ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 421

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
24 ta' Novembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 421/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 421/02

Kawża C-374/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Valimar OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dumping — Ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Russja — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikoli 2(8) u (9), u 11(2), (3), (9) u (10) — Reviżjoni interim — Reviżjoni minħabba l-iskadenza tal-miżuri antidumping — Validità tar-Regolament (KE) Nru 1279/2007 — Determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni abbażi tal-bejgħ lil pajjiżi terzi — Affidabbiltà tal-prezzijiet tal-esportazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-garanziji fuq il-prezzijiet — Bdil fiċ-ċirkustanzi — Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat fl-investigazzjoni inizjali)

2

2014/C 421/03

Kawża C-399/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ottubru 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Rikors għal annullament — Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 218(9) TFUE — Determinazzjoni tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea f’organu stabbilit minn ftehim internazzjonali — Ftehim internazzjonali li ma hijiex parti kontraenti fih l-Unjoni Ewropea — Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed (OIV) — Kunċett ta’ atti li għandhom effetti legali — Riżoluzzjonijiet tal-OIV

3

2014/C 421/04

Kawża C-426/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te 's-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku — Artikolu 2(4)(b) — Prodotti ta’ enerġija b’użu doppju — Kunċett)

3

2014/C 421/05

Kawża C-441/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Almer Beheer BV, Daedalus Holding BV vs Van den Dungen Vastgoed BV, Oosterhout II BVBA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-kumpanniji — Direttiva 2003/71/KE — Artikolu 3(1) — Obbligu li jiġi ppubblikat prospett meta jiġu offruti titoli għall-bejgħ lill-pubbliku — Bejgħ sfurzat ta’ titoli)

4

2014/C 421/06

Kawża C-487/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo – Spanja) – Vueling Airlines S.A. vs Instituto Galego de Consumo de la Xunta de Galicia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fl-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1008/2008 — Libertà tal-ipprezzar — Reġistrazzjoni tal-bagalji — Suppliment tal-prezz — Kunċett ta’ nollijiet ta’ l-ajru — Protezzjoni tal-konsumaturi — Impożizzjoni ta’ multa fuq it-trasportatur minħabba klawżola kuntrattwali inġusta — Regola tad-dritt nazzjonali li skontha t-trasport tal-passiġġier u r-reġistrazzjoni ta’ bagalja għandhom ikunu inklużi fil-prezz bażiku tal-biljett tal-ajru — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni)

5

2014/C 421/07

Kawża C-562/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – MTÜ Liivimaa Lihaveis vs Eesti-Läti programmi 2007-2013 Seirekomitee (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Fondi strutturali — Regolamenti (KE) Nri 1083/2006 u 1080/2006 — Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) — Programm operazzjonali intiż biex jippromwovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea bejn ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ sussidji adottata mill-Kumitat ta’ monitoraġġ — Dispożizzjoni li tipprevedi li d-deċiżjonijiet ta’ dan il-kumitat ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ proċedura ta’ reviżjoni — Artikolu 267 TFUE — Att adottat minn istituzzjoni, organu jew organizzazzjoni tal-Unjoni — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt ta’ aċċess għall-qrati — Determinazzjoni tal-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu rikors)

5

2014/C 421/08

Kawża C-3/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – AS Baltic Agro vs Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikeskus (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Antidumping — Regolament (KE) Nru 661/2008 — Dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja — Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni — Artikolu 3(1) — L-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni — Akkwist tal-fertilizzant tan-nitrat tal-ammonju minn kumpannija intermedja — Rilaxx tal-merkanzija — Talba għall-invalidazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali — Deċiżjoni 2008/577/KE — Kodiċi Doganali — Artikoli 66 u 220 — Żball — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 251 — Verifika a posteriori)

6

2014/C 421/09

Kawża C-7/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Stockholm – l-Isvezja) – Skandia America Corporation (USA), filial Sverige vs Skatteverket Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Grupp VAT — Fatturazzjoni interna għas-servizzi pprovduti minn kumpannija prinċipali li għandha s-sede tagħha f’pajjiż terz lil fergħa tagħha li tappartjeni għal grupp VAT fi Stat Membru — Natura taxxabbli tas-servizzi pprovduti

7

2014/C 421/10

Kawża C-47/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Martin Grund vs Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika agrikola komuni — Regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett — Skema ta’ pagament uniku — Kunċett ta’ mergħa permanenti — Art li tintuża għat-tkabbir ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix li ma tagħmilx parti mir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba tal-azjenda sa mill-inqas ħames snin — Art maħruta u miżrugħa matul dan il-perijodu b’tip ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix li ma huwiex dak li kien imkabbar fuq din l-art preċedentement)

8

2014/C 421/11

Kawża C-101/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – U vs Stadt Karlsruhe (Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 2252/2004 — Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili (ICAO) — Standards minimi ta’ sigurtà ta’ passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri — Passaport li jista’ jinqara minn magna — Kunjom mat-twelid li għandu jidher fuq il-paġna tad-data bijografika tal-passaport — Preżentazzjoni tal-isem mingħajr probabbiltà ta’ konfużjoni)

9

2014/C 421/12

Kawża C-127/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Guido Strack vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dritt ta’ smigħ — Dritt għal qorti legali — Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Rifjut parzjali li l-appellant jingħata aċċess għad-dokumenti inkwistjoni — Deċiżjoni inizjali ta’ rifjut — Ħolqien ta’ deċiżjoni impliċita ta’ rifjut — Sostituzzjoni ta’ deċiżjoni impliċita ta’ rifjut b’deċiżjonijiet espliċiti — Interess ġuridiku wara l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet espliċiti ta’ rifjut — Eċċezzjonijiet mill-aċċess għad-dokumenti — Salvagwardja tal-interess ta’ amministrazzjoni tajba — Protezzjoni tad-data personali u tal-interessi kummerċjali)

10

2014/C 421/13

Kawża C-205/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il- Pajjiżi l-Baxxi) – – Hauck GmbH & Co. KG vs Stokke A/S et (Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 3(1)(e) — Rifjut jew invalidità ta’ reġistrazzjoni — Trade mark tridimensjonali — Siġġu tat-tfal li jirregola ruħu Tripp Trapp — Sinjal magħmul esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott — Sinjal magħmul mill-forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott)

10

2014/C 421/14

Kawża C-242/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Commerz Nederland NV vs Havenbedrijf Rotterdam NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ għajnuna — Garanziji mogħtija minn impriża pubblika lil bank sabiex jagħti kreditu lil persuni li qegħdin jissellfu — Garanziji mogħtija deliberatament mid-direttur ta’ din l-impriża pubblika bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-istatut tagħha — Preżunzjoni ta’ oppożizzjoni mill-entità pubblika proprjetarja tal-imsemmija impriża — Imputabbiltà tal-garanziji lill-Istat)

11

2014/C 421/15

Kawża C-254/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Orgacom BVBA vs Vlaamse Landmaatschappij (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi li għandhom effett ekwivalenti għal dazju doganali — Taxxi interni — Taxxa fuq l-importazzjoni ta’ demel tal-bhejjem importat fil-Vlaamse Gewest — Artikoli 30 TFUE u 110 TFUE — Taxxa dovuta mill-importatur — Taxxi differenti skont jekk id-demel tal-bhejjem huwiex importat jew jekk joriġinax mill-Vlaamse Gewest)

12

2014/C 421/16

Kawżi Magħquda C-308/13 P u C-309/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Società Italiana Calzature SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Vicini SpA (Appelli — Trade marks Komunitarji — Regolament (KE) Nruo40/94 — Reġistrazzjoni ta’ trade marks figurattivi li fihom l-elementi verbali GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN u BY GIUSEPPE ZANOTTI — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi, Komunitarji u nazzjonali, li fihom l-element verbali ZANOTTI — Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell)

13

2014/C 421/17

Kawża C-341/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas- Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3 — Tkomplija ta’ irregolaritajiet — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) — Irkupru tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament irċevuti — Terminu ta’ preskrizzjoni — Applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal — Terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali — Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi)

13

2014/C 421/18

Kawża C-393/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Alumina d.o.o., Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dumping — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 464/2011 — Importazzjoni tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 2 — Determinazzjoni tal-valur normali — Kunċett ta’ tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali])

14

2014/C 421/19

Kawża C-436/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit – E vs B (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikoli 8, 12 u 15 — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Proċedura dwar il-kustodja ta’ wild li abitwalment jirrisjedi fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ ommu — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni favur qorti tal-Istat Membru ta’ residenza tal-missier ta’ dan il-wild — Portata)

14

2014/C 421/20

Kawża C-446/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Société Fonderie 2A vs Ministre de l’Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 8(1)(a) — Determinazzjoni tal-post ta’ kunsinna ta’ oġġetti — Fornitur stabbilit fi Stat Membru li ma huwiex dak fejn huwa stabbilit ix-xerrej — Ipproċessar tal-oġġett fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit ix-xerrej)

15

2014/C 421/21

Kawża C-478/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2001/18/KE — Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (GMO) — Tqegħid fis-suq — Artikolu 31(3)(b) — Post tal-GMOs imkabbra — Obbligu ta’ informazzoni tal-awtoritajiet kompetenti — Obbligu li jiġi stabbilit reġistru pubbliku — Kooperazzjoni leali)

15

2014/C 421/22

Kawża C-525/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België – il-Belġju) – Vlaams Gewest vs Heidi Van Den Broeck (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Agrikola Komuni — Regolament (KE) Nru 2419/2001 — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna — Applikazzjoni ta’ għajnuna taż-żona — Artikolu 33 — Sanzjonijiet — Irregolaritajiet magħmula intenzjonalment)

16

2014/C 421/23

Kawża C-549/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vergabekammer Arnsberg – il-Ġermanja) – Bundesdruckerei GmbH vs Stadt Dortmund (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Direttiva 96/71/KE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-offerenti u fuq is-subappaltaturi tagħhom l-obbligu li jimpenjaw ruħhom iħallsu salarju minimu lill-persunal li jeżegwixxi s-servizzi li jikkostitwixxu s-suġġett tal-kuntratt pubbliku — Subappaltatur stabbilit fi Stat Membru ieħor)

17

2014/C 421/24

Kawża C-501/13 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru minn Page Protective Services Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-9 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-221/13, Page Protective Services Ltd vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

17

2014/C 421/25

Kawża C-246/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti – Sezione Giurisdizionale per la Regione Puglia (l-Italja) fil-21 ta’ Mejju 2014 – Vittoria De Bellis et vs Istituto Nazionale di Previdenza dei Dipendenti dell’Amministrazione Pubblica (INPDAP)

18

2014/C 421/26

Kawża C-380/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Awwissu 2014 – Dorothea Eckert u Karl-Heinz Dallner vs Condor Flugdienst GmbH

18

2014/C 421/27

Kawża C-408/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Bruxelles (il-Belġju) fit-28 ta’ Awwissu 2014 – Aliny Wojciechowski vs Office national des pensions (ONP)

18

2014/C 421/28

Kawża C-421/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Santander (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2014 – Banco Primus S.A. vs Jesús Gutiérrez García

19

2014/C 421/29

Kawża C-422/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona (Spanja) fit-12 ta’ Settembru 2014 – Christian Pujante Rivera vs Gestora Clubs Dir, S.L. u Fondo de Garantia Salarial

20

2014/C 421/30

Kawża C-427/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-18 ta’ Settembru 2014 – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA Veloserviss

21

2014/C 421/31

Kawża C-429/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Settembru 2014 – AS Air Baltic Corporation vs Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba

21

2014/C 421/32

Kawża C-430/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fid-19 ta’ Settembru 2014 – Valsts ieņēmumu dienests vs Artūrs Stretinskis

22

2014/C 421/33

Kawża C-440/14 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2014 minn National Iranian Oil Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-578/12, National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill

22

2014/C 421/34

Kawża C-441/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fl-24 ta’ Settembru 2014 – DI, li qed taġixxi għal Ajos A/S vs Suċċessjoni tal-mejjet Karsten Eigil Rasmussen

24

2014/C 421/35

Kawża C-447/14 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2014 minn Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg i. L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-309/12 – Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg vs Il-Kummissjoni Ewropea

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 421/36

Kawża T-68/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – Soliver vs Il-Kummissjoni [Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehimiet ta’ qsim ta’ swieq u ta’ skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Ksur uniku u kontinwat — Parteċipazzjoni fil-ksur]

27

2014/C 421/37

Kawża T-177/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffa preferenzjali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha — Benefiċċju — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ammont tal-għajnuna — Għajnuna ġdida)

27

2014/C 421/38

Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – LTTE vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’Sigurtà Komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat — Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terzi li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Riferiment għal atti terroristiċi — Neċessità għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931)

28

2014/C 421/39

Kawża T-291/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Portovesme vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffa preferenzjali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Għajnuna ġdida — Ugwaljanza fit-trattament — Terminu raġonevoli)

29

2014/C 421/40

Kawża T-308/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Eurallumina vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffa preferenzjali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Għajnuna ġdida)

30

2014/C 421/41

Kawża T-542/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Alouminion vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Aluminium — Tariffa preferenzjali tal-elettriku mogħtija permezz ta’ kuntratt — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern — Rexissjoni ta’ kuntratt — Sospensjoni ġudizzjarja, fi proċeduri għal miżuri provviżorji, tal-effetti tar-rexissjoni ta’ kuntratt — Għajnuna ġdida)

30

2014/C 421/42

Kawża T-297/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi ta’ informazzjoni allegatament dannuża għar-reputazzjoni tar-rikorrenti — Danni morali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

31

2014/C 421/43

Kawża T-342/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Fuchs vs UASI – Les Complices (Stilla f’ċirku) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta stilla f’ċirku — Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw stilla f’ċirku — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Revoka tat-trade mark Komunitarja preċedenti — Żamma tal-interess ġuridiku — Assenza tal-fatt li parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2014/C 421/44

Kawża T-444/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Novartis vs UASI – Tenimenti Angelini (LINEX) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LINEX — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LINES PERLA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 76(1) in fine, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

32

2014/C 421/45

Kawża T-515/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – El Corte Inglés vs UASI – English Cut (The English Cut) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali The English Cut — Trade marks nazzjonali verbali u Komunitarji figurattivi preċedenti El Corte Inglés — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ probabbiltà ta’ assoċjazzjoni — Rabta bejn is-sinjali — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]

33

2014/C 421/46

Kawża T-517/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alro vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffi preferenzjali — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita, parzjalment, fid-data tad-deċiżjoni u, parzjalment, fid-data tal-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà)

34

2014/C 421/47

Kawża T-529/12 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Bermejo Garde vs KESE (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Ħatra f’pożizzjoni ta’ direttur — Irtirar tal-kandidatura tar-rikorrent — Ħatra ta’ kandidat ieħor — Talbiet għal annullament — Annullament fl-ewwel istanza tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat għal inkompetenza tal-awtur tal-att — Assenza ta’ risposta espliċita għall-motivi u għall-argmenti kollha fformulati mill-partijiet — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Inammissibbiltà tat-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet meħuda abbażi tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat — Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għad-danni — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Kawża fi stat li tiġi deċiża — Ċaħda tar-rikors)

34

2014/C 421/48

Kawża T-530/12 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2014 – Bermejo Garde vs KESE (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Fastidju psikoloġiku — Attivitajiet illegali li jippreġudikaw l-interessi tal-Unjoni — Nuqqas gravi fit-twettiq tal-obbligi tal-uffiċjali — Artikoli 12a u 22a tar-Regolamenti tal-Persunal — Denunzja mill-appellant — Assenjazzjoni mill-ġdid wara din id-denunzja — Assenza ta’ konsultazzjoni mal-OLAF mis-superjur dirett li rċieva l-informazzjoni — Atti li jikkawżaw preġudizzju — Bona fides — Drittijiet tad-difiża — Kompetenza tal-awtur tal-att)

35

2014/C 421/49

Kawża T-129/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alpiq RomIndustries u Alpiq RomEnergie vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffi preferenzjali — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108 (2) TFUE — Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita fid-data tal-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà)

36

2014/C 421/50

Kawża T-262/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Skysoft Computersysteme vs UASI – British Sky Broadcasting Group u Sky IP International (SKYSOFT) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYSOFT — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

37

2014/C 421/51

Kawża T-297/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Junited Autoglas Deutschland vs UASI – Belron Hungary (United Autoglas) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali United Autoglas — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AUTOGLASS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

37

2014/C 421/52

Kawża T-340/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Federación Española de Hostelería vs EACEA [Rikors għal annullament — Programm fil-qasam tat-tagħlim matul il-ħajja — Kuntratt ibbażat fuq il-proġett Simulatur virtwali għat-tagħlim ta’ lingwi għall-professjonisti fil-qasam tat-turiżmu (e-client) — Ittra ta’ informazzjoni minn qabel — Natura kuntrattwali tat-tilwima — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt — Inammissibbiltà]

38

2014/C 421/53

Kawża T-444/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – EMA vs BU (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Dmir ta’ premura)

39

2014/C 421/54

Kawża T-458/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Larrañaga Otaño vs UASI (GRAPHENE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja GRAPHENE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

39

2014/C 421/55

Kawża T-459/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Larrañaga Otaño vs UASI (GRAPHENE) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GRAPHENE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

40

2014/C 421/56

Kawża T-479/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – Marchiani vs Il-Parlament (Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament Ewropew — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Irkupru tas-somom imħallsa indebitament)

40

2014/C 421/57

Kawża T-663/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Il-Qorti tal-Awdituri vs BF (Appell — Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Ħatra għal kariga ta’ Direttur tar-Riżorsi Umani — Ċaħda ta’ kandidatura — Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rapport ippreżentat mill-kumitat ta’ preselezzjoni)

41

2014/C 421/58

Kawża T-26/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2011 — Rati ta’ multiplikazzjoni ta’ riferiment — Kontradittorju)

41

2014/C 421/59

Kawża T-215/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – MPM-Quality u Eutech vs UASI [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva MANUFACTURE PRIM 1949 — Trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti PRIM — Mala fide — Artikolu 165(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 41 u 56 tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt]

42

2014/C 421/60

Kawża T-410/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-30 ta’ Settembru 2014 – Bitiqi et vs Il-Kummissjoni et [Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Missjoni L-Istat tad-dritt immexxija mill-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Eulex Kosovo) — Persunal bil-kuntratt — Deċiżjonijiet tal-Kap tal-missjoni li ma jiġġeddux il-kuntratti ta’ xogħol — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni]

43

2014/C 421/61

Kawża T-447/13 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru — Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Eċċezzjoni ta’ rikors parallel — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

43

2014/C 421/62

Kawża T-706/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Holistic Innovation Institute vs REA

44

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 421/63

Kawża F-55/10 RENV: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (l-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Moschonaki vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kawża mibgħuta lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament — Reklutaġġ — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti interna fl-istituzzjoni — Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jissemmew fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra)

46

2014/C 421/64

Kawża F-103/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – CG vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Fastidju psikoloġiku — Proċedura ta’ investigazzjoni — Deċiżjoni tal-President li ma jingħatax segwitu għal ilment — Opinjoni tal-kumitat ta’ investigazzjoni — Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku — Natura intenzjonali tal-aġir — Konstatazzjoni tal-eżistenza tal-aġir u tas-sintomi ta’ fastidju psikoloġu — Tiftixa tar-rabta kawżali — Assenza — Nuqqas ta’ koerenza tal-opinjoni tal-kumitat ta’ investigazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Nuqqasijiet amministrattivi — Dmir ta’ kunfidenzjalità — Protezzjoni tad-data personali — Rikors għad-danni)

46

2014/C 421/65

Kawża F-115/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – CG vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Ħatra — Pożizzjoni ta’ Kap ta’ Diviżjoni — Ħatra ta’ kandidat li ma huwiex ir-rikorrenti — Irregolaritajiet tal-proċedura ta’ selezzjoni — Dmir ta’ imparzjalità tal-membri tal-Bord ta’ Selezzjoni — Imġieba skoretta tal-President tal-Bord ta’ Selezzjoni fil-konfront tar-rikorrenti — Kunflitt ta’ interessi — Espożizzjoni orali komuni għall-kandidati kollha — Dokumenti pprovduti għall-espożizzjoni orali li jistgħu jiffavorixxu wieħed mill-kandidati — Kandidat li pparteċipa fir-redazzjoni tad-dokumenti pprovduti — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza — Rikors għal annullament — Talba għad-danni)

47

2014/C 421/66

Kawża F-26/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Cerafogli vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Aċċess tal-persunal tal-BĊE għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg — Regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE — Proċedura prekontenzjuża — Regola ta’ konsistenza — Eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fir-rikors — Ammissibbiltà — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal għall-adozzjoni ta’ regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE għal aċċess għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg)

48

2014/C 421/67

Kawża F-153/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2014 – Forget vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjal — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tad-dar — Kundizzjoni għall-għoti — Sħubija rreġistrata taħt id-dritt Lussemburgiż — Koppja msieħba stabbli mhux miżżewġa li għandha aċċess għaż-żwieġ ċivili — Uffiċjal li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(2)(ċ)(iv) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)

49

2014/C 421/68

Kawża F-157/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 – BN vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rikors għal annullament — Uffiċjal fil-grad AD 14 li jokkupa provviżorjament post ta’ konsulent għad-direttur — Allegazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku fil-konfront tad-direttur ġenerali — Leave tal-mard għal żmien twil — Deċiżjoni ta’ ħatra f’post ta’ konsulent f’direttorat ġenerali ieħor — Obbligu ta’ premura — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Interess tas-servizz — Regola tal-korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg — Rikors għad-danni — Dannu li jirriżulta minn aġir mhux deċiżjonali)

49

2014/C 421/69

Kawża F-7/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Radelet vs Il-Kummissjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Uffiċjali assenjati f’pajjiż terz — Artikoli 5 u 23 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal — Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ akkomodazzjoni mill-istituzzjoni — Awtorizzazzjoni mogħtija lill-uffiċjal sabiex jieħu akkomodazzjoni bil-kera — Rikors għad-danni — Dannu morali — Allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni inkonvenjenti u perikoluża — Assenza ta’ prova)

50

2014/C 421/70

Kawża F-42/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta’ Mejju 2014 – CU vs KESE (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Deċiżjoni ta’ rexissjoni ta’ kuntratt)

50

2014/C 421/71

Kawża F-48/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-10 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rapport ta’ evalwazzjoni — Evalwazzjonijiet u kummenti li jinsabu fir-rapport ta’ evalwazzjoni — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Assenza)

51

2014/C 421/72

Kawża F-54/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – CV vs CESE (Servizz Pubbliku — Rikors għad-danni — Investigazzjonijiet amministrattivi — Proċedura dixxiplinari — Fastidju psikoloġiku)

52

2014/C 421/73

Kawża F-107/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Uffiċjal irtirat — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Żamma mill-pensjoni — Smigħ tax-xhud kontrih mill-Bord Dixxiplinari — Assenza ta’ smigħ tal-uffiċjal ikkonċernat — Nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ)

52

2014/C 421/74

Kawża F-15/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – De Bruin vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjal bi prova — Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal — Rapport dwar il-perijodu ta’ prova li jistabbilixxi l-inkapaċità tal-uffiċjal bi prova — Estensjoni tal-perijodu ta’ prova — Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova — Raġunijiet għat-tkeċċija — Rendiment — Ħeffa fl-eżekuzzjoni tas-servizz — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Irregolaritajiet fil-proċedura — Terminu impost fuq il-kumitat tar-rapporti sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu)

53

2014/C 421/75

Kawża F-35/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – DM vs ORECE (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ — Viżta medika ta’ reklutaġġ — Artikolu 100 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Riżerva medika — Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova — Talbiet għal annullament li ma għadx għandhom skop mingħajr għan — Impożizzjoni ta’ riżerva medika mar-reklutaġġ tal-persuna kkonċernata minn aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea — Assenza ta’ effett — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

54

2014/C 421/76

Kawża F-9/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Rikors manifestament inammissibbli)

54

2014/C 421/77

Kawża F-22/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – Mészáros vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 — Kandidat li għadda minn kompetizzjoni inkluż fil-lista ta’ riżerva — Verifika mill-Awtorità tal-Ħatra tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni fi grad AD 7 — Esperjenza professjonali ta’ terminu inferjuri għat-terminu minimu meħtieġ — Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-bord tal-għażla — Revoka tal-offerta għal impjieg mill-Awtorità tal-Ħatra — Kompetenza marbuta mal-Awtorità tal-Ħatra)

55

2014/C 421/78

Kawża F-33/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors — Firma miktuba bl-idejn tal-avukat differenti minn dik fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta — Tardività tar-rikors — Inammissibbiltà manifesta)

55

2014/C 421/79

Kawża F-71/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 – CL vs AEA (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Dmir ta’ għajnuna — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-persunal — Fastidju psikoloġiku minn superjur ġerarkiku — Ċaħda tat-talba li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva — Rikors manifestament inammissibbli)

56

2014/C 421/80

Kawża F-75/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 – Probst vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjal — Allowance tal-espatrijazzjoni — Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal eżami mill-ġdid — Fatti ġodda u sostanzjali — Rikors manifestament inammissibbli)

56

2014/C 421/81

Kawża F-98/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2014 – Moriarty vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2012 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali promossi — Att manifestament infondat fid-dritt)

57

2014/C 421/82

Kawża F-118/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Lebedef vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kwistjonijiet proċedurali — Inammissibbiltà manifesta)

57

2014/C 421/83

Kawża F-39/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2014 – ZZ vs L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

58

2014/C 421/84

Kawża F-53/14: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

58

2014/C 421/85

Kawża F-55/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

59

2014/C 421/86

Kawża F-57/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

60

2014/C 421/87

Kawża F-60/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

60

2014/C 421/88

Kawża F-61/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

61

2014/C 421/89

Kawża F-63/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

61

2014/C 421/90

Kawża F-85/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

62

2014/C 421/91

Kawża F-89/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

62

2014/C 421/92

Kawża F-91/14: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kunsill

63

2014/C 421/93

Kawża F-95/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs BĊE

63

2014/C 421/94

Kawża F-121/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-31 ta’ Marzu 2014 – BO vs Il-Kummissjoni

64

2014/C 421/95

Kawża F-3/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-31 ta’ Marzu 2014 – CK vs Il-Kummissjoni

64

2014/C 421/96

Kawża F-83/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ April 2014 – Lecolier vs Il-Kummissjoni

64

2014/C 421/97

Kawża F-105/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Mejju 2014 – Deweerdt et vs Il-Qorti tal-Awdituri

65

2014/C 421/98

Kawża F-123/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ April 2014 – Lecolier vs Il-Kummissjoni

65

2014/C 421/99

Kawża F-2/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Mejju 2014 – Deweerdt u Lebrun vs Il-Qorti tal-Awdituri

65

2014/C 421/00

Kawża F-18/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ April 2014 – Lecolier vs Il-Kummissjoni

65

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 421/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 409, 17.11.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 395, 10.11.2014

ĠU C 388, 3.11.2014

ĠU C 380, 27.10.2014

ĠU C 372, 20.10.2014

ĠU C 361, 13.10.2014

ĠU C 351, 6.10.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “Valimar” OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna

(Kawża C-374/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dumping - Ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Russja - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikoli 2(8) u (9), u 11(2), (3), (9) u (10) - Reviżjoni interim - Reviżjoni minħabba l-iskadenza tal-miżuri antidumping - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1279/2007 - Determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni abbażi tal-bejgħ lil pajjiżi terzi - Affidabbiltà tal-prezzijiet tal-esportazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-garanziji fuq il-prezzijiet - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat fl-investigazzjoni inizjali))

2014/C 421/02

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Valimar” OOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Varna

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi magħmula ma żvela ebda element tali li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007, tat-30 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni tar-Russja u li jirrevoka miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ottubru 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-399/12) (1)

(Rikors għal annullament - Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 218(9) TFUE - Determinazzjoni tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea f’organu stabbilit minn ftehim internazzjonali - Ftehim internazzjonali li ma hijiex parti kontraenti fih l-Unjoni Ewropea - Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed (OIV) - Kunċett ta’ “atti li għandhom effetti legali” - Riżoluzzjonijiet tal-OIV)

2014/C 421/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, B. Beutler u N. Graf Vitzthum, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer u D. Hadroušek, aġenti), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: P. Frantzen, aġent), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, B. Koopman u J. Langer, aġenti), ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: J. Holmes, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sitbon u J.-P. Hix, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, B. Schima u B. Eggers, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te 's-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

(Kawża C-426/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Artikolu 2(4)(b) - Prodotti ta’ enerġija b’użu doppju - Kunċett))

2014/C 421/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenuti: Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/75/KE, tad-29 ta’ April 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li jintuża, minn naħa, il-faħam bħala kombustibbli fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor u, min-naħa l-oħra, id-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-ħruq ta’ dan il-prodott tal-enerġija sabiex jiġi prodott fertilizzant kimiku, ma jikkostitwixxix “użu doppju” tal-imsemmi prodott tal-enerġija, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

Min-naħa l-oħra, jikkostitwixxi tali “użu doppju” l-fatt li jintuża, minn naħa, il-faħam bħala kombustibbli fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor u, min-naħa l-oħra, id-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-ħruq ta’ dan il-prodott tal-enerġija għall-finijiet ta’ din l-istess produzzjoni jekk hemm qbil li l-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor jirnexxi biss jekk jintuża d-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-ħruq tal-faħam.

2)

Stat Membru għandu d-dritt li japplika, fid-dritt nazzjonali tiegħu, portata iktar restrittiva tal-kunċett ta’ “użu doppju” minn dik li huwa għandu skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96, kif emendat bid-Direttiva 2004/74, sabiex jimponi taxxa fuq il-prodotti tal-enerġija li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 399, 22.12.2012


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Almer Beheer BV, Daedalus Holding BV vs Van den Dungen Vastgoed BV, Oosterhout II BVBA

(Kawża C-441/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2003/71/KE - Artikolu 3(1) - Obbligu li jiġi ppubblikat prospett meta jiġu offruti titoli għall-bejgħ lill-pubbliku - Bejgħ sfurzat ta’ titoli))

2014/C 421/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Almer Beheer BV, Daedalus Holding BV

Konvenuti: Van den Dungen Vastgoed BV, Oosterhout II BVBA

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE, kif emendata permezz tad-Direttiva 2008/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li jiġi ppubblikat prospett qabel kwalunkwe offerta ta’ titoli lill-pubbliku ma huwiex applikabbli għal bejgħ sfurzat ta’ titoli, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 9, 12.01.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo – Spanja) – Vueling Airlines S.A. vs Instituto Galego de Consumo de la Xunta de Galicia

(Kawża C-487/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fl-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1008/2008 - Libertà tal-ipprezzar - Reġistrazzjoni tal-bagalji - Suppliment tal-prezz - Kunċett ta’ “nollijiet ta’ l-ajru” - Protezzjoni tal-konsumaturi - Impożizzjoni ta’ multa fuq it-trasportatur minħabba klawżola kuntrattwali inġusta - Regola tad-dritt nazzjonali li skontha t-trasport tal-passiġġier u r-reġistrazzjoni ta’ bagalja għandhom ikunu inklużi fil-prezz bażiku tal-biljett tal-ajru - Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni))

2014/C 421/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vueling Airlines S.A.

Konvenut: Instituto Galego de Consumo de la Xunta de Galicia

Dispożittiv

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lit-trasportaturi bl-ajru, f’kull ċirkustanza, jittrasportaw mhux biss lill-passiġġier, iżda wkoll lill-bagalji rreġistrati tiegħu, sakemm dawn il-bagalji jissodisfaw ċerti rekwiżiti relatati, b’mod partikolari, mal-piż tagħhom, għall-prezz tal-biljett tal-ajru u mingħajr ma jkun jista’ jintalab suppliment tal-prezz għat-trasport ta’ tali bagalji.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – MTÜ Liivimaa Lihaveis vs Eesti-Läti programmi 2007-2013 Seirekomitee

(Kawża C-562/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Fondi strutturali - Regolamenti (KE) Nri 1083/2006 u 1080/2006 - Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) - Programm operazzjonali intiż biex jippromwovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea bejn ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ sussidji adottata mill-Kumitat ta’ monitoraġġ - Dispożizzjoni li tipprevedi li d-deċiżjonijiet ta’ dan il-kumitat ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ proċedura ta’ reviżjoni - Artikolu 267 TFUE - Att adottat minn istituzzjoni, organu jew organizzazzjoni tal-Unjoni - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt ta’ aċċess għall-qrati - Determinazzjoni tal-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu rikors))

2014/C 421/07

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MTÜ Liivimaa Lihaveis

Konvenut: Eesti-Läti programmi 2007-2013 Seirekomitee

Fil-preżenza ta’: Eesti Vabariigi Siseministeerium

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 263 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ programm operattiv skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nri 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, u 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999, u intiż biex jippromwovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea, rikors kontra deċiżjoni ta’ Kumitat ta’ monitoraġġ li tiċħad applikazzjoni għal sussidju ma jidħolx fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

2)

L-ewwel paragrafu (b) tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Linji gwida tal-programm adottati minn Kumitat ta’ monitoraġġ fil-kuntest ta’ programm operattiv skont ir-Regolamenti Nri 1083/2006 kif ukoll 1080/2006 u intiż biex jippromwovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea bejn żewġ Stati Membri, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxux att adottat minn istituzzjoni, organu jew organizzazzjoni tal-Unjoni u, konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tevalwa l-validità tad-dispożizzjonijiet ta’ tali Linji gwida.

3)

Ir-Regolament Nru 1083/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ Linji gwida tal-programm adottati minn Kumitat ta’ monitoraġġ fil-kuntest ta’ programm operattiv konkluż bejn żewġ Stati Membri u intiż biex jippromwovi l-kooperazzjoni territorjali Ewropea, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tipprevedix li deċiżjoni ta’ dan il-Kumitat ta’ monitoraġġ li tiċħad applikazzjoni għal sussidju tista’ tkun is-suġġett ta’ proċedura ta’ reviżjoni quddiem qorti ta’ Stat Membru.


(1)  ĠU C 38, 09.02.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – AS Baltic Agro vs Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikeskus

(Kawża C-3/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Antidumping - Regolament (KE) Nru 661/2008 - Dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja - Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni - Artikolu 3(1) - L-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni - Akkwist tal-fertilizzant tan-nitrat tal-ammonju minn kumpannija intermedja - Rilaxx tal-merkanzija - Talba għall-invalidazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali - Deċiżjoni 2008/577/KE - Kodiċi Doganali - Artikoli 66 u 220 - Żball - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 251 - Verifika a posteriori))

2014/C 421/08

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Baltic Agro

Konvenuta: Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikeskus

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008, tat-8 ta’ Lulju 2008, li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija stabbilita fi Stat Membru li xtrat nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja permezz ta’ kumpannija oħra stabbilita wkoll fi Stat Membru, bil-għan tal-importazzjoni tiegħu fl-Unjoni Ewropea, ma tistax titqies bħala l-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni Ewropea, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għaldaqstant ma tistax tibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazju antidumping definittiv stabbilit mir-Regolament Nru 661/2008 għal dan in-nitrat tal-ammonju.

2)

L-Artikoli 66 u 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li awtorità doganali iddaħħal entrata fil-kotba a posteriori ta’ dazju antidumping meta, bħal fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, tressqu talbiet għall-invalidazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali minħabba li l-indikazzjoni tad-destinatarju msemmija fihom kienet żbaljata u meta din l-awtorità aċċettat dawn id-dikjarazzjonijiet jew wettqet verifika wara li rċeviet dawn it-talbiet.

3)

L-Artikolu 66 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, u l-Artikolu 251 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2009, tas-16 ta’ April 2009, huma konformi mad-dritt fundamentali għal ugwaljanza f’għajnejn il-liġi stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-każ fejn, fil-kuntest tat-tariffa doganali komuni msemmija fl-Artikoli 28 TFUE u 31 TFUE, dawn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, u tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 312/2009, ma jippermettux l-invalidazzjoni, fuq talba, ta’ dikjarazzjoni doganali żbaljata u għaldaqstant l-għoti tal-benefiċċju tal-eżenzjoni mid-dazju antidumping lid-destinatarju li seta’ jibbenefika minnu kieku dan l-iżball ma sarx.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Stockholm – l-Isvezja) – Skandia America Corporation (USA), filial Sverige vs Skatteverket

(Kawża C-7/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Grupp VAT - Fatturazzjoni interna għas-servizzi pprovduti minn kumpannija prinċipali li għandha s-sede tagħha f’pajjiż terz lil fergħa tagħha li tappartjeni għal grupp VAT fi Stat Membru - Natura taxxabbli tas-servizzi pprovduti)

2014/C 421/09

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Stockholm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skandia America Corporation (USA), filial Sverige

Konvenut: Skatteverket

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 2(1), 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prestazzjonijiet ta’ servizzi pprovduti minn stabbiliment prinċipali stabbilit f’pajjiż terz ta’ fergħa stabbilita fi Stat Membru jikkostitwixxu tranżazzjonijiet taxxabbli meta din tal-aħħar tkun membru ta’ grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu li huma persuna taxxabbli waħda suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud.

2)

L-Artikolu 56, 193 u 196 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpannija li tinsab f’pajjiż terz tipprovdi servizzi bi ħlas lil fergħa tal-istess kumpannija stabbilita fi Stat Membru u fejn l-imsemmija fergħa hija membru ta’ grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu li huma persuna taxxabbli waħda suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud f’dan l-Istat Membru, dan il-grupp VAT, bħala xerrej tal-imsemmija servizzi, jsir responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud eżiġibbli.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Martin Grund vs Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein

(Kawża C-47/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika agrikola komuni - Regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett - Skema ta’ pagament uniku - Kunċett ta’ “mergħa permanenti” - Art li tintuża għat-tkabbir ta’ ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix li ma tagħmilx parti mir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba tal-azjenda sa mill-inqas ħames snin - Art maħruta u miżrugħa matul dan il-perijodu b’tip ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix li ma huwiex dak li kien imkabbar fuq din l-art preċedentement))

2014/C 421/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Martin Grund

Konvenut: Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein

Dispożittiv

Id-definizzjoni ta’ “mergħa permanenti” mogħtija fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009, tad-29 ta’ Ottubru 2009, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tkopri art agrikola li bħalissa u għal ħames snin jew iktar ilha tintuża sabiex jitkabbar ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix, minkejja li matul dan il-perijodu, din l-art kienet maħruta u miżrugħa b’varjetà ta’ għalf fil-forma ta’ ħaxix li ma hijiex dik li kienet imkabbra hemm preċedentement.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – U vs Stadt Karlsruhe

(Kawża C-101/13) (1)

((Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 2252/2004 - Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili (ICAO) - Standards minimi ta’ sigurtà ta’ passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri - Passaport li jista’ jinqara minn magna - Kunjom mat-twelid li għandu jidher fuq il-paġna tad-data bijografika tal-passaport - Preżentazzjoni tal-isem mingħajr probabbiltà ta’ konfużjoni))

2014/C 421/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: U

Konvenut: Stadt Karlsruhe

Dispożittiv

1)

L-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeħtieġ li l-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, ta’ passaporti redatti mill-Istati Membri għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji kollha previsti fil-Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili (ICAO).

2)

L-Anness tar-Regolament Nru 2252/2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009, moqri flimkien mal-Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, meta dritt ta’ Stat Membru jipprevedi li l-isem ta’ persuna jkun kompost mill-ismijiet tagħha u minn kunjomha, lil dan l-Istat Membru milli jkun jista’ madankollu jniżżel il-kunjom mat-twelid jew bħala identifikatur primarju fil-kamp 06 tal-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, ta’ passaport, jew bħala identifikatur sekondarju fil-kamp 07 ta’ din il-paġna, jew f’kamp uniku magħmul mill-imsemmija kampijiet 06 u 07.

3)

L-Anness tar-Regolament Nru 2252/2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta d-dritt ta’ Stat Membru jipprevedi li l-isem ta’ persuna huwa kompost mill-ismijiet tagħha u minn kunjomha, jipprekludi lil dan l-Istat milli jkun jista’ jniżżel il-kunjom mat-twelid bħala data personali fakultattiva fil-kamp 13 tal-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, tal-passport.

4)

L-Anness tar-Regolament Nru 2252/2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta, fis-sens li meta dritt ta’ Stat Membru jipprevedi li l-isem ta’ persuna jkun kompost mill-ismijiet tagħha u minn kunjomha, jekk dan l-Istat Membru madankollu jagħżel li jniżżel il-kunjom mat-twelid tad-detentur tal-passaport fil-kamp 06 u/jew 07 tal-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, ta’ passaport, huwa għandu jindika, mingħajr ambigwità, fid-deskrizzjoni ta’ dawn il-kampijiet, li hemm imniżżel il-kunjom mat-twelid.


(1)  ĠU C ##, ##.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Guido Strack vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-127/13 P) (1)

((Appell - Dritt ta’ smigħ - Dritt għal qorti legali - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Rifjut parzjali li l-appellant jingħata aċċess għad-dokumenti inkwistjoni - Deċiżjoni inizjali ta’ rifjut - Ħolqien ta’ deċiżjoni impliċita ta’ rifjut - Sostituzzjoni ta’ deċiżjoni impliċita ta’ rifjut b’deċiżjonijiet espliċiti - Interess ġuridiku wara l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet espliċiti ta’ rifjut - Eċċezzjonijiet mill-aċċess għad-dokumenti - Salvagwardja tal-interess ta’ amministrazzjoni tajba - Protezzjoni tad-data personali u tal-interessi kummerċjali))

2014/C 421/12

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Guido Strack (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Conte u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Strack vs Il-Kummissjoni (T-392/07, EU:T:2013:8) hija annullata sa fejn, b’din is-sentenza, l-imsemmija Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Lulju 2007.

2)

Il-kumplament tal-appell inċidentali huwa miċħud.

3)

L-appell huwa miċħud.

4)

Ir-rikors għal annullament huwa miċħud sa fejn huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirrifjuta l-aċċess għall-estratt tar-reġistru dwar id-deċiżjonijiet ta’ ċaħda ta’ talbiet konfermatorji ta’ aċċess għad-dokumenti.

5)

Guido Strack għandu jbati l-ispejjeż tiegħu f’din l-istanza u terz mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha marbuta ma’ din il-proċedura.

7)

L-ispejjeż marbuta mal-proċedura fl-ewwel istanza li tat lok għas-sentenza Strack vs Il-Kummissjoni (T-392/07, EU:T:2013:8) għandhom jiġu sostnuti bil-mod indikat fil-punt 7 tad-dispożittiv tal-imsemmija sentenza.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il- Pajjiżi l-Baxxi) – – Hauck GmbH & Co. KG vs Stokke A/S et

(Kawża C-205/13) (1)

((Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 3(1)(e) - Rifjut jew invalidità ta’ reġistrazzjoni - Trade mark tridimensjonali - Siġġu tat-tfal li jirregola ruħu “Tripp Trapp” - Sinjal magħmul esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott - Sinjal magħmul mill-forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott))

2014/C 421/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hauck GmbH & Co. KG

Konvenuti: Stokke A/S, Stokke Nederland BV, Peter Opsvik, Peter Opsvik A/S

Dispożittiv

1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġuni għal rifjut ta’ reġistrazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tista’ tapplika għal sinjal esklużivament ikkostitwit minn forma ta’ prodott li jippreżenta karatteristika jew numru ta’ karatteristiċi ta’ użu essenzjali u inerenti għall-funzjoni jew għall-funzjonijiet ġeneriċi ta’ dan il-prodott, li l-konsumatur jista’ eventwalment ifittex fil-prodotti tal-kompetituri.

2)

It-tielet inċiż tal-Artikolu 3(1)(e) tal-Ewwel Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġuni għal rifjut ta’ reġistrazzjoni prevista għal din id-dispożizzjoni tista’ tapplika għal sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma ta’ prodott li għandu numru ta’ karatteristiċi li jistgħu jagħtuh valuri sostanzjali differenti. Il-perċezzjoni tal-forma tal-prodott mill-pubbliku rilevanti jikkostitwixxi biss wieħed mill-elementi ta’ evalwazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-applikabbiltà tar-raġuni għal rifjut inkwistjoni.

3)

L-Artikolu 3(1)(e) tal-Ewwel Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġunijiet għal rifjut ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tielet premessi ta’ din id-dispożizzjoni ma jistgħux jiġu applikati flimkien.


(1)  ĠU C 189, 29.6.2013


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Commerz Nederland NV vs Havenbedrijf Rotterdam NV

(Kawża C-242/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna” - Garanziji mogħtija minn impriża pubblika lil bank sabiex jagħti kreditu lil persuni li qegħdin jissellfu - Garanziji mogħtija deliberatament mid-direttur ta’ din l-impriża pubblika bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-istatut tagħha - Preżunzjoni ta’ oppożizzjoni mill-entità pubblika proprjetarja tal-imsemmija impriża - Imputabbiltà tal-garanziji lill-Istat))

2014/C 421/14

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commerz Nederland NV

Konvenuta: Havenbedrijf Rotterdam NV

Dispożittiv

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-garanziji mogħtija minn impriża pubblika humiex jew le imputabbli lill-awtorità pubblika li għandha l-kontroll tagħha, huma rilevanti, flimkien mal-indizji kollha li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali u mill-kuntest li fih seħħew, iċ-ċirkustanzi li, minn naħa, l-amministratur waħdieni tal-imsemmija impriża li ta dawn il-garanziji aġixxa b’mod arbitrarju, deliberatament żamm sigriet l-għoti tagħhom u kiser l-istatuti tal-impriża tiegħu, u, min-naħa l-oħra, l-imsemmija awtorità pubblika kienet topponi għall-għoti ta’ dawn il-garanziji li kieku kienet ġiet informata dwarhom. Dawn iċ-ċirkustanzi ma humiex madankollu, fihom innifishom, ta’ natura li jeskludu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tali imputabbiltà.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Orgacom BVBA vs Vlaamse Landmaatschappij

(Kawża C-254/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi li għandhom effett ekwivalenti għal dazju doganali - Taxxi interni - Taxxa fuq l-importazzjoni ta’ demel tal-bhejjem importat fil-Vlaamse Gewest - Artikoli 30 TFUE u 110 TFUE - Taxxa dovuta mill-importatur - Taxxi differenti skont jekk id-demel tal-bhejjem huwiex importat jew jekk joriġinax mill-Vlaamse Gewest))

2014/C 421/15

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orgacom BVBA

Konvenut: Vlaamse Landmaatschappij

Dispożittiv

L-Artikolu 30 TFUE jipprekludi dazju, bħal dak previst fl-Artikolu 21(5) tad-Digriet tal-Vlaamse Gewest, tat-23 ta’ Jannar 1991, dwar il-protezzjoni tal-ambjent kontra t-tniġġiż ikkawżat mill-fertilizzanti, kif emendat bid-Digriet tat-28 ta’ Marzu 2003, li japplika biss għall-importazzjonijiet fil-Vlaamse Gewest ta’ eċċessi ta’ demel tal-bhejjem u fertilizzanti oħra, li jinġabar mingħand l-importatur, meta t-taxxa fuq l-eċċessi ta’ fertilizzanti prodotti fi ħdan it-territorju Fjamming tinġabar mingħand il-produttur, u li jiġi kkalkolat skont modalitajiet differenti mill-modalitajiet li jirregolaw il-kalkolu ta’ din l-aħħar taxxa. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti l-fatt li l-Istat Membru li mingħandu jkunu ġejjin l-eċċessi ta’ demel li jiġu importati fil-Vlaamse Gewest japplika tnaqqis tat-taxxa fil-każ ta’ esportazzjoni ta’ dawn l-eċċessi lejn Stati Membri oħra.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Società Italiana Calzature SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Vicini SpA

(Kawżi Magħquda C-308/13 P u C-309/13 P) (1)

((Appelli - Trade marks Komunitarji - Regolament (KE) Nruo40/94 - Reġistrazzjoni ta’ trade marks figurattivi li fihom l-elementi verbali “GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN” u “BY GIUSEPPE ZANOTTI” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi, Komunitarji u nazzjonali, li fihom l-element verbali “ZANOTTI” - Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell))

2014/C 421/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Società Italiana Calzature SpA (rappreżentanti: A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent), Vicini SpA (rappreżentanti: M. Franzosi u C. Giorgetti, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Società Italiana Calzature SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 233, 10.08.2013


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas- Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

(Kawża C-341/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3 - Tkomplija ta’ irregolaritajiet - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) - Irkupru tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament irċevuti - Terminu ta’ preskrizzjoni - Applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal - Terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali - Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi))

2014/C 421/17

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda

Konvenut: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal azzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet nazzjonali kontra benefiċjarji ta’ għajnuna tal-Unjoni wara li jkunu ġew ikkonstatati irregolaritajiet mill-korp nazzjonali inkarigat mill-għoti tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG).

2)

It-terminu ta’ preskrizzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 ma huwiex applikabbli biss għat-tressiq ta’ azzjoni kontra irregolaritajiet li jagħtu lok għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, iżda wkoll għall-azzjonijiet li jagħtu lok għall-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament. Għalkemm l-Artikolu 3(3) tal-istess regolament jippermetti lill-Istati Membri japplikaw termini ta’ preskrizzjoni itwal minn dawk ta’ erba’ jew tliet snin previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ġenerali li jippreċedu d-data ta’ adozzjoni tal-imsemmi regolament, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għoxrin sena jmur lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Alumina d.o.o., Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-393/13 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 464/2011 - Importazzjoni tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2 - Determinazzjoni tal-valur normali - Kunċett ta’ “tmexxija ordinarja tal-kummerċ” [tranżazzjonijiet kummerċjali normali]))

2014/C 421/18

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn G. Berrisch sussegwentement minn D. Gerardin, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Alumina d.o.o. (rappreżentanti: J.-F. Bellis u B. Servais, avukati); Il-Kummissjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit – E vs B

(Kawża C-436/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikoli 8, 12 u 15 - Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Proċedura dwar il-kustodja ta’ wild li abitwalment jirrisjedi fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ ommu - Estensjoni tal-ġurisdizzjoni favur qorti tal-Istat Membru ta’ residenza tal-missier ta’ dan il-wild - Portata))

2014/C 421/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E

Konvenuta:B

Dispożittiv

Il-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, estiża, abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, favur qorti ta’ Stat Membru li quddiemha titressaq, bi qbil bejn il-partijiet, proċedura mid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri, tispiċċa mal-għoti ta’ deċiżjoni li saret res judicata fil-kuntest ta’ dik il-proċedura.


(1)  ĠU C 298, 12.10.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Société Fonderie 2A vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-446/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 8(1)(a) - Determinazzjoni tal-post ta’ kunsinna ta’ oġġetti - Fornitur stabbilit fi Stat Membru li ma huwiex dak fejn huwa stabbilit ix-xerrej - Ipproċessar tal-oġġett fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit ix-xerrej))

2014/C 421/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Fonderie 2A

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post ta’ kunsinna ta’ oġġett, mibjugħ minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil xerrej stabbilit fi Stat Membru ieħor, u li fuqu l-bejjiegħ wettaq permezz ta’ fornitur ta’ servizzi stabbilit f’dan l-Istat Membru l-ieħor, xogħlijiet ta’ finitura intiżi sabiex dan l-oġġett ikun jista’ jiġi kkunsinnat, qabel ma jintbagħat mill-imsemmi fornitur ta’ servizz lejn id-destinazzjoni tax-xerrej, għandu jitqies li jinsab fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-478/13) (1)

((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/18/KE - Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (GMO) - Tqegħid fis-suq - Artikolu 31(3)(b) - Post tal-GMOs imkabbra - Obbligu ta’ informazzoni tal-awtoritajiet kompetenti - Obbligu li jiġi stabbilit reġistru pubbliku - Kooperazzjoni leali”))

2014/C 421/21

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma pprevedietx obbligu li l-awtoritajiet kompetenti Pollakki jiġu informati bil-post tal-organiżmi modifikati ġenetikament imkabbra skont il-parti C tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, billi ma stabbilixxietx reġistru ta’ dan il-post u billi ma għamlitx pubblika l-informazzjoni dwar dan, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 31(3)(b) ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België – il-Belġju) – Vlaams Gewest vs Heidi Van Den Broeck

(Kawża C-525/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Regolament (KE) Nru 2419/2001 - Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna - Applikazzjoni ta’ għajnuna taż-żona - Artikolu 33 - Sanzjonijiet - Irregolaritajiet magħmula intenzjonalment))

2014/C 421/22

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vlaams Gewest

Konvenuta: Heidi Van Den Broeck

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-11 ta’ Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2004, tat-23 ta’ Jannar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ irregolarità intenzjonata kkonstatata fil-kuntest ta’ applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona, il-bidwi jkun miċħud mill-għajnuna kollha li seta’ jkun intitolat għaliha taħt skema ta’ għajnuna kkonċernata permezz ta’ din l-applikazzjoni u li għaliha kien eliġibbli l-grupp ta’ kultivazzjoni kkonċernat minn din l-irregolarità.


(1)  ĠU C 377, 21.12.2013


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vergabekammer Arnsberg – il-Ġermanja) – Bundesdruckerei GmbH vs Stadt Dortmund

(Kawża C-549/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Direttiva 96/71/KE - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-offerenti u fuq is-subappaltaturi tagħhom l-obbligu li jimpenjaw ruħhom iħallsu salarju minimu lill-persunal li jeżegwixxi s-servizzi li jikkostitwixxu s-suġġett tal-kuntratt pubbliku - Subappaltatur stabbilit fi Stat Membru ieħor))

2014/C 421/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Vergabekammer Arnsberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesdruckerei GmbH

Konvenut: Stadt Dortmund

Dispożittiv

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha subappaltatur ikollu l-intenzjoni li jeżegwixxi kuntratt pubbliku billi jirrikorri esklużivament għal ħaddiema impjegati minn subappaltatur stabbilit fi Stat Membru li ma huwiex dak tal-awtorità kontraenti, l-Artikolu 56 TFUE jipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ din l-awtorità kontraenti li tobbliga lil dan is-subappaltatur iħallas lill-imsemmija ħaddiema salarju minimu stabbilit minn din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/17


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru minn Page Protective Services Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-9 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-221/13, Page Protective Services Ltd vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

(Kawża C-501/13 P)

2014/C 421/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Page Protective Services Ltd (rappreżentanti: J.-P. Hordies, avukat, assistit minn E. Lock, solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

Permezz ta’ digriet tat-2 ta’ Ottubru 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla), ċaħdet l-appell u ordnat li Page Protective Services Ltd tbati l-ispejjeż tagħha stess.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti – Sezione Giurisdizionale per la Regione Puglia (l-Italja) fil-21 ta’ Mejju 2014 – Vittoria De Bellis et vs Istituto Nazionale di Previdenza dei Dipendenti dell’Amministrazione Pubblica (INPDAP)

(Kawża C-246/14)

2014/C 421/25

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conti – Sezione Giurisdizionale Per la Regione Puglia (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vittoria De Bellis, Diana Perrone, Cesaria Antonia Villani

Konvenut: Istituto Nazionale di Previdenza dei Dipendenti dell’Amministrazione Pubblica (INPDAP).

Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Ottubru 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ddikjarat li manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi preliminari li sarulha.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Awwissu 2014 – Dorothea Eckert u Karl-Heinz Dallner vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-380/14)

2014/C 421/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dorothea Eckert, Karl-Heinz Dallner

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Il-kawża ġiet imħassra mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2014.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Bruxelles (il-Belġju) fit-28 ta’ Awwissu 2014 – Aliny Wojciechowski vs Office national des pensions (ONP)

(Kawża C-408/14)

2014/C 421/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aliny Wojciechowski

Konvenut: Office national des pensions (ONP)

Domandi preliminari

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali kif ukoll, minn naħa, l-Artikolu 4(3) TUE u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 34(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprekludu li Stat Membru jnaqqas, jew anki jirrifjuta, pensjoni tal-irtirar dovuta lil ħaddiem impjegat bis-saħħa tas-snin ta’ servizz iwettqa skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, meta t-total tas-snin tal-karriera li matulhom ħadem f’dan l-Istat Membru u fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej jeċċedi t-tul massimu ta’ karriera ta’ 45 sena msemmi fl-Artikolu 10a tad-Digriet Irjali Nru 50 tal-24 ta’ Ottubru 1967 dwar il-pensjoni tal-irtirar u tas-superstiti ta’ ħaddiema impjegati?


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Santander (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2014 – Banco Primus S.A. vs Jesús Gutiérrez García

(Kawża C-421/14)

2014/C 421/28

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 2 de Santander

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Primus S.A.

Konvenut: Jesús Gutiérrez García

Domandi preliminari

L-ewwel domanda

1)

Id-Dispożizzjonijiet Tranżistorja 4 tal-Liġi Nru 1/2013 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tistax tostakola l-protezzjoni tal-konsumatur?

2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) u 7(1) tagħha, li għandhom l-għan li jipproteġu lill-konsumaturi inkonformità mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, tippermetti lill-konsumatur jinvoka l-preżenza ta’ klawżoli inġusti wara t-terminu previst mid-dritt nazzjonali għal dan il-għan, b’tali mod li l-qorti nazzjonali hija obbligata teżaminahom?

3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) u 7(1) tagħha, li għandhom l-għan li jipproteġu lill-konsumaturi inkonformità mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, tobbliga lill-qorti nazzjonali sabiex teżamina ex officio jekk klawżola kuntrattwali hijiex inġusta jew le u sabiex tislet, mill-konstatazzjonijiet tagħha, il-konsegwenzi meħtieġa, u dan anki meta preċedentement tkun iddeċidiet b’mod kuntrarju jew tkun ċaħdet tali evalwazzjoni permezz ta’ deċiżjoni definittiva meħuda inkonformità mad-dispożizzjonijiet tad-dritt proċedurali nazzjonali?

It-tieni domanda

4)

Skont liema kriterji r-relazjoni bejn il-kwalità u l-prezz tista’ tinfluwenza l-istħarriġ tan-natura inġusta ta’ kundizzjonijiet aċċessorji tal-kuntratt? Meta jitwettaq dan l-istħarriġ indirett, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-limiti legali fir-rigward tal-prezz imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali? Jista’ jkun il-każ li klawżola kuntrattwali li tkun valida b’mod astratt ma tibqax valida minħabba li tistipula prezz kunsiderevolment ogħla minn dak tas-suq?

It-tielet domanda

5)

Għall-finijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi li jseħħu wara l-konklużjoni tal-kuntrat jekk dan jirriżulta minn eżami tad-dispożizzjonijiet nazzjonali?

Ir-raba’ domanda

6)

L-Artikolu 693(2) tal-Ley de Enjuiciamiento Civil (Kodiċi Spanjol tal-proċedura ċivili), emendat bil-Liġi Nru 1/2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jistax jostakola l-protezzjoni tal-interess tal-konsumatur?

7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) u 7(1) tagħha, li għandhom l-għan li jipproteġu lill-konsumaturi inkonformità mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, tobbliga lill-qorti nazzjonali li tkun ikkonstatat il-preżenza ta’ klawżola inġusta dwar l-iskadenza antiċipata sabiex tiddikjara din il-klawżola nulla u sabiex tislet il-konsegwenzi meħtieġa, u dan anki meta l- bejjiegħ jew il-fornitur ikun osserva t-terminu minimu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona (Spanja) fit-12 ta’ Settembru 2014 – Christian Pujante Rivera vs Gestora Clubs Dir, S.L. u Fondo de Garantia Salarial

(Kawża C-422/14)

2014/C 421/29

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christian Pujante Rivera

Konvenuti: Gestora Clubs Dir, S.L. u Fondo de Garantia Salarial

Domandi preliminari

1)

Fl-ipoteżi fejn ikun ikkunsidrat li l-ħaddiema temporanji li l-kuntratti tagħhom jintemmu minħabba l-iskadenza regolari tat-terminu, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni u ta’ protezzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE dwar tkeċċijjiet kollettivi (1) skont l-Artikolu 1(2)(a) tagħha (talba għal deċiżjoni preliminari C-392/13, proċedura għadha għaddejja), ikun konformi mal-għan ta’ din id-direttiva li, għall-kuntrarju, dawn il-ħaddiema jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat in-numru ta’ persuni “normalment” impjegati fl-istabbiliment (jew fl-impriża, fi Spanja) li jservi sabiex jiġi kkalkolat il-limitu numeriku tat-tkeċċijjiet kollettivi (10 % jew 30 ħaddiem) imsemmi fl-Artikolu 1(a)(i) tad-direttiva?

2)

Ir-regola ta’ “assimila[zzjoni]” tat-“terminazzjonijiet]” mar-“redundancies [tkeċċijjiet] imsemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 98/59 hija suġġetta għall-kundizzjoni li jkun “hemm mill-inqas ħames redundancies [tkeċċijjiet]”. Din ir-regola għandha tiġi interpretata fis-sens li din il-kundizzjoni tirreferi għar-“redundancies [tkeċċijjiet]” li jkunu saru qabel jew li jkunu saru fuq l-inizzjattiva tal-persuna li timpjega msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) tad-direttiva u mhux għan-numru minimu ta’ “terminazzjonijiet assimilabbli” sabiex issir din l-assimilazzjoni?

3)

Il-kunċett ta’ “termin[azzjoni] ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem għal raġuni waħda jew iktar li mhumiex relatati mal-ħaddiema individwali”, imsemmi fl-aħħar paragrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, jinkludi t-terminazzjoni kuntrattwali miftehma bejn il-persuna li timpjega u l-ħaddiem u li, minkejja li bbażata fuq inizzjattiva tal-ħaddiem, tirriżulta minn bidla fil-kundizzjonijiet ta’ xogħol magħmula mill-persuna li timpjega f’kuntest ta’ kriżi għall-impriża u tagħti finalment lok għall-ħlas ta’ kumpens ekwivalenti għal dak dovut f’każ ta’ tkeċċijja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijjiet] kollettivi (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-18 ta’ Settembru 2014 – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Veloserviss”

(Kawża C-427/14)

2014/C 421/30

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Valsts ieņēmumu dienests

Parti oħra fil-proċedura: SIA “Veloserviss”

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1) li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi jillimita l-possibbiltà li jsir mill-ġdid kontroll wara r-rilaxx jew li jiġu rriveduti r-riżultati ta’ kontroll wara r-rilaxx inizjali?

2)

Il-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jista’ jistabbilixxi proċedura għat-twettiq tal-kontolli wara r-rilaxx previsti fl-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u restrizzjonijiet għar-reviżjoni tar-riżultati tal-kontrolli?

3)

L-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità jista’ jiġi interpretat fis-sens li d-dritt nazzjonali jista’ jinkludi restrizzjonijiet għar-reviżjoni tar-riżultati ta’ kontroll wara r-rilaxx inizjali, jekk tiġi rċevuta informazzjoni li skontha l-leġiżlazzjoni doganali ġiet applikata abbażi ta’ informazzjoni żbaljata jew inkompleta, fatt li ma kienx magħruf fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kontroll wara r-rilaxx inizjali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Settembru 2014 – AS Air Baltic Corporation vs Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba

(Kawża C-429/14)

2014/C 421/31

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Air Baltic Corporation

Konvenut: Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 19, 22 u 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur bl-ajru huwa responsabbli fil-konfront ta’ terzi, u b’mod partikolari l-persuna li timpjega passiġġier (persuna ġuridika, li magħha huwa kkonkluda kuntratt ta’ trasport internazzjonali ta’ passiġġieri), għad-dannu li jirriżulta minn dewmien f’titjira, li minħabba fih ir-rikorrent (il-persuna li timpjega) ġarrab spejjeż addizzjonali (pereżempju, kellu jħallas allowances ta’ kuljum għall-missjonijiet)?

2)

Jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għandu jinftiehem u jiġi interpretat fis-sens li dawn it-terzi jistgħu jieħdu azzjoni legali kontra t-trasportatur bl-ajru billi jinvokaw bażijiet legali oħra, pereżempju billi jinvokaw id-dritt nazzjonali?


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fid-19 ta’ Settembru 2014 – Valsts ieņēmumu dienests vs Artūrs Stretinskis

(Kawża C-430/14)

2014/C 421/32

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Valsts ieņēmumu dienests

Konvenut: Artūrs Stretinskis

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 (1), tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2) li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tirreferi mhux biss għal sitwazzjonijiet li fihom il-partijiet fi tranżazzjoni huma biss persuni fiżiċi, iżda wkoll għal sitwazzjonijiet li fihom jeżistu rabtiet familjari jew ta’ parentela bejn direttur ta’ waħda mill-partijiet – persuna ġuridika – fi tranżazzjoni u l-parti l-oħra f’din it-tranżazzjoni (persuna fiżika) jew direttur ta’ din tal-aħħar (fil-każ ta’ persuna ġuridika)?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva: il-qorti adita bil-kawża għandha twettaq analiżi iktar fil-fond taċ-ċirkustanzi tal-kawża sabiex tiddetermina l-influwenza reali eżerċitata mill-persuna fiżika inkwistjoni fuq il-persuna ġuridika?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/22


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2014 minn National Iranian Oil Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-578/12, National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill

(Kawża C-440/14 P)

2014/C 421/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: National Iranian Oil Company (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Lulju 2014 mis-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-578/12;

tagħti lir-rikorrenti l-benefiċċju tat-talbiet li hija ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem sitt aggravji kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-16 ta’ Lulju 2014.

Bħala l-ewwel aggravju għall-annullament, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 43 tas-sentenza mogħtija meta ddeċidiet li billi jsemmi l-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 (1), ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012 (2) għandu jitqies bħala li jsemmi b’mod ċar li l-bażi legali tiegħu hija magħmula minn dan l-Artikolu 46(2). Fil-fatt, bażi legali tkun tippreskrivi l-forma legali li l-att li hija tikkostitwixxi l-bażi tiegħu għandu jkollu; issa, l-Artikolu 46(2) ma jippreskrivi ebda forma legali.

Bħala t-tieni aggravju, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 54 sa 56 tas-sentenza mogħtija, li jitqassru fl-affermazzjoni li “mill-Artikolu 215(2) ma jirriżultax li l-miżuri restrittivi individwali meħuda kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mhux Statali għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 215(1) TFUE”. Minn naħa, l-Artikolu 215(1), li huwa l-unika dispożizzjoni tat-TFUE ddedikata għall-miżuri restrittivi, b’mod ċar juri li l-proċedura applikabbli għal tali miżuri hija dik li jipprevedi huwa, u fih ma jipprevedi ebda proċedura oħra. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 291 TFUE huwa inkomaptibbli mal-Artikolu 215(2) TFUE. Fl-aħħar nett, b’mod sussidjarju, l-Artikolu 291(2) TFUE ma jistax jitqies bħala li jista’ jipprovdi lill-Kunsill b’bażi legali addizzjonali għal dik ikkostitwita mill-Artikolu 215(2) TFUE għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi.

Bħala t-tielet aggravju, li huwa ppreżentat b’mod sussidjarju fil-każ fejn jiġi deċiż li l-użu tal-Artikolu 291(2) TFUE, bħala bażi għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi individwali, huwa legalment possibbli fil-kuntest ta’ politika ta’ adozzjoni ta’ miżuri restrittivi inizjalment ibbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, essenzjalment, fl-punti 74 sa 83 tas-sentenza tagħha, li l-Kunsill tal-Unjoni, sabiex jittieħed il-kliem tal-Artikolu 291(2), “[iġġustifika] b’mod xieraq” l-użu ta’ din il-proċedura derogatorju f’din il-kawża. Minn naħa, ir-rekwiżit ta’ ġustifikazzjoni magħmula b’dan il-mod ma jkunx ġustifikat minn ġustifikazzjoni mhux espliċita. Min-naħa l-oħra, anki jekk wieħed jippresupponi li ġustifikazzjoni impliċita tista’ tissodisfa dan ir-rekwiżit, dan ma jkunx issodisfatt f’dan il-każ, peress li l-Qorti Ġenerali interpretat it-testi kkonċernati b’mod żbaljat.

Bħala r-raba’ aggravju, li huwa ppreżentat b’mod sussidjarju fil-każ fejn jiġi deċiż li l-użu tal-Artikolu 291(2) TFUE, sabiex ikun ta’ bażi għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi individwali, huwa legalment possibbli fil-kuntest ta’ politika ta’ adozzjoni ta’ miżuri restrittivi bbażata fuq l-Artikolu 215 TFUE, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 86 tas-sentenza, li l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 267/2012 “jirriżerva lill-Kunsill il-kompetenza li jeżegwixxi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(2) u (3) tal-imsemmi regolament”, u dan ikun biżżejjed sabiex jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-indikazzjoni tal-bażi legali ta’ din id-dispożizzjoni, li huwa l-Artikolu 291(2) TFUE. Skont ir-rikorrenti, huwa permezz ta’ interpretazzjoni legalment żbaljata tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 267/2012 li l-Qorti Ġenerali waslet għal din il-konklużjoni.

Bħala l-ħames aggravju, li huwa ppreżentat b’mod sussidjarju fil-każ fejn jiġi deċiż li l-użu tal-Artikolu 291(2) bħala bażi għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi individwali huwa legalment possibbli fil-kuntest ta’ politika ta’ adozzjoni ta’ miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-punt 87 tas-sentenza tagħha meta qieset li l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti legali tal-Unjoni ma kienx jobbliga lill-Kunssill jindika b’mod espress li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 kien ibbażat fuq l-Artikolu 291(2) TFUE, f’dak li jikkonċerna l-bażi legali tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 267/2012.

Bħala s-sitt aggravju, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 115 tas-sentenza tagħha meta ddeċidiet li l-kriterju stabbilit fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 (il-kriterju kkontestat) huwa konformi mal-prinċipji ta’ Stat tad-dritt u b’mod iktar ġenerali mad-dritt tal-Unjoni Ewropea peress li dan la ma “huwa arbitrarju u lanqas diskrezzjonali” u, fil-punt 123 tas-sentenza tagħha billi ddeċidiet li “l-kriterju kkontestat jillimita s-setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill, billi jistabbilixxi kriterji oġġettivi, u jiggarantixxi l-livell ta’ prevedibbiltà meħieġ mid-dritt tal-Unjoni”. Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. Qabelxejn, ir-rikorrenti tenfasizza li huwa fuq il-bażi ta’ kitba mill-ġdid tal-kriterju kkontestat li l-Qorti Ġenerali tiddikjarah konformi mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li l-legalità tiegħu kellha tiġi evalwata skont kif dan jidher fir-regolament. Sussegwentement hija tosserva li l-fatt li l-Qorti Ġenerali kitbet mill-ġdid il-kriterju kkontestat sabiex tiddikjara li dan huwa legali jikser id-drittijiet tad-difiża tagħha billi jċaħħadha mid-dritt li tibbaża ruħha fuq l-imsemmi test miktub mill-ġdid sabiex torganizza d-difiża tagħha, billi hija ma kinitx taf is-sens ta’ din il-kitba mill-ġdid fil-mument li kienet qiegħda tfassalha, filwaqt li topponiha. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tirrileva n-nuqqas ta’ koerenza tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali, li jikser l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16).


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fl-24 ta’ Settembru 2014 – DI, li qed taġixxi għal Ajos A/S vs Suċċessjoni tal-mejjet Karsten Eigil Rasmussen

(Kawża C-441/14)

2014/C 421/34

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DI (Dansk Industri), li qed taġixxi għal Ajos A/S

Konvenuta: Suċċessjoni tal-mejjet Karsten Eigil Rasmussen

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba l-età jipprekludi leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni Daniża, li skontha l-impjegati ma jkollhomx id-dritt għal allowance ta’ tkeċċija jekk ikunu jistgħu jibbenefikaw minn pensjoni tax-xjuħija dovuta mill-persuna li timpjegahom abbażi ta’ skema ta’ pensjoni li jkunu aderixxew magħha qabel l-età ta’ 50 sena, indipendentement minn jekk ikunux għażlu li jibqgħu fis-suq tax-xogħol jew li jirtiraw?

2)

Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li qorti Daniża, adita b’rikors li permezz tiegħu impjegat jitlob lil persuna privata li timpjega tħallsu allowance ta’ tkeċċija – obbligu li minnu l-liġi Daniża, kif deskritt fl-ewwel domanda, teżenta lill-persuna li timpjega, eżenzjoni li tmur kontra l-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba l-età –, tibbilanċja l-imsemmi prinċipju u l-effett dirett tiegħu mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u mal-prinċipju korollarju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, u abbażi ta’ dan tikkonkludi li l-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jieħu preċedenza fuq il-prinċipju li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba l-età, b’mod li, skont id-dritt nazzjonali, il-persuna li timpjega hija eżenti mill-obbligu li tħallas l-allowance ta’ tkeċċija? Qed jiġi mistoqsi wkoll jekk il-fatt li l-impjegat jista’, jekk ikun il-każ, jeżiġi kumpens mill-Istat Daniż minħabba l-inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Daniża mad-dritt tal-Unjoni għandux jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk jistax jitwettaq tali bbilanċjar.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/25


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2014 minn Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg i. L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-309/12 – Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-447/14 P)

2014/C 421/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg i. L. (rappreżentant: A. Kerkmann, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Saria Bio-Industries AG & Co. KG, SecAnim GmbH, Knochen-und Fett-Union GmbH (KFU)

Talbiet

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-309/12, Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni (1) u, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tiddeċiedi hija stess it-tilwima, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.25051 (C 19/2010) (ex NN 23/2010) mogħtija mill-Ġermanja lil “Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg”, C(2012) 2557 finali, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-proċedura tal-appell u kif ukoll tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali;

2.

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali u żżomm l-ispejjeż riżervati.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka essenzjalment l-aggravji li ġejjin:

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kklassifikat il-finanzjament tar-riżerva kontra epidemiji permezz tal-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-appellanti bħala għajnuna mill-Istat, billi kkunsidrat li, fir-rigward tal-attività marbuta maż-żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet kontra epidemiji tal-annimali fit-territorju ta’ ġurisdizzjoni tagħha, l-appellanti għandha tiġi kklassifikata bħala impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Huwa veru li l-Qorti Ġenerali, qabelxejn, tipprovdi korrettament li l-attivitajiet li jaqgħu fi ħdan l-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika ma humiex ta’ natura ekonomika li tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tat-TFUE. Il-Qorti Ġenerali tispeċifika korrettament ukoll li huwa neċessarju li tiġi eżaminata b’mod separat kull attività tal-appellanti sabiex jiġi vverifikat jekk tali attivitajiet jikkostitwixxux attivitajiet ta’ awtorità pubblika. Madankollu, hija tikkonkludi b’mod żbaljat li ż-żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet kontra epidemiji ma taqax taħt l-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika, iżda tikkostitwixxi attività ekonomika li tikklassifika lill-appellanti fit-totalità tagħha bħala impriża.

Billi kkonstatat li l-appellanti ma sostnietx spejjeż netti għaż-żamma tar-riżerva kontra epidemiji, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi. Barra minn hekk, hija naqset milli teżamina l-provi tal-appellanti li jistabbilixxu l-esklużjoni ta’ sussidju trażversali tal-attivitajiet ekonomiċi permezz ta’ kontribuzzjonijiet.

Kuntrarjament għall-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali, iż-żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet kontra epidemiji, inkluż l-organizzazzjoni u l-finanzjament tagħha mill-appellanti, tikkostitwixxi servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali (SIEĠ). Konsegwentement, is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 106(2) TFUE u l-Artikolu 107(1) TFUE.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll l-Artikolu 107(1) TFUE billi kkonstatat, minn naħa, li l-appellanti kisbet vantaġġ fid-dawl tal-fatt li l-kriterji tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Altmark (2) ma kinux sodisfatti u, min-naħa l-oħra, li l-kontrubizzjonijiet użati għar-riabilitazzjoni tas-siti kkontaminati kienu jikkostitwixxu għajnuna.

Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll l-Artikolu 106(2) TFUE billi kkonstatat li l-appellanti ma kellhiex tinvoka ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE mingħajr ma tikkontesta l-Linji Gwida dwar is-SIEĠ tal-Kummissjoni.


(1)  EU:T:2014:676

(2)  Sentenza Altmark, C-280/00.


Il-Qorti Ġenerali

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – Soliver vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-68/09) (1)

([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ftehimiet ta’ qsim ta’ swieq u ta’ skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Ksur uniku u kontinwat - Parteċipazzjoni fil-ksur”])

2014/C 421/36

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Soliver NV (Roulers, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams, J. Bocken u T. Baumé, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, M. Kellerbauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(d) u l-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, huma annullati, sa fejn, minn naħa, ġiet ikkonstatata l-parteċipazzjoni ta’ Soliver NV, mid-19 ta’ Novembru 2001 sal-11 ta’ Marzu 2003, f’akkordju illeċitu fis-suq tal-ħġieġ tal-vetturi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u fejn, min-naħa l-oħra, ġiet imposta fuqha multa ta’ EUR 4 3 96  000 f’dan ir-rigward.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/10) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Tariffa preferenzjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha - Benefiċċju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ammont tal-għajnuna - Għajnuna ġdida”))

2014/C 421/37

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alcoa Trasformazioni Srl (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, T. Müller-Ibold, F. Salerno, G. Scassellati Sforzolini u G. Rizza, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Gippini Fournier, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/460/KE, tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar għajnuna mill-Istat C 38/A/04 (ex NN 58/04) u C 36/B/06 (ex NN 38/06), implementata mill-Italja favur Alcoa Trasformazioni (ĠU 2010, L 227, p. 62).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alcoa Trasformazioni Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relattivi għall-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – LTTE vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11) (1)

((“Politika barranija u ta’Sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat - Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terzi li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Riferiment għal atti terroristiċi - Neċessità għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931”))

2014/C 421/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) (Herning, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. Koppe, A.M. van Eik u T. Buruma, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u E. Finnegan, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: fil-Kawża T 208/11, inizjalment M. Bulterman, N. Noort u C. Schillemans, sussegwentement, kif ukoll fil-Kawża T-508/11, C. Wissels, M. Bulterman u J. Langer, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer, H. Walker u S. Brighouse, sussegwentement S. Behzadi-Spencer, H. Walker u E. Jenkinson, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister) (intervenjenti biss fil-Kawża T-208/11); u Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u S. Boelaert, sussegwentement F. Castillo de la Torre u É. Cujo, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, fil-Kawża T-208/11, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 83/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 (ĠU L 28, p. 14), u, fil-Kawża T-508/11, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 u (UE) Nru 83/2011 (ĠU L 188, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolamenti ta’ Implementazzjoni (UE) tal-Kunsill Nru 83/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, Nru 1375/2011, tat-22 ta’ Diċembru 2011, Nru 542/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2010, Nru 1169/2012, tal-10 ta’ Diċembru 2012, Nru 714/2013, tal-25 ta’ Lulju 2013, Nru 125/2014, tal-10 ta’ Frar 2014, u Nru 790/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nri 610/2010, 83/2011, 687/2011, 1375/2011, 542/2012, 1169/2012, 714/2013 u 125/2014, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw il-Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE).

2)

L-effetti tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 790/2014 jinżammu għal tliet xhur minn meta tingħata din is-sentenza.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ LTTE.

4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 179, 18.6.2011.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Portovesme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-291/11) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Tariffa preferenzjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Għajnuna ġdida - Ugwaljanza fit-trattament - Terminu raġonevoli”))

2014/C 421/39

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Portovesme Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Ciulli, G. Dore, M. Liberati u A. Vinci, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament totali, jew parzjali “sa fejn jitqies raġjonevoli”, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/746/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/B/04 (ex NN 58/04) u C 13/06 (ex N 587/05) implementata mill-Italja favur Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA (ĠU L 309, p. 1), u, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjoni msemmija sa fejn fiha hemm ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Portovesme Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 232, 06.08.2011.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Eurallumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-308/11) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Tariffa preferenzjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Għajnuna ġdida”))

2014/C 421/40

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: V. Leone, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament, f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/746/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Italja lil Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA (Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat C 38/B/04 (ex NN 58/04) u C 13/06 (ex N 587/05) (ĠU L 309, p. 1), sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tal-imsemmija deċiżjoni, u dan tal-aħħar sa fejn hemm ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna li kienet ingħatat lir-rikorrenti, u, b’mod iktar sussidjarju, talba għall-annullament tal-Artikolu 3 tal-istess deċiżjoni, dejjem f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eurallumina SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Alouminion vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-542/11) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Aluminium - Tariffa preferenzjali tal-elettriku mogħtija permezz ta’ kuntratt - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Rexissjoni ta’ kuntratt - Sospensjoni ġudizzjarja, fi proċeduri għal miżuri provviżorji, tal-effetti tar-rexissjoni ta’ kuntratt - Għajnuna ġdida”))

2014/C 421/41

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Alouminion AE (Maroussi, il-Greċja) (rappreżentanti: G. Dellis, N. Korogiannakis, E. Chrysafis, D. Diakopoulos u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, É. Gippini Fournier, aġenti, assistiti minn V. Chatzopoulos, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, D. Waelbroeck, A. Oikonomou, E. Salaka u C. Synodinos, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2012/339/UE tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.26117 – C 2/2010 (ex NN 62/2009) mogħtija mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA (ĠU 2012, L 166, p. 83).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni 2012/339/UE tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.26117 – C 2/2010 (ex NN 62/2009) mogħtija mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Alouminion AE.

3)

Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 370, 17.12.2011.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-297/12) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi ta’ informazzjoni allegatament dannuża għar-reputazzjoni tar-rikorrenti - Danni morali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”))

2014/C 421/42

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune u S. Delaude, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)

Suġġett

Talba għal kumpens tad-dannu allegatament imġarrab minħabba kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi, fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Lulju 2007, ta’ ċerta informazzjoni dwar, minn naħa, investigazzjoni amministrattiva tal-Kummissjoni li tikkonċerna r-rikorrenti, u min-naħa l-oħra, il-politika ta’ din tal-aħħar fil-qasam tar-reklutaġġ tal-persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Fuchs vs UASI – Les Complices (Stilla f’ċirku)

(Kawża T-342/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta stilla f’ċirku - Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw stilla f’ċirku - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Revoka tat-trade mark Komunitarja preċedenti - Żamma tal-interess ġuridiku - Assenza tal-fatt li parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 421/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Max Fuchs (Freyung, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Les Complices SA (Montreuil-sous-Bois, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2040/2011-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Les Complices SA u Max Fuchs.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Max Fuchs huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Novartis vs UASI – Tenimenti Angelini (LINEX)

(Kawża T-444/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LINEX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LINES PERLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 76(1) in fine, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 421/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tenimenti Angelini SpA (Montalcino, l-Italja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 414/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tenimenti Angelini SpA u Novartis AG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 414/2011-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

3)

L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 399, 22.12.2012.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – El Corte Inglés vs UASI – English Cut (The English Cut)

(Kawża T-515/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali The English Cut - Trade marks nazzjonali verbali u Komunitarji figurattivi preċedenti El Corte Inglés - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ probabbiltà ta’ assoċjazzjoni - Rabta bejn is-sinjali - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 421/45

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, J. L. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: The English Cut, SL (Málaga, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1673/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u The English Cut, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-517/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Tariffi preferenzjali - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita, parzjalment, fid-data tad-deċiżjoni u, parzjalment, fid-data tal-preżentata tar-rikors - Inammissibbiltà”))

2014/C 421/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alro SA (Slatina, ir-Rumanija) (rappreżentanti: C. Quigley, QC, O. Bretz, solicitor, u S. Verschuur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2517 finali, tal-25 ta’ April 2012, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat SA 33624 (2012/C) (ex 2011/NN) – Ir-Rumanija – Tariffi preferenzjali ta’ elettrikku favur Alro Slatina SA, u, sussidjarjament, talba għal annullament tad-Deċiżjoni C (2012) 2517 finali sa fejn din tapplika għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2009.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Alro SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 2.2.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Bermejo Garde vs KESE

(Kawża T-529/12 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ħatra f’pożizzjoni ta’ direttur - Irtirar tal-kandidatura tar-rikorrent - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Talbiet għal annullament - Annullament fl-ewwel istanza tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat għal inkompetenza tal-awtur tal-att - Assenza ta’ risposta espliċita għall-motivi u għall-argmenti kollha fformulati mill-partijiet - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Inammissibbiltà tat-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet meħuda abbażi tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat - Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għad-danni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Kawża fi stat li tiġi deċiża - Ċaħda tar-rikors”))

2014/C 421/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellat: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Lernhart, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-51/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-51/10), hija annullata sa fejn ċaħdet it-talba għad-danni tar-rikorrent mingħajr motivazzjoni.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

It-talba għad-danni fformulata minn Moises Bermejo Garde quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku hija miċħuda.

4)

Moises Bermejo Garde għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati ma’ din l-istanza.

5)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati kemm mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u kemm mal-istanza preżenti kif ukoll l-ispejjeż ta’ Moises Bermejo Garde sostnuti fl-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2014 – Bermejo Garde vs KESE

(Kawża T-530/12 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Attivitajiet illegali li jippreġudikaw l-interessi tal-Unjoni - Nuqqas gravi fit-twettiq tal-obbligi tal-uffiċjali - Artikoli 12a u 22a tar-Regolamenti tal-Persunal - Denunzja mill-appellant - Assenjazzjoni mill-ġdid wara din id-denunzja - Assenza ta’ konsultazzjoni mal-OLAF mis-superjur dirett li rċieva l-informazzjoni - Atti li jikkawżaw preġudizzju - Bona fides - Drittijiet tad-difiża - Kompetenza tal-awtur tal-att”))

2014/C 421/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: inizjalment G. Nijborg, sussegwentement U. Schwab u M. Lernhart, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-41/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-41/10), hija annullata sa fejn hija tiċħad it-talbiet ta’ Moises Bermejo Garde intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) Nruo133/10 A, tal-24 ta’ Marzu 2010, li twaqqfu milli jeżerċita l-funzjonijiet preċedenti tiegħu u tad-deċiżjoni tal-KESE Nru 184/10 A, tat-13 ta’ April 2010, dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid tiegħu.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Il-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alpiq RomIndustries u Alpiq RomEnergie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-129/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Tariffi preferenzjali - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108 (2) TFUE - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita fid-data tal-preżentata tar-rikors - Inammissibbiltà”))

2014/C 421/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Alpiq RomIndustries Srl (Bukarest, ir-Rumanija) u Alpiq RomEnergie Srl (Bukarest) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2542 finali, tal-25 ta’ April 2012, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat SA 33451 (2012/C) (ex 2012/NN) – Ir-Rumanija – Tariffi preferenzjali f’kuntratti bejn Hidroelectrica SA u fornituri tal-elettriku.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alpiq RomIndustries Srl u Alpiq RomEnergie Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 141, 18.05.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Skysoft Computersysteme vs UASI – British Sky Broadcasting Group u Sky IP International (SKYSOFT)

(Kawża T-262/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYSOFT - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 421/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skysoft Computersysteme GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth) (rappreżentanti: J. Barry, S. Wright, solicitors, u P. Roberts, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2503/2011-4), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd, minn naħa, u Skysoft Computersysteme GmbH, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Skysoft Computersysteme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Junited Autoglas Deutschland vs UASI – Belron Hungary (United Autoglas)

(Kawża T-297/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali United Autoglas - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AUTOGLASS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 421/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Belron Hungary Kft – Zug Branch (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Christy, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Apil 2013 (Każ R 206/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Belron Hungary Kft – Zug Branch u Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 215, 27.7.2013


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Federación Española de Hostelería vs EACEA

(Kawża T-340/13) (1)

([“Rikors għal annullament - Programm fil-qasam tat-tagħlim matul il-ħajja - Kuntratt ibbażat fuq il-proġett ‘Simulatur virtwali għat-tagħlim ta’ lingwi għall-professjonisti fil-qasam tat-turiżmu (e-client)’ - Ittra ta’ informazzjoni minn qabel - Natura kuntrattwali tat-tilwima - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt - Inammissibbiltà”])

2014/C 421/52

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Federación Española de Hostelería (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: B. Miguelsanz Roldán, F. J. del Nogal Méndez, R. Fernández Flores u M. P. Abad Marco, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet u A. Jaume, aġenti, assistiti inizjalment min J. L. Buendía Sierra, N. Ruiz García u A. Balcells Cartagena, sussegwentement J. L. Buendía Sierra u A. Balcells Cartagena, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tal-EACEA tal-5 ta’ April 2013 li tinforma lir-rikorrenti li hija kellha tirrimborsa l-ammont ta’ EUR 1 81  686.11 wara l-verifika tal-proġett “Simulatur virtwali għat-tagħlim ta’ lingwi għall-professjonisti fil-qasam tat-turiżmu (e-client)”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Federación Española de Hostelería hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 24.8.2013


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – EMA vs BU

(Kawża T-444/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dmir ta’ premura”))

2014/C 421/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński u N. Rampal Olmedo, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: BU (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tas-26 ta’ Ġunju 2013, BU vs EMA (F-135/11, F-51/12 u F-110/12, RecFP, EU:F:2013:93), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti minn BU fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Larrañaga Otaño vs UASI (GRAPHENE)

(Kawża T-458/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja GRAPHENE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

2014/C 421/54

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Joseba Larrañaga Otaño (Saint-Sébastien, Spanja) u Mikel Larrañaga Otaño (Saint-Sébastien) (rappreżentant: F. Bueno Salamero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 208/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GRAPHENE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Joseba Larrañaga Otaño u Mikel Larrañaga Otaño huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Larrañaga Otaño vs UASI (GRAPHENE)

(Kawża T-459/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GRAPHENE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 421/55

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Joseba Larrañaga Otaño (Saint-Sébastien, Spanja); u Mikel Larrañaga Otaño (Saint-Sébastien) (rappreżentanti: F. Bueno Salamero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 210/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GRAPHENE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Joseba Larrañaga Otaño u Mikel Larrañaga Otaño huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – Marchiani vs Il-Parlament

(Kawża T-479/13) (1)

((“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament”))

2014/C 421/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Charles Marchiani (Toulon, Franza) (rappreżentant: C.-S. Marchiani, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u C. Karamarcos, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-4 ta’ Lulju 2013, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 1 07  694.72 u tan-nota ta’ debitu relattiva tal-5 ta’ Lulju 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Charles Marchiani huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Il-Qorti tal-Awdituri vs BF

(Kawża T-663/13) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Ħatra għal kariga ta’ Direttur tar-Riżorsi Umani - Ċaħda ta’ kandidatura - Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rapport ippreżentat mill-kumitat ta’ preselezzjoni”))

2014/C 421/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J. Vermer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedurat: BF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013, BF vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-69/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u l-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn BF fil-kuntest tal-preżenti istanza.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-26/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2011 - Rati ta’ multiplikazzjoni ta’ riferiment - Kontradittorju”))

2014/C 421/58

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schäfer u I. Ní Riagáin Düro, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-14/12, ĠabraFP, EU:F:2013:167), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-14/12), hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 93, 29.03.2014.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – MPM-Quality u Eutech vs UASI

(Kawża T-215/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva MANUFACTURE PRIM 1949 - Trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti PRIM - Mala fide - Artikolu 165(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 41 u 56 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])

2014/C 421/59

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: MPM-Quality v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka); u Eutech a.s. (Šternberk, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentanti: D. Gája u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elton Hodinářská a.s. (Nové Mesto nad Metují, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Matoušek, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2012 (Każ R 826/2010-4), dwar proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, MPM-Quality v.o.s. u Eutech a.s. u, min-naħa l-oħra, Elton Hodinářská a.s.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MPM Quality v.o.s. u Eutech a.s. huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-30 ta’ Settembru 2014 – Bitiqi et vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T-410/13) (1)

([“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Missjoni ‘L-Istat tad-dritt’ immexxija mill-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Eulex Kosovo) - Persunal bil-kuntratt - Deċiżjonijiet tal-Kap tal-missjoni li ma jiġġeddux il-kuntratti ta’ xogħol - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”])

2014/C 421/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Burim Bitiqi (Londra, ir-Renju Unit); Arlinda Gjebrea (Pristina, il-Kosovo); Anna Gorska (Varsavja, il-Polonja); Agim Hajdini (Londra); Josefa Martínez Estéve (Valencia, Spanja); Denis Vasile Miron (Bukarest, ir-Rumanija); James Nicholls (Swindon, ir-Renju Unit); Zornitsa Popova Glodzhani (Varna, il-Bulgarija); Andrei Mihai Popovici (Bukarest); u Amaia San José Ortiz (Llodio, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Coolen, D. de Abreu Caldas, É. Marchal u J.-N. Louis, sussegwentement D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u A.-C. Simon, aġenti); Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt, É. Chaboureau u M. Silva, aġenti); u Eulex Kosovo (rappreżentanti: B. Borchardt, aġent, assistit minn A. Fouquet Dörte, avukat)

Parti intervenjenti in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro et M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kap tal-missjoni “L-Istat tad-Dritt” immexxija mill-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Eulex Kosovo), tas-27 ta’ Mejju u tat-2 ta’ Lulju 2013, li ma jiġġeddux il-kuntratti ta’ xogħol tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Burim Bitiqi, Arlinda Gjebrea, Anna Gorska, Agim Hajdini, Josefa Martínez Estéve, Denis Vasile Miron, James Nicholls, Zornitsa Popova Glodzhani, Andrei Mihai Popovici, Amaia San José Ortiz huma kkundnnati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u minn Eulex Kosovo.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru - Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Eċċezzjoni ta’ rikors parallel - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

2014/C 421/61

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, sussegwentement minn C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-143/11, ĠabraSP, EU:F:2013:81), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 291, 5.10.2013.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/44


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Holistic Innovation Institute vs REA

(Kawża T-706/14)

2014/C 421/62

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Holistic Innovation Institute, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Muñiz García, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li teskludi lir-rikorrenti mill-proġetti INACHUS u ZONeSEC;

tordna li r-rikorrenti tingħata kumpens u tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 7 81  250, li jikkorrispondi għaż-żewġ proġetti li ġiet eskluża minnhom, flimkien mal-interessi legali minn meta jsir dovut il-ħlas, u

torda li r-rikorrenti tingħata kumpens u tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ ammont stabbilit minn espert maħtur mill-Qorti Ġenerali, għad-dannu addizzjonali li sofriet ikkawżat mill-esklużjoni miż-żewġ proġetti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija eżekuttiva għar-riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, tal-24 ta’ Lulju 2014, bir-referenza ARES (2014) 2461172, li permezz tagħha huwa deċiż li jintemmu n-negozjati u li tiġi miċħuda l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti għall-proġetti Ewropej INACHUS (607522) u ZONeSEC (607292) tas-sejħa għal offerti FP7-SEC-2013-1, tas-Seba’ Programm Qafas.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

Huwa kkunsidrat li d-deċiżjoni hija manifestament infondata, u tinkludi motivazzjoni apparenti waħda biss.

2.

L-evalwaturi indipendenti kienu ppreżentaw rapport favorevoli fir-rigward tal-proġetti bil-parteċipazzjoni tar-rikorrenti.

3.

Wara dawn ir-rapporti, il-konvenuta biddlet il-kriterji bi tpattija lill-amministratur tar-rikorrenti, li qabel kien beda azzjoni kontra l-Kummissjoni Ewropea minħabba kunflitt li jirrigwarda l-kumpannija Rose Visión S.L.

4.

L-aġenti tal-konvenuta qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni għamlu pressjoni fuq il-parteċipanti l-oħra fil-proġetti sabiex tiġi eskluża r-rikorrenti, u b’hekk ipprovaw jevitaw li jieħdu d-deċiżjoni kkontestata.

5.

L-aġir tal-konvenuta kkawża dannu lir-rikorrenti.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/46


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (l-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Moschonaki vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/10 RENV)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kawża mibgħuta lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti interna fl-istituzzjoni - Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jissemmew fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra))

2014/C 421/63

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Chrysanthe Moschonaki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Kawża mibgħuta lura wara annullament – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni l-kandidatura tar-rikorrenti għal pożizzjoni ta’ assistent bibljotekarju u l-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallasha somma bħala kumpens għad-danni materjali u morali.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet il-kandidatura ta’ Ch. Moschonaki għal pożizzjoni ta’ “[a]ssistent – [b]ibljotekarju/[u]ffiċjal li jiġbor id-dokumentazzjoni” hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Ch. Moschonaki s-somma ta’ EUR 5  000.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn Ch. Moschonaki fil-Kawżi F-55/10, T-476/11 P u F-55/10 RENV.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/46


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – CG vs BEI

(Kawża F-103/11) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Proċedura ta’ investigazzjoni - Deċiżjoni tal-President li ma jingħatax segwitu għal ilment - Opinjoni tal-kumitat ta’ investigazzjoni - Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku - Natura intenzjonali tal-aġir - Konstatazzjoni tal-eżistenza tal-aġir u tas-sintomi ta’ fastidju psikoloġu - Tiftixa tar-rabta kawżali - Assenza - Nuqqas ta’ koerenza tal-opinjoni tal-kumitat ta’ investigazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Nuqqasijiet amministrattivi - Dmir ta’ kunfidenzjalità - Protezzjoni tad-data personali - Rikors għad-danni))

2014/C 421/64

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CG (rappreżentanti: inizjalment N. Thieltgen, sussegwentement J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: BEI (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukati)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (rappreżentanti: I. Chatelier u H. Kranenborg, sussegwentement I. Chatelier u A. Buchta, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma tittieħed ebda azzjoni wara proċedura ta’ investigazzjoni li kienet tikkonċerna l-allegat fastidju psikoloġiku u li tannulla l-konklużjoni finali tal-kumitat ta’ investigazzjoni kif ukoll it-talba għad-danni

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment, tas-27 ta’ Lulju 2011, hija annullata.

2)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa kkundannat iħallas lil CG s-somma ta’ EUR 35  000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn CG.

5)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 6, 07.01.2012, p. 25.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – CG vs BEI

(Kawża F-115/11) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Ħatra - Pożizzjoni ta’ Kap ta’ Diviżjoni - Ħatra ta’ kandidat li ma huwiex ir-rikorrenti - Irregolaritajiet tal-proċedura ta’ selezzjoni - Dmir ta’ imparzjalità tal-membri tal-Bord ta’ Selezzjoni - Imġieba skoretta tal-President tal-Bord ta’ Selezzjoni fil-konfront tar-rikorrenti - Kunflitt ta’ interessi - Espożizzjoni orali komuni għall-kandidati kollha - Dokumenti pprovduti għall-espożizzjoni orali li jistgħu jiffavorixxu wieħed mill-kandidati - Kandidat li pparteċipa fir-redazzjoni tad-dokumenti pprovduti - Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza - Rikors għal annullament - Talba għad-danni))

2014/C 421/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CG (rappreżentanti: inizjalment N. Thieltgen, avukat, sussegwentement J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jinħatarx lir-rikorrenti iżda kandidat ieħor fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni fi ħdan il-BEI u t-talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment tat-28 ta’ Lulju 2011 dwar il-ħatra ta’ A fil-pożizzjoni ta’ Kap tad-Diviżjoni tal-“Politika tar-riskju u tat-tarifikazzjoni” hija annullata.

2)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa kkundannat iħallas lil CG is-somma ta’ EUR 25  000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn CG.


(1)  ĠU C 6, 07.01.2012, p. 28.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Cerafogli vs BĊE

(Kawża F-26/12) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Aċċess tal-persunal tal-BĊE għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg - Regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE - Proċedura prekontenzjuża - Regola ta’ konsistenza - Eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fir-rikors - Ammissibbiltà - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal għall-adozzjoni ta’ regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE għal aċċess għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg))

2014/C 421/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, E. Carlini u S. Lambrinoc, aġenti, D. Waegenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tirrifjuta t-talba tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti kif ukoll it-talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2011 li biha d-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali “Riżorsi umani, Baġit u Organizzazzjoni” tal-Bank Ċentrali Ewropew ċaħad parzjalment it-talba għal aċċess għal ċerti dokumenti ppreżentata fl-10 ta’ Mejju 2011 minn M. C. Cerafogli hija annullata.

2)

Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat li jħallas lil M. C. Cerafogli s-somma ta’ EUR 1  000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn M. C. Cerafogli.


(1)  ĠU C 184, 23.6.2012, p. 22


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2014 – Forget vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-153/12) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjal - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tad-dar - Kundizzjoni għall-għoti - Sħubija rreġistrata taħt id-dritt Lussemburgiż - Koppja msieħba stabbli mhux miżżewġa li għandha aċċess għaż-żwieġ ċivili - Uffiċjal li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(2)(ċ)(iv) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal))

2014/C 421/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Claude Forget (Steinfort, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Kerger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-allowance tad-dar kif ukoll il-pensjoni tas-superstiti għas-sieħba tar-rikorrent.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

C. Forget għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013, p. 26.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 – BN vs Il-Parlament

(Kawża F-157/12) (1)

((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għal annullament - Uffiċjal fil-grad AD 14 li jokkupa provviżorjament post ta’ konsulent għad-direttur - Allegazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku fil-konfront tad-direttur ġenerali - Leave tal-mard għal żmien twil - Deċiżjoni ta’ ħatra f’post ta’ konsulent f’direttorat ġenerali ieħor - Obbligu ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Interess tas-servizz - Regola tal-korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg - Rikors għad-danni - Dannu li jirriżulta minn aġir mhux deċiżjonali))

2014/C 421/68

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BN (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u V. Montebello-Demogeot, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar f’kariga ġdida lir-rikorrent u tad-deċiżjoni impliċita li tittermina, b’effett retroattiv, il-funzjonijiet tiegħu bħala konsulent tad-direttur ta’ direttorat tal-Parlament Ewropew u talba għall-kumpens għad-danni subiti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn BN.


(1)  ĠU C 71, 9.03.2013, p. 31.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Radelet vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-7/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali assenjati f’pajjiż terz - Artikoli 5 u 23 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ akkomodazzjoni mill-istituzzjoni - Awtorizzazzjoni mogħtija lill-uffiċjal sabiex jieħu akkomodazzjoni bil-kera - Rikors għad-danni - Dannu morali - Allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni inkonvenjenti u perikoluża - Assenza ta’ prova))

2014/C 421/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luc Radelet (Antananarivo, il-Madagaskar) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni meħuda bħala risposta għat-talba tar-rikorrent, assenjat fid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Antananarivo, il-Madagaskar, intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-diffikultajiet li rriżultaw meta ġie biex jirrisjedi fil-belt imsemmija iktar ’il fuq.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L. Radelet għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 114, 20.04.2013, p. 47.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta’ Mejju 2014 – CU vs KESE

(Kawża F-42/13) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Deċiżjoni ta’ rexissjoni ta’ kuntratt))

2014/C 421/70

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CU (rappreżentanti: L. Levi et A. Blot, avukati)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Arsène u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati, sussegwentement M. Pascua Mateo u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jiġi rexiss il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti u t-talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tas-16 ta’ Ottubru 2012 u tal-31 ta’ Jannar 2013, li jiġi rexiss il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ CU, huma annullati.

2)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat li jħallas lil CU s-somma ta’ EUR 25  000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn CU.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 61.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/51


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-10 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Parlament

(Kawża F-48/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjonijiet u kummenti li jinsabu fir-rapport ta’ evalwazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Assenza))

2014/C 421/71

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CW (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-proċedura ta’ evalwazzjoni 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CW għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 63.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – CV vs CESE

(Kawża F-54/13) (1)

((Servizz Pubbliku - Rikors għad-danni - Investigazzjonijiet amministrattivi - Proċedura dixxiplinari - Fastidju psikoloġiku))

2014/C 421/72

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CV (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Arsène u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati, sussegwentement M. Pascua Mateo u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-KESE li tiċħad talba, imressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, sabiex jikseb kumpens għad-dannu li huwa ġarrab minħabba l-allegati tenaċità jew anki fastidju amministrattivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 64.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-107/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Uffiċjal irtirat - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Żamma mill-pensjoni - Smigħ tax-xhud kontrih mill-Bord Dixxiplinari - Assenza ta’ smigħ tal-uffiċjal ikkonċernat - Nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ))

2014/C 421/73

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Antonio de Brito Sequeira Carvalho (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: É. Boigelot u R. Murru, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni dixxiplinari lir-rikorrent skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u t-talbiet għall-kumpens għal danni morali allegatament subiti u t-talba ta’ rimbors tas-somom diġà miżmuma.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2013 li timponi fuq J.A. de Brito Sequeira Carvalho, bħala miżura dixxiplinari, żamma ta’ terz tal-ammont mensili nett tal-pensjoni tiegħu għal sentejn hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ J.A. de Brito Sequeira Carvalho.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014, p. 41.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/53


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – De Bruin vs Il-Parlament

(Kawża F-15/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjal bi prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rapport dwar il-perijodu ta’ prova li jistabbilixxi l-inkapaċità tal-uffiċjal bi prova - Estensjoni tal-perijodu ta’ prova - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Raġunijiet għat-tkeċċija - Rendiment - Ħeffa fl-eżekuzzjoni tas-servizz - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Irregolaritajiet fil-proċedura - Terminu impost fuq il-kumitat tar-rapporti sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu))

2014/C 421/74

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Evert Anton De Bruin (Lent, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tirrexindi l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ prova tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

E.A. De Bruin għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 184, 16.06.2014, p. 40.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/54


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – DM vs ORECE

(Kawża F-35/12) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Viżta medika ta’ reklutaġġ - Artikolu 100 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Riżerva medika - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Talbiet għal annullament li ma għadx għandhom skop mingħajr għan - Impożizzjoni ta’ riżerva medika mar-reklutaġġ tal-persuna kkonċernata minn aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ effett - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

2014/C 421/75

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: DM (rappreżentanti: inizjalment minn D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. Abreau Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)

Konvenut: Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (rappreżentanti: M. Chiodi, aġent, D. Waelbroeck, A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi applikata klawżola medika ta’ riżerva fir-rigward tar-rikorrent mid-dħul tiegħu fil-kariga u tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż esposti minn DM.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012, p. 37


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/54


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-9/13) (1)

((Servizz pubbliku - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Rikors manifestament inammissibbli))

2014/C 421/76

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titwettaq it-tpaċija bejn is-somma li tikkorrispondi għall-ispejjeż li hija ġiet ikkundannata tħallas mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-176/04, u s-somma ogħla li r-rikorrent għandu jħallas wara d-digriet fil-Kawża T-241/03.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjez tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 215 27.07.2013, p. 20.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/55


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – Mészáros vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/13) (1)

((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 - Kandidat li għadda minn kompetizzjoni inkluż fil-lista ta’ riżerva - Verifika mill-Awtorità tal-Ħatra tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni fi grad AD 7 - Esperjenza professjonali ta’ terminu inferjuri għat-terminu minimu meħtieġ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-bord tal-għażla - Revoka tal-offerta għal impjieg mill-Awtorità tal-Ħatra - Kompetenza marbuta mal-Awtorità tal-Ħatra))

2014/C 421/77

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mátyás Támas Mészáros (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: M. Pecyna, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għar-reklutaġġ tar-rikorrent ippreżentata mill-ESTAT u li ma tikkunsidrax lir-rikorrent eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn M. T. Mészáros.


(1)  ĠU C 291, 05.10.2013, p. 7.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/55


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/13)

((Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Firma miktuba bl-idejn tal-avukat differenti minn dik fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta))

2014/C 421/78

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa u L. Mansullo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent li titlob il-ħlas ta’ kumpens għall-ġranet ta’ leave mhux meħuda filwaqt li kien fuq leave tal-mard mill-4/01/2002 sal-31/05/2005.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/56


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 – CL vs AEA

(Kawża F-71/13) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Dmir ta’ għajnuna - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-persunal - Fastidju psikoloġiku minn superjur ġerarkiku - Ċaħda tat-talba li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva - Rikors manifestament inammissibbli))

2014/C 421/79

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CL (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva sabiex jiġu stabbiliti jew ippreċiżati l-fatti li taw lok għall-fastidju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CL għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013, p. 32.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/56


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 – Probst vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjal - Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal eżami mill-ġdid - Fatti ġodda u sostanzjali - Rikors manifestament inammissibbli))

2014/C 421/80

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Norbert Probst (Genval, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatax il-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

N. Probst għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013, p. 34.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/57


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2014 – Moriarty vs Il-Parlament

(Kawża F-98/13) (1)

((Servizz pubbliku - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2012 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali promossi - Att manifestament infondat fid-dritt))

2014/C 421/81

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rainer Moriarty (Colmar-Berg, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Despotopoulou u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012, sa fejn, minn naħa, din ma ssemmix isem ir-rikorrent fost l-uffiċjali fil-grad AST 6, mhux attestati, li ġew promossi għall-grad AST 7 u, min-naħa l-oħra, sa fejn din fiha l-isem ta’ uffiċjal ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ta’ R. Moriarty huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

R. Moriarty għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013, p. 40.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/57


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-118/13) (1)

((Servizz pubbliku - Kwistjonijiet proċedurali - Inammissibbiltà manifesta))

2014/C 421/82

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera dwar il-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2001 u l-31 ta’ Diċembru 2002 u għall-annullament ta’ punti ta’ mertu mogħtija matul il-proċedura ta’ promozzjoni 2003.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014, p. 53


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/58


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2014 – ZZ vs L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

(Kawża F-39/14)

2014/C 421/83

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġġeddidx u l-kumpens għad-dannu morali subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni ESMA/2013/ED/23, tat-28 ta’ Ġunju 2013, dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas danni kumpensatorji fl-ammont ta’ EUR 20  000 għad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/58


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-53/14)

2014/C 421/84

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: V. Simeons, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet li jirtiraw kemm il-benefiċċju tal-allowance għal wild dipendenti mogħti lir-rikorrenti favur ommha u li jneħħu l-kopertura tagħha mis-Sistema Komuni ta’ Assigurazzjoni għall-Mard tal-Istituzzjonijiet Ewropej (SKAM) u annullament tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru ta’ ammonti mħallsa lir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla t-tliet deċiżjonijiet tal-PMO.1, tal-20 ta’ Awwissu 2013, li rrevokaw iddeċiżjonijiet li inizjalment kienu jagħtuha l-allowance għall-manteniment ta’ omm ir-rikorrenti fil-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2010 sat-28 ta’ Frar 2013 (deċiżjonijiet tal-11 ta’ Mejju 2010, 5 ta’ Mejju 2011 u 16 ta’ Jannar 2012);

jannulla d-deċiżjoni tal-PMO.3, tal-25 ta’ Settembru 2013, li tirrevoka l-kopertura tas-SKAM ta’ ommha u li tinformaha dwar l-irkupru tar-rimbors tal-ispejjeż mediċi;

jannulla d-deċiżjoni tal-PMO.1, tat-23 ta’ Ottubru 2013, dwar l-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament taħt l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal;

sa fejn huwa neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Marzu 2014 li tiċħad l-ilment;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/59


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/14)

2014/C 421/85

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrenti, li kellu jkun għal żmien indeterminat.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Ottubru 2013 li ma jingħatax it-tiġdid tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt, li kellu jkun għal żmien indeterminat.

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti tas-6 ta’ Marzu 2014 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-15 ta’ Novembru 2013, sa fejn isemmi elementi addizzjonali li ma humiex inklużi fid-deċiżjoni kkontestata tal-31 ta’ Ottubru 2013;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/60


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/14)

2014/C 421/86

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Massaux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni dixxiplinari li tikkonsisti fi twissija lir-rikorrent, fi tmiem ta’ investigazzjoni dixxiplinari u l-għoti ta’ danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ Marzu 2014 innotifikata fl-20 ta’ Marzu 2014 u sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tas-6 ta’ Settembru 2013 adottata mid-DĠ Riżorsi Umani u Sigurtà;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu s-somma evalwata ex aequo et bono għal EUR 5  000;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/60


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/14)

2014/C 421/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tal-proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz fir-rigward tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Novembru 2013 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni akkwistati mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/61


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-61/14)

2014/C 421/88

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tingħatax promozzjoni għall-grad ta’ AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2013.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tingħatax promozzjoni għall-grad ta’ AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2013;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/61


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-63/14)

2014/C 421/89

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet

jiddikjara illegali u għaldaqstant, inapplikabbli, l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjonijiet li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħhom fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/62


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-85/14)

2014/C 421/90

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett

L-inapplikabbiltà tal-Artikoli 7 tal-Anness V u 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-persunal, kif emendati bir-Regolament Nruo1023/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra u l-annullament tad-deċiżjonijiet li jirrevokaw l-benefiċċju tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni sal-post tal-oriġini u li jħassar il-leave għal raġuni ta’ distanza.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara illegali l-Artikoli 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-persunal u 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-persunal;

tannulla d-deċiżjoni li ma tagħtix iktar leave għal raġuni ta’ distanza kif ukoll ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali lir-rikorrenti, sa mis-sena 2014;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/62


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-89/14)

2014/C 421/91

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni u l-kundanna għall-ħlas tagħha, flimkien mal-interessi, mid-dħul fil-kariga tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrenti l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni, adottata fil-11/11/2013 bħala Awtorità tal-Ħatra (PMO), innotifikata fid-19/11/2013;

tikkundanna lill-konvenuta tħallasha din l-allowance mid-data tad-dħul tagħha fis-servizz tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-konvenuta tħallasha l-interessi bir-rata applikata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet ta’ rifinanzjament tiegħu fuq l-ammont li jikkorrispondi għal kull waħda minn dawn l-allowances, mid-data li fiha din kienet dovuta u sal-ħlas komplet;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/63


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-91/14)

2014/C 421/92

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas u M. de Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mill-ewwel rikorrent qabel ma’ beda jaħdem mal-Kunsill u d-deċiżjoni li tiffissa n-numru ta’snin ta’ servizz definittivament miksuba mit-tieni rikorrent skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/63


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs BĊE

(Kawża F-95/14)

2014/C 421/93

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE li r-rikorrent ma jingħatax żieda addizzjonali fis-salarju, fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-bonuses, għas-sena 2014.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv, adottata fil-25 ta’ Frar 2014 u kkomunikata lill-persunal fit-3 ta’ Marzu 2014, li r-rikorrent ma jingħatax żieda addizzjonali fis-salarju għas-sena 2014;

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-appell speċjali, iddatata l-1 ta’ Lulju 2014 u rċevuta fit-8 ta’ Lulju 2014;

jekk ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tal-kap tad-dipartiment kompetenti/DG-H li ma kkunsidrax u lanqas ippropona lir-rikorrenti għal ASA, ikkomunikata impliċitament permezz tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-25 ta’ Frar 2014 u permezz tad-deċiżjoni li tiċħad l-appell speċjali tal-1 ta’ Lulju 2014;

jordna l-kumpens għad-dannu materjali li jikkonsisti fit-telf ta’ opportunità li jinkiseb ASA fl-2014, ivvalutat fl-ammont ta’ EUR 54  635 jew alternattivament fl-annullament tal-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni tal-25 ta’ Frar 2014 u l-organizzazzjoni mill-BĊE ta’ proċedura ġdida għall-għoti ta’ żidiet addizzjonali tas-salarju għas-sena 2014;

jikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-danni morali ivvalutati ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 5  000;

jikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/64


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-31 ta’ Marzu 2014 – BO vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-121/11) (1)

2014/C 421/94

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012, p. 72.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/64


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-31 ta’ Marzu 2014 – CK vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-3/13) (1)

2014/C 421/95

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 129, 04.05.2013, p. 31.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/64


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ April 2014 – Lecolier vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/13) (1)

2014/C 421/96

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 3344, 23/11/2013, p. 69.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/65


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Mejju 2014 – Deweerdt et vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-105/13)

2014/C 421/97

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/65


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ April 2014 – Lecolier vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-123/13) (1)

2014/C 421/98

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014, p. 54.


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/65


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Mejju 2014 – Deweerdt u Lebrun vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-2/14) (1)

2014/C 421/99

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 61, 01.03.2014, p. 22


24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/65


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ April 2014 – Lecolier vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-18/14)

2014/C 421/100

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.