-Kummissjoni minn lista ta’ kandidati mressqa mill-BG. Id-Direttur jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-BG u tal-Bureau tiegħu u jamministra l-Fondazzjoni.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2013 (2012)

Baġit

EUR 20,6(21,4) miljun

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Uffiċjali u persunal temporanju:

101 post previst fit-tabella tal-persunal, li minnhom 99 (98) kienu okkupati fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Persunal ieħor:

Esperti Nazzjonali Sekondati: 0 (0)

Persunal kuntrattwali: 13 (12)

Total tal-persunal impjegat: 112 (110)

Allokat lil:

Attivitajiet operazzjonali: 78 (77)

Kompiti amministrattivi: 29 (28)

Imħallta: 5 (5)

Attivitajiet u servizzi pprovduti fl-2013

Żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-qgħad bil-ħolqien ta' impjiegi, it-titjib tal-funzjonament tas-suq tax-xogħol u l-promozzjoni tal-integrazzjoni

Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar (ERM): 1  489 skeda informattiva ta’ ristrutturar; 2 rapporti analitiċi komparattivi.

Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar: Rapport Annwali 2013 tal-ERM – Monitoraġġ u ġestjoni tar-ristrutturar fis-seklu 21.

Rapporti oħra: Ristrutturar fl-SMEs fl-Ewropa; Imwieled fuq livell globali: Il-potenzjal tal-ħolqien ta’ impjiegi f’negozji internazzjonali ġodda; Polarizzazzjoni tal-impjieg u kwalità tal-impjiegi fil-kriżi: Monitur tal-Impjiegi Ewropew 2013.

Id-database “Ristrutturar tal-leġiżlazzjoni” u d-database “Ristrutturar ta' strumenti ta' appoġġ” ivverifikati u aġġornati.

Titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sostenibbiltà tax-xogħol tul il-ħajja

Osservatorju Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCO): 100 aġġornament ta' informazzjoni miżjuda; 4 rapporti analitiċi komparattivi; Rapport Annwali: Żviluppi fir-relazzjonijiet industrijali u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa 2012; 6 rapporti ta’ stħarriġ.

Il-Ħames Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol – ħames rapporti ta’ analiżi sekondarja ppubblikati: Ħinijiet tax-xogħol u bilanċ bejn il-ħajja privata u l-ħajja tax-xogħol f’perspettiva tul il-ħajja; Saħħa u benesseri fuq il-post tax-xogħol; Organizzazzjoni tax-xogħol u involviment tal-impjegati fl-Ewropa; In-nisa, l-irġiel u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa; Kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u r-relazzjonijiet tal-impjieg fl-Ewropa.

It-Tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kumpaniji: xogħol fuq il-post fi 32 pajjiż ikkompletat; sommarju tal-ewwel sejbiet ippubblikati.

Rapport: IImpatt tal-kriżi fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa.

Żvilupp fir-relazzjonijiet industrijali biex jiġu żgurati soluzzjonijiet ekwi u produttivi f’kuntest ta' politika li qed tinbidel

Osservatorju Ewropew għar-Relazzjonijiet Industrijali (EIRO): 247 aġġornament ta' informazzjoni miżjuda; 4 studji ta' rappreżentanza; 2 aġġornamenti annwali dwar il-paga u l-ħinijiet tax-xogħol; Rapport Annwali: Żviluppi fir-relazzjonijiet industrijali u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa 2012; 4 rapporti analitiċi komparattivi; 2 rapporti ta` stħarriġ.

Rapporti oħra: Involviment tal-imsieħba soċjali fir-riforma tal-pensjonijiet fl-UE; Prattiki nazzjonali ta’ informazzjoni u konsultazzjoni fl-Ewropa; Rwol tal-gvernijiet u tal-imsieħba soċjali fiż-żamma ta' ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien fis-suq tax-xogħol.

Titjib fl-istandards tal-għajxien u promozzjoni tal-koeżjoni soċjali fid-dawl tad-disparitajiet ekonomiċi u l-inugwaljanzi soċjali

It-Tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja:

tliet rapporti ta’ analiżi sekondarja ppubblikati: Kwalità tal-ħajja fl-Ewropa – Kwalità tas-soċjetà u tas-servizzi pubbliċi; It-Tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja – Kwalità tal-Ħajja fl-Ewropa: Inugwaljanzi Soċjali; It-Tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja – Kwalità tal-Ħajja fl-Ewropa: Benesseri suġġettiv;

żewġ dokumenti ta’ politika ppubblikati: Id-dejn żejjed fost l-unitajiet domestiċi fl-UE: Ir-rwol ta’ djun informali; Fiduċja politika u impenn ċiviku matul il-kriżi;

rapporti dwar il-kwalità tal-ħajja fil-pajjiżi tat-tkabbir ippubblikati.

Rapport u studji tal-każijiet fil-pajjiżi: Aktar impjiegi u impjiegi aħjar f’servizzi ta' kura fid-dar.

Rapport: Mobbiltà u migrazzjoni ta’ ħaddiema fil-kura tas-saħħa fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Komunikazzjoni u kondiviżjoni ta' ideat u esperjenza

1 13  760 tniżżil ta' rapporti mill-websajt tal-Eurofound. 2 0 60  195 żjara minn utenti.

172 pubblikazzjoni f’format PDF (671 verżjoni lingwistika).

220 dokument ta’ politika tal-UE li jikkwotaw referenzi għas-sejbiet u l-għarfien espert tal-Eurofound.

202 kontribuzzjonijiet fuq talba għal avvenimenti.

Sors: Anness ipprovdut mill-Fondazzjoni.


IR-RISPOSTI TAL-FONDAZZJONI

11.

Ir-rapport tal-inventarju fiżiku sadanittant ġie ffinalizzat u ppubblikat. L-iżbalji relatati ma’ barcode u reġistrazzjoni kienu rettifikati. Minħabba l-valur baxx ta’ artikli involuti dawn mhumiex meqjusa bħala assi u għaldaqstant, l-impatt ta’ dawn l-iżbalji fuq il-kontijiet finanzjarji kien żero.

Fi kwalunkwe każ, issa hemm kopja ġdida tan-nota ta’ kunsinna mehmuża mal-fattura li tiżgura traċċar xieraq tad-data korretta tal-bidu għall-kalkolu ta' deprezzament.

12.

Id-dgħufijiet fil-qasam tar-reġistrazzjoni u l-kontabbiltà tal-assi fissi kienu l-aktar minħabba l-perjodu ta’ tranżizzjoni lejn sistema ġdida ta’ kontabbiltà ta’ assi. Dan issa ġie solvut permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Assi ABAC u tibdil sostanzjali fil-proċessi ta’ ħidma interna.

13.-15.

Iċ-ċifri u l-analiżi huma aċċettati u kkonfermati. Il-livell għoli ta’ riporti relatati mas-servizzi li kienu oriġinarjament ippjanati għall-2014 (43 % tar-riporti kollha li ma kinux ippjanati) huma dovuti għal deċiżjonijiet dwar salarji tal-persunal għall-2011 u l-2012 li saru fl-aħħar tal-2013 li ħallew parti mill-baġit disponibbli. Biex jiġi żgurat livell għoli tal-implimentazzjoni tal-baġit ġie deċiż li jintużaw il-fondi disponibbli skont il-parir riċevut mill-Kummissjoni. Riporti (minbarra dawk relatati ma’ attivitajiet ippjanati għall-2014 u riportati) juru li inqas minn 20 % ma kinux ippjanati u kienu parzjalment mhux fil-kontroll tal-Eurofound.

16.

Għal aktar minn 30 sena l-Eurofound kellha arranġamenti dettaljati sew mal-gvern Irlandiż dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet.

Minkejja dan, fil-bidu ta’ Frar l-Eurofound bdiet in-negozjati dwar din it-tema bl-għan li tilħaq ftehim mal-gvern Irlandiż sa tmiem l-2014.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/282


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Eurojust

(2014/C 442/33)

INTRODUZZJONI

1.

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Eurojust”), li tinsab fl-Aja, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA (1) bi ħsieb li tiittejjeb il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja. L-għan tagħha hu li ttejjeb il-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u bejn l-Istati Membri u l-Istati mhux Membri (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Eurojust. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Eurojust, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Eurojust u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali ta’ Eurojust jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur Amministrattiv japprova l-kontijiet annwali tal-Eurojust wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurojust fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Eurojust ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Eurojust jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-titoli differenti kien ivarja bejn 99 % u 98 % tat-total tal-approprjazzjonijiet, li jindika li l-impenji legali saru f'waqthom. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'livell ta' EUR 2 3 41  825 (32 %). Dan kien prinċipalment ir-riżultat ta' dewmien assoċjat mat-trasferiment tal-ġestjoni interna tas-softwer lil fornitur ta' servizzi ġdid fi tmiem is-sena. Barra minn hekk, ir-rimborżi ta' nfiq minn skemi ta' għotja li ntużaw għall-appoġġ ta' “Skwadri ta' Investigazzjoni Konġunta” kellhom jitħallsu biss fl-2014.

12.

Fl-2013, l-Aġenzija għamlet 49 trasferiment baġitarju li affettwaw 101 linja tal-baġit. Dan jindika dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Eurojust. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Fir-rapport għas-sena finanzjarja 2010, il-Qorti nnutat li kien hemm skop biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi bejn id-Direttur u l-Kulleġġ tal-Eurojust sabiex ir-responsabbiltajiet, li bħalissa jirriżultaw mir-Regolament Fundatur, ma jikkonċidux (1). Ma ttieħdet ebda miżura korrettiva fl-2011.

Għadha għaddejja

2011

Il-Eurojust għadha ma adottatx ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni kollha tar-Regolamenti tal-Persunal (2).

Ikkompletata

2012

Kuntratt qafas għal servizzi tas-sigurtà ġie ffirmat fl-2008 u emendat fl-2009. Il-formola emendata għall-kalkolu tal-prezzijiet żidithom progressivament sa 22 %, filwaqt li l-kuntratt qafas oriġinali kien ippreveda żieda massima ta’ 4 %. Iż-żieda totali fil-prezzijiet ’il fuq mil-limitu ta’ 4 % ammontat għal madwar EUR 4 40  000 għall-perjodu 2008 sa 2012, li minnhom tħallsu madwar EUR 68  000 fl-2012. Żieda sinifikanti bħal din tista’ ddgħajjef it-trasparenza u l-ġustizzja tal-proċedura inizjali ta’ akkwist u tfixkel il-kompetizzjoni.

M/A

2012

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ. Ma kien hemm ebda evidenza li l-mistoqsijiet għat-testijiet u l-intervisti ġew stabbiliti qabel l-eżaminar tal-applikazzjonijiet mill-Bord tal-Għażla u ma hemm ebda evidenza li l-ponderazzjoni bejn it-testijiet bil-miktub u l-intervisti ġiet iffissata qabel l-iskrinjar tal-kandidati.

Ikkompletata


(1)  L-Artikoli 28, 29, 30 u 36 tad-Deċiżjoni 2002/187/JHA, kif emendata bid-Deċiżjonijiet 2003/659/JHA (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44) u 2009/426/ĠAI (ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14).

(2)  Ir-regoli ta’ implimentazzjoni huma nieqsa għall-oqsma li ġejjin: “Riklassifikazzjoni”, “Inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji”, “Xogħol part-time”, “Taqsim ta’ xogħol (Job Sharing)”, “Maniġment intermedju”, “Okkupazzjoni temporanja ta’ postijiet maniġerjali”, “Evalwazzjoni ta’ uffiċjali anzjani”, “Rtirar kmieni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni”, “Liv”, “Kumitat tal-Persunal” u “Gwida għall-missjonijiet.”


ANNESS II

Il-Eurojust (L-Aja)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 85 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Il-missjoni tal-Eurojust għandha tkun li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja transkonfinali li tolqot lill-Unjoni Ewropea.

Kompetenzi tal-Eurojust

(kif definiti fl-Artikoli 3, 5, 6 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/JHA u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI)

Għanijiet

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA, kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/659/JHA u d-Deċiżjoni 2009/426/ĠAI

Fil-kuntest ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet, li jikkonċernaw żewġ Stati Membri jew aktar, ta' mġieba kriminali msemmija fl-Artikolu 4 fir-rigward ta' kriminalità serja, partikolarment meta din tkun organizzata, l-għanijiet tal-Eurojust għandhom ikunu li:

(a)

tistimola u ttejjeb il-koordinazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet fl-Istati Membri, waqt li tiġi kkunsidrata kull talba li toħroġ mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru u kull informazzjoni mogħtija minn korp kompetenti fis-sens tad-dispożizzjonijiet adottati fil-qafas tat-Trattati;

(b)

ittejjeb kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari billi tiffaċilita l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, kooperazzjoni ġudizzjarja, inkluż dwar strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku;

(c)

tappoġġa altrimenti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex itejbu l-effettività tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tagħhom.

Funzjonijiet

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA, kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/659/JHA u d-Deċiżjoni 2009/426/ĠAI

1.

Biex il-Eurojust tilħaq l-għanijiet tagħha, hija għandha twettaq il-funzjonijiet tagħha:

(a)

permezz ta' wieħed jew aktar membri nazzjonali kkonċernati skont l-Artikolu 6, jew

(b)

bħala Kulleġġ skont l-Artikolu 7:

(i)

meta mitluba hekk minn wieħed jew aktar membri nazzjonali kkonċernati b'każ ittrattat mill-Eurojust, jew

(ii)

meta l-każ jinvolvi investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet li għandhom riperkussjonijiet fil-livell tal-Unjoni jew li jistgħu jolqtu Stati Membri għajr dawk li huma direttament ikkonċernati, jew

(iii)

meta hi involuta kwistjoni ġenerali relatata mal-kisba tal-għanijiet tagħha, jew

(iv)

meta altrimenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

2.

Meta twettaq il-funzjonijiet tagħha, il-Eurojust għandha tindika jekk hijiex taġixxi permezz ta' wieħed jew aktar membri nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 6 jew bħala Kulleġġ fis-sens tal-Artikolu 7.

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA, kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/659/JHA u d-Deċiżjoni 2009/426/ĠAI

1.

Meta l-Eurojust taġixxi permezz tal-membri nazzjonali kkonċernati tagħha, hi:

(a)

tista' titlob, filwaqt li tagħti raġunijiet, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati sabiex:

(i)

iwettqu investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta' atti speċifiċi,

(ii)

jaċċettaw li waħda minnhom tista' tkun f'pożizzjoni aħjar li twettaq investigazzjoni jew li tħarrek atti speċifiċi,

(iii)

jikkoordinaw bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati,

(iv)

jistabbilixxu skwadra investigattiva konġunta f'konformità mal-istrumenti rilevanti ta' kooperazzjoni,

(v)

jipprovduha b'kull informazzjoni li tkun neċessarja biex taqdi l-funzjonijiet tagħha,

(vi)

jieħdu miżuri speċjali ta’ investigazzjoni,

(vii)

jieħdu kull miżura oħra ġustifikata għall-investigazzjoni jew prosekuzzjoni;

(b)

għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jinfurmaw lil xulxin b'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li ġiet infurmata bihom;

(c)

għandha tgħin l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq talba tagħhom, biex tiżgura l-aħjar kooperazzjoni possibbli f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet;

(d)

għandha tagħti għajnuna biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

(e)

għandha tikkoopera u tikkonsulta man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, inkluż billi tuża u tagħti kontribut għat-titjib tal-bażi ta' informazzjoni dokumentata;

(f)

għandha, fil-każijiet imniżżla fl-Artikolu 3(2) u (3) u bi ftehim mal-Kulleġġ, tgħin f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet dwar l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed biss.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirreaġixxu mingħajr dewmien inġustifikabbli għal talbiet magħmulin taħt dan l-Artikolu.

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA, kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/659/JHA u d-Deċiżjoni 2009/426/ĠAI

1.

Meta l-Eurojust taġixxi bħala Kulleġġ:

(a)

tista', għall-forom ta' kriminalità u offiżi msemmija fl-Artikolu 4(1) titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, waqt li tagħti r-raġunijiet tagħha:

(i)

biex jibdew investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta' atti speċifiċi,

(ii)

biex jaċċettaw li waħda minnhom tista' tkun f'pożizzjoni aħjar li tibda investigazzjoni jew biex tħarrek atti speċifiċi,

(iii)

biex jikkoordinaw bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati,

(iv)

biex jistabbilixxu skwadra investigattiva konġunta f'konformità mal-istrumenti rilevanti ta' kooperazzjoni,

(v)

biex jipprovduha b'kull informazzjoni neċessarja għal qadi tal-funzjonijiet tagħha;

(b)

għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin b'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li ġew infurmati dwarhom u li għandhom riperkussjonijiet fuq livell tal-Unjoni jew li jistgħu jaffettwaw Stati Membri għajr dawk li huma direttament ikkonċernati;

(c)

għandha tgħin l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq talba tagħhom, biex tiżgura l-aħjar kooperazzjoni possibbli f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet;

(d)

għandha tagħti għajnuna biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari abbażi tal-analiżi tal-Europol;

(e)

għandha tikkoopera u tikkonsulta man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, inkluż billi tuża u tagħti kontribut għat-titjib tal-bażi ta' informazzjoni dokumentata;

(f)

tista' tassisti lill-Europol, b'mod partikolari billi tipprovdiha b'opinjonijiet ibbażati fuq analiżijiet magħmula mill-Europol;

(g)

tista' tagħti appoġġ loġistiku f'każijiet imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) hawn fuq. Dan l-appoġġ loġistiku jista' jinkludi għajnuna għal traduzzjoni, interpretazzjoni u l-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' koordinazzjoni.

2.

Fejn żewġ membri nazzjonali jew aktar ma jistgħux jaqblu dwar kif isolvu każ ta’ konflitt ta’ ġurisdizzjoni fir-rigward it-teħid ta’ investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet taħt l-Artikolu 6 u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(c), il-Kulleġġ għandu jintalab jagħti opinjoni mhux vinkolanti bil-miktub dwar il-każ, dment li l-kwistjoni ma setgħetx tiġi solvuta permezz ta’ qbil reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati. L-opinjoni tal-Kulleġġ għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1(a)(ii).

3.

Minkejja d-dispożizzjonijiet li jinsabu fi kwalunkwe strument adottat mill-Unjoni Ewropea rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja, awtorità kompetenti tista’ tirrapporta lill-Eurojust ċaħdiet rikorrenti jew diffikultajiet li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, kooperazzjoni ġudizzjarja inkluż dwar strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, u titlob lill-Kulleġġ sabiex joħroġ opinjoni mhux vinkolanti bil-miktub dwar il-kwistjoni, dment li din ma setgħetx tiġi solvuta permezz ta’ qbil reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew permezz tal-involviment tal-membri nazzjonali kkonċernati. L-opinjoni tal-Kulleġġ għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati.

Governanza

(L-Artikoli 2, 9, 23, 28, 29 u 36 tad-Deċiżjoni tal-Eurojust 2002/187/JHA; l-Artikolu 3 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Eurojust)

Kulleġġ

Il-Kulleġġ huwa responsabbli mill-organizzazzjoni u l-operat tal-Eurojust. Il-Kulleġġ huwa magħmul minn Membri Nazzjonali li huma sekondati minn kull Stat Membru konformement mas-sistema ġuridika tiegħu u li huma prosekuturi, imħallfin jew uffiċjali tal-puliżija. Il-Kulleġġ għandu jeleġġi lill-President tiegħu mill-Membri Nazzjonali.

Direttur

Id-Direttur Amministrattiv jinħatar mill-Kulleġġ li jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi.

Il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza

Jissorvelja l-ipproċessar tad-data personali.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Riżorsi disponibbli għall-Eurojust fl-2013 (2012)

Baġit finali

EUR 32,4 (33,3) miljun inkluż id-dħul assenjat

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Membri Nazzjonali: 28 (li minnhom 2 huma bbażati fl-Istati Membri) (27, li minnhom 2 huma bbażati fl-Istati Membri)

Deputati Membri Nazzjonali: 20 (li minnhom 11 huma bbażati fl-Istati Membri) (17, li minnhom 10 huma bbażati fl-Istati Membri)

Assistenti għall-Membri Nazzjonali: 21 (li minnhom 8 huma bbażati fl-Istati Membri) (22, li minnhom 11 huma bbażati fl-Istati Membri)

Persunal temporanju: 203 (188)

Persunal kuntrattwali: 27 (29)

Esperti nazzjonali sekondati: 14 (18)

Prodotti u servizzi pprovduti fl-2013 (2012)

Għadd ta’ laqgħat ta’ koordinazzjoni: 206 (194)

Għadd totali ta’ każijiet: 1  576(1  533)

Qerq u frodi: 472 (382)  (1)

Kriminalità organizzata (mobbli): 264 (231)  (1)

Traffikar ta’ droga: 248 (263)  (1)

Ħasil tal-flus: 202 (144)  (1)

Immigrazzjoni illegali u traffikar tal-bnedmin: 110 (89)  (1)

Korruzzjoni: 56 (30)  (1)

Ċiberkriminalità: 29 (42)  (1)

Terroriżmu: 17 (32)  (1)

Offiżi kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE: 15 (27)  (1)


(1)  Il-lista ta’ kriminalità użata għall-klassifikazzjoni tal-każijiet tirrifletti t-tipi ta' kriminalità li l-Eurojust tathom prijorità fl-2013.

Sors: Anness ipprovdut mill-Eurojust.


IR-RISPOSTI TAL-EUROJUST

11.

L-Eurojust jaċċetta l-fatt li l-approprjazzjonijiet mgħoddija ‘l quddiem għall-2014 għat-titolu III huma relattivament għoljin, madankollu jirreferi għall-ġustifikazzjonijiet identifikati mill-Qorti. L-Eurojust jibqa’ viġilanti biex jevita kwalunkwe approprjazzjonijiet mgħoddija ‘l quddiem li mhumiex ġustifikati.

12.

L-Eurojust jaċċetta l-kumment u diġà implimenta l-gwida tal-Qorti permezz ta’ tnaqqis tan-numru ta’ linji baġitarji li ntużaw fis-sena finanzjarja 2014 b’26,4 %.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/290


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

(2014/C 442/34)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala l-“Europol”), li jinsab f’L-Aja, ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (1). L-objettiv tal-Uffiċċju hu li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni li tittieħed mill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istati Membri u servizzi oħra ta’ infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni reċiproka biex tiġi evitata u miġġielda l-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar, it-terroriżmu u forom ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

11.

Għalkemm l-Uffiċċju tejjeb it-tħejjija, l-eżekuzzjoni u d-dokumentazzjoni ta' proċeduri ta' akkwist matul is-snin, mhux id-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu fl-2013 kienu bbażati fuq kriterji tal-għażla speċifiċi biżżejjed, offerti tal-prezzijiet realistiċi jew skont ir-rekwiżiti professjonali stabbiliti. Dan affettwa l-effettività tal-proċeduri ta' akkwist.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Ir-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit ittejbu aktar fl-2013 u r-riporti totali ta' approprjazzjonijiet impenjati naqsu għal EUR 9,4 miljun jew 11,6 % (2012: EUR 16,3 miljun jew 19,6 %). Madankollu, ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għadhom relattivament għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’livell ta’ EUR 3,0 miljun (41 %) (2012: EUR 4,2 miljun jew 49 %). Huma kienu prinċiplament relatati ma' modifiki ppjanati tal-bini tard fis-sena (EUR 1,8 miljun) u ma' spejjeż amministrattivi oħra, li għalihom ma kinux waslu fatturi fi tmiem is-sena.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Ir-rati għoljin ta' riporti u ta’ kanċellazzjoni kif ukoll l-għadd għoli ta’ trasferimenti tal-baġit li saru fl-2011 jindikaw diffikultajiet fl-ippjanar u/jew fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Uffiċċju.

Ikkompletata

2011

Il-livell ta’ pagamenti għall-impenji kien baxx, b’34 % għat-Titolu II u b'45 % għat-Titiolu III u jmur kontra l-prinċipju baġitarju ta’ annwalità.

M/A

2011

Il-proċeduri li jikkonċernaw l-istabbiliment, l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ eċċezzjonijiet u devjazzjonijiet minn politiki u proċeduri ma ġewx adottati. Ġew irreġistrati eċċezzjonijiet u devjazzjonijiet għal 7 % tal-pagamenti tal-2011.

Proċeduri: Ikkompletata

Livell ta' eċċezzjonijiet u devjazzjonijiet: Għadha għaddejja

2011

Is-sistema kontabilistika għadha ma ġietx ivvalidata għal kollox mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà. Proċessi ewlenin bħall-għeluq tal-aħħar tas-sena u l-istabbiliment tad-drittijiet finanzjarji tal-persunal għadhom mhumiex koperti.

Ikkompletata

2011

Instabu dgħufijiet fir-rigward tal-verifikazzjoni fiżika u r-reġistrazzjoni tal-assi qabel u wara ċ-ċaqliq lejn il-kwartieri ġenerali l-ġodda. Barra minn hekk, il-kuntratti ta’ assigurazzjoni ma jirriflettux il-valur tal-assi tal-Uffiċċju. Filwaqt li, qabel sar iċ-ċaqliq, l-assi netti kienu assigurati b’mod eċċessiv b’madwar EUR 17-il miljun, bħalissa huma assigurati b’mod insuffiċjenti b’madwar EUR 21 miljun.

Ikkompletata

2011

Ir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju jirreferi għal regoli u proċeduri dettaljati stipulati fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Madankollu, dawn għadhom ma ġewx adottati.

M/A

2011

Hemm lok għal titjib konsiderevoli fit-trasparenza ta' proċeduri ta' reklutaġġ: il-mistoqsijiet għal testijiet bil-kitba u intervisti ġew iffissati wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; il-marki minimi għall-ammissjoni għat-testijiet bil-kitba u l-intervisti għall-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati xierqa ma ġewx iffissati; il-bordijiet tal-għażla ma żammewx noti bil-miktub tal-laqgħat u tad-deċiżjonijiet kollha tagħhom.

Ikkompletata

2012

L-Uffiċċju rriporta EUR 1,2 miljun għal tibdil fil-bini tal-Uffiċċju marbut mal-istabbiliment taċ-ċentru Ewropew taċ-ċiberkriminalità. Filwaqt li qabel dwar dawn it-tibdiliet mal-istat ospitanti f’Lulju 2012, il-kuntratt għax-xogħlijiet meħtieġa ġie ffirmat biss f’April 2013. Barra minn hekk, l-Europol irriportat EUR 0,1 miljun relatati mal-introduzzjoni ta’ sistema ġdida tal-HR. Il-kuntratt skada fi tmiem is-sena u ma ġiex estiż. Iż-żewġ riporti ma kkorrispondewx mal-impenji legali mwettqa fi tmiem is-sena u għalhekk kienu irregolari.

Ikkompletata

2012

L-Uffiċċju ma jitlobx b’mod regolari informazzjoni aġġornata mill-persunal dwar l-ammont ta’ benefiċċju għat-tfal irċevut minn sorsi oħra. B’konsegwenza ta’ dan, instab għadd ta’ każijiet fejn il-benefiċċju għat-tfal ma ġiex imnaqqas kif suppost u kwalunkwe ammont imħallas żejjed għandu jiġi rkuprat.

Ikkompletata

2012

Impenji li jammontaw għal EUR 2,6 miljun (minn EUR 15 miljun) li ġew riportati mill-2011 kellhom jiġu kkanċellati fl-2012, billi dawn kienu jeċċedu l-ħtiġijiet reali.

Ikkompletata

2012

L-Uffiċċju rriporta EUR 16,3 miljun f'approprjazzjonijiet impenjati (19,64 % tal-approprjazzjonijiet impenjati totali) għall-2013. Dawn ir-riporti jikkonċernaw prinċipalment it-Titolu II – nefqa amministrattiva oħra – (EUR 4,2 miljun) u t-Titolu III – attivitajiet operazzjonali – (EUR 11,2 miljun) u huma marbuta fil-biċċa l-kbira mal-kompitu l-ġdid assenjat lill-Europol f’Ġunju 2012 tat-tmexxija taċ-ċentru Ewropew taċ-ċiberkriminalità. L-implimentazzjoni ta’ dan il-kompitu rriżultat f’impenji baġitarji sinifikanti mwettqa lejn tmiem is-sena u affettwat l-ammont riportat għall-2013.

M/A

2012

L-Uffiċċju wettaq 19-il trasferiment baġitarju li jammontaw għal EUR 4,5 miljun li jaffettwaw 82 mill-115-il linja baġitarja. Huma twettqu prinċipalment biex jinxtara t-tagħmir tal-IT għaċ-ċentru Ewropew taċ-ċiberkriminalità.

Ikkompletata

2012

Il-proċeduri ta' reklutaġġ eżaminati wrew in-nuqqasijiet li ġejjin: il-mistoqsijiet għal-testijiet bil-miktub u intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjonijiet ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; ma kien hemm l-ebda evidenza li l-ponderazzjoni tal-kriterji tal-għażla użati għall-elenkar qasir ġiet stabbilita qabel l-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet; il-bordijiet tal-għażla ma ddokumentawx b’mod xieraq il-laqgħat u d-deċiżjonijiet kollha tagħhom.

Ikkompletata


ANNESS II

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (L-Aja)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

“Il-missjoni tal-Europol għandha tkun li tappoġġa u ssaħħaħ azzjoni tal-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħrajn tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri kif ukoll il-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew iktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni”.

Kompetenzi tal-Uffiċċju

(Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (DKE))

Kompetenza

Il-kompetenza tal-Europol tkopri l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità serja li jolqtu żewġ Stati Membri jew aktar b’tali mod li jkun meħtieġ approċċ komuni mill-Istati Membri minħabba l-iskala, l-importanza u l-konsegwenzi tar-reati.

Il-kompetenza tal-Europol tkopri wkoll reati kriminali relatati kif imfissra fl-Artikolu 4(3) DKE.

Kompiti prinċipali

Li jiġbor, jikkonserva, jipproċessa, janalizza u jiskambja informazzjoni u intelligence.

Li jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mingħajr dewmien permezz tal-unità nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8 b’informazzjoni li tikkonċernahom u b’kull konnessjoni identifikata bejn reati kriminali.

Li jgħin investigazzjonijiet fl-Istati Membri, b’mod partikolari billi jgħaddi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-unitajiet nazzjonali.

Li jitlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jniedu, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjonijiet u jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti f’każijiet speċifiċi.

Li jipprovdi intelligence u appoġġ analitiku lill-Istati Membri f’konnessjoni ma’ avvenimenti internazzjonali maġġuri.

Li jħejji stimi ta’ theddid, analiżi strateġika u rapporti ġenerali ta’ sitwazzjoni relatati mal-objettiv tiegħu, li jinkludu stimi ta’ theddid ta’ kriminalità organizzata.

Li jagħti appoġġ lill-Istati Membri fil-kompiti tagħhom ta’ ġbir u analiżi ta’ informazzjoni mill-Internet biex tingħata assistenza fl-identifikazzjoni ta’ attivitajiet kriminali li jiġu ffaċilitati jew imwettqa permezz tal-Internet.

Kompiti addizzjonali

Li jiżviluppa konoxxenza speċjalizzata tal-proċeduri investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u jipprovdi parir dwar l-investigazzjonijiet.

Li jipprovdi intelligence strateġika li tassisti u tippromwovi l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għal attivitajiet operattivi u appoġġ għal tali attivitajiet.

Addizzjonalment, li jassisti lill-Istati Membri permezz ta’ appoġġ, pariri u riċerka fl-oqsma li ġejjin

it-taħriġ ta’ membri tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fejn xieraq f’kooperazzjoni mal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija;

l-organizzazzjoni u t-tagħmir ta’ dawk l-awtoritajiet billi jiġi ffaċilitat il-forniment ta’ appoġġ tekniku bejn l-Istati Membri;

metodi ta’ prevenzjoni tal-kriminalità;

metodi u analiżi tekniċi u forensiċi, u proċeduri investigattivi.

L-Europol iservi wkoll bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni, permezz tan-nomina tal-Europol bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro.

L-Europol jipproċessa u jittrasferixxi wkoll data ta’ messaġġi finanzjarji skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti għall-finijiet tal-“Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu” (TFTP).

L-Europol ikompli wkoll bl-isforzi biex jistabbilixxi l-Uffiċċju ta’ Informazzjoni Prüm sabiex jappoġġa l-applikazzjoni ta’ kuljum tad-Deċiżjonijiet Prüm skont il-konklużjonjiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-intensifikazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet Prüm.

L-Europol jappoġġa wkoll iċ-Ċiklu ta' Politika tal-UE għall-kriminalità organizzata u serja u l-proġetti EMPACT (1) f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' ċiklu ta' politika tal-UE għall-kriminalità nazzjonali organizzata u serja u l-konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 2011 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata bejn l-2011 u l-2013.

L-Europol jospita wkoll ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) u jaġixxi bħala l-punt fokali fil-ġlieda tal-Ewropa kontra ċ-ċiberkriminalità b’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew Parliament COM(2012) 140 finali tat-28 ta’ Marzu 2012“Il-Ġlieda kontra l-Kriminalità f'din l-Era Diġitali tagħna: Il-Ħolqien ta' Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità”.

Governanza

Bord ta' Amministrazzjoni

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni huwa magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u minn rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni.

Direttur

Huwa maħtur mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, minn lista ta’ mill-anqas tliet kandidati ppreżentati mill-Bord ta’ Amministrazzjoni, għal perjodu ta’ erba’ snin (il-mandat jista’ jiġi estiż għal darba u għal mhux aktar minn erba’ snin).

Huwa assistit minn tliet Viċi Diretturi maħturin għal perjodu ta’ erba’ snin (li jista’ jiġġedded darba).

Huwa jmexxi l-Europol u jagħti kont lill-Bord ta’ Amministrazzjoni fir-rigward tat-twettiq tad-doveri tiegħu/tagħha.

Huwa r-rappreżentant legali tal-Europol.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

L-Uffiċċju tal-Awditjar Intern (IAF).

Protezzjoni tad-data and s-salvagwardja ta’ drittijiet personali

L-Awtorità ta’ Kontroll Komuni (JSB);

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data (UPD)

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew, filwaqt li jieħu kont ta’ rakkomandazzjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2013 (2012)

Baġit finali 2013

EUR 82,5 (84,2) miljun

Persunal fl-2013

Persunal temporanju: 457 (457) fit-tabella tal-persunal. L-għadd reali fil-post fil-31.12.2013 = 426

Esperti Nazzjonali Sekondati: 34 (37) (l-għadd reali fi tmiem is-sena)

Persunal kuntrattwali: 94 (94) (l-għadd reali fi tmiem is-sena)

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

Europol bħala ċ-ċentru prinċipali ta’ appoġġ tal-UE għall-operazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi

L-appoġġ operazzjonali għal operazzjonijiet u l-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti (SIK) jinkludu: proċessar ta’ data, rapporti dwar il-komparabbiltà reċiproka, notifiki dwar reati, appoġġ u kompetenza teknika/forensika, missjonijiet mobbli tal-uffiċċju mobbli, rapporti ta’ analiżi, koordinazzjoni operazzjonali fil-Kwartieri Ġenerali tal-Europol, laqgħat operazzjonali, assistenza finanzjarja eċċ. Għal darb'oħra, kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont ta’ appoġġ operazzjonali pprovdut lill-Istati Membri; dan jikkonferma t-tendenza li ilha evidenti fis-snin preċedenti, lejn żieda fl-għadd ta' talbiet għas-servizzi kollha tal-Europol:

18  310 każijiet transkonfinali appoġġati, żieda ta’ 15 % mill-2012 (15  949);

684 investigazzjoni fl-Istati Membri appoġġati b’mod attiv mill-Europol li jiffokaw fuq żoni prijoritizzati ta’ kriminalità;

2  250 rapport operazzjonali prodotti fl-2013 meta mqabbla ma' 2  141 fl-2012 (inklużi rapporti dwar il-komparabbiltà reċiproka, rapporti ta' analiżi operazzjonali, notifiki dwar reati u rapporti ta' analiżi ad hoc tekniċi);

L-investigatur(i) mexxejja tal-operazzjonijiet fl-Istati Membri u l-esperti tal-Istati Membri esprimew livell għoli ta’ sodisfazzjon bl-appoġġ operazzjonali pprovdut mill-Europol;

L-Europol appoġġat finanzjarjament 214-il laqgħa operazzjonali u 36 laqgħa tal-EMPACT;

39 investigazzjonijiet dwar il-falsifikazzjoni tal-euro kienu appoġġati finanzjarjament mill-Europol;

L-Europol appoġġa 41 (30) Skwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta bħala membru sħiħ;

L-EC3 appoġġa diversi azzjonijiet operazzjonali li rnexxew mal-Istati Membri u pajjiżi terzi li jinkludu s-settur privat (eż. l-interruzzjoni ta' netwerks globali ta' frodi tal-karti tal-kreditu, li jinvolvu 15  000 karta tal-kreditu kompromessa u 2 għaqdiet maġġuri tal-iskimmjar tal-karti tal-kreditu; azzjonijiet operazzjonali konġunti kontra attivitajiet globali onlajn ta' sfruttament sesswali tat-tfal; u ż-żarmar ta' botnet li jinfetta kważi 2 miljun kompjuter);

L-implimentazzjoni tal-Artikoli 4, 9, 10 dwar il-ftehim tat-TFTP permezz tal-ipproċessar tat-talbiet u l-għotjiet ta’ informazzjoni relatati kollha tal-Istati Uniti.

Kapaċità ta’ analiżi strateġika

Prodotti starteġiċi li jinkludu valutazzjonijiet ta’ theddid u rapporti dwar is-sitwazzjoni

38 rapport strateġiku dwar il-kriminalità organizzata u 14-il rapport strateġiku dwar it-terroriżmu ġew prodotti li jinkludu l-Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Organizzata u Serja (SOCTA), valutazzjoni ta' theddid għal kull prijorità tal-EMPACT (iċ-Ċiklu ta' Politika 2013-2017), rapporti strateġiċi ad hoc dwar theddidiet li jistgħu jinqalgħu identifikati dan l-aħħar, rapporti konġunti bejn l-EMCDDA (2) u l-Europol, valutazzjonijiet strateġiċi taċ-ċiberkriminalità, Rapport tal-UE tas-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu (TE-SAT), u rapport tas-sitwazzjoni dwar l-ivvjaġġar għal skopijiet terroristiċi.

Europol bħala ċ-ċentru ta’ informazzjoni kriminali tal-UE

Il-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tal-informazzjoni, l-Applikazzjoni ta’ Netwerk Sikur għall-Iskambju ta’ Informazzjoni (SIENA), is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol (EIS), in-Netwerk tal-Uffiċċji ta’ Kollegament.

B’kollox, 4 56  598 messaġġ operazzjonali ġew skambjati permezz tas-SIENA bejn l-Europol, l-Istati Membri u l-Pajjiżi Terzi, żieda ta’ 10 % meta mqabbla mal-2012 (4 14  334).

Fi tmiem l-2013, 67 % tal-messaġġi kollha tas-SIENA kienu kondiviżi mal-Europol.

L-EIS kien fiha 2 45  142(1 86  896) rekord fl-aħħar tal-2013 bi poporzjon dejjem jiżdied tar-rekords tal-persuni (il-varjetà l-aktar importanti u ta’ valur tar-rekords minn perspettiva tal-infurzar tal-liġi).

Sa tmiem l-2013, 21 uffiċċju nazzjonali għall-irkupru tal-assi tal-Istati Membri kienu marbuta mas-SIENA. L-Europol appoġġa 93 talba għall-ittraċċar ta' assi relatati ma' kriminalità organizzata fl-2013.

Netwerk uniku ta’ kważi 165 uffiċjal ta’ kollegament jiżgura rabta attiva bejn il-kwartieri ġenerali tal-Europol f’ L-Aja u 28 Unità Nazzjonali tal-Europol fl-ibliet kapitali nazzjonali tal-Istati Membri. Huma jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u jipprovdu appoġġ u koordinazzjoni għal investigazzjonijiet li għadhom għaddejja. L-Europol jospita wkoll uffiċjali ta’ kollegament minn 10 pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet li jaħdmu flimkien mal-Europol abbażi ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni. Barra minn hekk, l-Europol issekonda żewġ uffiċjali ta’ kollegament għal Washington (l-Istati Uniti) u wieħed għall-kwartieri ġenerali tal-Interpol f’Lyon (Franza).

Europol bħala ċ-ċentru tal-UE għall-għarfien espert tal-infurzar tal-liġi

Pjattaformi tal-Europol għall-Esperti (EPE), Pjattaformi għall-iskambju ta’ data u soluzzjonijiet ta’ ħażna, prodotti u servizzi ta’ għarfien, Taħriġ, Konferenzi u sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni:

32 żona esperta koperti mill-Pjattaforma tal-Europol għall-Esperti inklużi 4  419-il kont attiv (25 pjattaforma u 2  663 utent fi tmiem l-2012);

l-Europol appoġġa t-twassil ta’ 83 kors ta’ taħriġ (organizzati mill-Europol, is-CEPOL jew l-Istati Membri);

il-Konferenza Ewropea annwali tal-Pulizija fuq skala kbira kienet organizzata fil-Kwartieri Ġenerali tal-Europol.

Relazzjonijiet esterni

L-Europol jikkoopera ma’ għadd ta’ sħab fl-UE, u ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ dawn is-sħab iseħħ fuq il-bażi ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni. Ftehimiet strateġiċi jippermettu liż-żewġ partijiet involuti jiskambjaw l-informazzjoni kollha għajr id-data personali, filwaqt li ftehimiet operazzjonali wkoll jippermettu l-iskambju ta’ data personali.

21 ftehim strateġiku and 11-il ftehim operazzjonali fis-seħħ fi tmiem l-2013 (18-il pajjiż mhux tal-UE, 11-il korp u aġenzija tal-UE u 3 organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, inkluża l-Interpol).

L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ sħab esterni (8  663) żdiedu kemxejn meta mqabbel mal-2012 (8  547).

B'kollox, tmien sħab ta' kooperazzjoni operazzjonali u ħames sħab ta' kooperazzjoni strateġika għandhom aċċess dirett għas-SIENA.


(1)  Pjattaforma Multidixxiplinarja Ewropea kontra t-Theddidiet Kriminali (EMPACT)

(2)  Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)

Sors: Anness ipprovdut mill-Uffiċċju.


IR-RISPOSTI TAL-UFFIĊĊJU

11.

L-Europol jirrikonoxxi l-kumment mill-ECA li huwa relatat ma’ tliet proċeduri ta’ sejħa għall-offerti individwali. Fi Q1 2014, flimkien mas-sejbiet tal-ECA, l-Europol ta bidu għal reviżjoni fuq livell ta’ organizzazzjoni kollha kemm hi, tal-proċess ta’ akkwist ġenerali (b’mod partikolari rigward l-istadji ewlenin ta’ sejħa għall-offerti, l-ikkuntrattar u l-monitoraġġ ta’ kuntratti), bil-ħsieb li jirfina l-istabbiliment organizzattiv intern attwali u l-proċessi sottostanti (inklużi l-kontrolli tal-kwalità rispettivi).

12.

L-Europol jirrikonoxxi l-kumment tal-ECA dwar il-livell għoli ta’ approprjazzjonijiet riportati għall-infiq amministrattiv u se jkompli bl-isforzi tiegħu biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riporti futuri.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/301


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/35)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“FRA”), li tinsab fi Vjenna, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (1). L-objettiv tal-Aġenzija huwa li tipprovdi assistenza u kompetenza lill-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni relatata mad-drittijiet fundamentali (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Fl-2013, il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 100 %, li jindika li l-impenji saru f'waqthom. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli f'livell ta' EUR 5 79  429 (27 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 5 6 25  444 (69 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali).

12.

L-ammonti riportati taħt it-Titolu II huma prinċipalment relatati max-xiri ppjanat ta' oġġetti u servizzi tal-IT. Ir-riporti taħt it-Titolu III prinċipalment jirriflettu n-natura pluriennali tal-proġetti operazzjonali tal-Aġenzija, fejn il-pagamenti jsiru skont l-iskedi ppjanati.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Fl-2012 l-Aġenzija akkwistat servizzi ta’ tindif permezz ta’ kuntratti qafas kumulattivi (cascading framework contracts) lil żewġ fornituri. Minħabba żball klerikali matul l-evalwazzjoni tal-offerti, il-klassifikazzjoni tal-kuntratturi kienet skorretta. Kuntratt speċifiku għal EUR 56  784 li ngħata fl-2012 u l-pagamenti relatati huma irregolari. Wara l-awditu tal-Qorti, l-Aġenzija emendat il-klassifikazzjoni tal-kuntratturi kif meħtieġ.

Ikkompletata

2012

L-Aġenzija ma kellhiex proċedura ta’ verifikazzjoni formali ex post stabbilita matul l-2012. Madankollu, ġiet implimentata proċedura formali fil-bidu tal-2013, wara analiżi komprensiva tar-riskju mwettqa mill-Aġenzija.

Ikkompletata

2012

Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-baġit għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) kienet baxxa f’livell ta’ 49 % tal-approprjazzjonijiet impenjati, din ma rriżultatx minn dewmien fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Aġenzija u tirrifletti n-natura pluriennali tal-attivitajiet. L-Aġenzija adottat modulu ta’ ppjanar baġitarju li huwa marbut direttament mal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha u l-pagamenti kienu ppjanati u mwettqa skont il-ħtiġijiet operazzjonali.

M/A


ANNESS II

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (Vjenna)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

Ġbir ta’ informazzjoni

Biex twettaq il-kompiti fdati lilha, il-Kummissjoni tista’ tiġbor kull tagħrif u tagħmel il-verifiki kollha meħtieġa fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati. (l-Artikolu 337).

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007)

Objettivi

Li tipprovdi lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni b'assistenza u b'kompetenza relatati mad-drittijiet fundamentali biex tagħtihom appoġġ meta jieħdu miżuri jew jifformulaw pjanijiet ta' azzjoni fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom sabiex ikunu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali.

Kompiti

Li tiġbor, tirreġistra, tanalizza u xxerred informazzjoni u data rilevanti, oġġettivi, affidabbli u komparabbli;

li tiżviluppa metodi u standards għat-titjib tal-kumparabbiltà, l-oġġettività u l-affidabbiltà tad-data fuq livell Ewropew;

li twettaq, tikkoopera ma’ jew tinkoraġġixxi riċerka xjentifika u stħarriġ, studji preparatorji u studji ta’ fattibbiltà;

li tifformula u tippubblika konklużjonijiet u opinjonijiet dwar suġġetti tematiċi speċifiċi, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;

li tippubblika rapport annwali dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali koperti mill-oqsma tal-attività tal-Aġenzija;

li tippubblika rapporti tematiċi bbażati fuq l-analiżi, ir-riċerka u l-istħarriġ tagħha;

li tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha;

li tiżviluppa strateġija ta’ komunikazzjoni u tippromwovi djalogu mas-soċjetà ċivili, sabiex tqajjem għarfien pubbliku dwar drittijiet fundamentali u tferrex informazzjoni b'mod attiv dwar ħidmitha.

Governanza

Bord ta’ Tmexxija

Kompożizzjoni

Persuna waħda indipendenti maħtura minn kull Stat Membru, persuna waħda indipendenti maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Dmirijiet

Li jadotta l-baġit, il-programm ta’ ħidma u r-rapporti annwali. Li jadotta l-baġit finali u t-tabella tal-persunal. Li jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali.

Bord Eżekuttiv

Kompożizzjoni

President tal-Bord ta’ Tmexxija.

Viċi President tal-Bord ta’ Tmexxija.

rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni.

Żewġ membri oħra eletti mill-Bord ta’ Tmexxija.

Il-persuna maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa fil-Bord ta’ Tmexxija tista’ tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv.

Kumitat Xjentifiku

Kompożizzjoni

11-il persuna indipendenti, bi kwalifiki għolja fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, maħtura mill-Bord ta' Tmexxija wara sejħa għall-applikazzjonijiet u proċedura tal-għażla trasparenti.

Direttur

Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni u wara l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (li jiddikjaraw il-preferenza tagħhom).

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS).

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Finali

EUR 21  620 (20  376) miljun li minnhom is-sussidju tal-Unjoni huwa 99 % (99 %)

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

78 (72) post previsti fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 75 (70) +

38 (22) membru ieħor tal-persunal (persunal kuntrattwali, esperti nazzjonali sekondati)

Total tal-persunal: 116 (94), li jwettqu l-kompiti li ġejjin:

operazzjonali: 75 (58)

amministrattivi: 33 (29)

imħallta: 8 (7)

Prodotti u servizzi 2013 (2012)

FRANET

Għadd ta’ kontribuzzjonijiet mit-28 kuntrattur (lottijiet nazzjonali): 403 (185)

Għadd ta’ kontribuzzjonijiet mis-sieħeb inkarigat mill-Analiżi Internazzjonali tal-UE: 1 (1)

Għadd ta’ kontribuzzjonijiet mis-sieħeb inkarigat mill-Analiżi Komparattiva: 2 (1)

Għadd ta’ laqgħat: 3 (3) (1 b’4 parteċipanti, 1 b’10 parteċipanti u 1 b’2 parteċipanti)

Rapporti ta’ Riċerka

Għadd ta’ rapporti: 19 (13) flimkien ma’ 12-il (23) verżjoni lingwistika

Għadd ta’ laqgħat: 1 (2)

Rapporti annwali: 2 (2) flimkien ma’ 2 (3) verżjonijiet lingwistiċi

Sommarju tar-Rapporti Annwali: 1 (1) flimkien ma’ 2 (2) verżjonijiet lingwistiċi

Opinjonijiet tal-FRA: 2 (3)

Rapport Annwali 2012 tal-FRA fil-forma ta' ktieb elettroniku: 1 (0) flimkien ma’ 1 (0) verżjoni lingwistika

Skedi informattivi: 4 (11) flimkien ma’ 71 (118-il) verżjoni lingwistika

Materjali mhux Relatati ma’ Riċerka

Diversi pubblikazzjonijiet tal-FRA: 20 (5) flimkien ma’ (31) verżjoni lingwistika

Kartelluni: 15 (20)

Konferenzi u Avvenimenti Ewlenin

Konferenza dwar id-Drittijiet Fundamentali: 1 (1)

Avveniment dwar Jum id-Diversità: 0 (1)

Simpożju tal-FRA: 1 (1)

Laqgħa tal-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali: 1 (1)

Seminar Konġunt mal-Presidenza (Irlandiża) tal-UE 1 (1)

Kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-korpi fil-livelli tal-UE u tal-Istati Membri

Stati Membri: 29 (7)

Il-Kunsill tal-UE: 19 (9)

Il-Kummissjoni Ewropea: 22 (12)

Il-Parlament Ewropew: 15 (20)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna: 4 (-)

Aġenziji u korpi oħra tal-UE: 23 (-)

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja: 2 (1)

Il-Kumitat tar-Reġjuni: 1 (1)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: 0 (1)

L-Ombudsman Ewropew: 2 (1)

Il-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali: 3 (3)

Il-Kunsill tal-Ewropa: 25 (24)

L-OSKE: 4 (2)

In-Nazzjonijiet Uniti: 9 (2)

Korpi Speċjalizzati (NHRIs u Korpi dwar l-Ugwaljanza): 8 (3)

Laqgħat oħra u Diskussjonijiet madwar Mejda Tonda: 7 (12)

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11 – 12:

Fil-bidu tas-sena, l-Aġenzija tippjana r-riporti għas-sena ta' wara u timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tagħhom. Il-livell ta’ kanċellazzjonijiet (inqas minn 2 %) huwa indikatur tal-ippjanar preċiż u l-immaniġġjar tar-riporti.

F’dawn l-aħħar sentejn baġitarji l-Aġenzija kkonsmat aktar minn 99 % tas-sussidju tagħha mill-UE, u dan juri maniġment baġitarju eċċellenti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/308


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/36)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“FRONTEX”), li tinsab f’Varsavja, inħolqot bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li tikkoordina l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni (appoġġ għal kooperazzjoni operazzjonali, assistenza teknika u operazzjonali, u analiżi tar-riskju) (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-2013, l-infiq relatat ma’ għotjiet ammonta għal EUR 32 miljun, li jirrappreżenta 39 % tan-nefqa totali. Sabiex jiġi vverifikat l-infiq ikklejmjat mill-pajjiżi li jikkooperaw, l-Aġenzija wettqet kontrolli tar-raġonevolezza qabel ma sar il-pagament għat-tipi kollha ta' operazzjonijiet iffinanzjati (operazzjonijiet konġunti ta' ritorn u operazzjonijiet konġunti tal-art/baħar/ajru). Dokumentazzjoni li tappoġġa l-intitolamenti tal-pajjiżi li jikkooperaw normalment intalbet għal operazzjonijiet konġunti ta' ritorn, iżda mhux għal operazzjonijiet konġunti tal-art/baħar/ajru implimentati taħt ftehimiet ta' għotjiet iffirmati qabel Ġunju 2013.

10.

Tranżazzjonijiet fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti tal-art/baħar/ajru rrappreżentaw EUR 23 miljun jew 28 % tan-nefqa totali 2013. Għalkemm ġiet introdotta sistema aktar komprensiva ta' verifikazzjonijiet ex ante għal ftehimiet ta' għotjiet iffirmati minn Ġunju 2013 'l hawn, il-maġġoranza ta' tranżazzjonijiet tal-2013 irriżultaw minn ftehimiet ta' għotjiet iffirmati qabel dik id-data.

11.

L-Aġenzija twettaq kontrolli ex post fuq għotjiet li jkopru tranżazzjoniiet mis-snin preċedenti. Ebda waħda mit-tranżazzjonijiet tal-għotjiet tal-2013 ma kienet suġġetta għal dan iċ-ċiklu ta' kontrolli ex post.

12.

Fin-nuqqas ta' evidenza għall-awditjar xierqa u suffiċjenti dwar l-effettività ta' verifikazzjonijiet ex ante u verifikazzjonijiet ex post fuq tranżazzjonijiet tal-2013, ma hemmx biżżejjed aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' għotjiet tal-2013 relatati ma' operazzjonijiet konġunti tal-art/baħar/ajru.

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

13.

Fl-opinjoni tal-Qorti, bl-eċċezzjoni tal-kwistjonijiet deskritti fil-paragrafi 9 sa 12, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

14.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet jew dwar l-opinjoni kwalifikata tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

15.

Dikjarazzjonijiet tal-fornituri fi tmiem is-sena ġew rikonċiljati b'diffikultà konsiderevoli. Hemm ħtieġa għal monitoraġġ tal-bilanċi tal-fornituri b'mod aktar regolari u għal analiżi tad-differenzi b'mod aktar f'waqtu.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

16.

Madwar EUR 32 miljun jew 35 % tal-approprjazzjonijiet impenjati għall-2013 ġew riportati għall-2014. Għalkemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija u r-riskju akbar ta' avvenimenti mhux previsti jirrappreżentaw sfida partikolari fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni annwali tal-baġit, xorta għad hemm ambitu għall-monitoraġġ imtejjeb tal-baġit biex jgħin fit-tnaqqis tal-livell ta' riporti.

17.

Ir-riporti jinkludu impenji globali ta' EUR 5,2 miljun, li huma l-bilanċ li jifdal ta' sussidju addizzjonali ta' EUR 8,2 miljun li sar disponibbli mill-awtoritajiet baġitarji lejn it-tmiem tal-2013 biex jiġu trattati ħtiġijiet operazzjonali urġenti u mhux previsti. Għalkemm l-impenn globali sar biex ikopri l-operazzjonijiet relatati fl-2014, ir-regolament finanzjarju tal-Aġenzija ma jipprovdix bażi ċara għal tali riporti.

18.

Fl-2013, saru 29 trasferiment baġitarju li jammontaw għal EUR 12,2 miljun. Dan huwa parzjalment dovut għall-fatt li l-fondi meħtieġa għal operazzjonijiet kienu ġew trasferiti minn linji oħra tal-baġit sakemm is-sussidji addizzjonali saru disponibbli.

KUMMENTI OĦRA

19.

Il-Frontex bdiet topera fl-2005 u, sal-lum, ħadmet fuq il-bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru. Tali ftehim kieku jkompli jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

20.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Bħas-sena preċedenti, il-livell ta' riporti huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

Għadha għaddejja

2011

Fi ħdan l-ammont totali riportat, l-Aġenzija rriportat impenji globali ta’ EUR 5,1 miljun. Madankollu r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija ma jipprovdix bażi ċara għal tali riport (1).

Għadha għaddejja

2011

Fl-2011, l-Aġenzija ffinanzjat għotjiet għal operazzjonijiet konġunti li ammontaw għal EUR 74 miljun. Sabiex tivverifika l-infiq ikklejmjat mill-benefiċjarji (Stati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen), l-Aġenzija, għalkemm twettaq kontrolli ta’ raġonevolezza, mhux soltu li titlob dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun tindirizza r-riskju ta’ nfiq ineliġibbli.

Għadha għaddejja

2011

Ġew identifikati dgħufijiet fil-kontroll intern fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi fissi. Ma hemm ebda proċedura relatata mar-rimi ta' assi fissi u l-inventarju fiżiku mhuwiex komplet.

Ikkompletata

2012

L-inventarju fiżiku ma kienx komplet u ma kopriex l-assi kollha li kienu jappartjenu għall-Aġenzija. Ma tteħidx kont tal-assi taħt kostruzzjoni u tal-assi mixtrija lejn tmiem is-sena.

Ikkompletata

2012

Ma hemm ebda proċedura għar-rimi ta’ assi fissi. L-assi fissi li ma jkunux għadhom jintużaw jiġu kkanċellati mir-reġistru tal-assi fissi mingħajr ma jitneħħew fiżikament. Ma jinżamm ebda reġistru ta’ dawn l-assi.

Ikkompletata

2012

Dgħufijiet kienu xorta waħda nnutati fis-sistema għar-rikonċiljazzjoni tar-rendikonti tal-fornituri mar-rekords korrispondenti fl-Aġenzija.

Għadha għaddejja

2012

Il-baġit 2012 tal-Aġenzija ammonta għal EUR 89,6 miljun li minnhom EUR 21,8 miljun (25 % tal-approprjazzjonijiet impenjati) ġew riportati għall-2013. Riporti relatati mat-Titolu III (nefqa operazzjonali) ammontaw għal EUR 19,6 miljun (55 %). Livell daqshekk għoli ta’ riporti huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, għalkemm huwa parzjalment relatat man-natura operazzjonali u pluriennali tal-attivitajiet tal-Aġenzija. Sa tmiem Frar 2013, EUR 1,1 miljun minn dawn ir-riporti kienu ġew ikkanċellati.

Għadha għaddejja

2012

L-Aġenzija għamlet 39 trasferiment baġitarju li ammontaw għal EUR 11,5 miljun fl-2012, u li affettwaw 70 mid-79 linja tal-baġit. Dan huwa parzjalment dovut għall-fatt li t-tieni emenda baġitarja għall-2012 ġiet approvata biss f’Ottubru 2012 u sadattant il-fondi meħtieġa għall-operazzjonijiet kienu ġew trasferiti minn linji oħra tal-baġit.

Ikkompletata

2012

Il-proċeduri tar-reklutaġġ eżaminati wrew nuqqasijiet sinifikanti li jaffettwaw it-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati: mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; ma ġew stabbiliti ebda punteġġi minimi għall-ammissjoni għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti u għall-inklużjoni fuq il-lista ta’ kandidati adatti; il-Bord tal-Għażla ma ddokumentax il-laqgħat u d-deċiżjonijiet kollha tiegħu.

Għadha għaddejja


(1)  Ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija jiddikjara fl-Artikolu 62(2) tiegħu li l-impenji globali tal-baġit għandhom ikopru l-ispiża totali tal-impenji legali individwali korrispondenti konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N+1. Madankollu, kemm ir-Regolament Finanzjarju tal-UE kif ukoll ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija mhumiex ċari dwar dak li jikkonċerna l-użu ta’ impenji globali għal approprjazzjonijiet mhux-differenzjati. L-Aġenzija użat impenji globali biex tiġġustifika riport awtomatiku ta’ approprjazzjonijiet mhux-differenzjati.


ANNESS II

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (Varsavja)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

L-Artikoli 74 u 77(2)(b) u (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 74: “Il-Kunsill għandu jadotta miżuri sabiex jassigura l-kooperazzjoni amministrattiva bejn is-servizzi kompetenti (id-dipartimenti rilevanti) tal-Istati Membri fl-oqsma koperti b’dan it-Titolu, kif ukoll bejn dawk is-servizzi (id-dipartimenti) u l-Kummissjoni. (...)”

L-Artikolu 77(2): "(...) il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar:

(…) (b)

il-kontrolli li huma suġġetti għalihom il-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni; (…)

(…) (d)

kwalunkwe miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta' sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni (...)”.

Kompetenzi tal-Aġenzija

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004, emendat bir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u bir-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

L-aħħar emenda daħlet fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2011; il-kontenut tat-tabella jirrifletti s-sitwazzjoni wara din l-aħħar emenda.

Objettivi

Il-Frontex ġiet stabbilita bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-UE.

Kompiti Prinċipali

(a)

Li tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni;

(b)

li tassisti lill-Istati Membri fit-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali u fl-istabbiliment ta' standards komuni ta' taħriġ;

(c)

li twettaq analiżijiet ta’ riskju, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiffaċċjaw theddid u pressjonijiet fil-fruntieri esterni;

(d)

li tipparteċipa fl-iżvilupp ta’ riċerka rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza ta’ fruntieri esterni;

(e)

li tassisti lill-Istati Membri f’ċirkustanzi li jkunu jirrikjedu aktar assistenza teknika u operazzjonali, speċjalment dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati;

(f)

li tipprovdi lill-Istati Membri bl-appoġġ meħtieġ li jinkludi, fuq talba, dak ta’ koordinazzjoni jew organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn;

(g)

li tistabbilixxi Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntieri (EBGT) għal skjerament matul operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi;

(h)

li tiżviluppa u tħaddem sistemi ta’ informazzjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż l-ICOnet;

(i)

li tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistema Ewropea ta’ sorveljenza tal-fruntieri (EUROSUR).

Governanza

Bord ta’ Ġestjoni

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru (SM) u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentant wieħed għal kull Pajjiż Assoċjat ma’ Schengen (SAC).

Kompiti

(a)

Li jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv;

(b)

li jadotta r-rapport ġenerali tal-Aġenzija;

(c)

li jadotta l-Programm ta’ Ħidma tal-Aġenzija;

(d)

li jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-kompiti operazzjonali tal-Aġenzija;

(e)

li jwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija;

(f)

li jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-(Viċi) Direttur Eżekuttiv;

(g)

li jistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;

(h)

li jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija u jadotta l-politika tal-persunal tal-Aġenzija;

(i)

li jadotta l-pjan pluriennali tal-Aġenzija.

Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord ta’ Ġestjoni fuq proposta mill-Kummissjoni.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Finali

EUR 93,95 (89,6) miljun

Sussidju mill-Unjoni EUR 87,7 (84) miljun

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Tabella tal-persunal

Persunal temporanju ppjanat: 153 (143) – Postijiet għal persunal temporanju okkupati: 142 (137)

Postijiet oħra

Persunal kuntrattwali ppjanat: 87 (87) – Postijiet għal persunal kuntrattwali okkupati: 82 (84)

Esperti Nazzjonali Sekondati ppjanati: 78 (83) – Postijiet għal Esperti Nazzjonali Sekondati okkupati: 76 (82)

Total ta’ postijiet tal-persunal: 318 (313) – li minnhom okkupati: 300 (303)

Assenjati għall-kompiti li ġejjin: operazzjonali 227 (216) – amministrattivi 91 (87)

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

L-Unità tal-Analiżi tar-Riskju (RAU) pproduċiet 79 (80) rapport strateġiku inklużi 6 rapporti annwali regolari, 1 rapport annwali ta’ tip ġdid, 3 rapporti mfassla apposta, 12-il rapport ta’ kull tliet xhur b’aġġornamenti u analiżi tas-sitwazzjoni għall-Istati Membri tal-UE u reġjuni magħżula fil-viċinat tal-UE, 57 rapport ta’ monitoraġġ strateġiku; 510 (482) prodott analitiku li jappoġġaw l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ Operazzjonijiet Konġunti; 81 (54) rapport/kontributi ta’ tipi oħra, inkluża sessjonijiet ta' informazzjoni għall-Maniġment tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tal-UE u oħrajn; ippubblikat 7 (7) rapporti strateġiċi għall-pubbliku ġenerali permezz tal-websajt tal-Aġenzija. Il-Mudell Komuni Integrat ta' Analiżi tar-Riskju (CIRAM v 2.0) aġġornat sar disponibbli għall-Istati Membri f'lingwi magħżula tal-UE. Ġew organizzati 4 (4) laqgħat regolari tan-Netwerk ta' Analiżi tar-Riskju tal-Frontex, 5 (5) laqgħat tan-netwerk speċjalist mal-Istati Membri dwar Frodi ta’ Dokumenti tal-UE, 4 (2) laqgħat dwar l-Analiżi tar-Riskju Tattiku, 10 (6) laqgħat/konferenzi reġjonali tal-esperti, u 1 (3) sessjonijiet ta’ ħidma reġjonali tekniċi. F’konformità mal-kompiti tal-Unità tal-Analiżi tar-Riskju fi ħdan il-EUROSUR, dawn li ġejjin inbdew fl-2013 (u ġew ikkomunikati/ikkonsultati kif xieraq mal-Istati Membri fil-qafas tal-Grupp Utent tas-Saff ta’ Analiżi (Analysis Layer User Group), li ltaqa' ħames darbiet fl-2013): fi ħdan is-saff ta’ analiżi CPIP/ESP – twassil tal-kontenut (317-il (281) prodott) u servizzi bażiċi, ikkompletar tat-tfassil tal-għodod tal-analiżi, żvilupp tal-metodoloġija tal-livell tal-impatt inizjali u ppjanar fuq terminu twil għall-implimentazzjoni tagħha.

L- Unità ta’ Operazzjonijiet Konġunti (JOU) organizzat 19 (17)-il operazzjoni konġunta, 10 (12)-il proġett pilota u proġetti, 8 (10) konferenzi u 64 (25) laqgħa mal-partijiet interessati esterni inklużi laqgħat u sessjonijiet ta' ħidma ta' tħejjija/ppjanar/evalwazzjoni. Barra minn hekk, matul 39 (39) operazzjoni konġunta ta’ ritorn ikkoordinati mill-Frontex ġew irritornati 2  152 (2  110) ċittadin ta' pajjiżi terzi. L-għadd totali ta’ jiem operazzjonali akkumulati fl-operazzjonijiet konġunti kollha ammontaw għal 2  832 (3  503); l-għadd ta’ jiem ta’ xogħol operazzjonali akkumulati ammonta għal 89  548 (1 17  114).

Iċ- Ċentru tas-Sitwazzjonijiet tal-Frontex (FSC) ipprovda 2  226 (2  169) rapport tas-sitwazzjoni, 43 (31) rapport dwar inċidenti serji, 44 (27) bullettin tal-aħbarijiet fil-qosor u 10 (13)-il rapport ta’ għarfien dwar missjonijiet, filwaqt li ttellgħu 20  084 (2  130) artefatt għall-EUROSUR u 107 (145) avviż ta' dokument fil-portal FOSS. Tqassmu 237 Fuljett tal-Aħbarijiet ta’ Kuljum lil madwar 500 (241) abbonat; saru 795 (308) kontribut mill-midja għal rapporti tas-sitwazzjoni ta’ kuljum u għal sessjonijiet informattivi operazzjonali. L-FSC bħala punt uniku ta’ kuntatt amministra aktar minn 25  000 (24  000) oġġett ta’ korrispondenza; huwa kkonsolida l-Frontex-One-Stop-Shop (FOSS) bħala l-pjattaforma prinċipali għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Frontex u s-sħab esterni, b’6 238 (6  000) dokument imtella’ u kważi 4  500 utent fi tmiem l-2013. L-FSC irċieva madwar 29  000 (30  000) inċident permezz tal-Applikazzjoni Konġunta ta’ Rappurtar dwar l-Operazzjonijiet (JORA) u pprovda taħriġ dwar il-JORA lil 200 (500) uffiċjal mill-Frontex u l-Istati Membri/SAC.

It- Taqsima tal-Ġabra ta' Riżorsi (PRU) organizzat 9 (11-il) avveniment bil-parteċipazzjoni ta’ 252 (295) parteċipant mill-Istati Membri. Sar investiment ta’ aktar minn 1  250 (551) jum tax-xogħol mill-partijiet interessati fl-attivitajiet tal-unità. Il-fokus tal-attenzjoni għall-PRU fl-2013 kien l-iżvilupp tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntieri (EBGT) u l-ġbir tat-Tagħmir Tekniku (TE), il-ħolqien ta' applikazzjoni adatta ta' softwer għall-ġestjoni tagħhom u, barra minn hekk, l-iżvilupp ta' mekkaniżmu tal-Uffiċjali Mistiedna Sekondati. Ingħatat ukoll attenzjoni għall-akkwist ta' mezzi tal-ajru għas-sorveljanza tal-fruntieri. B'mod partikolari, il-PRU organizzat u mmaniġġjat it-Taħdidiet Bilaterali Annwali bejn il-Frontex u l-Istati Membri, kif ukoll taħdidiet ma' pajjiżi terzi, sabiex jaqblu dwar il-kontributi nazzjonali għall-ġbir. Għalhekk, il-PRU implimentat 7 (7) proġetti mfassla għat-titjib tal-effettività ġenerali tal-operazzjonijiet tal-Frontex.

Fil-qafas ta’ 3 (3) programmi li jinkludu 17 (19)-il proġett; l- Unità ta’ Taħriġ (TRU) organizzat 205 (207) attività bil-parteċipazzjoni ta’ 3  253(2  980) parteċipant (esperti tat-taħriġ, apprendisti, eċċ.). B'kollox, sar investiment ta' 12  460 (13  300) jum tax-xogħol mill-partijiet interessati f’attivitajiet ta’ taħriġ. Taħt l-ewwel programm, tnieda l-Qafas Settorjali tal-Kwalifiki (SQF) għall-Gwardjar tal-Fruntieri u kompla x-xogħol fuq l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Komuni Ewlieni (CCC) u l-iżvilupp tal-Programm Konġunt ta' Studji Speċjalizzati. Għal aktar taħriġ u speċjalizzazzjoni tal-Gwardji tal-Fruntieri, li għalihom huwa dedikat it-tieni programm, it-TRU ffinalizzat l-iżvilupp tal-Manwal għall-Ħarrieġa tad-Drittijiet Fundamentali għall-gwardji tal-fruntieri u kompliet l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ speċjalizzat għall-gwardji tal-fruntieri. Ġew organizzati korsijiet ta' taħriġ ta' induzzjoni għal membri tal-EBGT u ġie żviluppat kunċett ġdid ta' informazzjoni ta' qabel l-istazzjonar sabiex jiġi żgurat li l-uffiċjali mistiedna kollha li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet konġunti koordinati tal-Frontex jirċievu taħriġ adegwat qabel l-istazzjonar tagħhom. It-tielet nett, għal kwistjonijiet relatati man-netwerking u l-IT, it-TRU implimentat għodod amministrattivi ġodda għal reġistrazzjoni onlajn għal avvenimenti, kondiviżjoni ta' dokumenti u ppjanar ta' attivitajiet. Qed jiġu żviluppati komponenti ġodda ta' tagħlim elettroniku li jiżguraw it-twassil ta' partijiet mit-taħriġ tal-Frontex b'mod kosteffettiv u modern.

L- Unità Riċerka u Żvilupp (RDU) organizzat 8 proġetti (inkluż l-EUROSUR) li jkopru 40 attività bil-parteċipazzjoni ta' 950 (1  020) parteċipant (parteċipanti mill-Istati Membri, is-SAC, l-istituzzjonijiet tal-UE, organizzazzjonijiet intergovernattivi u internazzjonali, akkademji, istituti tar-riċerka u rappreżentanti tal-industrija). B'kollox, sar investiment ta' 2  000 jum tax-xogħol mill-partijiet interessati f’dawn l-attivitajiet. L-RDU kompliet bl-isforzi tagħha biex tidentifika u tiżviluppa linji gwida għall-aħjar prattika fil-qasam tal-Kontroll Awtomatizzat tal-Fruntieri, Kontrolli fil-Fruntieri fil-punti ta' qsim tal-fruntieri fuq l-art, l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tas-sistema ta' Informazzjoni dwar il-Visa (VIS) mill-Istati Membri u sorveljanza tal-fruntieri fuq l-art. Sabiex jittejbu l-kapaċitajiet għall-qbid tal-frodi tad-dokumenti fl-ewwel linja, ġew organizzati bosta avvenimenti li jimmiraw lejn valutazzjoni tal-prestazzjoni kemm ta' magni kif ukoll ta' esperti umani. Fl-2013, l-RDU wettqet attivitajiet biex tagħti spinta lis-sensibilizzazzjoni tal-Istati Membri dwar żvilupp ġodda fil-qasam ta' sensuri, pjattaformi u soluzzjonijiet ta' sistema avvanzata filwaqt li ffaċilitat ukoll l-istazzjonar (prova) ta' teknoloġiji ġodda għas-sorveljanza tal-fruntieri fl-Istati Membri u fil-kuntest ta' Operazzjonijiet Konġunti koordinati mill-Frontex. Barra minn hekk, ġie stabbilit Grupp ta' Konsulenza informali għall-utenti aħħarija dwar ir-Riċerka tas-Sigurtà tal-Fruntieri li jikkonsistu minn rappreżentanti ta' 22 Stat Membru tal-UE u tas-SAC. Dan il-Grupp ħejja l-ewwel abbozz tal-Isfidi għas-Sigurtà tal-Fruntieri u Suġġetti tar-Riċerka għall-perspettiva ta' nofs it-terminu u ta' dak twil bl-għan li jipprovdi input lill-Kummissjoni Ewropea biex jiġu organizzati u ffinanzjati attivitajiet ta' riċerka taħti il-qafas il-ġdid tal-iffinanzjar għar-riċerka tal-UE Horizon 2020.

Sħubija u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi: Matul l-2013, ġie konkluż Arranġament tax-Xogħol (WA) mal-awtoritajiet kompetenti tal-Azerbajġan, biż-żieda tal-għadd globali tal-WAs għal 19 (18). Fi ħdan il-qafas tal-WAs rispettivi, il-kooperazzjoni operazzjonali dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà/il-ġestjoni tal-fruntieri bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi ssaħħet aktar, bil-ħsieb li jiġu żviluppati progressivament sħubijiet sostenibbli u ta’ benefiċċju reċiproku. Inkisbu riżultati tanġibbli b'mod partikolari fil-qasam tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, tat-taħriġ, u ta’ attivitajiet operazzjonali konġunti.

Kooperazzjoni ma’ korpi tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali: Matul l-2013, fi ħdan il-qafas tal-Ftehimiet rispettivi diġà konklużi (11-il WA, 2 Arranġamenti ta' Kooperazzjoni, 2 Memoranda ta' Qbil (MtQ), Ftehim amministrattiv u Ftehim dwar il-Livell ta' Servizz) il-kooperazzjoni ma' korpi tal-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali ssaħħet aktar, Ġie ffirmat MtQ mal-Eurojust, Fi ħdan il-qasam tat-“Traffikar tal-Bnedmin”, il-Frontex kompliet il-programm “ħarreġ lill-ħarrieġa” u organizzat 3 sessjonijiet lill-ħarrieġa tuturi tal-Istati Membri

Ġiet organizzata l-konferenza dwar is-Sistema Ewropea tal-Gwardji tal-Fruntieri, li involviet għadd ta' partijiet interessati tal-qasam tal-ĠAI. Sar xogħol ta' tħejjija sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-ewwel proġett ta' assistenza teknika mmexxi mill-Frontex fi ħdan il-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, li jinvolvi kooperazzjoni estensiva mal-IOM, l-UNHCR u l-ICMPD u l-WCO. Ġew stabbiliti kuntatti maċ-Ċentru Ewropew Konġunt tar-Riċerka biex jinstabu sinerġiji fil-proġetti fil-qasam tas-sigurtà.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

9-13:

L-Aġenzija ħadet nota tal-opinjoni kwalifikata tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet imsemmija.

Il-Frontex tieħu nota tal-opinjoni tal-Qorti għal dak li jirrigwarda r-raġonevolezza tal-verifikar qabel il-ħlasijiet u l-introduzzjoni ta’ kontrolli ex ante rinfurzati minn Ġunju 2013 ‘il quddiem. Il-kampjun ta’ statistika tal-Qorti għall-verifika tal-2013 sfortunatament ma nkluditx tranżazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt is-sistema ta' kontroll ex ante rinfurzata. Għaldaqstant il-funzjonament tas-sistema ta' kontroll ex ante rinfurzata ma ġietx awditjata, minkejja li kienet ilha fis-seħħ għal seba’ xhur fl-2013.

15:

Il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni huwa twil u eżerċizzju li jieħu l-ħin, jitlob il-kooperazzoni u s-sistemi ta' informazzoni ta' kontabilità taż-żewġ naħat. Ħafna mill-entitajiet pubbliċi la għandhom sistemi ċentralizzati ta’ kontabilità lanqas ma jimplimentaw sistema ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti. Biex titjieb il-kwalità tar-rikonċiljazzjoni, l-Aġenzija ser tniedi eżerċizzju ta’ rikonċiljazzjoni addizzjonali fis-sajf 2014.

16:

Qegħdin isiru sforzi kontinwi biex titnaqqas ir-rata ta’ riporti f’Titolu III; l-emendi baġitarji tard jibqgħu mhux f’idejn il-kontroll tal-Aġenzija; u huwa immirat kontroll imtejjeb tal-finanzjament tal-attivitajiet operattivi li huma ta’ natura multiannwali, marbuta ma’ konsum f’waqtu tal-fondi ta’ C1.

17:

Għal dak li jirrigwarda r-regoli tar-riporti tal-impenji globali, l-Aġenzija tixtieq tisħaq li r-Regolament Finanzjarju tal-Frontex, li jsegwi l-Qafas tar-Regolament Finanzjarju rivedut, baqa' vag anki wara r-reviżjoni tiegħu tal-2013.

18:

L-Aġenzija rnexxielha tnaqqas in-numru ta’ trasferiment meta mqabbel mal-2012 bi 30 % u ser tkompli bil-ħidma tagħha; madankollu il-ħtiġijiet operattivi ser ikomplu jixprunaw l-allokazzjonijiet ta’ approprjazzjonijiet lejn il-linji baġitarji l-iktar meħtieġa.

19:

Sa mit-twaqqif tagħha, il-frontex talbet ripetutament lill-awtoritajiet Pollakki biex jikkonkludu Ftehim ta' Sede, iżda mingħajr suċċess; id-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Frontex emendat f’Diċembru 2011 ma bidilx is-sitwazzjoni. Riċentement, l-awtoritajiet Pollakki wrew il-ħajra li jibdew negozjati u bħalissa għaddejjin xi skambji. Is-segwitu u l-azzjoni korrettiva ta’ din is-sejba hija għaldaqstant f’idejn l-Aġenzija sa ċertu punt.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/318


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/37)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (l-Aġenzija Ewropea GNSS) (Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“GSA”), li tinsab fi Praga (1), ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 (3) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 (4). Il-kompiti prinċipali tal-Aġenzija huma l-operazzjoni taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo, l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita Galileo u EGNOS, it-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom u t-twettiq ta' kompiti oħra relatati mal-implimentazzjoni taż-żewġ programmi (5).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (6) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (7) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (8):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (9); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (10) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

11.

L-Aġenzija hija inkarigata mill-organizzazzjoni u mill-ġestjoni tal-isfruttament tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) li li hija l-ewwel sistema pan-Ewropea ta’ navigazzjoni bis-satellita. Abbażi tal-ftehim ta' delega mal-Kummissjoni, l-Aġenzija ffirmat kuntratt għall-isfruttament ta' EGNOS għall perjodu mill-2014 sal-2021 għal ammont ta' madwar EUR 588 miljun. Għalkemm ma jinxteħitx dubju fuq il-kompetittività tal-proċedura, kriterju ta' eliġibbiltà applikat fl-ewwel fażi tal-proċedura ta' akkwist li jeskludi applikazzjonijiet minn konsorzji, ma kienx f'konformità mar-regoli dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (11)  (12).

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

12.

Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien qrib il-100 % għat-titoli kollha. Madankollu, ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’livell ta’ EUR 1,8 miljun (52 %). Dan huwa prinċipalment dovut għal kuntratti speċifiċi ffirmati fi tmiem is-sena (EUR 0,9 miljun), wara l-approvazzjoni tardiva ta' baġit emendatorju f'Settembru li pprovda fondi addizzjonali lill-Aġenzija. EUR 0,4 miljun oħra huma relatati ma' servizzi mogħtija minn fornituri iżda li ma ġewx fatturati fl-2013.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Id-Deċiżjoni 2010/803/UE meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (ĠU L 342, 28.12.2010, p. 15).

(2)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(3)  ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(5)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(6)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(7)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(8)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(9)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(10)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

(11)  L-Artikolu 116(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

(12)  L-Artikolu 121(5) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Fl-2011, l-Aġenzija għamlet pagamenti ta’ għotjiet skont is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp (FP7) li ammontaw għal EUR 5,8 miljun. Sabiex tiġi vverifikata n-nefqa kklejmjata mill-benefiċjarji (entitajiet privati u pubbliċi li jwettqu r-riċerka), l-Aġenzija, għalkemm twettaq kontrolli ta’ raġonevolezza, normalment ma titlobx dokumentazzjoni ta’ sostenn li tista’ tindirizza r-riskju tal-infiq ineliġibbli.

Ikkompletata

2012

Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien qrib il-100 % għat-titoli kollha. Madankollu, ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu relattivament għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’livell ta’ EUR 1,7 miljun (38 %). Dan kien parzjalment dovut għal avvenimenti lil hinn mill-kontroll tal-Aġenzija, bħar-rilokazzoni tas-sede tagħha għal Praga f’Settembru 2012 (EUR 0,4 miljun) u l-istabbiliment taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (EUR 0,4 miljun), li kien jeħtieġ il-forniment ta’ ċerti oġġetti u servizzi fl-aħħar tliet xhur tas-sena. Barra minn hekk, ammont ta’ EUR 0,7 miljun ġie trasferit mit-Titolu I (nefqa għall-persunal) għat-Titolu II f’Novembru 2012 u bosta kuntratti relatati mal-IT u mas-servizzi legali inklużi fil-programm ta’ ħidma 2013 ġew iffirmati f’Diċembru 2012.

M/A

2012

Il-Qorti identifikat id-dgħufijiet li ġejjin fil-proċeduri ta’ reklutaġġ awditjati li affettwaw it-trasparenza u t-trattament indaqs: l-ebda punteġġ ta’ limitu ma ġie determinat għall-ammissjoni għal testijiet bil-miktub u intervisti jew għall-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati xierqa; l-avviż ta’ post battal ma għamel l-ebda proviżjoni għal appelli mill-kandidati li ma ntgħażlux.

Ikkompletata


ANNESS II

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (Praga)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi.

Is-setgħat tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Għanijiet

Li tikkontribwixxi għall-ksib ta’ sistemi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita li joperaw bis-sħiħ u li huma stabbiliti taħt il-programmi EGNOS u Galileo.

Kompiti

Li tiżgura l-akkreditazzjoni tas-sistemi u l-operazzjoni taċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (GSMC);

li tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi, inkluża l-analiżi tas-suq meħtieġa;

li twettaq kompiti oħra li jistgħu jkunu fdati lilha mill-Kummissjoni, bħall-ġestjoni tal-Programmi Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku dwar applikazzjonijiet u teknoloġiji innovattivi tan-navigazzjoni bis-satellita, il-promozzjoni tal-applikazzjoni u tas-servizzi tan-navigazzjoni bis-satellita, it-tħejjija għall-kummerċjalizzazzjoni u l-isfruttament b'suċċess tas-sistemi, l-immirar għal funzjonament mingħajr problemi, l-għoti ta' servizz mingħajr intoppi, u l-iżgurar li l-komponenti tas-sistemi jiksbu ċertifikazzjoni.

Governanza

Bord Amministrattiv

Kompożizzjoni

rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru,

ħames rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea,

rappreżentant mingħajr dritt għall-vot tal-Parlament Ewropew,

rappreżentant wieħed tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà (RGħ) u rappreżentant wieħed mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) li għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi.

Kompiti

jaħtar id-Direttur Eżekuttiv (DE),

jadotta l-programm ta’ ħidma annwali,

jipproduċi dikjarazzjoni tal-istimi ta’ dħul u nfiq,

jadotta l-baġit,

jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija,

jissorvelja l-operat taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo,

jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-DE,

jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti,

jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija.

Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord Amministrattiv.

Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

Kompożizzjoni

rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru,

rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni,

rappreżentant wieħed mir-RGħ,

rappreżentant wieħed mill-ESA li għandu jiġi mistieden bħala osservatur.

Kompiti

Li jaġixxi bħala l-awtorità għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà fir-rigward tas-sistemi tal-GNSS Ewropea.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Finali

EUR 53,3(20,8) miljun li jikkonsistu fis-sussidju mill-UE ta’ EUR 13,9(12,9) miljun, li huwa s-sussidju operattiv mill-Kummissjoni, u EUR 39,4(7,9) miljun f’fondi operazzjonali pprovduti mill-Kummissjoni għat-twettiq ta' kompiti delegati.

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Postijiet awtorizzati: 77 (44)

Postijiet okkupati: 59 (39)

Postijiet oħra: 35 (29)

Total tal-persunal: 94 (68), assenjati għad-dmirijiet li ġejjin:

kompiti operazzjonali: 43 (34)

kompiti amministrattivi u ta’ appoġġ: 37 (23)

kompiti mħallta: 14 (11)

Prodotti u servizzi 2013

Programmi

Appoġġ għall-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-programmi EGNOS u Galileo.

Sistemi ta’ Sigurtà

Sistemi ta’ Sigurtà (Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tas-sistemi u tas-siti, rekwiżiti ta’ Galileo għas-Sigurtà speċifiċi għas-Sistema, attivitajiet ta’ Unità dwar Kodiċi tat-Titjiriet).

Appoġġ għal Servizz Pubbliku Regolat – PRS (Tħejjija tas-Segment tal-Utent tal-PRS).

Operat taċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo – GSMCs.

Sfruttament ta’ EGNOS/Galileo

Attivitajiet ta’ tħejjija għall-isfruttament ta’ EGNOS u ta’ Galileo.

Żvilupp tas-suq

Analiżi tas-suq u pubblikazzjoni ta’ Rapporti tas-Suq GNSS.

Stat ta’ tħejjija tas-suq għat-tnedija tas-servizzi bikrin ta’ Galileo.

Azzjonijiet għall-iżvilupp tas-suq iffukaw fuq manifatturi tar-riċevituri biex titrawwem penetrazzjoni ta’ Galileo fis-swieq tal-konsumaturi u f'dawk professjonali.

Implementazzjoni ta’ pjanijiet direzzjonali ta’ adozzjoni għal EGNOS fis-swieq kollha ta’ prijorità b’fokus speċjali fuq l-avjazzjoni, l-affarijiet marittimi u dawk ferrovjarji.

Tnedija tal-helpdesk taċ-Ċentru ta’ Servizz tal-GNSS Ewropea.

Informazzjoni u lħiq (outreach) – portal ta’ informazzjoni ta’ EGNOS, websajt tal-GSA, avvenimenti (konferenza European Space Solutions (Soluzzjonijiet għall-Ispazju Ewropew) f’Munich, 40 parteċipazzjoni f'avvenimenti bi stands u b'fuljetti, avveniment tal-EP-GSA, ftuħ tal-paġna tal-Facebook għall-GSA)

Riċerka u żvilupp

Ġestjoni ta’ proġetti taħt is-Seba’ Programm Kwadru għar-riċerka u taħt l-Orizzont 2020.

Massimizzazzjoni tar-riżultati tal-proġetti u lħuq tal-objettivi strateġiċi.

Tixrid tar-riżultati tal-R&Ż.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11.

B’segwitu mill-qafas legali tal-Ajru Uniku Ewropew:

1.

min jirbaħ is-sejħa għall-offerti tal-kuntratt ikkontemplat kellu jkun iċċertifikat kif xieraq (e.g. għal servizz ta’ Sigurtà għall-Ħajja) -> dan kellu jkun kriterju ta’ għażla;

2.

entitatjiet legali diġà mwaqqfa u stabbiliti biss kienu eliġibbli biex jiksbu ċ-ċertifikat mhux derogatorju ANSP meħtieġ għas-CNS u ċ-ċertifikat EGNOS -> dan elimina b’mod de facto l-konsorzji.

L-esklużjoni espressa tal-konsorzji kienet fis-sens qed tittraduċi biss fatt f’ġieħ it-trasparenza. Ġeneralment l-Aġenzija tapprezza l-għarfien tal-Qorti li din l-esklużjoni ma affettwatx il-kondotta tal-proċedura li de facto kisbet kompetizzjoni effettiva, kif muri bis-sottomissjoni ta’ ħames applikanti.

12.

Lejn l-aħħar tas-sena sar volum kbir ta’ impenji minħabba l-approvazzjoni tardiva tal-baġit emedatorju. L-emenda kienet inizjalment ippjanata li ssir f’Marzu, iżda ma ġietx finalment adottata qabel nofs Settembru. Filwaqt li dawn il-kuntratti kienu ppjanati fil-bidu tas-sena, il-GSA kienet obbligata tiffriżahom sakemm l-approvazzjoni tal-baġit emendatorju u l-ammont preċiż tiegħu kienu ċerti. Riporti oħra ta’ Titolu II seħħew l-aktar minħabba servizzi għas-sede taċ-Ċentru Galileo tal-Monitoraġġ tas-Sigurtà fi Franza li bdiet taħdem biss f'Settembru 2013 u ħafna minn dawn il-pagamenti saru fl-ewwel kwart tal-2014. L-Aġenzija qed tagħmel sforz konkret fl-2014 mhux biss biex tallinja l-kuntratti mas-sena kalendarja iżda wkoll biex tassigura l-kompiti li ħadet aktar kmieni fuq titolu II, fid-dawl li mhux tiffaċċja l-istess limiti baġitarji bħal fl-2013.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/326


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/38)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, li tinsab f'Tallinn, fi Strasburgu u f'St. Johann im Pongau (ara l-paragrafu 18), ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-missjoni ċentrali ta' din l-Aġenzija hija li twettaq il-kompiti ta’ tmexxija operattiva għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-EURODAC (2).

2.

Il-Kummissjoni tat l-awtonomija finanzjarja lill-Aġenzija fit-22 ta' Mejju 2013. Għaldaqstant il-perjodu awditjat għas-sena finanzjarja 2013 huwa mit-22 ta' Mejju 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

5.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-Maniġer Amministrattiv japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

6.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

8.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Osservazzjonijiet relatati mal-affidabbiltà tal-kontijiet

11.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni espressa fil-paragrafu 9, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-valutazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Visa (VIS) u s-sistema EURODAC fil-kontijiet tal-Aġenzija. It-tmexxija operattiva ta' dawn is-sistemi ġiet trasferita lill-Aġenzija mill-Kummissjoni f'Mejju 2013 permezz ta' tranżazzjoni mingħajr skambju u hija l-kompitu ewlieni tal-Aġenzija. Fin-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli u kompleta fir-rigward tal-ispiża totali tal-iżvilupp tagħhom, dawn jiġu kkontabilizzati fil-kontijiet tal-Aġenzija bil-valuri netti tagħhom skont il-kotba kif inhuma fil-kotba tal-Kummissjoni, u jiġu aġġornati fi tmiem is-sena. Dawn il-valuri huma prinċipalment relatati ma' komponenti ta' ħardwer u ta' softwer kummerċjalment disponibbli u ma jinkludux spejjeż tal-iżvilupp ta' softwer (ara n-nota 6.3.1 għall-kontijiet annwali tal-Aġenzija).

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u fuq l-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet. Għandu jiġi nnutat li l-2013 kienet l-ewwel sena tal-awtonomija finanzjarja tal-Aġenzija u li l-istabbiliment tal-proċeduri tagħha għadu għaddej.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

13.

L-iżvilupp tal-Istandards ta' Kontroll Intern tal-Aġenzija kien għadu għaddej fi tmiem is-sena. Dawn ġew approvati mill-Bord ta' Tmexxija f'Ġunju 2014.

14.

Ma hemm ebda kopertura tal-assigurazzjoni għal assi tanġibbli fissi, minbarra għal nar multiriskju għall-uffiċċji f'Tallinn.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

15.

Skont ir-Regolament Fundatur tal-Aġenzija (8), il-Kummissjoni kienet responsabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali tal-Aġenzija sakemm din ingħatat l-awtonomija finanzjarja fit-22 ta' Mejju 2013. Il-migrazzjoni tad-data dwar l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-approprjazzjonijiet ta' pagament mill-Kummissjoni għall-Aġenzija kienet proċess kumpless u r-rikonċiljazzjoni taċ-ċifri bejn is-sistemi kontabilistiċi tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija ġiet finalment ikkompletata f'Ġunju 2014. Dan affettwa l-ippjanar tal-pagamenti tal-Aġenzija u t-tħejjija tal-kontijiet proviżorji tagħha.

16.

Skont il-kontijiet finali tal-Aġenzija, ir-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit kienu 96 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u 67 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament. Minħabba l-fatt li parti mill-baġit annwali totali tal-Aġenzija ġie eżegwit mill-Kummissjoni u d-differenzi bejn l-istrutturi baġitarji tal-Kummissjoni u dawk tal-Aġenzija, ma setgħetx titwettaq analiżi aktar dettaljata għal kull titolu tal-baġit għall-2013.

17.

Skont ir-Regolament Fundatur tal-Aġenzija (9), il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-Eurodac għandhom jagħmlu kontribuzzjoni għall-baġit tal-Aġenzija. Għalkemm pajjiżi assoċjati ma' Schengen kieu qed jużaw is-sistemi mmaniġġjati mill-Aġenzija fl-2013, in-negozjati tal-Kummissjoni kienu għadhom għaddejjin.

KUMMENTI OĦRA

18.

Għalkemm is-sede tal-Aġenzija huwa f'Tallinn (b'46 post okkupat), l-attivitajiet operattivi jitwettqu fi Strasburgu (b'79 post okkupat) (10). Huwa probabbli li l-effettività tal-ġestjoni tista' tiżdied u l-ispejjeż amministrattivi jitnaqqsu li kieku l-persunal kollu jkun ċentralizzat f'lok wieħed.

19.

Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali li jikkjarifika l-kundizzjonijiet li taħthom topera l-Aġenzija u l-persunal tagħha għadu ma ġiex iffirmat mal-Istat Membru ospitanti, l-Estonja, u n-negozjati kienu għadhom għaddejjin fi żmien l-awditu.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(2)  L-Anness I jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

(8)  L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011.

(9)  L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011.

(10)  Is-sistemi ta' riżerva (back-up) tal-Aġenzija jinsabu f'Sankt Johann im Pongau u ma hemm ebda membru tal-persunal hemmhekk.


ANNESS I

L-Aġenzija tal-UE għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (Tallinn)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikolu 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' żona ta' ċirkolazzjoni libera ta' persuni billi żżid il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet transkonfinali, bħall-asil, l-immigrazzjoni, il-kontroll fil-fruntieri, kif ukoll kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali.

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament (KE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

B'referenza għar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li stabbilixxiha, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri skont l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw is-Sistemi tal-IT fuq skala kbira, l-objettivi tal-Aġenzija huma kif ġej:

(a)

tħaddim effettiv, sigur u kontinwu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira (fil-preżent is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u database fuq skala kbira għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (EURODAC));

(b)

it-tmexxija effiċjenti u finanzjarjament responsabbli tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(c)

kwalità adegwatament għolja tas-servizz għall-utenti tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(d)

kontinwità u servizz mingħajr interruzzjoni;

(e)

livell għoli ta’ protezzjoni tad-data, f’konformità mar-regoli applikabbli, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira;

(f)

livell adatt ta’ sigurtà tad-data u fiżika, f’konformità mar-regoli applikabbli, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull waħda mis-sistemi tal-IT fuq skala kbira msemmija; u

(g)

l-użu ta’ struttura adegwata għat-tmexxija ta’ proġetti għal sistemi tal-IT fuq skala kbira li qed jiżviluppaw b’mod effiċjenti.

Governanza

1.

Bord ta' Tmexxija

Il-Bord ta' Tmexxija tal-eu-LISA huwa kompost minn membru wieħed innominat minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u membru wieħed minn kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u l-miżuri relatati mal-Eurodac. Il-funzjoni tiegħu huwa li jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha, inklużi l-ħatra u jekk ikun xieraq is-sensja tad-Direttur Eżekuttiv.

2.

Direttur Eżekuttiv

Id-Direttur Eżekuttiv tal-eu-LISA jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija abbażi ta' lista ta’ kandidati eliġibbli li jkunu ġew identifikati f’kompetizzjoni miftuħa organizzata mill-Kummissjoni. Il-funzjoni tiegħu hija li jmexxi u jirrappreżenta l-Aġenzija. Għal dan il-għan, huwa għandu jassumi responsabbiltà sħiħa għall-kompiti fdati lill-Aġenzija u għandu jkun suġġett għall-proċedura ta’ kwittanza annwali mill-Parlament Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit.

3.

Gruppi Konsultattivi: Grupp Konsultattiv tas-SIS II, Grupp Konsultattiv tal-VIS u Grupp Konsultattiv tal-Eurodac

Il-Gruppi Konsultattivi huma komposti minn rappreżentant ta' kull Stat Membru, il-Kummissjoni u membru wieħed minn kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u l-miżuri relatati mal-Eurodac. Il-funzjoni tagħhom hija li jipprovdu lill-Bord ta’ Tmexxija bil-ħila esperta relatata mas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u, b’mod partikolari, fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali u r-rapport annwali dwar l-attività.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013

Baġit Finali  (1)

EUR 61,35 miljun (approprjazzjonijiet ta' impenn)

EUR 34,38 miljun (approprjazzjonijiet ta' pagament)

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Postijiet awtorizzati:

120 Aġent Temporanju

6 Aġenti Kuntrattwali

6 Esperti Nazzjonali Sekondati

Postijiet okkupati:

120 Aġent Temporanju

5 Aġenti Kuntrattwali

3 Esperti Nazzjonali Sekondati

Prodotti u servizzi fl-2013

(h) Prodotti u servizzi fl-2013 kienu jinkludu:

Tmexxija operattiva u evoluzzjoni tas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC

Helpdesk: ipprovda servizzi ta' appoġġ tal-ewwel livell lil utenti fis-sistemi kollha taħt it-tmexxija tal-eu-LISA.

Monitoraġġ u evoluzzjoni ta' Ftehimiet xierqa dwar il-Livell ta' Servizz għal tali sistemi taħt it-tmexxija tal-Aġenzija;

Provvediment ta' koordinazzjoni, sigurtà u superviżjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur ta' netwerk għall-infrastruttura ta' komunikazzjoni għas-SIS II, il-EURODAC u l-VIS (in-netwerk sTESTA);

Parteċipazzjoni fi proċessi ta' tħejjija għat-tfassil, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistemi ġodda;

Statistika: provvediment ta' statistika u informazzjoni f'waqthom u preċiżi dwar il-prestazzjoni tas-sistemi, kif previst fil-bażijiet legali rilevanti;

Rappurtar: issodisfar tal-obbligi kollha ta' rappurtar għas-sistemi tal-IT taħt il-ġestjoni tal-Aġenzija, stabbiliti fir-Regolament tat-twaqqif tal-Aġenzija u l-bażijiet legali

Monitoraġġ ta' teknoloġiji u soluzzjonijiet ġodda rilevanti għat-tmexxija operattiva u l-evoluzzjoni tas-SIS II, il-VIS, il-EURODAC u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira.

Taħriġ: provvediment ta' pjanijiet ta' taħriġ magħmula fuq l-ordni għal awtoritajiet nazzjonali dwar is-sistemi tal-IT mmaniġġjati mill-Aġenzija


(1)  Għall-perjodu mit-22 ta' Mejju 2013, meta l-Aġenzija ingħatat l-awtonomija finanzjarja, sal-31 ta' Diċembru 2013

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11.

L-Aġenzija tirrikonoxxi l-fatt li ssemmiet mill-Qorti, filwaqt li kkunsidraha fin-noti tal-karta tal-bilanċ, 6.3.1 “Assi mhux kurrenti”, it-taqsima “Trasferiment materjali ta’ assi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli riċevuti minn entitajiet konsolidati oħra”.

13.

L-Aġenzija tirrikonoxxi l-kumment tal-Qorti u se tkompli tiżviluppa aktar il-proċessi u l-proċeduri robusti tagħha diġà fis-seħħ sabiex tiżgura konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta’ Standards ta’ Kontroll Intern.

14.

Qed jiġu abbozzati speċifikazzjonijiet tekniċi, l-akkwist huwa ppjanat għat-tieni nofs tas-sena, bl-għan tal-bidu ta’ eżekuzzjoni kuntrattwali fir-raba’ kwart tal-2014.

15.

Matul it-trasferiment tar-responsabbiltajiet dwar il-ġestjoni operattiva tas-sistemi mill-Kummissjoni Ewropea għall-Aġenzija kien hemm skambju intensiv ta’ informazzjoni fuq livell ta’ ħidma. Bħalma l-Kummissjoni infurmat lill-Aġenzija:

il-migrazzjoni segwiet proċess standard, diġà użat għall-indipendenza ta’ aġenziji oħra;

il-kontrolli ta’ koerenza mit-tielet attur indipendenti twettqu biex jiġi żgurat trasferiment sikur u komplut.

Sett komprensiv ta' dokumenti relatati mad-dokumentazzjoni teknika jew il-kuntratti ffirmati ġie trażmess lill-eu-LISA f’format elettroniku jew fuq il-karta b’sostenn tal-eżerċizzju ta’ migrazzjoni; il-Kummissjoni żammet xi dokumenti oriġinali għall-finijiet ta’ kontroll u awditjar.

Filwaqt li l-Aġenzija tirrikonoxxi l-kumplessità u t-tul tal-eżerċizzju ta’ rikonċiljazzjoni, inkisbet rikonċiljazzjoni sħiħa tad-dejta baġitarja, bil-preżentazzjoni ta’ ħarsa ġenerali kompluta tal-baġit 2013 – jiġifieri l-kombinazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ DĠ Intern u l-Aġenzija. Peress li l-migrazzjoni ta’ approprjazzjonijiet b’segwitu ta’ indipendenza finanzjarja hija eżerċizzju mhux rikorrenti, ir-rapportar ta’ implimentazzjoni baġitarja fil-futur huwa mistenni jipprovdi l-bażi għal analiżi dettaljata b’mod sħiħ.

17.

Il-proċedura għall-adozzjoni mill-Kunsill se titnieda hekk kif jintemmu n-negozjati mmexxija mill-Kummissjoni. B’segwitu tad-deċiżjoni mill-Kunsill, il-pajjiżi assoċjati se jkollhom jirratifikaw il-ftehim b’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Għandu jiġi nnotat li t-test tal-ftehimiet attwalment jinkludi dispożizzjoni li tirrikjedi ħlas retroattiv ta’ kontribuzzjoni lill-Aġenzija li jibda minn Diċembru 2012.

18.

L-istabbiliment organizzattiv tal-Aġenzija huwa rregolat bir-Regolament bażiku tagħha. L-Aġenzija mhijiex f’pożizzjoni li telabora dwar dan il-kumment.

19.

L-Agenzija tirrikonoxxi l-osservazzjoni. L-uniku punt pendenti soġġett għal negozjati mal-Gvern Estonjan huwa r-reġim tal-VAT applikabbli għall-persunal tal-Aġenzija.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/332


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju

(2014/C 442/39)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala l-“OHIM”), li jinsab f’Alicante, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1), li tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 207/2009 (2). Il-kompitu tal-Uffiċċju huwa li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trademarks u d-disinji, biex jagħti l-istess livell ta’ protezzjoni lill-impriżi fl-Unjoni Ewropea kollha (3).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Il-President japprova l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tiegħu jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (8). Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi tal-flus tiegħu għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

L-ammont ta' riporti mis-snin preċedenti li ġew ikkanċellati żdied minn EUR 4,2 miljun (13 %) fl-2012 għal EUR 6,0 miljun (16 %) fl-2013. F'dawn is-sentejn dan kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat li kellhom jiġu rimborżati taħt ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 1,9 miljun fl-2012 u EUR 3,8 miljun fl-2013), li jindika l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni aktar preċiża mill-Uffiċċji Nazzjonali fi tmiem is-sena dwar l-ispiża li fil-fatt tkun iġġarrbet.

12.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati fl-2013 għat-titoli differenti kien ivarja bejn 98 % u 89 % tal-approprjazzjonijiet totali, li jindika li l-impenji legali twettqu fil-ħin. Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2014 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) b'ammont ta' EUR 23,9 miljun (28 %) u t-Titolu III b'ammont ta' EUR 13,3 miljun (38 %). Għat-Titolu II dan irriżulta minn kuntratti pluriennali li kienu prinċipalment relatati mal-kostruzzjoni tal-bini l-ġdid u żviluppi tal-IT u servizzi/provvisti ordnati, kif ippjanat, fi tmiem l-2013, li l-pagament tagħhom kien dovut biss fl-2014. Għat-Titolu III, dan kien prinċipalment relatat ma' ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali li għalihom il-klejms tal-ispejjeż ma kinux dovuti li jiġu ppreżentati mill-Uffiċċji Nazzjonali qabel l-2014, u l-ordni tas-soltu ta' servizzi ta' traduzzjoni fl-aħħar xhur tal-2013, li l-pagament tagħhom kien dovut biss fl-2014.

KUMMENTI OĦRA

13.

L-Uffiċċju għandu stabbilit Pjan għall-Kontinwità tan-Negozju u l-Maniġġar ta' Kriżijiet li jistipula li madwar 25 rwol għandhom ikunu koperti b'mod permanenti minn impjegati fuq xogħol stand-by. Għalkemm l-approprjazzjonijiet mill-baġit għall-benefiċċji ta' xogħol stand-by jiġu approvati kull sena mill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju, l-ammont imħallas fl-2013 (EUR 4 02  458) huwa konsiderevolment ogħla minn allowances ta' dan it-tip li jitħallsu minn aġenziji oħra li jeħtieġilhom jiżguraw servizz permanenti.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1.

(2)  ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.

(3)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikoli 38 u 43 tar-Regolament Nru CB-3-09 tal-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-suq intern.

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikoli 91 sa 95 tar-Regolament Nru CB-3-09 tal-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-suq intern.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Il-Qorti identifikat bosta nuqqasijiet fir-rigward tal-ftehim tal-2011 dwar il-livell ta' servizz bejn l-Uffiċċju u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE (CDT). Il-ftehim kien ffirmat mill-Uffiċċju fl-20 ta’ Ġunju 2011 u skont l-Artikolu 10, ġie applikat mill-1 ta’ Jannar 2011. L-eżekuzzjoni tal-kuntratt bdiet qabel l-iffirmar tal-kuntratt. Fuq talba tas-CDT, l-Uffiċċju għamel pagament ta’ EUR 1,8 miljun f’kumpens (1). Barra minn hekk, dan il-pagament kien awtorizzat mingħajr impenn baġitarju u mingħajr approprjazzjonijiet disponibbli (2).

M/A

2011

Hemm ħtieġa li titjieb il-ġestjoni tal-assi fissi tal-Uffiċċju. Għal assi intanġibbli żviluppati mill-Uffiċċju, il-proċeduri kontabilistiċi u l-informazzjoni dwar l-ispejjeż ma kinux affidabbli.

Ikkompletata

2011

Il-likwidità miżmuma mill-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2011 ammontat għal total ta’ EUR 520 miljun (EUR 495 miljun fl-2010). Wara l-politika tat-teżor li ġiet approvata mill-Kumitat tal-baġit fl-2010 l-likwidità kienet miżmuma f’disa’ banek f’ħames Stati Membri.

Ikkompletata

Madankollu l-Qorti tinnota li l-livell ta’ likwidità għadu għoli.

2012

Mill-EUR 31,9 miljun ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2011 għall-2012, EUR 4,16 miljun (13 %) ġew ikkanċellati fl-2012. Minn dan l-ammont, EUR 1,93 miljun kienu relatati ma’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri li ma assorbewx l-ammonti sħaħ allokati lilhom.

M/A

2012

Fl-2012 il-livell ġenerali ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 93 %, li jindika li l-impenji twettqu fil-ħin. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2013 kien għoli f’livell ta’ EUR 36,7 miljun (19 % tal-approprjazzjonijiet impenjati totali), li minnhom EUR 21,7 miljun kienu relatati mat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 14,1 miljun kienu relatati mat-Titolu III (nefqa operattiva). Ir-raġuni prinċipali għal-livell għoli ta’ ammonti riportati kienet il-wasla tardiva ta’ fatturi għall-prodotti u s-servizzi mogħtija fl-2012. B’mod aktar speċifiku, għat-Titolu II, il-livell għoli tal-ammonti riportati rriżulta wkoll minn għadd ta’ kuntratti pluriennali relatati mal-kostruzzjoni tal-bini l-ġdid tal-Uffiċċju (EUR 6,09 miljun) u l-akkwist ta’ żviluppi tal-IT (EUR 7,67 miljun). Għat-Titolu III, l-ammonti riportati huma fil-parti l-kbira relatati ma’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ffirmati mill-Istati Membri li għalihom il-klejms tal-ispejjeż kienu dovuti li jiġu ppreżentati biss fl-2013 (EUR 8,13 miljun). Barra minn hekk, ġew ordnati servizzi ta’ traduzzjoni fl-aħħar xhur tal-2012 (EUR 5,43 miljun) li l-pagament tagħhom kien dovut biss fl-2013.

M/A


(1)  Il-valur minimu ġie stabbilit fil-ftehim għal EUR 16,3 miljun. Is-servizzi pprovduti fl-2011 ammontaw għal total ta’ EUR 14,5 miljun.

(2)  Dan il-pagament sar mill-baġit 2012.


ANNESS II

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Alicante)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikoli 36 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Moviment liberu tal-merkanzija

[...] projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet [...] ġustifikati abbażi ta’ [...] il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali [m'għandhomx] jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri.

[...] restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni għandhom jiġu projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi. [...]

Kompetenzi tal-Uffiċċju

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009)

(Ir-Regolament UE Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Objettivi

Li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trademarks u d-disinji, biex jagħti l-istess livell ta’ protezzjoni lill-impriżi fl-Unjoni Ewropea kollha.

Li jippromwovi diskussjoni, riċerka, taħriġ, komunikazzjoni, il-ħolqien ta’ għodod avvanzati għall-appoġġ għall-IT u l-firxa tal-aħjar prattika rigward kwistjonijiet tal-IP.

Kompiti

Li jirċievi u jdaħħal applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni,

li jeżamina l-kundizzjonijiet għad-dħul fir-Reġistru u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni,

li jfittex fl-uffiċċji ta’ proprjetà industrijali tal-Istati Membri kwalunkwe trade mark nazzjonali li kienet diġà teżisti,

li jippubblika l-applikazzjonijiet,

li jeżamina kwalunkwe oppożizzjoni minn partijiet terzi,

li jirreġistra jew jirrifjuta applikazzjonijiet,

li jeżamina applikazzjonijiet għar-revoka jew invalidità,

li jittratta appelli kontra deċiżjonijiet,

li jtejjeb il-fehim dwar il-valur tal-proprjetà intellettwali,

li jtejjeb il-fehim dwar l-ambitu u l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

li jsaħħaħ l-għarfien dwar l-aqwa prattika fis-settur pubbliku u dak privat għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

li jgħin biex iżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

li jsaħħaħ l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

li jsaħħaħ l-għarfien dwar għodod tekniċi għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar li jgħinu fid-distinzjoni bejn prodotti ġenwini u dawk foloz,

li jipprovdi mekkaniżmi li jgħinu fit-titjib tal-iskambju elettroniku, bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, tal-informazzjoni relatata mal-infurzar ta’ dawn id-drittijiet, u li jrawwem kooperazzjoni ma’ u bejn dawk l-awtoritajiet,

li jaħdem bil-konsultazzjoni tal-Istati Membri, biex irawwem il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ uffiċċji tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi sabiex jibni strateġiji u jiġu żviluppati tekniki, ħiliet u għodod għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Governanza

Bord Amministrattiv

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni, u s-supplenti tagħhom.

Kompitu

Li jagħti parir lill-President dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju.

Li jħejji listi ta’ kandidati (l-Artikolu 125) għall-President, il-Viċi Presidenti u l-presidenti u l-membri tal-Bords tal-Appell.

President tal-Uffiċċju

Maħtur mill-Kunsill minn lista ta’ mhux aktar minn tliet kandidati li tkun tħejjiet mill-Bord Amministrattiv.

Kumitat tal-Baġit

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u s-supplenti tagħhom.

Kompitu

Li jadotta l-baġit u r-regolament finanzjarju, jagħti kwittanza lill-President u jiddetermina l-ispejjeż tar-rapporti tat-tfittxija.

Deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet

Id-deċiżjonijiet jittieħdu:

(a)

mill-Eżaminaturi;

(b)

mid-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni;

(c)

mill-Diviżjoni Legali u tal-Amministrazzjoni tat-Trade Marks;

(d)

mid-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni;

(e)

mill-Bords tal-Appell.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju.

Riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2013 (2012)

Baġit

EUR 418 (429) miljun.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

861 (775) post fit-tabella tal-persunal; postijiet okkupati: 731 (680) + 171 (138) membru ieħor tal-persunal (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali sekondati, persunal lokali u tal-aġenzija tal-impjieg, konsulenti speċjali)

Total tal-persunal: 902 (818)

Prodotti u servizzi pprovduti 2013 (2012)

Trade marks

Għadd ta’ applikazzjonijiet: 1 14  421(1 07  924)

Għadd ta’ registrazzjonijiet: 98  092(95  645)

Każijiet ta’ oppożizzjoni: 17  006(16  634)

Appelli lill-Bords tal-Appell: 2  602(2  339)

Appelli pendenti: 2  361(2  352)

Disinji

Disinji riċevuti: 95  429(92  175)

Disinji rreġistrati: 84  056(78  658)

Sors: Anness ipprovdut mill-Uffiċċju.


IR-RISPOSTI TAL-UFFIĊĊJU

11.

Fil-preżent l-Uffiċċju qiegħed jistabbilixxi miżuri, flimkien mal-Uffiċċji Nazzjonali, sabiex inaqqas ir-rata għolja ta’ kanċellazzjoni ta’ riporti. Twaqqaf rapport pilota dwar l-eżekuzzjoni interim kull 6 xhur. L-idea hija li dawn il-proġetti pilota jiġu estiżi għall-proġetti importanti li l-Uffiċċju għandu mal-Uffiċċji Nazzjonali, ġaladarba l-partiċipazzjoni f'dan il-proġett pilota titwessa'. Fl-aħħar nett, l-Uffiċċju se janalizza wkoll aġġustamenti possibbli tal-kuntratti (għall-2015) flimkien mal-Uffiċċji Nazzjonali sabiex jimminimizza riporti li mhumiex neċessarji.

12.

Apparti mill-miżuri msemmija hawn fuq, li jnaqqsu l-livell għoli ta’ riporti speċjalment fit-Titolu III, iżda wkoll fit-Titolu II, bħalissa l-Uffiċċju qiegħed jistabbilixxi Sistema mas-CDT sabiex inaqqas il-volum tar-riporti fi tmiem is-sena. Barra minn hekk, kif imsemmi mill-Qorti, l-estensjoni tal-uffiċċji ġenerali tal-Uffiċċju u l-iżviluppi fl-IT jiġġustifikaw il-livell għoli ta' riporti fit-Titolu II.

L-Uffiċċju qiegħed jistabbilixxi miżuri sabiex jikkontrolla aħjar l-ammonti riportati kull sena.

13.

B’konformità mar-rekwiżiti tal-istandards internazzjonali tal-kwalità (ISO 27001) u l-istandards ta’ kontroll intern (ICS 10) adottati mill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju waqqaf Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju (BCP). Dan issa huwa previst ukoll fir-Regolament Finanzjarju Qafas tal-2013.

F’Novembru 2006, il-bords ta’ tmexxija tal-Uffiċċju – il-Bord Amministrattiv u l-Kumitat tal-Baġit – ġew informati dwar l-istrateġija tal-UASI bbażata fuq xenarju ta’ tliet livelli u appoġġawha (Livell 0: Tim tal-immaniġġar ta’ kriżi; Livell 1: timijiet tal-IT u tal-loġistika, tim ta’ koordinazzjoni għall-irkupru, u tim ta’ komunikazzjoni globali; Livell 2: timijiet li jaħdmu għall-irkupru). Pagament għall-persunal involut fid-dmirijiet stand-in huwa preskritt mir-Regolament dwar il-Persunal. L-impatt baġitarju ta’ dan il-pagament huwa inkluż f'linja baġitarja speċifika, aġġornata (skont il-bżonnijiet tal-organizzazzjoni) u adottata fil-baġit kull sena.

Il-BCP ġie stabbilit wara li saret analizi eżawrjenti tal-impatt, bl-għajnuna ta’ konsulenti esterni u jkopri l-attivitajiet KOLLHA tal-Uffiċċju.

L-Uffiċċju għandu 25 rwol li huma fuq stand-by b’mod permanenti u l-pagamenti fl-2013 ammontaw għal € 4 02  458. Ir-raġunijiet li għalihom l-BCP implimenta struttura robusta huma dawn li ġejjin:

L-Uffiċċju għandu esponiment u viżibbiltà qawwija lejn il-partijiet ikkonċernati tiegħu u għandu jiżgura servizz kummerċjali elettroniku li jkun operattiv 24/7 u rispons immedjat għall-utenti tiegħu. In-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sistema tal-IT jkollu impatt serju fuq il-kontinwità tan-negozju. Fl-Uffiċċju kollu kemm hu, il-kontinwità kummerċjali hija għaldaqstant essenzjali u d-dipartimenti kollha huma involuti (viżibbiltà tal-attivitajiet bħall-attivitajiet ta' kooperazzjoni mal-Istati Membri u fil-mandat tal-Osservatorju, interazzjoni mal-uffiċċju ta’ Brussell, appoġġ lil persunal li jaħdem mid-dar, l-iżgurar ta' tħaddim tajjeb tal-ġbir ta' tariffi – sistema tal-IT awtomatizzata li tintuża mill-Uffiċċju kollu – u finalment l-involviment tal-persunal tal-Akkwist Pubbliku peress li għandu rwol ċentralizzat definit ta' intervent – l-immaniġġar tal-fajls ekonomiċi kollha – f'każ ta' diżastru). Minħabba d-daqs u l-isfond internazzjonali tal-fornituri tagħna, il-kwantità ta' dokumentazzjoni formali hija għolja ħafna u tiddependi estremament mill-IT.

Dawn ir-raġunijiet jiġġustifikaw, fil-fehma tagħna, id-differenzi minn aġenziji oħrajn.

L-Uffiċċju diġà għamel darbtejn użu mix-xifts stand-by kemm ilu li twaqqaf, l-aħħar darba fir-rigward tal-introduzzjoni tal-websajt il-ġdida tiegħu.

Il-livell ta’ xogħol stand-by imħallas fl-2013 jirrappreżenta inqas minn 0,5 % tan-nefqa totali tat-Titolu I. Dawn l-ispejjeż jirrappreżentaw ukoll inqas minn ġurnata ta’ negozju ta’ dħul mis-servizzi onlajn tal-Uffiċċju.

L-Uffiċċju se jikkunsidra l-osservazzjoni li saret mill-Qorti tal-Awdituri fir-reviżjoni ta’ kull sena tal-proċessi, proċeduri u skemi tiegħu bil-għan li jkompli jitjieb.

14.

L-Uffiċċju jieħu nota li l-Qorti tal-Awdituri kkunsidrat is-sejbiet tas-sena preċedenti bħala kompluti jew mhux applikabbli.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/340


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2014/C 442/40)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol) (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“UE-OSHA”), li tinsab f'Bilbao, inħolqot bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li tiġbor u xxerred informazzjoni dwar il-prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni fil-kamp tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li tappoġġa organizzazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni involuti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika u li tipprovdi informazzjoni dwar miżuri preventivi (2).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

11.

Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 99 % meta mqabbel ma' 95 % fl-2012. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli f'livell ta' EUR 6 01  426 (30 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 3 6 93  549 (46 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali).

12.

Għat-Titolu II dan kien ikkawżat mix-xiri ta' oġġetti u servizzi, kif ippjanat, fi tmiem is-sena b'rabta maċ-ċaqliq tal-Aġenzija lejn il-bini ġdid tagħha u mat-tiġdid ta' kuntratti annwali tal-IT. Għat-Titolu III, il-livell għoli ta' riporti ppjanati rriżulta prinċipalment min-natura pluriennali ta' proġetti kbar imnedija fl-2013 bħall-Istħarriġ Ewropew tal-Intraprizi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER II).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Ir-Regolament kien emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Ir-rata għolja ta’ kanċellazzjoni għall-approprjazzjonijiet tindika diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fil-programm ta’ ħidma annwali u fil-konformità mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

Ikkompletata

2011

B’kuntrast maż-żewġ Aġenziji Ewropej l-oħra li huma bbażati fi Spanja (OHIM f’Alicante u CFCA f’Vigo), ma kienx ġie konkluż ftehim dwar is-sede.

Ikkompletata

2012

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2012 ammonta għal EUR 15,3 miljun, li minnhom EUR 3,2 miljun (22 %) ġew riportati għall-2013. Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati huwa għoli għat-Titolu II (infrastruttura) f’livell ta’ 36 % u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’livell ta’ 33 %. Għat-Titolu II, dan kien ikkawżat prinċipalment bit-tiġdid ta’ kuntratti annwali tal-IT konklużi kif ippjanat fl-aħħar tliet xhur tal-2012. Għat-Titolu III, il-livell għoli rriżulta kemm min-natura pluriennali ta’ proġetti maġġuri u kemm minn dewmien fl-għoti ta’ kuntratti speċifiċi. Id-dewmien jirriżulta l-aktar minn organizzazzjoni deċentralizzata ta’ proċeduri ta’ akkwist li tipprevieni l-monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ akkwist.

Għadha għaddejja

2012

Ir-rata ta’ kanċellazzjoni għal approprjazzjonijiet tat-Titolu I għas-sena 2012 kienet għolja b’valur ta’ 9,5 % (EUR 0,5 miljun), u dan irriżulta l-aktar minn proċeduri ta’ reklutaġġ iffriżati u żieda antiċipata fis-salarji li kienet għadha ma tħallsitx.

Ikkompletata


ANNESS II

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (Bilbao)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikoli 151 u 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Artikolu 151

L-Unjoni u l-Istati Membri [...[, għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

L-Artikolu 153

Bl-għan li jinkisbu l-għanijiet tal-Artikolu 151, l-Unjoni għandha ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma:

(a)

it-titjib inpartikolari tal-ambjent tax-xogħol biex jitħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema;

(b)

il-kundizzjonijiet tax-xogħol;

[...]

(e)

l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;

[...]

(h)

l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, bla preġudizzju għall-Artikolu 166;

(i)

l-ugwaljanza bejn irġiel u nisa rigward l-opportunitajiet u t-trattament fis-suq tax-xogħol;

(j)

il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;

[...].

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94)

Objettivi

Sabiex jiġi mtejjeb l-ambjent tax-xogħol, fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema kif previst fit-Trattat u fl-istrategiji u programmi ta’ azzjoni suċċessivi dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, l-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tipprovdi lill-Unjoni u lill-Istati Membri, lis-sħab soċjali u lil dawk involuti fil-qasam l-informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika siewja fil-qasam ta' sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol (l-Artikolu 2).

Kompiti

Li tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni dwar prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni u dwar ir-riċerka;

li tippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar programmi ta’ taħriġ;

li tforni lill-korpi tal-Unjoni u l-Istati Membri b’informazzjoni li jeħtieġu biex jifformulaw u jimplimentaw politiki, b’mod partikolari rigward l-impatt fuq intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

li tagħmel disponibbli informazzjoni dwar attivitajiet preventivi;

li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ strateġiji u programmi ta’ azzjoni tal-Unjoni;

li tistabbilixxi netwerk li jkun fih punti fokali nazzjonali.

Governanza

Bord Governattiv (BG)

Rappreżentant wieħed tal-Gvern ta’ kull Stat Membru.

Rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem ta’ kull Stat Membru.

Rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet tal-impjegati ta’ kull Stat Membru.

Tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Membri u membri supplenti mill-ewwel tliet kategoriji għandhom jinħatru mill-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Bureau tal-BG

President u tliet viċi presidenti tal-Bord.

Koordinaturi minn kull wieħed mit-tliet gruppi ta’ interess.

Membru wieħed addizzjonali minn kull wieħed mill-gruppi u mill-Kummissjoni.

Id-Direttur

huwa maħtur mill-Bord Governattiv abbażi ta' lista mqassra mill-Kummissjoni.

Kumitati

Konsultazzjoni obbligatorja mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fir-rigward tal-programm ta’ ħidma u l-baġit.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit

EUR 17,5 (16,9) miljun li minnhom:

Sussidju tal-Unjoni, id-DĠ Impjiegi: 86,3 % (89,0 %)

Sussidju ieħor tal-Unjoni, id-DĠ Impjiegi: 9,4 % (5,9 %)

Sussidju ieħor tal-Unjoni, id-DĠ Tkabbir: 3,2 % (3,9 %)

Oħrajn: 1,0 % (1,2 %)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

44 (44) post fit-tabella tal-persunal, li minnhom, 42 (42) post kienu okkupati.

Persunal ieħor:

Esperti Nazzjonali Sekondati: 0 (0)

persunal kuntrattwali: 24 (24)

persunal lokali: 1 (1)

Total tal-persunal impjegat: 67 (67)

Allokati lil:

attivitajiet operazzjonali: 48 (48)

kompiti amministrattivi: 10 (10)

kompiti mħallta: 9 (9)

Prodotti u servizzi fl-2013

(Ġbir u analiżi ta' informazzjoni)

PREVENZJONI U RIĊERKA

Objettiv speċifiku 1: Li tingħata bażi għall-iffissar ta’ prijoritajiet għal riċerka u azzjonijiet tal-OSH permezz tal-identifikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ xejriet u l-antiċipazzjoni ta’ riskji ġodda u emerġenti relatati mal-OSH billi jitwettaq studju ta’ tbassir fuq skala kbira

Fit-3 ta’ Ġunju ġew ippubblikati u promossi żewġ fatti-e u magħhom żewġ listi ta’ verifika tal-identifikazzjoni tal-perikli dwar l-OSH u l-bini ekoloġiku u dwar l-OSH u l-applikazzjonijiet tal-enerġija solari fuq skala żgħira permezz ta’ web teaser fl-okkażjoni tal-ġimgħa ekoloġika tal-UE u huma disponibbli mill-punt ta’ dħul uniku (SEP) fuq l-OSH f’impjiegi ekoloġiċi maħluq aktar kmieni fis-sena. Il-verżjonijiet bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol, bit-Taljan u bil-Pollakk tar-rapport fil-qosor ta’ “previżjoni dwar l-OSH ġodda u emerġenti r-riskji assoċjati ma’ teknoloġiji ġodda f’impjiegi ekoloġiċi” ġew ippubblikati fil-bidu ta’ Ġunju. Il-verżjoni bil-Franċiż tar-rapport fil-qosor ġie ppubblikat kmieni f’Ottubru.

Fit-12-13 ta’ Novembru saret sessjoni ta' ħidma ta' previżjoni bil-Punti fokali sabiex jinxterdu x-xenarji u s-sejbiet tal-previżjoni, biex tintwera u tiġi inkoraġġuta l-applikazzjoni ta’ xenarji għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u biex tiġi promossa r-rilevanza tal-politika ta’ previżjoni fuq impjiegi ekoloġiċi.

Wasal abbozz ta’ rapport dwar l-analiżi l-aktar moderna dwar kwistjonijiet attwali u emerġenti fis-settur tal-kura tas-saħħa inkluża l-kura komunitarja u fid-dar.

Objettiv speċifiku 2: Li jingħata input għal sforzi ta’ riċerka u prevenzjoni aktar iffukati permezz tal-eżami u l-analiżi tar-riċerka dwar fatturi tar-riskji u eżiti tas-saħħa

Wasal abbozz ta’ rapport dwar il-kanċer relatat max-xogħol u fatturi ta’ riskju tal-kanċer miċ-Ċentru Tematiku wara s-sessjoni ta' ħidma 2012 dwar is-suġġett.

Tliet fatti-e dwar l-OSH u n-nanomaterjali (Għodod għall-immaniġġar tan-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol u l-prevenzjoni; Nanomaterjali fis-settur tal-kura tas-saħħa, riskji għall-OSH u prevenzjoni; Nanomaterjali u manutenzjoni: riskji għall-OSH u prevenzjoni) ġew ippubblikati u promossi fl-24 ta’ Ġunju, flimkien ma’ punt ta’ dħul wieħed (SEP) dwar Immaniġġar tan-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol, minn fejn hemm disponibbli l-materjal ta’ informazzjoni kollu tal-UE-OSHA dwar l-OSH u n-nanomaterjali.

Ġie ppubblikat ir-rapport “Women at work” (In-nisa fuq ix-xogħol). Huwa jkopri x-xejriet fl-impjieg u l-impatt tagħhom fuq l-OSH tan-nisa (inklużi xejriet reċenti), l-istatistika tal-OSH, il-kanċer relatat max-xogħol (inklużi r-rabtiet bejn xogħol bix-xift u l-kanċer tas-sider), MSDs u stress, vjolenza u fastidju fil-professjonijiet tas-servizzi, u jesplora riċerka eżistenti dwar l-OSH tan-nisa f’xogħol informali, kif ukoll id-diżabbiltà u r-riabilitazzjoni ta’ nisa fix-xogħol. Jinkludi eżempji magħżula tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-OSH minn tliet Stati Membri u huwa intenzjonat li jikkumplementa rapport ta' studju tal-każ tal-UE-OSHA dwar iniżjattivi ta' politika reċenti li se jiġi ppubblikat fl-2014.

Objettiv speċifiku 3: Li jiġi appoġġat l-iffissar ta’ prijoritajiet għal riċerka u azzjonijiet tal-OSH billi tingħata ħarsa ġenerali lejn is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa bbażata fuq data storika u attwali

F’Settembru twassal ir-rapport finali għall-proġett “Estimation of the costs of non-OSH at macro-level” (Stima tal-ispejjeż tan-nuqqas ta' OSH fil-livell makro). L-għan tal-proġett huwa l-valutazzjoni ta' metodoloġiji differenti għall-istimar tal-ispiża ta’ OSH fqira jew in-nuqqas ta' OSH fil-livell makro sabiex ikun hemm fehim tal-loġika wara l-istimi differenti u jinkiseb għarfien aħjar tal-impatt ekonomiku ta’ OSH fqira; tingħata informazzjoni li tappoġġa lil dawk li jfasslu l-politika fil-livelli Ewropej u nazzjonali; tiġi stabbilita bażi soda għal dibattitu dwar kwistjonijiet ewlenin dwar is-suġġett, u ssir kontribuzzjoni għall-promozzjoni u t-trawwim ta’ riċerka ulterjuri.

Objettiv speċifiku 4: Li jiġi stimulat dibattitu dwar, u tiġi żgurata r-rilevanza tas-sejbiet tal-osservatorju permezz ta’ diskussjoni u konsolidazzjoni ma’ gruppi mmirati u benefiċjarji

L-Aġenzija ppreżentat l-approċċ tagħha għal riskji emerġenti u mard relatat max-xogħol fil-laqgħa tal-COST-MODERNET fis-16 ta’ Ottubru f’Pariġi. Fis-6 ta’ Novembru f’Düsseldorf saret sessjoni ta’ ħidma organizzata b’mod konġunt bejn l-Aġenzija u l-Kunsill Ġermaniż għas-Sikurezza fit-Trasport fil-konferenza A+A.

Objettiv speċifiku 5: Li dawk li jfasslu l-politika u l-fornituri tal-informazzjoni tal-OSH jiġu megħjuna jagħtu appoġġ aħjar lill-intrapriżi permezz tal-implimentazzjoni ta’ stħarriġiet biex tinġabar informazzjoni f’ħin reali dwar il-ġestjoni tal-OSH u riskji emerġenti ewlenin tal-OSH

L-abbozzi kollha ta’ rapporti (rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor, rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali nazzjonali u rapport tas-sejbiet sostantivi) tal-evalwazzjoni Kwalitattiva ta’ wara t-test ta' ESENER ġew finalizzati għall-pubblikazzjoni.

F’Settembru ġie ppubblikat ir-rapport “Analysis of the determinants of workplace occupational safety and health practice in a selection of EU Member States (Report and summary in several languages)” (Analiżi tad-determinanti tal-prattika tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol f’għadd ta' Stati Membri tal-UE magħżula (Rapport u sommarju f’bosta lingwi).

Tħejjijiet għal ESENER- 2 imxew skont il-pjan, inklużi pre-testijiet konjittivi. Għall-2014 hemm ippjanat xogħol fuq il-post hija u l-ewwel riżultati se jaslu fi tmiem l-2014, bl-ewwel pubblikazzjonijiet ippjanati għal kmieni fl-2015.

Objettiv speċifiku 6: Li jitfittex konsensus attwali dwar il-prijoritajiet tar-riċerka fl-OSH, u li l-istituti tar-riċerka nazzjonali tal-OSH jitħeġġu jiffissaw prijoritajiet konġunti, ipartu r-riżultati kif ukoll iħeġġu l-inklużjoni ta’ rekwiżiti tal-OSH fi programmi tar-riċerka

F’Ġunju ġie ppubblikat onlajn u promoss ir-rapport dwar il-prijoritajiet tar-riċerka tal-OSH fl-UE għas-snin 2013-20, inkluż feedback mill-Punti Fokali u l-parteċipanti tas-seminar. Bħala segwitu għar-rapport, ġie organizzat seminar ta’ livell għoli fid-9 u fl-10 ta’ Ottubru biex jiġu diskussi u vvalidati l-prijoritajiet identifikati fir-rapport u l-modi li bihom għandha titrawwem il-koordinazzjoni tar-riċerka fil-qasam tal-OSH. Is-seminar laqqa’ flimkien rappreżentanti ta’ korpi ta’ finanzjament tar-riċerka, istituti ta’ riċerka u dawk li jfasslu l-politika fil-livelli Ewropej u nazzjonali.

INFORMAZZJONI DWAR L-AMBJENT TAX-XOGĦOL: KONDIVIŻJONI TA' GĦARFIEN DWAR PRATTIKA TAJBA FIL-LIVELL TAL-POST TAX-XOGĦOL

Objettiv speċifiku 1: Li jiġu żviluppati prodotti utli, prattiċi u ta’ kwalità għolja ta’ informazzjoni b’appoġġ għall-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa

HWC 2012-13: “Working together for risk prevention” (Naħdmu flimkien għall-prevenzjoni tar-riskji)

L-avveniment tal-għeluq tal-kampanja seħħ fil- 11 u fit-12 ta’ Novembru flimkien mas-summit tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa (HWC) dwar “Working together for risk prevention” (Naħdmu flimkien għall-prevenzjoni tar-riskji). Saru tliet sessjonijiet ta' ħidma paralleli bħala parti mill-Avveniment tal-Għeluq li rrifletta l-Premji għal Prattika Tajba, l-iskema ta' Valutazzjoni Komparattiva tas-Sħab fil-Kampanja u l-aspetti ta' Sensibilizzazzjoni tal-HWC 2012-13.

HWC 2014-15 “Healthy Workplaces Manage Stress” (Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġaw l-Istress).

Il-kuntrattur wassal l-ewwel rapport interim “Stress and psychosocial risk management – portable application for micro and small enterprises” (L-immaniġġar tal-istress u tar-riskju psikosoċjali – applikazzjoni portabbli għal intrapriżi mikro u żgħar). Ir-rapport inkluda, kif mitlub, deskrizzjonijiet tat-taqsimiet prinċipali tal-applikazzjoni, u memorandum ta’ qbil li jiddeskrivi l-aspetti tekniċi.

Abbozz finali tar-rapport “Costs of stress and psychosocial risks at work” (Spejjeż tal-istress u r-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol) jinsab fil-proċess ta' analiżi u editjar interni.

Twassal abbozz finali tar-rapport konġunt tal-UE-OSHA – tal-Eurofound dwar ir-riskji psikosoċjali.

Objettiv speċifiku 2: Li jissaħħu miżuri ta’ prevenzjoni permezz tal-għoti ta’ informazzjoni utli u prattika dwar il-prattika tajba fuq setturi u suġġetti ta’ prijorità

Il-proġett “Safer and healthier work at any age – occupational safety and health (OSH) in the context of an ageing workforce” (Xogħol aktar sigur u aħjar għas-saħħa f’kull età – sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH) fil-kuntest ta’ forza tax-xogħol li qed tixjieħ) għandu l-għan li jivvaluta l-prerekwiżiti għal sistemi tal-OSH biex jittieħed kont ta’ forza tax-xogħol li qed tixjieħ u tiġi żgurata prevenzjoni aħjar għal kulħadd tul il-ħajja tax-xogħol kollha.

Il-kuntratt ġie ffirmat f’Ġunju, saret laqgħa tal-bidu (kick-off) fl-10 ta’ Ġunju fi Brussell. Wara l-laqgħa, il-kuntrattur ħejja r-rapport inizjali u rreveda l-iskeda ta’ żmien għall-proġett sħiħ. Fl-aħħar ta’ Lulju, wasal l-ewwel rapport dwar il-progress, fil-bidu ta’ Ottubru l-kuntrattur ressaq inventarji interim tal-pajjiżi u l-lista twila ta’ eżempji ta’ prattiki tajba. Fit-2 ta’ Diċembru fil-Parlament Ewropew seħħet laqgħa ta’ nofs ġurnata dwar il-progress.

Ġie ppubblikat fatt-e dwar sustanzi perikolużi u dwar komunikazzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol li fihom suċċess biex jikkumplementa l-materjali 2012 (materjal NaPO, FAQs, ppt, u taqsimiet fuq il-websajt dwar REACH, CLP u links għal OSH). Huwa joffri ħjiel għal komunikazzjoni b’suċċess fuq il-post tax-xogħol dwar sustanzi perikolużi, inkluż l-użu ta’ folji ta’ data dwar is-sigurtà, u jipprovdi lista ta’ sorsi ta’ informazzjoni ulterjuri.

Riżultati mill-istħarriġ tal-Punti Fokali 2012 dwar inizjattivi nazzjonali relatati mal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tar-REACH u tal-OSH saru disponibbli lill-grupp SLIC CHEMEX għall-iżvilupp tal-gwida tal-ispezzjoni tax-xogħol tagħhom fuq rabtiet bejn ir-REACH u l-OSH.

Objettiv speċifiku 3: Li jiġu appoġġati miżuri ta’ prevenzjoni permezz tal-iżgurar tar-rilevanza kontinwa ta’ prodotti ta’ informazzjoni eżistenti

It-taqsima tal-leġiżlazzjoni tal-websajt kompliet tiġi aġġornata skont il-kuntratt maċ-Ċentru Tematiku. L-aħħar informazzjoni ġdida tikkonċerna d- Direttiva 2013/35/UE – kampi elettromanjetiċi.

Objettiv speċifiku 4: Li jitjiebu l-implimentazzjoni u l-kwalità ta’ valutazzjonijiet tar-riskji f’intrapriżi mikro u żgħar (impjegati bejn 1 u 49) permezz ta’ tkabbir tal-kuxjenza dwar il-ħtieġa għal twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji u kif din għandha ssir

L-Aġenzija żviluppat aktar il-proġett ta’ għodda Interattiva Onlajn għall-Valutazzjoni tar-Riskji (OiRA) kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri. Żvilupp bażiku tas-softwer ġie kważi kkompletat fl-2013 u ra l-iżvilupp ta’ għadd limitat ta’ funzjonalitajiet ġodda biex jiġu ssodisfati aħjar il-ħtiġijiet identifikati mis-sħab tal-OiRA. L-Aġenzija kienet attiva ħafna fil-promozzjoni u fl-iżvilupp tal-komunità tal-OiRA, bl-adozzjoni wiesgħa ta’ għodod fil-livell nazzjonali u permezz tal-kumitati ta’ djalogu soċjali settorjali fil-livell tal-UE.

Netwerking u Koordinazzjoni

Aktar żvilupp tan-netwerk b’punti fokali, il-governanza tal-Aġenzija u kollegament ma’ organizzazzjonijiet Ewropej u Internazzjonali.

Bini ta’ kapaċitajiet istituzzjonali fil-Pajjiżi Kandidati u dawk Potenzjalment Kandidati (fondi assenjati).

Koordinazzjoni tal-programmazzjoni u l-evalwazzjoni.

KOMUNIKAZZJONI, SENSIBILIZZAZZJONI U PROMOZZJONI

Objettiv speċifiku 1: Li titqajjem kuxjenza fost gruppi fil-mira ewlenin tal-importanza ta’ ħidma flimkien għal prevenzjoni tar-riskji permezz tal-organizzazzjoni ta’ kampanja pan-Ewropea deċentralizzata

Fl-2013 l-UE-OSHA implimentat it-tieni sena tal-Kampanja tagħha 2012-13 dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa li tikkonċerna “Working together for risk prevention” (Naħdmu flimkien għall-prevenzjoni tar-riskji).

Ġew organizzati avvenimenti ta' kampanji emblematiċi b’kooperazzjoni mal-Presidenzi tal-UE eżistenti, inklużi ċ-Ċerimonja Ewropea tal-Premji għal Prattika Tajba u s-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.

Attivitajiet għall-istampa, għall-midja u għar-relazzjonijiet pubbliċi, relatati mal-kampanja, twettqu fuq livell tal-UE u dak nazzjonali. L-Aġenzija kompliet ukoll tappoġġa n-netwerk tagħha ta’ punti fokali nazzjonali permezz tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Assistenza għall-Kampanja Ewropea (ECAP), inkluż l-għoti ta’ seminars, konferenzi, azzjonijiet tal-midja u materjal ta’ promozzjoni tal-kampanja f’24 lingwa.

Il-Programm ta’ Sħubija tal-Kampanja, inkluż l-ingaġġ attiv tas-sħab, l-organizzazzjoni ta' laqgħat u l-għoti ta' materjal ta’ promozzjoni tal-kampanja, żied dimensjoni importanti oħra għall-kampanja filwaqt li t-tnedija ta’ Pakkett ta' Għodod Onlajn għas-Sensibilizzazzjoni dwar l-OSH ipprovdiet ħjiel prattiku u pariri għal kull min ikun jixtieq imexxi kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-OSH.

Azzjonijiet ta' tħejjija għall-Kampanja 2014-15 dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa kienu jinkludu l-iżvilupp tal-pjan tal-kampanja, l-immarkar tal-kampanja u l-materjal ta’ promozzjoni ewlieni (inkluż il-film NaPO).

Inbeda wkoll xogħol fuq evalwazzjoni esterna indipendenti tal-Kampanja 2012-13 dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.

Objettiv speċifiku 2: Il-manutenzjoni tal-Aġenzija, inkluż tal-websajt tagħha, bħala l-ewwel punt ta’ referenza tal-Ewropa għal informazzjoni dwar l-OSH bl-użu ta’ għodod u kanali ta’ komunikazzjoni xierqa biex jintlaħqu l-gruppi mmirati maħsuba

Twettqu azzjonijiet ta' riċerka u żvilupp għall-appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ strateġija ġdida onlajn għall-Aġenzija u l-iżvilupp mill-ġdid tal-preżenza onlajn tal-Aġenzija fl-2014. Fl-istess ħin, l-Aġenzija pproduċiet u ppubblikat kontenut onlajn u żviluppat aktar il-promozzjoni u l-preżenza onlajn tagħhom fil-midja soċjali.

Is-sena rat l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' sħubija ta' komunikazzjoni inklużi relazzjonijiet imsaħħa man-Netwerk Enterprise Europe.

Il-programm ta’ pubblikazzjonijiet għall-2013 irriżulta f’firxa ta’ pubblikazzjonijiet f’varjetà ta' lingwi tal-UE.

Kien hemm ukoll żvilupp ulterjuri tas-sit u l-applikazzjoni tal-Valutazzjoni Interattiva Onlajn tar-Riskji (OiRA) u tas-siti u l-applikazzjonijiet tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.

Objettiv speċifiku 3: Promozzjoni effettiva tal-informazzjoni tal-aġenzija lill-gruppi fil-mira intenzjonati permezz tal-midja u r-relazzjonijiet pubbliċi, avvenimenti u wirjiet

Ġew implimentati firxa ta’ attivitajiet għall-istampa u għall-PR, inklużi stqarrijiet għall-istampa, artikli tal-istampa u konferenzi stampa għall-promozzjoni, fost affarijiet oħra, tar-riżultati tat-tielet stħarriġ tal-opinjoni dwar l-OSH; il-proġett ta’ previżjoni u l-impjiegi ekoloġiċi; ir-regolament CLP; analiżijiet sekondarji ta' ESENER u spejjeż makroekonomiċi tal-proġett ta’ informazzjoni dwar l-OSH; pubblikazzjonijiet relatati ma' sustanzi karċinoġeni.

Implimentazzjoni b’suċċess tal-istrateġija ta' diffużjoni tal-pakkett onlajn NAPO għall-għalliema. Żvilupp ulterjuri tal-istrateġija ta’ promozzjoni u ta’ reklutaġġ tal-awturi għall-OSHwiki u tal-istrateġija ta' promozzjoni u ta’ reklutaġġ tal-iżviluppaturi għall-Għodda Interattiva Onlajn għall-Valutazzjoni tar-Riskji

Preżentazzjonijiet u parteċipazzjoni attiva f’għadd ta’ konferenzi Ewropej u internazzjonali magħżula u wirjiet permezz ta’ kelliema għall-Aġenzija u/jew stand tal-Aġenzija u/jew dokumentazzjoni tal-Aġenzija:

Ir-rapport ġenerali annwali 2012 u pubblikazzjonijiet oħra (rapporti, skedi informattivi, DVDs tan-Napo, eċċ.) u materjali ta’ promozzjoni tqassmu madwar l-Ewropa u lil hinn minnha biex jilħqu l-udjenzi fil-mira tagħna.

Twettqu attivitajiet konġunti ma’ Presidenzi tal-Kunsill tal-UE (l-Irlanda u l-Litwanja) sabiex tiġi promossa l-OSH f’aġendi tal-Presidenzi tal-Kunsill.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija tikkonferma r-raġunijiet għar-riport għoli rrappurtat mill-Qorti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/351


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2014/C 442/41)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala r-“REA”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE (1). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu limitat li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li tmexxi attivitajiet speċifiċi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka (2). Fil-15 ta’ Ġunju 2009 l-Aġenzija uffiċjalment ingħatat l-awtonomija amministrattiva u operazzjonali tagħha mill-Kummissjoni Ewropea.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (3) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (5):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (6); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

10.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9.

(2)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(5)  L-Artikoli 62 u 68 flimkien mal-Artikoli 53 u 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(7)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ. Il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; il-punteġġi tal-limitu minimu biex wieħed ikun inkluż fil-lista ta’ riżerva ma kinux ġew stabbiliti minn qabel; il-bord tal-għażla ma ddokumentax bis-sħiħ il-laqgħat u d-deċiżjonijiet kollha tiegħu.

Ikkompletata

2012

Fl-2012 uffiċjal tar-REA ffirma ordnijiet ta’ ħlas li ammontaw għal EUR 8,86 miljun (19 % tal-baġit 2012 tar-REA) bħala uffiċjal awtorizzanti waqt li kien qed jissostitwixxi lill-Kap ta’ Unità tiegħu. L-uffiċjal ma rċeviex sottodelega formali u lanqas ma kien nominat uffiċjalment mill-uffiċjal awtorizzanti bħala d-deputat tiegħu. Dan mhuwiex konformi mas-sistema ta’ sottodelegazzjoni stabbilita fir-Regolament Finanzjarju.

M/A


ANNESS II

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikoli 179 u 180 tat-TFUE)

Ġbir ta’ informazzjoni

L-Unjoni għandha jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta' riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġixxi l-iżvilupp tal-kompetittivita tagħha u tal-industrija tagħha.

Għal dan l-għan l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lill-impriżi inklużi l-SMEs, liċ-ċentri ta' riċerka u lill-universitajiet fl-attivitajiet tagħhom ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku ta' livell għoli; għandha wkoll tappoġġa l-isforzi tagħhom li jikkooperaw ma' xulxin, u timmira fuq kollox li tippermetti lir-riċerkaturi li jikkooperaw liberament lil hinn mill-fruntieri u lill-impriżi li jisfruttaw il-potenzjal kollu tas-suq intern, speċjalment [...] bid-definizzjoni ta' standards komuni u bit-tneħħija ta' xkiel legali u fiskali għal dik il-kooperazzjoni. […]

Filwaqt li tfittex li tikseb dawn l-għanijiet, l-Unjoni għandha twettaq dawn l-attivitajiet li ġejjin, li jikkomplementaw l-attivitajiet li jsiru fl-Istati Membri:

(a)

l-implimentazzjoni ta' programmi ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni, billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma' u bejn l-impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet,

(b)

il-promozzjoni ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni tal-Unjoni,

(c)

id-disseminazzjoni u l-valorizzazzjoni tar-riżultati ta' attivitajiet fir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni tal-Unjoni,

(d)

l-istimulazzjoni tat-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi fl-Unjoni.

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE)

Għanijiet

L-għan tal-Aġenzija huwa l-ġestjoni tal-Programmi fdati lilha taħt is-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għal Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-FP7) (il-Programm Speċifiku Nies, l-azzjonijiet tal-SMEs tal-Programm Speċifiku Kapaċitajiet, u t-temi ta’ Spazju u Sigurtà tal-Programm Speċifiku Kooperazzjoni) b’mod effiċjenti u effettiv, biex twassal servizzi effiċjenti u effettivi lill-komunità tar-riċerka u l-forniment ta’ servizzi ċentralizzati ta’ sostenn tal-FP7 lis-servizzi rispettivi tal-Kummissjoni għall-oqsma kollha tal-Programmi Speċifiċi Kapaċitajiet, Kooperazzjoni u Nies.

Rigward l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-Programmi, l-Aġenzija – bħala promotur taż-Żona Ewropea tar-Riċerka – timmira lejn it-titjib fil-ġestjoni ta' proġetti, l-istabbiliment ta' kuntatt mill-qrib ma' benefiċjarji finali u l-provvediment ta' viżibbiltà għolja għall-Unjoni Ewropea.

Kompiti

Rigward il-ġestjoni ta’ proġetti, l-Aġenzija tikkonkludi u tmexxi ftehimiet ta’ għotjiet, li tinvolvi l-operazzjonijiet li ġejjin:

tħejjija u pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti,

evalwazzjoni ta’ proposti,

tħejjija u ffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotjiet,

monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ proġetti inkluża l-aċċettazzjoni ta’ rapporti u riżultati oħra,

pagamenti, irkupri, u applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 114(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, b’mod notevoli meta jkunu ġew identifikati żbalji fi spejjeż iddikjarati wara awditi ex-post fil-livell tal-benefiċjarji finali,

pubbliċità u disseminazzjoni ex-post tar-riżultati.

Rigward is-Servizzi ta’ Sostenn tal-FP7, l-Aġenzija twettaq il-kompiti li ġejjin:

sostenn amministrattiv għall-pubblikazzjoni ta' sejħiet,

ġestjoni tal-ilqugħ elettroniku ta’ proposti,

sostenn għal evalwazzjonijiet remoti u fuq il-post,

sostenn għat-tħejjija ta’ ittri ta' ħatra u ta’ pagamenti għal esperti,

ġestjoni tad-database Ċentrali tal-parteċipanti tal-FP7 (Faċilità tar-Reġistrazzjoni Unika – URF), inkluż sostenn għal kontrolli tal-kapaċità finanzjarja tal-benefiċjarji magħżula,

ġestjoni tas-Servizz ta’ Tagħrif dwar ir-Riċerka.

Governanza

Kumitat ta’ Ġestjoni

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Jadotta t-tabella tal-organizzazzjoni (organigramma) tal-Aġenzija u l-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-Rapport Annwali tal-Attività tagħha.

Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni, imexxi l-Aġenzija flimkien mal-Kumitat ta’ Ġestjoni, jimplimenta l-baġit amministrattiv, jistabbilixxi sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll intern adattati għall-kompiti fdati lill-Aġenzija u jħejji r-rapporti li jkunu se jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-implimentazzjoni mill-Aġenzija tal-baġit amministrattiv tagħha, id-deċiżjoni ta’ kwittanza tiġi indirizzata lid-Direttur. Għall-implimentazzjoni tal-baġit operazzjonali ddelegata mill-Kummissjoni lill-Aġenzija, il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Operazzjonali 2013 (2012)

EUR 1  759,2 (1  479,9) miljun f'approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 1  443,6 (1  459,6) miljun f'approprjazzjonijiet ta’ pagament. L-Aġenzija timplimenta l-baġit operazzjonali tal-Kummissjoni taħt deċiżjoni ta' delega mill-Kummissjoni:

Baġit Amministrattiv 2013 (2012)

EUR 46,8 (46,4) miljun. L-Aġenzija timplimenta l-baġit amministrattiv b’mod awtonomu.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013(2012)

Postijiet fit-tabella tal-persunal: 140 (128) li minnhom 138 (122) okkupati.

Persunal kuntrattwali: 418 (385) membru tal-persunal ippjanati li minnhom 407 (374) kienu fil-post fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Total tal-persunal fil-post: 545 (496) li jwettqu l-kompiti li ġejjin:

implimentazzjoni tal-programmi: 366 (330)

servizzi ta’ sostenn tal-FP7: 96 (90)

funzjonijiet maniġerjali u amministrattivi: 83 (76)

Prodotti u servizzi 2013 (2012)

Għall-Programm Nies, ingħalqu 9 (10) sejħiet fl-2013 u ġew ikkompletati 10 (10) evalwazzjonijiet. Ġew iffirmati 1  874(1  899) ftehim ġdid ta’ għotjiet u saru 3  787(3  599) pagament (esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). L-Aġenzija issa tmexxi total ta’ 6  090(5  492) proġett taħt dan il-programm.

Għall-azzjonijiet tal-SMEs tal-Programm Kapaċitajiet, ingħalqet sejħa 1 (1) u ġiet ikkompletata evalwazzjoni 1 (1). Ġew iffirmati 204 (201) ftehim ġdid ta’ għotjiet u saru 577 (508) pagament (esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). L-Aġenzija issa tmexxi total ta’ 691 (625) proġett taħt din l-iskema.

Għat-temi Spazju u Sigurtà tal-Programm Kooperazzjoni, ingħalqu 2 (2) sejħiet fl-2013 u ġew ikkompletati 2 (2) evalwazzjonijiet. Ġew iffirmati 79 (80) ftehim ġdid ta’ għotjiet u saru 294 (258) pagament (esklużi pagamenti lil evalwaturi esperti). L-Aġenzija issa tmexxi total ta’ 348 (317-il) proġett taħt dawn it-temi.

Fir-rigward tas-servizzi ta’ sostenn tal-FP7, ir-riżultati miksuba għall-2013 huma kif ġej:

194 (89) pubblikazzjoni ta' sejħiet sostnuta;

25  214(32  286) proposta riċevuta permezz tal-għodda elettronika għall-preżentazzjoni ta’ proposti;

4  323 (6  462) evalwatur espert ikkuntrattat u saru 5  055 (4  217-il) pagament lil esperti (għal programmi mmexxija mill-Aġenzija biss);

4  524 (6  616-il) validazzjoni ta’ parteċipanti kkompletata;

4  488(5  871) tweġiba mibgħuta wara mistoqsijiet lis-Servizz ta’ Tagħrif dwar ir-Riċerka.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/358


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

(2014/C 442/42)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew) (“l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala “TEN-TEA”), li tinsab fi Brussell, twaqqfet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE (1), emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE (2). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Novembru 2006 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015 għat-tmexxija ta’ azzjonijiet tal-UE fil-qasam tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (3).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

2.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4.

Il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (6):

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); it-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

6.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

10.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

11.

L-Aġenzija ma twettaqx verifikazzjonijiet ex ante sodisfaċenti dwar l-ispejjeż għall-bini tagħha ffatturati mill-maniġer tal-bini. Il-biċċa l-kbira tal-kuntratti, il-fatturi u l-irċevuti ta' bażi, ma kinux disponibbli għall-Aġenzija.

12.

Skont il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (9) u d-Direttiva tal-VAT tal-UE (10), l-Aġenzija hija eżenti minn taxxi indiretti. Madankollu, sa tmiem l-2013 hija kienet ħallset u ma kklejmjatx lura l-VAT għall-perjodu 2011 sa 2013 li ammonta għal EUR 1 13  513 fuq spejjeż għall-bini.

KUMMENT DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

13.

Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-baġit kienet sodisfaċenti għat-Titoli 1 u III, ir-rata ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati kienet għolja għat-Titoli II f’livell ta’ 27 % (EUR 6 66  119). Dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' prodotti u servizzi kkuntrattati u/jew ordnati fi tmiem is-sena li se jiġu pprovduti kif ippjanat tard fl-2013 jew fl-2014 (EUR 2 96  486), u fatturi għal spejjeż tal-2013 li ma ġewx riċevuti sa tmiem is-sena (EUR 2 86  197).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI

14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta' Lulju 2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88.

(2)  ĠU L 190, 18.7.2008, p. 35.

(3)  L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.

(6)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(9)  Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 115, 9.5.2008, p. 266).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).


ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

L-implimentazzjoni tal-baġit kienet sodisfaċenti għat-Titolu I filwaqt li r-rata ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati kienet għolja għat-Titoli II u III f’livell ta’ 38 % (EUR 8 05  755) u 50 % (EUR 3 63  613) rispettivament. Mill-ammont totali riportat (EUR 1,37 miljun), 74 % huwa marbut ma’ servizzi mogħtija fl-2012 jew kmieni fl-2013. Is-26 % li jifdal huwa relatat ma’ prodotti u servizzi ordnati fi tmiem l-2012 li kienu oriġinarjament ippjanati fuq il-baġit 2013, iżda li ġew avvanzati għall-2012.

M/A


ANNESS II

L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

(L-Artikoli 26, 170, 171, 172, 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

L-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-ħsieb li tistabbilixxi jew li tassigura l-funzjonament tas-suq intern. Is-suq intern għandu jikkomprendi arja (żona) li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat.

Sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha inġenerali, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha.

Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, u sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-komunitajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji tal-istabbiliment ta' żona mingħajr fruntieri interni, l-Unjoni għandha tagħti l-kontribut tagħha sabiex jiġu stabbiliti u jiġu żviluppati netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport, telekomunikazzjonijiet u enerġija. L-azzjoni mill-Unjoni għandha tfittex li tiffaċilita l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà ta' netwerks nazzjonali kif ukoll l-aċċess għalihom.

Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, l-Unjoni għandha tistabbilixxi sensiela ta' linji gwida dwar il-miri, il-prijoritajiet u l-linji ġenerali tal-miżuri kontemplati fl-isfera tan-netwerks trans-Ewropej (TENs).

Kompetenzi tal-Aġenzija

(Id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

(Ir-Regolament (KE) Nru 67/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

(Ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003)

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE, emendata l-aħħar bl-2008/593/KE)

Għanijiet

Id-Deċiżjoni fuq Linji Gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T) tistabbilixxi l-linji gwida li jkopru l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-linji wiesgħa maħsuba fil-kamp tat-TEN-T. Ġew stabbiliti regoli ġenerali għall-finanzjament mill-Unjoni tat-TENs, sabiex dawn il-Linji Gwida jkunu jistgħu jiġu implimentati.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi aġenziji eżekuttivi għat-twettiq tal-kompiti relatati mal-programmi tal-Unjoni. Għaldaqstant it-TEN-TEA twaqqfet biex tmexxi l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tat-TENs fuq il-bażi tal-Linji Gwida tat-TEN-T u r-Regolament Finanzjarju u żżid il-valur fit-tmexxija tal-Programm TEN-T. Hija tibqa’ taħt is-superviżjoni tad-DĠ prinċipali tagħha, id-DĠ MOVE, li għandu r-responsabbiltà għal kwistjonijiet ta’ politika.

It-TEN-TEA hija responsabbli għat-tmexxija tal-implimentazzjoni teknika u finanzjarja tal-Programm TEN-T billi ssegwi ċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett kollu kemm hu. Fix-xogħol tagħha ta’ kuljum hija timmira li ttejjeb l-effettività u l-flessibbiltà tal-implimentazzjoni tat-TEN-T bi spiża inqas waqt li fl-istess ħin timmobilizza livell għoli ta’ kompetenza billi tirrekluta aktar persunal speċjalizzat. Hija ssaħħaħ ukoll ir-rabtiet bejn it-TEN-T u l-partijiet interessati ewlenin; tiżgura koordinazzjoni aħjar tal-fondi ma’ strumenti oħra tal-UE; tgħolli l-profil u l-benefiċċji tal-finanzjament mill-UE; u tagħti appoġġ/feedback lill-Kummissjoni.

Governanza

Kumitat tat-Tmexxija

L-attivitajiet tal-Aġenzija huma ssorveljati minn Kumitat tat-Tmexxija li huwa magħmul minn ħames membri mid-Direttorati Ġenerali Mobilità u Trasport (żewġ membri), Politika Reġjonali u Urbana, Ambjent u Riżorsi Umani u Sigurtà tal-UE u osservatur mill-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Kumitat jitlaqqa’ erba’ darbiet fis-sena u japprova l-Baġit Amministrattiv tal-Aġenzija, il-Programm ta’ Ħidma, ir-Rapport Annwali tal-Attività, il-Kontijiet tad-dħul u l-infiq kollu, ir-rapport ta’ evalwazzjoni esterna, u jadotta regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi oħra.

Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.

Awditu intern

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS) u l-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Aġenzija (IAC).

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013

Baġit

A.

EUR 7,9 biljun (100 % baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea) għall-baġit tat-TEN-T marbut mal-Perspettiva Finanzjarja tal-2007-2013.

B.

EUR 9,8 miljun (baġit amministrattiv) fil-forma ta’ 100 % sussidju mill-UE, li l-Aġenzija timmaniġġja b’mod awtonomu.

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013

Postijiet ta’ Aġenti Temporanji: 33 post elenkati fit-tabella tal-persunal, li minnhom 32 kienu okkupati.

Persunal kuntrattwali: 67 post ippjanati, li minnhom 66 kienu okkupati.

Total tal-persunal: 100 (98 okkupati).

Allokati lil:

(a)

Attivitajiet operazzjonali: 65 (64 okkupati).

(b)

Attivitajiet amministrattivi: 35 (34 okkupati).

Prodotti u servizzi 2013

Għażliet

Sejħa għal proposti għall-Programm ta’ Ħidma Annwali 2012 (AP) b’erba' oqsma prijoritarji għal total ta’ EUR 250 miljun. Ġew evalwati 164 proposta eliġibbli li talbu EUR 523,9 miljun, u 83 proposta għal EUR 247,2 miljun ġew rakkomandati għall-finanzjament.

Sejħa għal proposti għall-Programm ta’ Ħidma Pluriennali 2012 (MAP) b’sitt oqsma prijoritarji għal total ta’ EUR 1  347 miljun. Ġew evalwati 189 proposta eliġibbli li talbu EUR 5  727,77 miljun, u 89 proposta għal EUR 1  348,38 miljun ġew rakkomandati għall-finanzjament. Is-sejħiet għall-AP u għall-MAP ġew evalwati minn 61 evalwatur estern.

Tħejjija tas-sejħiet pluriennali u annwali 2013 għal EUR 280 miljun u EUR 70 miljun rispettivament, ippubblikati fl-2013.

Tmexxija tal-Proġetti

Tħejjija ta’ 157 Deċiżjoni ġdida ta’ finanzjament (kien hemm kanċellazzjoni waħda qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni) u 14-il emenda top-up (sejħiet 2012) – 398 proġett kienu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2013.

Ipproċessar ta' 36 talba ġdida għal emendi mill-benefiċjarji.

Analiżi u approvazzjoni ta’ 116-il Rapport dwar l-Istatus tal-Azzjoni (ASRs – l-għodda prinċipali għall-monitoraġġ tal-progress tal-proġett) u 73 Pjan ta’ Azzjoni Strateġiku (SAPs).

246 laqgħa dwar proġetti, bl-esklużjoni ta' laqgħat għat-tħejjija ta' deċiżjonijiet, li saru fuq il-post jew fil-bini tal-Aġenzija.

Użu sħiħ mill-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli, b’medja ta’ 11-il jum biss bħala żmien nett biex isir il-pagament.

Miżuri ta’ simplifikazzjoni

Titjib ta’ proċeduri interni u komunikazzjoni mal-benefiċjarji, eż. reviżjoni u titjib tal-kontrolli tal-akkwist pubbliku; organizzazzjoni ta' sessjoni ta' ħidma dwar it-tmexxija tal-proġetti għall-benefiċjarji b'fokus fuq kwistjonijiet legali, operazzjonali u finanzjarji, b'preżentazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-esperjenza fl-awditjar ta' proġetti TEN-T.

Użu ta' għodda għar-reklutaġġ elettroniku.

Reviżjoni taċ-ċirkwiti amministrattivi li rriżultat fl-introduzzjoni ta’ xi ċirkwiti mingħajr karti u xi wħud simplifikati.

Użu ta’ għodda elettronika għall-preżentazzjoni għall-ASRs.

Aġġornament tal-faċilità tat-taqsima tat-tmexxija tal-proġett TENtec għall-utent.

Il-Grupp ta' Ħidma dwar Prattiki Tajba ġie sostitwit minn Grupp Konsultattiv, intenzjonat biex iservi bħala parti interessata prinċipali għall-Aġenzija fl-iżvilupp ta’ ġestjoni finanzjarja u ta' tmexxija tal-proġetti għal programmi attwali u futuri. Is-sħubija tal-Grupp ġie determinat permezz ta’ proċess tal-għażla mfassal biex jiżgura bilanċ tajjeb tal-partijiet interessati. L-ewwel laqgħa se ssir fl-4 ta’ Marzu 2014 biex jiġu diskussi proċeduri ta’ applikazzjoni, inkluża dokumentazzjoni, għas-sejħiet u d-deċiżjoni mudell.

Evalwazzjoni mill-bogħod ġiet ittestjata fuq il-biċċa l-kbira tas-sejħiet għall-AP 2012.

Aġġornament kontinwu u użu ta’ mudelli u ta' linji gwida.

Aġġornament ta’ inventarji rigward interpretazzjonijiet ta' dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u ta' każijiet ta’ akkwist.

Titjib u simplifikazzjoni ta’ proċeduri interni permezz tal-gruppi ta’ ħidma dwar mudelli tan-nefqa amministrattiva u operazzjonali.

Simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi mad-DĠ MOVE għall-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet il-ġodda.

Simplifikazzjoni tas-sistemi ta’ rappurtar bit-tibdil tal-frekwenza ta’ xi wħud mir-rapporti, it-twettiq ta' kontrolli eżawrjenti tal-kwalità tad-data u l-ottimizzazzjoni tal-użu tad-data eżistenti fit-TENtec. Dan ippermetta segwitu aktar mill-qrib tal-proġetti u antiċipazzjoni ta’ problemi ta’ implimentazzjoni, li min-naħa tagħha wasslet għal ħinijiet ta’ reazzjoni iqsar u ottimizzazzjoni tal-implimentazzjoni baġitarja.

Komunikazzjoni

Il-websajt tal-Aġenzija u t-taqsima mkabbra tagħha dwar suċċessi tal-proġetti, flimkien mal-websajt Motorways of the Sea Helpdesk, kellha aktar minn 2 20  000 viżitatur. It-Twitter feed (@tentea_eu) kellu aktar minn 700 segwaċi.

It-tielet kampanja dwar il-kisbiet addizzjonali tal-proġetti TEN-T (“TENtastic”) b’aġġornamenti tal-websajt, tweets, fuljett u kartelluni.

Pubblikazzjoni ta’ 15-il Bullettin elettroniku/aġġornament għall-benefiċjarji; 140 stqarrija għall-istampa mħejjija u distribwiti f’aktar minn 20 lingwa dwar is-sejħiet, il-kisbiet u l-proġetti ġodda 2012 magħżula; 53 stqarrija għall-istampa mis-Sejħa Annwali 2011 distribwiti. Pubblikazzjonijiet oħra kienu jinkludu 2 dwar il-“viżjoni” tal-Aġenzija fil-mandat estiż tagħha, fuljett dwar l-inġinerija finanzjarja, ir-rapport ta’ implimentazzjoni tat-TEN-T, u 2 fuljetti ta' aktar minn 100 paġna għall-FAC dwar il-proġetti magħżula għas-Sejħiet Annwali u Pluriennali.

Avvenimenti organizzati kienu jinkludu l-Jiem TEN-T konġunti u Wirja f'Tallinn mad-DĠ MOVE, il-Jum Informazzjoni għal Sejħiet 2013; Sessjoni ta' Ħidma dwar it-Tmexxija tal-Proġett TEN-T u Sessjoni ta' Ħidma dwar il-PPP/Inġinerija Finanzjarja; parteċipazzjoni mad-DĠ MOVE fil-Forum Internazzjonali dwar it-Trasport f'Leipzig u Jum ta’ Ftuħ Istituzzjonali għall-Pubbliku.

Ippjanar u tħejjija tal-bidla tal-identità viżwali tal-INEA (is-suċċessur tal-Aġenzija TEN-T) għall-materjali kollha ta’ tixrid, websajt, Intranet, mudelli u sistema ta’ sinjalizzazzjoni.

Kooperazzjoni mad-DĠ prinċipali

Għajnuna konġunta għall-perspettiva finanzjarja li jmiss inkluża assistenza bil-finalizzazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-Linji Gwida l-ġodda tat-TEN-T; proposti għal xenarji dwar allokazzjonijiet ta’ finanzjament u modalitajiet ta’ implimentazzjoni; parteċipazzjoni fil-kumitati ta’ evalwazzjoni għall-għażla ta’ konsulenti għall-istudji tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni TEN-T.

Tħejjija konġunta tas-sejħa finali għal proposti taħt il-Programm TEN-T 2007-2013 u preżentazzjonijiet konġunti fil-Jum ta' Informazzjoni.

Kontributi konġunti għall-konferenza annwali dwar il-programm – il-Ġranet TEN-T. TEN-T EA kienet responsabbli għall-wirja.

Tħejjija konġunta tal-proċedura interistituzzjonali għall-estensjoni tal-mandat tal-Aġenzija u l-istruttura organizzattiva l-ġdida.

Parteċipazzjoni fl-evalwazzjoni ex-post tal-istrumenti finanzjarji, li saret mill-Kummissjoni.

Organizzazzjoni ta’ grupp ta' ħidma dwar l-inġinerija finanzjarja bi preżentazzjonijiet konġunti.

Żviluppar ta' kompetenzi fl-analiżi ta’ informazzjoni statistika u ġeografika għar-rappurtar u kartografija relatata mal-Programm TEN-T, eż. “Ir-rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Programm TEN-T” għal Tallinn, 43 rapport tal-Istati Membri u dwar Proġetti Prijoritarji.

Laqgħa konġunta tal-Maniġment darba kull xahar bil-parteċipazzjoni ta' Diretturi, Kapijiet ta' Unità, il-Kap tal-Komunikazzjoni u Uffiċjali ta’ Kollegament tal-Aġenzija/tad-DĠ.

Parteċipazzjoni tad-Direttur fil-laqgħat tal-maniġment tad-DĠ prinċipali. Parteċipazzjoni ta’ Kap ta’ Unità mid-Direttorat responsabbli fil-laqgħat tal-maniġment tal-Aġenzija.

Tħejjija tal-laqgħat tal-Kumitat tat-Tmexxija.

Awditi

L-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ strateġija tal-awditjar pluriennali adottata fl-2012.

Twettqu 17-il awditu, li jirrappreżentaw 28 % tal-pagamenti interim/finali (valur monetarju) fl-2012.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.


IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

11.

L-Aġenzija twettaq kontrolli ex-ante dwar kull dikjarazzjoni ta’ imposti li jinkludu verifika li s-servizzi ngħataw; li l-ammonti fatturati huma komparabbli ma’ perjodi ta’ rappurtar preċedenti; li l-perjodi fatturati huma korretti u li d-distribuzzjonijiet jikkorrispondu għal dawk previsti fil-kuntratt. F’każ ta’ anomaliji jintalbu kopji tal-fatturi u s-servizzi fatturati indebitament jiġu rimburżati. Peress li l-Aġenzija m’għandhiex faċilitajiet tekniċi fuq il-post li huma meħtieġa biex jiġu ġestiti u vverifikati l-kuntratti sottostanti, hija tħallas tariffa lill-kumpanija tal-ġestjoni tal-bini biex twettaq dan is-serivzz f’isimha. Il-verifika tal-kuntratti, il-fatturi u l-irċevuti sottostanti għall-imposti hija inkluża fis-servizz. Biex tkompli ttejjeb il-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-imposti, l-Aġenzija se titlob b’mod sistematiku, kopji tal-fatturi għal kull dikjarazzjoni, fuq bażi ta’ kampjuni.

12.

Matul in-negozjati tal-kuntratt tal-bini, il-VAT ġiet inkluża fil-kuntratt għas-servizzi komuni kollha peress li ma kienx possibbli li ssir distinzjoni bejn il-kumplament tal-bini u l-ispazju mikri mill-Aġenzija.

F’Marzu 2014 l-Aġenzija talbet l-irkupru tal-VAT imħallsa għall-perjodu 2011 sal-2013 mingħand il-kumpanija tal-ġestjoni tal-bini, li kienet ħarġet il-fatturi u ġabret il-VAT. L-ammont totali ta’ 1 13  513 euro se jerġa’ jitħallas lill-Aġenzija sa Ġunju 2014. L-ammont li se jkun riċevut kien irreġistrat fil-kontijiet tal-Aġenzija għall-2013.

L-Aġenzija talbet ukoll lill-kumpanija tal-ġestjoni tal-bini biex il-VAT tiġi eżentata mill-ewwel għall-fatturi futuri kollha sa mill-1 ta’ Jannar 2014.

13.

L-Aġenzi qed tagħmel sforzi kontinwament biex tnaqqas il-livell ta’ riporti. Bejn l-2012 u l-2013 il-perċentwal ta’ riporti għat-titolu II naqas minn 38 għal 27 %, ir-riporti baġitarji totali naqsu minn 14 għal 9 %. Ir-riporti għall-2014 kienu ġustifikati bil-ħtieġa li ċertu nfiq jiġi avvanzat fit-tħejjija tal-mandat il-ġdid tal-Aġenzija u jitnaqqas il-piż strett ħafna tal-baġit 2014. Il-prinċipju ta’ gwida fir-riporti kien il-ġestjoni finanzjarja soda u effiċjenti.