ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.195.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 195

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
3 ta' Lulju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 195/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6592 – Naxicap/Achares/Pro-Struct/Accent Jobs for People) ( 1 )

1

2012/C 195/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6546 – Ericsson/Technicolor Broadcasting Services) ( 1 )

1

2012/C 195/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6559 – Eurochem Trading GMBH/K+S Nitrogen) ( 1 )

2

2012/C 195/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6583 – KIB/BDMI/Bidmanagement) ( 1 )

2

2012/C 195/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6614 – Samsung Electronics/Samsung Mobile Display) ( 1 )

3

2012/C 195/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6617 – Trafigura/Baycliffe/Blue Ocean) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 195/07

Rata tal-kambju tal-euro

4

2012/C 195/08

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija matul il-laqgħa tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2011 li tikkonċerna abbozz ta’ deċiżjoni preliminari dwar Każ COMP/M.5830 – Olympic/Aegean – Relatur: Ir-Renju Unit

5

2012/C 195/09

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/M.5830 – Olympic/Aegean Airlines

7

2012/C 195/10

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.5830 – Olympic/Aegean Airlines) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 316 finali)  ( 1 )

11

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 195/11

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6592 – Naxicap/Achares/Pro-Struct/Accent Jobs for People)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 195/01

Fil-25 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6592. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6546 – Ericsson/Technicolor Broadcasting Services)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 195/02

Fit-22 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6546. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6559 – Eurochem Trading GMBH/K+S Nitrogen)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 195/03

Fil-25 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6559. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6583 – KIB/BDMI/Bidmanagement)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 195/04

Fid-19 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6583. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6614 – Samsung Electronics/Samsung Mobile Display)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 195/05

Fid-19 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6614. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6617 – Trafigura/Baycliffe/Blue Ocean)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 195/06

Fil-25 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6617. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Lulju 2012

2012/C 195/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2593

JPY

Yen Ġappuniż

100,51

DKK

Krona Daniża

7,4343

GBP

Lira Sterlina

0,80410

SEK

Krona Żvediża

8,7440

CHF

Frank Żvizzeru

1,2015

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5255

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,515

HUF

Forint Ungeriż

286,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6967

PLN

Zloty Pollakk

4,2205

RON

Leu Rumen

4,4503

TRY

Lira Turka

2,2775

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2283

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2808

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7676

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5667

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5959

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 440,68

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,2766

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9948

HRK

Kuna Kroata

7,5165

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 821,43

MYR

Ringgit Malażjan

3,9833

PHP

Peso Filippin

52,722

RUB

Rouble Russu

41,0527

THB

Baht Tajlandiż

39,819

BRL

Real Brażiljan

2,5347

MXN

Peso Messikan

16,7865

INR

Rupi Indjan

69,8180


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija matul il-laqgħa tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2011 li tikkonċerna abbozz ta’ deċiżjoni preliminari dwar Każ COMP/M.5830 – Olympic/Aegean

Relatur: Ir-Renju Unit

2012/C 195/08

Konċentrazzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għandha dimensjoni Komunitarja skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-suq

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq rilevanti fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

B’mod partikolari, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li f’dan il-każ tħalli miftuħa

(a)

id-distinzjoni bejn passiġġieri bl-ajru sensittivi għall-fattur tal-ħin u dawk mhux sensittivi għall-fattur tal-ħin; u

(b)

l-inklużjoni, fis-suq rilevanti, ta’ servizzi bil-lanċa għall-passiġġieri li mhumiex sensittivi għall-ħin u l-passiġġieri kollha fuq is-7 rotot li huma speċifikati fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

Is-sitwazzjoni fin-nuqqas tal-fużjoni (evalwazzjoni kontrofattwali)

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-iskop tal-valutazzjoni tal-kompetizzjoni tal-fużjoni proposta, l-aktar sitwazzjoni probabbli fin-nuqqas ta’ fużjoni (l-evalwazzjoni kontrofattwali rilevanti) hija dik fejn Aegean u Olympic Air jibqgħu joperaw f’kompetizzjoni attwali fuq 10 rotot Griegi domestiċi u fuq numru ta’ rotot internazzjonali kif speċifikat fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

Valutazzjoni tal-kompetizzjoni

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata twassal għal tfixkil sinifikanti fil-kompetizzjoni effettiva minħabba l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni attwali bejn Aegean u Olympic Air fuq id-9 rotot domestiċi li ġejjin:

(a)

Ateni–Tessaloniki

(b)

Ateni–Eraklejon

(c)

Ateni–Ċanja

(d)

Ateni–Rodi

(e)

Ateni–Santorini,

(f)

Ateni–Mytilini,

(g)

Ateni–Chios,

(h)

Ateni–Kos, u

(i)

Ateni–Samos.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta tista’ tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’riżultat tal-eliminazzjoni ta’ kumpanija ġdida kredibbli potenzjali li tidħol fis-suq fuq ir-rotta Ateni–Korfù.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta ma ttellifx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’dak li jikkonċerna s-suq għall-attribuzzjoni tar-rotot PSO fil-Greċja.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta ma ttellifx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’dak li jikkonċerna s-suq għal servizzi ta’ ġestjoni fuq l-art fil-Greċja.

Dħul

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-ebda daħla wara l-fużjoni ma hu probabbli li sseħħ minn trasportaturi internazzjonali u/jew domestiċi li jistabbilixxu bażi fl-ajruport ta’ Ateni fil-futur viċin.

Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-partijiet

10.

Għalkemm mhux imressqa formalment mill-Partijiet Notifikanti, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni tal-kriterji tad-difiża tal-kumpanija li qed tfalli u mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li dawn il-kriterji mhux se jkunu ssodisfati f’dan il-każ.

Impenji offruti mill-Partijiet Notifikanti

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Partijiet Notifikanti fis-6 ta’ Diċembru 2010 ma jindirizzawx b’mod adegwat it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat matul l-investigazzjoni tas-suq u għalhekk mhux probabbli li dawn jeliminaw it-tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li jirriżulta mill-fużjoni.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Partijiet Notifikanti fis-6 ta’ Diċembru 2010 m’għandhomx iwasslu għal dħul probabbli, f’waqtu u suffiċjenti minn xi linja tal-ajru waħda jew aktar.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li, fin-nuqqas ta’ dħul f’waqtu, probabbli u suffiċjenti, l-istess eżistenza tal-impenji m’għandhiex timponi dixxiplina fuq l-entità li tkun għamlet il-fużjoni u tikkumbatti effetti antikompetittivi tat-tranżazzjoni proposta.

Konklużjoni

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li, b’kunsiderazzjoni għall-effetti antikompetittivi tat-tranżazzjoni proposta, u fin-nuqqas ta’ rimedju adegwat, il-konċentrazzjoni notifikata għandha tkun iddikjarata inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.


3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/7


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/M.5830 – Olympic/Aegean Airlines

2012/C 195/09

INTRODUZZJONI

It-tliet gruppi ta’ kumpaniji Griegi, Vassilakis, Marfin Investment u Laskaridis (flimkien “il-Partijiet Notifikanti”) fl-24 ta’ Ġunju 2010 nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-akkwist tal-kontroll konġunt tagħhom permezz tax-xiri ta’ ishma ta' kumpanija li kienet għadha kif kienet is-suġġett ta’ fużjoni, inklużi l-impriżi tal-kumpaniji tal-Aegean Airlines SA u Olympic Air SA.

Meta eżaminat in-notifika, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjoni taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) u li l-operazzjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibiltà tagħha mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Għaldaqstant, fit-30 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni bdiet proċeduri u fetħet investigazzjoni tal-Fażi II skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

IL-PROĊEDURA FIL-FAŻI II

Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet intbagħtet lill-Partijiet Notifikanti fl-20 ta’ Ottubru 2010 (id-“DO”), fejn il-Kummissjoni stabbiliet il-konklużjoni preliminari tagħha li l-konċentrazzjoni kienet ser ittellef b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal trasport bl-ajru skedat għall-passiġġieri fuq 11-il rotta domestika Griega u żewġ rotot internazzjonali minħabba l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni attwali, kif ukoll fuq ħames rotot domestiċi Griegi minħabba l-eliminazzjoni ta’ kompetizzjoni potenzjali; barra minn dan, fuq is-suq għall-għotja ta’ rotot b’Obbligu ta’ Servizz Pubbliku (“OSP”) fil-Greċja u fuq is-suq għall-fornitura ta’ servizzi ta’ ground handling fl-ajruporti Griegi. Il-Partijiet Notifikanti ssottomettew kummenti bil-miktub fuq id-DO fiż-żmien stabbilit fil-5 ta’ Novembru 2010.

AĊĊESS GĦALL-FAJL

Wara li ngħataw aċċess għall-fajl, il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw talba lili fit-3 ta’ Novembru 2010 għal aktar aċċess għal xi informazzjoni li tinstab fil-fajl, li kienet ġiet oskurata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità mill-fornitur tal-informazzjoni (l-“informazzjoni mitluba”). Il-Partijiet Notifikanti ddikjaraw li l-informazzjoni mitluba tista’ tinkludi informazzjoni dwar id-dħul fis-swieq rilevanti ta’ kompetitur potenzjali, li kien ikollu impatt fuq l-analiżi tal-kompetizzjoni. Wara valutazzjoni tad-dikjarazzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità li saru mill-fornitur tal-informazzjoni, ingħata aċċess sħiħ lill-Partijiet Notifikanti għal parti mill-informazzjoni mitluba. Għal partijiet oħra tal-informazzjoni mitluba, il-fornitur tal-informazzjoni qabel li jkun hemm żvelar limitat lill-konsulent legali estern li qed jirrappreżenta lill-Partijiet Notifikanti taħt ftehim dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jirristrinġi l-użu tal-informazzjoni aċċessibbli b’dan il-mod. Il-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tagħha ta’ aċċess għall-fajl, kienet diġà pprovdiet lill-Partijiet Notifikanti b’aċċess għal informazzjoni oħra fil-fajl taħt proċedura simili ta’ ftehim dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. Barra minn dan, rigward il-parti li kien fadal tal-informazzjoni mitluba, jien sibt li din kienet tikkostitwixxi sigrieti kummerċjali, u li l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni ma kienx neċessarju għall-protezzjoni tad-drittijiet għad-difiża tal-Partijiet Notifikanti. Id-deċiżjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 8 tal-Mandat, ġiet ikkomunikata lill-Partijiet Notifikanti fl-10 ta’ Novembru 2010. Il-Partijiet Notifikanti m’għamlu l-ebda kumment ieħor dwar din il-kwistjoni.

AMMISSJONI TA’ PARTIJIET TERZI

Talbiet għall-ammissjoni fil-proċeduri ġew irċevuti minn dawn is-seba’ partijiet terzi: Athens Airways SA, EKPIZO – l-assoċjazzjoni tal-konsumaturi Griega, Goldair Handling SA, Swissport Hellas SUD SA, Swissport International Ltd, Swissport Hellas SA, Sky Express SA u Hellenic Airline Pilots Association (“HALPA”). Jiena tajt permess lill-partijiet kollha ħlief lil Swissport International Ltd, Swissport Hellas SA u Sky Express SA, li ma rrispondewx għal talbiet għal kjarifika u għal informazzjoni addizzjonali.

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni (3) il-partijiet terzi ammessi ngħataw informazzjoni dwar in-natura u s-suġġett tal-proċeduri u ġew mistiedna mill-Kummissjoni biex jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni kompliet tipprovdihom b’aktar informazzjoni matul il-proċeduri.

Il-Partijiet Notifikanti talbu li l-istat tal-parti terza interessata mogħti lil Athens Airways jiġi rtirat. Huma sostnew li Athens Airways ma setgħetx tibqa’ turi interess suffiċjenti fil-proċeduri peress li din ma kinitx għadha topera fis-suq domestiku Grieg għat-trasportazzjoni bl-ajru ta’ passiġġieri sa minn Settembru 2010. Il-Partijiet Notifikanti ġew notifikati li l-bidla fl-operazzjonijiet ta’ Athens Airways ma kinitx tfisser li din ma kienx għad kellha interess biżżejjed. Il-Partijiet Notifikanti sostnew it-talba tagħhom, li fl-aħħar mill-aħħar ġiet irrifjutata fuq il-bażi li Athens Airways uriet interess biżżejjed fil-proċeduri, peress li f’dak iż-żmien kien jidher, prima facie, li din kienet kompetitur potenzjali u li kienet ipparteċipat b’mod attiv fil-proċeduri.

Wara eżami tat-talbiet bil-miktub tagħhom biex jattendu s-Smigħ Orali, jien aċċettajt lil Athens Airways, EKPIZO, u Swissport Hellas SUD. Goldair Handling m'għamlitx talba biex tattendi s-Smigħ Orali. HALPA m’attendietx is-Smigħ Orali peress li t-talba tagħha biex tiġi aċċettata bħala parti terza interessata ġiet sottomessa u aċċettata biss wara li s-Smigħ kien diġà seħħ.

IS-SMIGĦ ORALI

Fir-risposta tagħhom għad-DO, il-Partijiet Notifikanti eżerċitaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu fi Smigħ orali, li seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010.

Fuq in-naħa tal-Partijiet Notifikanti, rappreżentanti minn Marfin Investment Group u Vassilakis attendew is-Smigħ, mgħejjuna mill-konsulent legali estern tagħhom u l-esperti ekonomiċi. Għall-Kummissjoni, għas-Smigħ Orali attendew xi membri tal-Kabinett tal-Kummissarju u Viċi President Almunia u membri mill-maniġment superjuri tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, it-tim tal-każ, it-Tim Kap tal-Ekonomisti kif ukoll rappreżentanti mis-Servizz Legali, id-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija u d-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport.

Fuq talba tal-Partijiet Notifikanti, parti mis-Smigħ saret bħala sessjoni in camera.

IL-FAŻI TA’ WARA S-SMIGĦ ORALI

Wara s-Smigħ, il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw l-ewwel grupp ta’ impenji fit-12 ta' Novembru 2010 li ġew sostitwiti minn pakkett rivedut sostanzjalment wara laqgħa sabiex jiġi stabbilit x'inhi s-sitwazzjoni kurrenti mad-DĠ Kompetizzjoni. L-impenji kienu marbuta mas-suq tat-trasport bl-ajru għall-passiġġieri fuq erba’ rotot domestiċi Griegi fejn Olympic Air u Aegean Airlines fil-fatt huma kompetituri u mas-suq għall-għoti ta’ rotot OSP fil-Greċja. Dawn kienu magħmula mill-għoti ta’ slots u miżuri anċillari oħra bħall-possibbiltà għal parteċipant ġdid fis-suq li jikkonkludi ftehimiet ftehimiet bejn il-linji mal-entità li ngħaqdet. Il-Kummissjoni bdiet test fis-suq sabiex tiġbor opinjonijiet dwar l-effettività tal-impenji sottomessi u l-kapaċità tagħhom li jsostnu l-kompetizzjoni.

Fit-18 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni Supplementari tal-Oġġezzjonijiet (id-“DSO”). Fid-DSO, il-Kummissjoni ċċarat li t-tranżazzjoni kienet ser ittellef b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fuq 10 rotot domestiċi Griegi irrispettivament mid-definizzjoni preċiża tas-suq u partikolarment irrispettivament minn jekk is-suq għandux ikun maqsum aktar f'passiġġieri sensittivi għall-fattur tal-ħin u passiġġieri li mhumiex sensittivi għall-fattur tal-ħin, peress li l-valutazzjoni kompetittiva kienet se tibqa’ essenzjalment l-istess, anke jekk kellu jkun ikkunsidrat suq li jinkludi l-passiġġieri kollha. Din imbagħad stmat l-impatt tal-kompetizzjoni tat-tranżazzjoni notifikata essenzjalment bl-istess mod bħal qabel fid-DO. Il-Partijiet Notifikanti rrispondew fit-23 ta’ Novembru 2010 mingħajr ma talbu smigħ orali. Minflok, il-Partijiet Notifikanti talbu, u ngħataw, il-possibbiltà li jħabbru l-opinjonijiet tagħhom b'mod orali waqt laqgħa mad-DĠ Kompetizzjoni.

Fis-6 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni bagħtet Ittra tal-Fatti (“ItF”) lill-Partijiet Notifikanti. L-ItF tittratta esklużivament l-effetti tal-kompetizzjoni bil-lanċa fuq is-swieq rilevanti u żżid analiżi ekonomika fl-appoġġ tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni stabbiliti fid-DO u fid-DSO. Din tikkonkludi li servizzi bil-lanċa huma biss sostituti fil-bogħod għal servizzi ta' vjaġġar bl-ajru.

Il-Partijiet Notifikanti argumentaw li l-ItF qajmet diversi kwistjonijiet proċedurali. L-ewwel nett, dawn qiesu li huma ma kellhomx aċċess biżżejjed għal dejta sottostanti sabiex ikunu jistgħu jikkummentaw b’mod adatt dwar l-analiżi ekonomika li tinstab fl-ItF. F’risposta, il-Kummissjoni organizzat kamra għad-dejta, bi ftehim mal-fornituri tal-informazzjoni, biex jingħata aċċess għad-dejta sottostanti lill-konsulentti ekonomiċi tal-Partijiet Notifikanti taħt kundizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità. Peress li ma rċevejt l-ebda kumment ieħor dwar dan, jiena nqis li din il-kwistjoni kienet riżolta.

It-tieni nett, il-Partijiet Notifikanti qiesu li l-ItF kienet tinkludi materjal u analiżi ġodda, u għalhekk il-Kummissjoni kellha tindirizzahom f’DSO minflok. Huma talbu wkoll li jinstemgħu dwar l-ItF matul smigħ orali. Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Diċembru 2010, jien irrifjutajt it-talba tal-Partijiet Notifikanti għal tali smigħ. Jiena qist li l-ItF ma kienet tinkludi l-ebda oġġezzjonijiet ġodda jew modifikati, iżda li din kienet tirreferi għal evidenza miġbura mill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tad-DO li kienet ippreżentata parzjalment fid-DO u appoġġjat biss l-oġġezzjonijiet diġà stabbiliti fid-DO u fid-DSO. Għalhekk, il-Partijiet Notifikanti ma setgħux jistrieħu fuq xi dritt għal smigħ orali dwar l-ItF. Barra minn dan, filwaqt li l-Kummissjoni għandha diskrezzjoni taħt l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni biex torganizza smigħ orali ieħor, jiena wasalt għall-konklużjoni li, f'dan il-każ, dan ma kienx iġġustifikat peress li l-kwistjonijiet koperti fl-ItF kellhom ambitu limitat u l-Partijiet Notifikanti setgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-dritt tagħhom biex jinstemgħu billi jissottomettu kummenti bil-miktub dwar l-ItF. Il-Kummissjoni madankollu qablet li ssir laqgħa, li ġiet organizzata fis-17 ta’ Diċembru 2010, mal-Partijiet Notifikanti sabiex jiddiskutu l-kwistjonijiet ippreżentati fl-ItF.

Fl-aħħar nett, fir-risposta tagħhom għall-ItF, il-Partijiet Notifikanti oġġezzjonaw għall-ħruġ tal-ItF fil-jum 70 tal-proċedura tal-Fażi II għax dan kien jikser id-drittijiet tagħhom għal difiża u jikser id-dritt tagħhom għall-proċess skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Huma ddikjaraw li huwa kontra l-proċess dovut għalihom li huma ssottomettew proposti ta’ impenji filwaqt li l-ItF uriet li kien għad baqa’ ċerti kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni għall-Kummissjoni. Barra minn dan, huma argumentaw li l-mument meta nħarġet l-ItF kien ifisser li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkunsidra r-risposta tagħhom għall-ItF qabel ma din tibda tivvaluta r-risposti għall-inkjesta tas-suq li tikkonċerna l-aktar proposta ta’ impenn reċenti tagħhom. Madankollu, ma kienet sottomessa l-ebda talba speċifika lili fir-rigward ta’ din l-oġġezzjoni. Jien qist, xorta waħda, li l-oġġezzjoni kienet bla bażi u ddeċidejt li ma kienet meħtieġa l-ebda azzjoni. Kien diġà ġie evidenzjat li l-ItF ma kienet se tbiddel l-ebda waħda mill-oġġezzjonijiet eżistenti. Għalhekk, ma setgħetx taffettwa b’mod negattiv il-kapaċità tal-Partijiet Notifikanti li jipproponu impenji lill-Kummissjoni. Barra minn dan, ma kien hemm l-ebda raġuni li wieħed jassumi li l-Kummissjoni ma kinitx se tkun tista’ tqis ir-risposta tal-Partijiet Notifikanti għall-ItF u l-konsegwenzi putattivi għall-aħħar proposta ta’ impenji. Fil-fatt, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, huwa sal-konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv li l-partijiet għandhom dritt li jagħmlu magħrufa l-opinjonijiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni, u din tal-aħħar hija obbligata li tikkunsidra kwalunkwe kumment sottomess lilha sa dak iż-żmien. Fl-aħħar nett, meta tivvaluta l-ksur allegat tad-dritt għad-difiża u għall-proċess dovut, huwa neċessarju li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa għall-għaġġla, li tikkaratterizza l-iskema ġenerali tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. (4) Għalhekk, ħafna drabi ma jistax jiġi evitat li l-passi proċedurali neċessarji jidħlu fuq xulxin, u dawn ma jistgħux jinżammu separati b’mod riġidu.

AKTAR IMPENJI U TTESTJAR TAS-SUQ

Wara r-riżultati preliminari tal-ewwel test tas-suq, il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw lill-Kummissjoni grupp ġdid ta’ impenji fid-29 ta’ Novembru 2010 li sussegwentement ġew modifikati fis-6 ta’ Diċembru 2010. Dawn l-impenji komplew jestendu l-ambitu tal-impenji sabiex ikopru d-9 rotot domestiċi kollha li dwarhom fil-fatt kien hemm tħassib għall-kompetizzjoni, u li kienu jinkludu wkoll aċċess mhux diskriminatorju għal servizzi ta’ ground handling u servizzi ta’ manutenzjoni, tiswija u eżami bir-reqqa qabel it-tiswija fl-Ajruport ta’ Ateni jew fi kwalunkwe ajruport f’destinazzjoni oħra għall-pari tal-ibliet rilevanti identifikati. Il-Kummissjoni nidiet it-tieni test tas-suq fis-6 ta’ Diċembru 2010 u wara informat lill-Partijiet Notifikanti dwar ir-riżultat tal-laqgħa sabiex jiġi stabbilit x'inhi s-sitwazzjoni attwali.

Jien ma kontx mitlub biex neżamina l-oġġettività taż-żewġ inkjesti tas-suq magħmula mill-Kummissjoni biex tivvaluta l-impatt tal-kompetizzjoni tal-pakketti tal-impenji mill-Partijiet Notifikanti. (5) Għalhekk jidher li ma qamet l-ebda kwistjoni f’dan ir-rispett.

L-ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI

L-abbozz tad-deċiżjoni finali li jipprojbixxi l-konċentrazzjoni proposta ma jsostnix l-oġġezzjonijiet kollha stabbiliti fid-DO. Ċerti oġġezzjonijiet twaqqgħu, partikolarment dawk relatati mat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru fuq iż-żewġ rotot internazzjonali u fuq diversi rotot domestiċi. (6) It-tħassib dwar il-kompetizzjoni inkluż fid-DO relatat mas-swieq Griegi għall-għoti ta’ rotot OSP u l-provvista ta’ servizzi ta’ ground handling, twaqqa’ wkoll.

Fir-rigward tar-rotta Ateni-Alexandroupolis, id-DO kien wasal għall-konklużjoni preliminari li l-konċentrazzjoni proposta kienet twassal għal tfixkil fil-kompetizzjoni attwali bejn Aegean Airlines u Olympic Air. Madankollu, l-informazzjoni dsponibbli fi stadju avvanzat tal-proċeduri wriet li Olympic Air ma kinitx se topera din ir-rotta fl-istaġun tas-sajf 2011. Partikolarment fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien ser ikun hemm l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni attwali b’riżultat tal-konċentrazzjoni proposta fuq din ir-rotta. L-abbozz tad-deċiżjoni ppreżentat lill-Kumitat Konsultattiv madankollu kkonkluda li l-konċentrazzjoni proposta kienet se twassal għal tfixkil ta’ kompetizzjoni potenzjali bejn Aegean Airlines u Olympic Air. Jien qist li dan kien ser jikser id-dritt tal-Partijiet Notifikanti li jinstemgħu, peress li ma kinux ingħataw l-opportunità li jesponu l-opinjonijiet tagħhom dwar din l-oġġezzjoni modifikata. Jiena infurmajt lill-Kummissarju u Viċi President Almunia, lill-Kumitat Konsultattiv u lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni dwar dan. Sussegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma ssostnix din l-oġġezzjoni modifikata fl-abbozz tad-deċiżjoni finali.

L-abbozz tad-deċiżjoni finali għalhekk isostni biss l-oġġezzjonijiet li jikkonċernaw it-tfixkil ta’ kompetizzjoni effettiva attwali dwar is-swieq għal trasport tal-passiġġieri bl-ajru fuq disa’ rotot domestiċi (7) kif ukoll it-tfixkil ta’ kompetizzjoni potenzjali fuq rotta domestika waħda. (8) Dwar dawn l-oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni tat bis-sħiħ lill-Partijiet Notifikanti d-dritt li jesponu l-opinjoni tagħhom.

KONKLUŻJONI

Jiena għaldaqstant inqis li d-dritt tal-parteċipanti kollha li jesponu l-opinjoni tagħhom ġie rrispettat bis-sħiħ f’dan il-każ.

Brussell, id-19 ta’ Jannar 2011.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza ta' uffiċjali tas-seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21 (il-“Mandat”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1). B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) introduċa ċertu tibdil, bħas-sostituzzjoni ta’ “Komunità” b’“Unjoni” u “suq komuni” b’“suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE ser tintuża f’dan ir-rapport kollu.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1). Dan ir-Regolament kien emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008 (ĠU L 279, 22.10.2008, p. 3).

(4)  Ara l-Kawża T-210/01, General Electric v Il-Kummissjoni [2005] Ġabra II-5575, paragrafu 702.

(5)  L-Artikolu 14 tal-Mandat.

(6)  Ateni–Mykonos u Ateni–Alexandroupolis fir-rigward ta’ tfixkil attwali tal-kompetizzjoni allegat fid-DO, u Ateni–Limnos, Ateni–Kavala, Ateni–Kefallonia, u Ateni–Ioannina fir-rigward tat-tfixkil potenzjali tal-kompetizzjoni allegat fid-DO.

(7)  Ir-rotot huma: Ateni–Tessaloniki, Ateni–Eraklijon, Ateni–Chania, Ateni–Rodi, Ateni–Santorini, Ateni–Mytilini, Ateni–Chios, Ateni–Kos u Ateni–Samos.

(8)  Ir-rotta konċernata hija Ateni–Korfù.


3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/11


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Jannar 2011

li tiddikjara konċentrazzjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE

(Każ COMP/M.5830 – Olympic/Aegean Airlines)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 316 finali)

(It-test bil-Ingliż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 195/10

Fis-26 ta’ Jannar 2011 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”)  (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni tista’ tinsab fil-lingwa awtentika tal-każ fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

(1)

Fl-24 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta (“it-tranżazzjoni”) skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) li permezz tagħha l-Grupp ta' kumpaniji Vassilakis, il-Greċja (“Vassilakis”), il-Marfin Investment Group, il-Greċja (“Marfin”) u l-Grupp ta’ kumpaniji Laskaridis, il-Greċja (“Laskaridis”) (kollettivament “il-Partijiet”) jakkwistaw il-kontroll konġunt permezz tax-xiri ta’ ishma fuq kumpanija magħquda ġdida (“entità amalgamata”) inkluż in-negozji tal-kumpaniji Griegi preċedentement indipendenti li ġejjin:

(a)

Aegean Airlines SA (“Aegean”); u

(b)

Olympic Air SA (“Olympic Air”), Olympic Handling SA (“Olympic Handling”) u Olympic Engineering SA (“Olympic Engineering”) (kollettivament “Olympic”).

I.   IL-PARTIJIET

(2)

Vassilakis huwa grupp ta’ kumpaniji Griegi ta’ sjieda privata b’investimenti fl-avjazzjoni (Aegean), is-servizzi tal-art (Goldair Handling), il-kiri ta’ karozzi kif ukoll l-importazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ karozzi.

(3)

Marfin huwa grupp tal-investiment b’investimenti fl-avjazzjoni (Olympic Air), is-servizzi tal-art (Olympic Handling), is-servizzi ta’ manutenzjoni, tiswija u tiġdid (Olympic Engineering), il-forniment tal-ikel abbord (Olympic Catering), it-trasport marittimu (inklużi l-linji tat-tbaħħir Superfast u Blue Star tal-Attica Group li huma attivi f’ħafna rotot bejn il-Greċja kontinentali u l-gżejjer fil-baħar Eġew kif ukoll servizzi oħra ta’ trasport ta’ karozzi-passiġġieri u tal-merkanzija attivi fil-Baħar Adrijatiku), is-setturi tal-kura tas-saħħa, tal-IT u tat-telekomunikazzjonijiet, tat-turiżmu u tar-rikreazzjoni, u tal-ikel u x-xorb.

(4)

Laskaridis huwa grupp ta’ kumpaniji ta’ sjieda privata b’investimenti fl-avjazzjoni (Aegean), it-trasport marittimu u t-tarzni, is-servizzi tal-art, it-turiżmu u l-beni immobbli.

(5)

Aegean huwa trasportatur bl-ajru Grieg indipendenti elenkat li jipprovdi trasport tal-passiġieri bl-ajru skedat u mikri (charter) kif ukoll trasport tal-merkanzija. Mill-1999, Aegean joffri titjiriet skedati fuq rotot domestiċi Griegi kif ukoll rotot qosra internazzjonali. Dan jopera bażi fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni u fil-preżent iservi aktar minn 45 destinazzjoni qasira (inklużi ċertu rotot tal-Obbligu ta’ Servizz Pubbliku). Aegean sar parti minn Star Alliance fit-30 ta’ Ġunju 2010 (2).

(6)

Olympic hija kkontrollata biss minn Marfin u tikkonsisti minn tliet entitajiet:

(i)

Olympic Air hija attiva fit-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Din bdiet topera fl-1 ta’ Ottubru 2009 wara l-privatizzazzjoni ta’ Olympic Airlines ta’ qabel li matulha Marfin akkwista l-marka kummerċjali, is-slotts u l-liċenzji tal-Olympic Airlines likwidata (3). Olympic Air topera hub fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni (Athens International Airport – “AIA”) u sservi madwar 40 destinazzjoni qasira (inklużi ċertu rotot tal-Obbligu ta’ Servizz Pubbliku). Din mhijiex parti minn l-ebda alleanza;

(ii)

Olympic Handling toffri firxa sħiħa ta’ servizzi tal-art f'39 ajruport Grieg, fejn isservi kemm lil Olympic Air kif ukoll linji tal-ajru ta’ partijiet terzi;

(iii)

Olympic Engineering fil-preżent għadha qed titwaqqaf u se tkun attiva fil-provvista ta’ servizzi ta’ manutenzjoni, tiswija u tiġdid li jvarjaw mill-ġestjoni ta’ avvenimenti ġenerali għal ajruplan wieħed għal pakketti sħaħ ta' appoġġ għall-ajruplani kummerċjali.

II.   IL-KONĊENTRAZZJONI U D-DIMENSJONI TAL-UE

(7)

It-tranżazzjoni tikkonċerna l-akkwist tal-kontroll konġunt fuq kumpanija magħquda ġdida u għalhekk tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(8)

It-tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-UE skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

III.   PROĊEDURA

(9)

Wara l-investigazzjoni tas-suq tal-ewwel fażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u qajmet dubbji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE. Bħala riżultat, fit-30 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni bdiet proċeduri skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(10)

L-investigazzjoni tas-suq tat-tieni fażi kkonfermat l-eżistenza ta’ tħassib dwar il-kompetizzjoni fuq numru ta’ swieq li wassal għall-ħruġ ta’ Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) fl-20 ta’ Ottubru 2010. Il-Partijiet kellhom l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom permezz ta’ tweġiba bil-miktub għad-DO u f’Seduta ta’ Smigħ li saret fil-11 ta' Novembru 2010. Fit-18 ta’ Novembru 2010 ntbagħtet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet Supplimentari (“DOS”) lill-Partijiet; u fis-6 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni bagħtet lill-Partijiet Ittra tal-Fatti.

(11)

Fit-12 ta’ November 2010, il-Partijiet issottomettew l-impenji tagħhom skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. L-impenji ġew modifikati fi tliet okkażjonijiet, li fl-aħħar wasslu għal sottomissjoni ta’ sett finali ta’ Impenji fis-6 ta’ Diċembru 2010. Sabiex tiġbor il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq dwar l-effettività tal-impenji proposti, il-Kummissjoni wettqet żewġ testijiet tas-suq.

(12)

Fis-26 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet deċiżjoni li tiddikjara t-tranżazzjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern u mal-ftehim ŻEE (id-“Deċiżjoni”).

IV.   IS-SWIEQ RILEVANTI

1.   Trasport bl-ajru ta’ passiġġieri

1.1.   L-approċċ tradizzjonali tal-par punt tal-oriġini/punt tad-destinazzjoni (O&D)

(13)

It-tranżazzjoni hija valutata abbażi tal-approċċ “punt ta’ oriġini/punt ta’ destinazzjoni” (O&D), jiġifieri kull O&D jikkostitwixxi suq separat bil-karatteristiċi proprja f’termini ta’ struttura tal-passiġġieri u kwalifiki tal-prodott.

1.2.   Passiġġieri sensittivi għall-ħin vs mhux sensittivi għall-ħin

(14)

Il-Kummissjoni tradizzjonalment kienet tiddistingwi bejn żewġ kategoriji ta’ passiġġieri li għandhom sensittività għall-prezz differenti. Il-passiġġieri sensittivi għall-ħin (mhux sensittivi għall-prezz) normalment jivvjaġġaw għal skopijiet tan-negozju, ħafna drabi jeħtieġu flessibilità sinifikanti bil-biljetti tagħhom (bħal kanċellament u modifikazzjoni tal-ħin tat-tluq mingħajr spejjeż żejda eċċ) u huma lesti jħallsu prezzijiet ogħla għal din il-flessibilità. Klijenti li mhumiex sensittivi għall-ħin (sensittivi għall-prezz) normalment jivvjaġġaw għal skopijiet ta’ divertiment jew biex iżuru ħbieb u qrabat, tipikament jipprenotaw ħafna bil-quddiem, u ġeneralment ma jeħtiġux flessibilità bil-prenotazzjoni tagħhom.

(15)

L-investigazzjoni tas-suq uriet li passiġġieri sensittivi għall-ħin u passiġġieri mhux sensittivi għall-ħin jikkostitwixxu żewġ grupp distingwibbli ta’ passiġġieri. Madankollu, jista’ jitħalla miftuħ għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni jekk il-passiġġieri li huma sensittivi għall-ħin u dawk li mhumiex sensittivi għall-ħin jaqgħux f’żewġt iswieq separati jew jekk għandux jiġi definiti suq wieħed li jinkludi l-passiġġieri kollha minħabba li l-valutazzjoni kompetittiva tibqa’ l-istess irrispettivament mid-definizzjoni preċiża tas-suq.

1.3.   Sostituzzjoni Intermodali

(16)

Fid-definizzjoni tas-swieq O&D rilevanti għas-servizzi tat-trasport bl-ajru, il-Kummissjoni preċedentement ikkunsidrat alternattivi oħra tat-trasport safejn dawn huma sostitwibbli għat-trasport bl-ajru fuq ir-rotot affettwati (kompetizzjoni intermodali).

(17)

F'dan il-każ, il-Partijiet qalu li l-kompetizzjoni intermodali bil-mezzi ta' trasport tul korp tal-ilma hija rilevanti fuq ir-rotot Ateni–Herakleion, Ateni–Chania, Ateni–Rodi, Ateni–Mykonos, Ateni–Santorini, Ateni–Mytilini, Ateni–Chios, Ateni–Kos u Ateni–Samos tant li dawn il-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma għandhom jiġu inklużi fis-suq rilevanti flimkien mas-servizzi tal-ajru. Fl-istess mod, is-servizzi ferrovjarji għandhom jiġu inklużi fis-suq rilevanti fuq ir-rotta –Ateni-Tessaloniki.

(18)

Madankollu, l-investigazzjoni tas-suq uriet li t-trasport bil-mezzi ta' trasport tul korp tal-ilma ġeneralment huwa sostitut mill-bogħod għat-trasport bl-ajru fuq ir-rotot problematiċi kollha għaliex is-servizzi tal-mezzi ta' trasport tul korp tal-ilma joffru prodott differenti b’mod sinifikanti mis-servizzi tal-ajru fejn ivarjaw fuq dimensjonijiet kompetittivi importanti bħall-prezz, il-ħin totali tal-ivvjaġġar, id-disponibilità tal-iskedi kif ukoll il-kwalità, il-konvenjenza u l-affidabilità tas-servizz. L-investigazzjoni tas-suq uriet ukoll li la Aegean u lanqas Olympic Air ma jikkunsidraw il-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma fl-istabbiliment tal-prezzijiet tagħhom.

(19)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni tas-suq uriet li jeżistu differenzi konsiderevoli wkoll bejn is-servizzi ferrovjarji u tal-ajru fir-rigward ta' parametri kompetittivi importanti bħall-ħin tal-ivvjaġġar, il-livell ta' frekwenzi u l-kwalità u l-konvenjenza tas-servizz, u li l-ferrovija mhijiex perċepita bħala restrizzjoni rilevanti minn Aegean u Olympic Air u l-kompetituri tagħhom.

1.4.   Konklużjoni dwar id-definizzjonijiet tas-suq

(20)

Huwa konkluż li, fir-rigward tal-passiġġieri sensittivi għall-ħin, is-servizzi tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma u s-servizzi tal-ajru jifformaw parti minn żewġt iswieq separati, minbarra għar-rotta Ateni–Mykonos. Fuq ir-rotta Ateni–Mykonos, is-servizzi tal-ajru u s-servizzi tal-mezzi ta' trasport tul korp tal-ilma huma parti tal-istess suq tal-prodotti fir-rigward tal-passiġġieri sensittivi għall-ħin. Fir-rigward tas-swieq għal passiġġieri mhux sensittivi għall-ħin u l-passiġġieri kollha, il-kwistjoni ta’ jekk is-servizzi tal-ajru u s-servizzi tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jifformawx parti mill-istess suq tista’ titħalla miftuħa għall-iskop ta’ din id-Deċiżjoni, minbarra għar-rotot Ateni–Mykonos u Ateni–Rodi, għaliex il-valutazzjoni kompetittiva tibqa’ l-istess irrispettivament minn jekk is-servizzi tal-mezzi ta' trasport tul korp tal-ilma humiex inklużi jew le fis-suq rilevanti. Dan huwa għaliex kif se jintwera fl-analiżi rotta wara rotta, is-servizzi tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma huma biss sostituti mill-bogħod tas-servizzi tal-ajru fuq ir-rotot ta’ tħassib. Għar-rotta Ateni–Mykonos, is-servizzi tal-ajru u tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma huma parti tal-istess suq tal-prodotti fir-rigward tas-swieq għal passiġġieri li mhumiex sensittivi għall-ħin u għall-passiġġieri kollha. Għar-rotta Ateni–Rodi, is-servizzi tal-ajru u tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma mhumiex parti tal-istess suq tal-prodotti fir-rigward tas-swieq għal passiġġieri li mhumiex sensittivi għall-ħin u għall-passiġġieri kollha.

(21)

Fl-istess mod, fir-rigward tar-rotta Ateni-Tessaloniki, l-investigazzjoni tas-suq uriet li l-ferroviji mhumiex alternattiva reali għas-servizzi tal-ajru fuq din ir-rotta għaliex huma ta' kwalità ferm iżjed baxxa mis-servizzi tal-ajru. Għalhekk, is-servizzi ferrovjarji mhumiex inklużi fis-suq rilevanti għal kwalunkwe segment tal-passiġġieri fuq ir-rotta Ateni-Tessaloniki.

2.   Rotot tal-Obbligu ta’ servizz pubbliku (“OSP”)

(22)

Olympic Air u Aegean fil-preżent qed jikkompetu fis-suq għall-attribuzzjoni tar-rotot OSP fil-Greċja li jingħataw minn HCAA wara proċess ta’ sejħa għall-offerti.

(23)

Minħabba li huwa improbabbli li t-tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’dan is-suq, irrispettivament mid-definizzjoni preċiża tas-suq il-Kummissjoni ħalliet id-definizzjoni preċiża tas-suq tal-prodotti u ġeografiku miftuħa fir-rigward tas-suq għall-attribuzzjoni tar-rotot OSP fil-Greċja.

3.   Servizzi tal-Art

(24)

It-tranżazzjoni ħolqot suq affettwat vertikalment għas-servizzi tal-art f'ħafna ajruporti Griegi.

(25)

Skont il-preċedenti f’dan is-suq, is-suq rileventi tal-prodotti għall-provvista tas-servizzi tal-art jinkludi s-servizzi tal-art kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-ajruplani. Il-Kummissjoni ħalliet id-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku miftuħa fid-Deċiżjoni minħabba li huwa improbabbli li t-tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tas-suq tas-servizzi tal-art irrispettivament mid-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku.

4.   Swieq oħra

(26)

It-tranżazzjoni ħolqot swieq oħra affettwati, jiġifieri swieq għall-manutenzjoni, it-tiswija u t-tiġdid (“MTT”), il-forniment ta’ ikel abbord, u l-provvista ta’ postijiet bilqegħda għall-operaturi tal-ġiti. Id-definizzjoni preċiża tas-suq fir-rigward ta’ dawn is-swieq kollha tħalliet miftuħa fid-Deċiżjoni għaliex huwa improbabbli li t-tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta’ kwalunkwe minn dawn is-swieq, irrispettivament mid-definizzjoni preċiża tas-suq.

V.   VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA

1.   Qafas analitiku

(27)

Fil-valutazzjoni tagħha tal-effetti kompetittivi ta' tranżazzjoni, il-Kummissjoni trid tipparaguna s-sitwazzjoni ta' wara t-tranżazzjoni ma' sitwazzjoni li probabbli jkun hemm fin-nuqqas tat-tranżazzjoni (“kontrafattwali”).

(28)

Il-Partijiet jistqarru li s-suq Grieg huwa żgħir wisq biex jippermetti operazzjonijiet f’kompetizzjoni sostenibbli ta’ żewġ operaturi tas-servizz sħiħ bħal Aegean u Olympic Air u bħala riżultat ir-rotot kollha jistgħu jiġu operati b’mod profittabbli minn operatur wieħed biss. Għalhekk, il-Partijiet issottometti li huwa improbabbli li sitwazzjoni fejn Aegean u Olympic Air ikompli jikkompetu fuq numru ta’ rotot domestiċi u internazzjonali tipprevali fin-nuqqas tat-tranżazzjoni.

(29)

Skont l-investigazzjoni tas-suq, ma hemmx raġunijiet biex wieħed jemmen li s-suq Grieg ma jistax isostni operazzjonijiet minn iżjed minn operatur wieħed, possibbilment b’mudelli tan-negozju differenti. L-analiżi tas-sitwazzjoni kompetittiva li probabbli tipprevali fl-assenza tat-tranżazzjoni turi li Olympic Air u Aegean probabbli joperaw it-tnejn fis-suq Grieg, possibbilment f’forma ristrutturata jew iżgħar.

(30)

Aegean u Olympic Air probabbli jkomplu jikkompetu fuq għaxar rotot domestiċi Griegi jiġifieri Ateni–Chania, Ateni–Kos, Ateni–Mykonos, Ateni–Rodi, Atenis–Samos, Ateni–Mytilini, Ateni–Herakleion, Ateni–Chios, Ateni–Santorini u Ateni–Tessaloniki fil-futur prevedibbli fin-nuqqas tat-tranżazzjoni. Bħala riżultat il-Kummissjoni vvalutat l-effetti tal-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni fuq dawn ir-rotot domestiċi.

(31)

Fir-rigward tar-rotot internazzjonali affettwati mit-tranżazzjoni, il-kwistjoni tas-sitwazzjoni li probabbli tipprevali fin-nuqqas tal-amalgamazzjoni tħallit miftuħa għaliex il-konċentrazzjoni proposta m'għandhiex timpedixxi f'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fuq kwalunkwe mir-rotot internazzjonali.

2.   Valutazzjoni

2.1.   Trasport bl-ajru tal-passiġġieri

2.1.1.   It-tranżazzjoni twassal għal ishma tas-suq kbar ħafna fuq numru ta’ rotot domestiċi Griegi

(32)

Fil-perjodu Jannar-Ġunju 2010, Olympic Air u Aegean flimkien kienu jikkontrollaw [90-100 %] tal-passiġġieri li kienu qed jivvjaġġaw fuq rotot domestiċi Griegi u [30-40 %] tal-passiġġieri li kienu qed jivvjaġġaw fuq rotot internazzjonali barra minn AIA.

(33)

Abbażi ta’ definizzjoni tas-suq li teskludi l-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma u l-ferrovija fuq ir-rotot fejn dawn il-modi huma disponibbli, it-tranżazzjoni twassal għal ishma tas-suq kombinati għoljin li jilħqu 100 % f'ħafna każijiet.

(34)

Jekk is-swieq rilevanti jkunu jinkludu l-modi l-oħra ta’ trasport (il-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jew il-ferrovija skont ir-rotta), l-ishma tas-suq kombinati ta’ Aegean u Olympic Air jkunu aktar baxxi b’mod sinifikanti. Madankollu, minħabba l-pressjoni kompetittiva limitata li modi oħra ta’ trasport jeżerċitaw fuq is-servizzi tal-ajru minħabba karatteristiċi tal-prodott differenti ħafna, ishma tas-suq bħal dawn jagħtu stima żejda tal-importanza ta’ modi oħra ta’ trasport u stima baxxa ħafna tar-ristrezzjoni kompetittiva attwali li Aegean u Olympic Air jeżerċitaw fuq xulxin.

(35)

Barra minn hekk, Marfin, permezz tas-sussidjarja tagħha Attica, waħdu jikkontrolla żewġ kumpaniji ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma attivi fil-Greċja, jiġifieri Blue Start Ferries u Superfast Ferries. Bħala riżultat, il-pressjoni kompetittiva ta’ dawn is-servizzi fuq l-Entità Amalgamata hija limitata mill-fatt li dawn huma kkontrollati minn Marfin.

2.1.2.   Qrubija tal-kompetizzjoni bejn Aegean u Olympic Air

(36)

Aegean u Olympic Air għandhom relazzjoni kompetittiva mill-qrib ħafna. Dan jiddistingwihom f’mod ċar minn linji tal-ajru domestiċi oħra, attivi fuq skala ferm iżgħar, u minn operaturi domestiċi tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma li joffru prodotti li jvarjaw minn dawk ta’ Aegean u Olympic Air f’ħafna dimensjonijiet kompetittivi importanti u li s-sistema tal-ipprezzar tagħhom hija ferm anqas sofistikata fuq rotot domestiċi.

2.1.3.   Trattament ta’ rotot maħruġin minn Olympic Air u Aegean wara t-tħabbira tat-tranżazzjoni

(37)

Wara li analizzat id-dokumenti interni ta’ Aegean u Olympic Air, il-Kummissjoni sabet li l-ħruġ wara t-tħabbir tat-tranżazzjoni minn jew Aegean jew inkella Olympic Air mir-rotot Ateni–Kefallonia, Ateni–Limnos, Ateni–Sofia, Ateni–Bukarest, Ateni–Ioannina, Ateni–Kavala, Ateni–Tirana, Ateni–Vjenna, Ateni–Korfu, Tessaloniki–Chania, Tessaloniki–Herakleion, Tessaloniki–Mytilini, Tessaloniki–Rodi, u Ateni–Milan kienu diġà ġew ikkunsidrati qabel ma bdew it-taħdidiet tat-tranżazzjoni. Bħala riżultat, irtirar tal-operazzjonijiet bħal dan ma kienx meqjus bħala speċifiku għall-amalgamazzjoni.

(38)

Għalhekk, il-Kummissjoni ma analizzatx dawn ir-rotot minbarra għar-rotta Ateni-Korfu fejn ġie konkluż li t-tranżazzjoni kienet telimina l-kompetizzjoni potenzjali bejn Aegean u Olympic Air.

2.1.4.   Eliminazzjoni tal-kompetizzjoni attwali u potenzjali fuq rotot domestiċi Griegi

Kompetizzjoni reali

(39)

It-tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva minħabba l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni reali fuq disa’ rotot domestiċi: Ateni–Tessaloniki, Ateni–Herakleion, Ateni–Chania, Ateni–Rodi, Ateni–Santorini, Ateni–Mytilini, Ateni–Chios, Ateni–Kos, u Ateni–Samos, irrispettivament minn jekk humiex definiti swieq differenti għal passiġġieri sensittivi għall-ħin, passiġġieri li mhumiex sensittivi għall-ħin jew il-passiġġieri kollha (dawn l-aħħar żewġt iswieq possibbilment jinkludu s-servizzi tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma (4)).

(40)

Tabilħaqq, fir-rigward tal-passiġġieri li huma sensittivi għall-ħin li għalihom il-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma mhumiex alternattiva, it-tranżazzjoni tkun ħolqot monopolju de facto u eliminat il-kompetizzjoni bejn żewġ kompetitturi li huma b'mod partikolari qrib fuq dawn ir-rotot kollha, minbarra għar-rotta Ateni–Herakleion fejn sky Express topera servizz fuq skala żgħira. Fil-fatt, Athens Airways waqfet l-operazzjonijiet tagħha f’Settembru 2010 u ebda trasportatur bl-ajru ieħor skedat ma hu attiv fil-preżent fuq dawn ir-rotot domestiċi Griegi. Anki kieku Athens Airways kellha terġa’ tibda topera, huwa improbabbli li tkun teżerċita biżżejjed restrizzjoni fuq l-entità amalgamata minħabba l-iskala żgħira tal-operat tagħha. Dan huwa veru wkoll għal Sky Express fuq ir-rotta Ateni–Herakleion fejn fil-preżent topera frekwenza waħda kuljum paragunat ma’ għaxar darbiet iżjed minn Aegean u Olympic flimkien.

(41)

Fir-rigward ta’ passiġġieri li mhumiex sensittivi għall-ħin, id-Deċiżjoni tiddistingwi bejn ir-rotot fejn is-servizzi intermodali mhumiex parti mill-istess suq bħas-servizzi tal-ajru (Ateni–Tessaloniki u Ateni–Rodi) u r-rotot l-oħra kollha ta’ tħassib fejn l-inklużjoni ta’ servizzi ta’ mezzi ta' trasport tul korp tal-ilma fl-istess suq tħalliet miftuħa:

(a)

Fir-rigward tar-rotot Ateni-Tessaloniki u Ateni-Rodi, it-tranżazzjoni se twassal għal ishma tas-suq kombinati ta' 90 % jew iżjed u telimina l-kompetizzjoni bejn żewġ kompetituri partikolarment qrib;

(b)

Fir-rigward ta’ Ateni–Herakleion, Ateni–Chania, Ateni–Santorini, Ateni–Mytilini, Ateni–Chios, Ateni–Kos u Ateni–Samos, japplika l-istess raġunar bħal fil-każ ta’ Ateni–Tessaloniki u Ateni–Rodi jekk il-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma ma ġewx ikkunsidrati bħala parti mill-istess suq. Jekk il-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma kienu kkunsidrati parti mill-istess suq, l-ishma tas-suq tal-Partijiet (minbarra s-sussidjara ta’ Marfin, Attica Group) ivarjaw bejn [30-70 %] fl-istaġun tax-Xitwa 2009-2010 u bejn [10-60 %] f'parti mill-istaġun tas-Sajf 2010 (jiġifieri April-Lulju 2010). Ir-rilevanza tal-ishma tas-suq kif ukoll il-kompetizzjoni mill-mezzi ta' trasport tul korp tal-ilma madankollu hija limitata għaliex is-servizzi tal-mezzi ta' trasport tul korp tal-ilma għandhom livell sinifikanti ta' differenzjazzjoni paragunati mas-servizzi tal-ajru. Bħala riżultat, huwa improbabbli li l-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jkunu f’pożizzjoni li jiddixxiplinaw l-imġiba tal-entità amalgamata, speċjalment fir-rigward tal-istabbiliment tat-tariffi, wara t-tranżazzjoni.

(42)

Fir-rigward tas-suq possibbli li jinkludi l-passiġġieri kollha, il-konklużjonijiet għas-segment li mhuwiex sensittiv għall-ħin huma applikati mutatis mutandis għalkemm il-livelli tal-ishma tas-suq attwali jiddiferixxu kemmxejn.

Kompetizzjoni potenzjali

(43)

L-investigazzjoni tas-suq uriet ukoll li t-tranżazzjoni se twassal għall-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni potenzjali bejn Aegean u Olympic Air fuq ir-rotta Ateni–Korfu. Dan huwa għaliex Aegean u Olympic Air huma kompetituri potenzjali fuq din ir-rotta minħabba b’mod partikolari l-bażi tagħhom f’AIA u l-fatt li r-rotta storikament kellha biżżejjed domanda biex issostni l-operazzjonijiet ta' (mill-anqas) iż-żewġ linji tal-ajru.

2.1.5.   Konklużjoni dwar il-valutazzjoni rotta wara rotta

(44)

Il-Kummissjoni qed tikkonkludi li t-tranżazzjoni se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew parti sostanzjali tiegħu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, b’mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti fir-rigward tas-swieq possibbli għal passiġġieri sensittivi għall-ħin fuq ir-rotot Ateni–Tessaloniki, Ateni–Herakleion, Ateni–Chania, Ateni–Rodi, Ateni–Santorini, Ateni–Mytilini, Ateni–Chios, Ateni–Kos, u Ateni–Samos, u fuq ir-rotot Ateni–Rodi u Ateni–Tessaloniki safejn huma konċernati s-swieq possibbli għall-passiġġieri li mhumiex sensittivi għall-ħin u l-passiġġieri kollha. Għal dawn is-swieq fejn is-servizzi ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jistgħu jkunu parti mis-suq rilevanti, jiġifieri s-swieq possibbli għal passiġġieri li mhumiex sensittivi għall-ħin u l-passiġġieri kollha fuq ir-rotot Ateni-Herakleion, Ateni-Chania, Ateni-Santorini, Ateni-Mytilini, Ateni-Chios, Ateni-Kos u Ateni-Samos, mhuwiex neċessarju li tinlaħaq konklużjoni definittiva fuq il-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti, minħabba li, anki fin-nuqqas tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti, it-tranżazzjoni fi kwalunkwe każ se timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern bħala riżultat tal-eliminazzjoni tar-relazzjoni kompetittiva partikolarment qrib bejn Aegean u Olympic Air u għalhekk tar-restrizzjonijiet kompetittivi importanti li ż-żewġ linji tal-ajru jeżerċitaw fuq xulxin qabel it-tranżazzjoni.

(45)

Barra minn hekk, it-tranżazzjoni se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern permezz tal-eliminazzjoni ta’ parteċipanti ġodda potenzjali kredibbli fuq ir-rotta Ateni-Korfu.

(46)

B’kuntrast, ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni ma nstab fuq rotot oħra domestiċi u internazzjonali fejn Aegean u Olympic Air jikkompetu fil-preżent. Dan huwa għaliex fuq dawn ir-rotot l-oħra l-entità amalgamata se tkompli tiffaċċja biżżejjed kompetizzjoni wara t-tranżazzjoni.

2.1.6.   Dħul indott mill-amalgamazzjoni fir-rotot domestiċi mhumiex probabbli, f’waqtu jew biżżejjed

(47)

Id-Deċiżjoni analizzat ukoll safejn kwalunkwe dħul wara t-tranżazzjoni probabbli jirrestrinġi l-imġiba tal-entità amalgamata fuq ir-rotot fejn il-kompetizzjoni bejn Aegean u Olympic Air tiġi eliminata jew imnaqqsa b’mod sinifikanti bħala riżultat tat-tranżazzjoni. Sabiex dħul ikun meqjus bħala restrizzjoni kompetittiva suffiċjenti, għandu jintwera li dan huwa possibbli, f’waqtu u biżżejjed sabiex jirrestawra r-restrizzjonijiet kompetittivi li Aegean u Olympic Air se jkomplu jeżerċitaw fuq xulxin fin-nuqqas tat-tranżazzjoni.

(48)

L-investigazzjoni tas-suq uriet li hemm numru ta’ ostakli importanti għad-dħul u/jew l-espansjoni fuq ir-rotot domestiċi Griegi kollha li flimkien jagħmluha improbabbli li kwalunkwe kompetitur barrani jew domestiku jidħol fis-suq u jeżerċita restrizzjoni kompetittiva kredibbli fuq l-entità amalgamata wara t-tranżazzjoni. Tabilħaqq, sabiex tkun tista’ dixxiplinata l-imġiba tal-entità amalgamata fuq ir-rotot domestiċi Griegi, instab li min jidħol ġdid ikollu bżonn ta’ bażi fl-AIA u jkollu bżonn jiżviluppa marka kummerċjali sabiex jikseb għarfien tal-marka kummerċjali simili għal dak ta’ Aegean u Olympic Air. Barra minn hekk, min jidħol ġdid ikollu jlaħħaq ma’ spejjeż mitlufa għoljin, ikollu aċċess għal traffiku ta’ konnessjoni domestiku u internazzjonali u jistabbilixxi netwerk ta’ kanali ta’ distribuzzjoni fil-Greċja.

(49)

Il-Kummissjoni sabet li, wara t-tranżazzjoni, ebda parteċipant ġdid fis-suq domestiku Grieg ma jkun probabbli, f’waqtu u biżżejjed biex jirrestrinġi l-entità amalgamata.

2.2.   Rotot tal-obbligu ta’ servizz pubbliku (“OSP”)

(50)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li huwa improbabbli li t-tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tas-suq għall-attribuzzjoni tar-rotot OSP fil-Greċja minħabba li l-għaqda se tkompli tiffaċċja l-kompetizzjoni minn atturi oħra stabbiliti fis-suq, jiġifieri Sky Express u Astra.

(51)

Barra minn hekk, żewġ linji tal-ajru, jiġifieri, Danish Air Transport u Carpatair tar-Rumanija, esprimew interess ċar fis-sottomissjoni ta' offerti għar-rotot OSP Griegi fis-sejħiet għall-offerti li jmiss u l-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li b’kuntrast mal-operazzjonijiet skedati, il-linji tal-ajru jistgħu jibdew l-operat tagħhom fuq rotot OSP fuq skala relattivament żgħira.

2.3.   Servizzi tal-art fl-ajruporti Griegi

(52)

Il-Kummissjoni analizzat kemm il-kwistjoni vertikali li qamet mir-relazzjoni vertikali bejn is-suq tas-servizzi tal-art u s-suq tat-trasport tal-ajru kif ukoll il-probabbiltà ta’ koordinazzjoni wara t-tranżazzjoni bejn Olympic Handling, Goldair (li fiha għandu investiment Vassilakis), u l-kompetitturi indipendenti Swissport International u Swissport Hellas Sud.

(53)

L-investigazzjoni tas-suq uriet li anki jekk l-entità amalgamata kellha tipprova tinfluwenza l-imġiba ta’ Goldair fis-suq, Swissport tkun f’pożizzjoni li tnaqqas kwalunkwe sforz ta’ koordinazzjoni. Tabilħaqq, Swissport huwa attur b’saħħtu u kredibbli fis-suq tas-servizzi tal-art Grieg, li qed jikseb b’mod aggressiv sehem tas-suq.

(54)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li huwa improbabbli li t-tranżazzjoni toħloq effetti koordinati għaliex l-istruttura tas-suq wara l-amalgamazzjoni mhux se żżid l-inċentivi tal-parteċipanti tas-suq biex jidħlu fi ftehimiet kollużivi. Fir-rigward tar-relazzjoni vertikali bejn is-servizzi tal-art u t-trasport tal-ajru, l-investigazzjoni tas-suq ma pprovditx indikazzjonijiet li t-tranżazzjoni se toħloq kwalunkwe effett vertikali.

(55)

Għalhekk, huwa improbabbli li t-tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq għall-provvista tas-servizzi tal-art fil-Greċja.

2.4.   Swieq oħra

(56)

Abbażi tar-riżultat tal-investigazzjoni tas-suq, huwa improbabbli li t-tranżazzjoni timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq għas-servizzi MRO u tal-forniment tal-ikel abbord (relatati vertikalment mas-suq għat-trasport tal-ajru tal-passiġġieri) u fis-suq għall-provvista tal-postijiet bilqegħda lill-operaturi tal-ġiti fejn Olympic hija preżenti biss sa ċertu limitu.

VI.   EFFIĊJENZI

(57)

Kif stabbilit fil-Linji Gwida dwar Amalgamazzjonijiet Orizzontali, hija r-responsabbiltà tal-Partijiet li juru li l-effiċjenzi ppreżentati jikkontrabilanċjaw l-effetti antikompetittivi ta’ amalgamazzjoni. Il-Partijiet għandhom juru li t-tliet kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin jintlaħqu: (i) l-effiċjenzi se jġibu benefiċċji lill-konsumaturi, (ii) l-effiċjenzi huma speċifiċi għall-amalgamazzjoni u (iii) l-effiċjenzi huma verifikabbli (5).

(58)

Il-Partijiet ma wrewx li l-kundizzjonijiet hawn fuq jintlaħqu f'dan il-każ.

VII.   ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI FINANZJARJA TAL-PARTIJIET

(59)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-Partijiet.

(60)

Il-valutazzjoni li saret mill-Kummissjoni wasslet għall-konklużjoni li l-prospetti ta’ Aegean huma pożittivi, irrispettivament mit-tranżazzjoni.

(61)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni totali ta’ Olympic Air instab li Olympic Air kienet qet issofri minn telf. B’mod partikolari, Olympic Air bħala kumpanija li għadha kemm fetħet kienet impenjata fi strateġija ta' pprezzar aggressiva li kellha effetti fuq id-dħul tagħha. Madankollu, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li l-miżuri ta’ ristrutturar qed jitwettqu u li l-profitabilità ta’ Olympic Air kienet qed titjib f’mod stabbli.

(62)

Għalhekk huwa probabbli li, soġġett għal miżuri oħra ta’ ristrutturar, ir-riżultati finanzjarji ta' Olympic Air se jitjiebu iżjed fil-futur previst. Barra minn hekk, Olympic Air hija fil-pussess ta’ Marfin u għalhekk is-sitwazzjoni finanzjarja għandha titqies fil-kuntest tas-sitwazzjoni finanzjarja usa’ tal-kumpanija prinċipali unika tagħha, Marfin. Minħabba l-livell tal-ispejjeż marbuta mal-ħruġ ipotetiku ta’ Olympic Air mis-suq, Marfin għandha inċentiv biex jew tkompli ssostni s-sussidjarja tagħha jew tbiegħha minflok issofri telf finanzjarju.

(63)

Għalkemm il-Partijiet ma talbux għal dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tanalizza s-sitwazzjoni ta' Olympic kontra t-tliet kriterji stabbiliti fil-paragrafu 90 tal-Linji Gwida dwar Amalgamazzjonijiet Orizzontali (6). F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni tas-suq uriet li:

(a)

huwa improbabbli li, fin-nuqqas tat-tranżazzjoni, Olympic Air tiġi sfurzata 'l barra mis-suq fil-futur qrib;

(b)

alternattivi anqas antikompetittivi mill-konċentrazzjoni proposta probabbli jeżistu; u

(c)

fin-nuqqas tat-tranżazzjoni, huwa improbabbli li l-assi ta’ Olympic Air joħorġu inevitabbilment mis-suq, b’mod partikolari għaliex il-marka kummerċjali Olympic hija assi attraenti ħafna, li probabbli ssib xerrej potenzjali li jużaha sabiex jopera titjiriet fis-suq Grieg.

(64)

Id-Deċiżjoni għalhekk ikkonkludiet li ma jistax jiġi konkluż li d-deterjorazzjoni tal-istruttura kompetittiva li ssegwi mit-tranżazzjoni mhux se tkun ikkawżata direttament tat-tranżazzjoni.

VIII.   IMPENJI

(65)

Sabiex jiġi ndirizzat it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni, il-Partijiet issottomettew impenji li ġew modifikati fi tliet okkażjonijiet. Il-verżjonijiet kollha tal-Impenji sottomessi mill-Partijiet għandhom karatteristika waħda komuni; dawn kollha jikkonsistu l-aktar fl-offerta tar-rilaxx ta’ numru ta’ slotts f’ajruporti differenti Griegi li jikkonnettjaw ir-rotot li għalihom ġie identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni. Ir-rimedji tas-slotts kienu akkumpanjati wkoll minn impenji anċillari, pereżempju l-offerta lil min jidħol ġdid li (a) jidħol fi ftehim intern (7) mal-entità amalgamata fuq ir-rotot problematiċi u (b) jiġi inkluż fil-Programm għal minn jivvjaġġa spiss tal-entità amalgamata għall-par(ijiet) ta' bliet identifikati operati mill-parteċipant ġdid.

(66)

L-impenji tas-slotts ipprevedew drittijiet fuq is-slotts trasferiti biex jinkisbu wara l-użu tas-slotts minn min jidħol ġdid għal [0-6] staġunijiet IATA konsekuttivi (8). Is-slotts trasferiti jk6unu fl-ispazju tal-ħin ta' [0-15] minuta mill-ħinijiet mitluba mill-parteċipant ġdid.

(67)

Barra minn hekk, il-Partijiet offrew li jagħtu aċċess fuq termini nondiskriminatorji għas-servizzi tal-art u tal-manutenzjoni, tiswija u tiġdid ipprovduti mill-entità amalgamata fl-AIA jew fi kwalunkwe ajruport ta’ destinazzjoni għad-disa' rotot imsemmija hawn fuq.

(68)

L-impenji kellhom ikunu stabbiliti għal (kunfidenzjali) jew sakemm min jidħol ġdid ikun kiseb fuq rotot individwali sehem tas-suq aggregat ta’ (kunfidenzjali).

(69)

Il-Kummissjoni wetqet żewġ testijiet tas-suq biex tiġbor il-fehmiet tal-parteċipanti rilevanti tas-suq fuq l-effettività tar-rimedji proposti.

(70)

F’dan il-każ, il-barrieri prinċipali għad-dħul huma relatati la mad-disponibilità tal-ishma, u lanqas ma’ karatteristiċi oħra indirizzati mill-impenji anċillari. Tabilħaqq, minħabba n-nuqqas ta' konġestjoni tal-ajruporti fir-rigward tal-maġġoranza tal-ajruporti fil-każ preżenti, slotts biżżejjed huma disponibbli mingħajr ħlas mill-awtoritajiet rilevanti tal-ajruport. It-test tas-suq ma jurix kwalunkwe pjanijiet ta’ dħul kredibbli minn trasportaturi domestiċi internazzjonali jew Griegi. Bħala riżultat ebda dħul f’waqtu, probabbli u biżżejjed ma se jseħħ sabiex jiddixxiplina l-imġiba ta' pprezzar tal-entità amalgamata wara t-tranżazzjoni.

(71)

Bl-istess mod għall-każijiet preċedenti, il-fattur ta' mitigazzjoni fejn il-Greċja hija soġġetta għal kriżi li jista' jkollha impatt fuq il-pjanijiet ta' dħul attwali ta' parteċipanti ġodda potenzjali, ġiet ikkunsidrata fil-valutazzjoni.

IX.   KONKLUŻJONI

(72)

Il-konċentrazzjoni notifikata fejn Vassilakis Group, Marfin Investment Grupp, u Laskaridis Group jiksbu skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt fuq kumpanija magħquda ġdida, inklużi n-negozji ta’ Aegean Airlines SA u Olympic Air SA, Olympic Handling SA u Olympic Engineering SA, hija dikjarata inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) introduċa ċertu bidliet, bħas-sostituzzjoni ta’ “Komunità” b’“Unjoni” u “suq komuni” b’“suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE se tintuża matul din id-Deċiżjoni.

(2)  Huwa mistenni li l-amalgamazzjoni tkun membru ta’ Star Alliance.

(3)  Il-Ħolqien ta’ Olympic ġdida ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea (ara l-każijiet għajnuna mill-Istat N 321/08, N 322/08 u N 323/08) fuq il-bażi li jkun hemm konformità sħiħa mal-impriżi mogħtija mill-awtoritajiet Griegi.

(4)  Bħala eċċezzjoni għal dak imsemmi hawn fuq, il-mezzi ta’ trasport intermodali mhumiex fl-istess suq bħas-servizzi tal-ajru għal kwalunkwe kategorija ta’ passiġġieri fuq ir-rotot Ateni-Rodi (mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma) u Ateni-Tessaloniki (ferrovija).

(5)  Linji Gwida dwar Amalgamazzjonijiet Orizzontali, paragrafu 78.

(6)  Skont il-paragrafu 90 tal-Linji Gwida dwar Amalgamazzjonijiet Orizzonali “Il-Kummissjoni tqis dawn it-tliet kriterji li ġejjin bħala rilevanti speċjalment għall-applikazzjoni tad-difiża ta' ditta fi stat ta' falliment. L-ewwel nett, dik id-ditta li allegatament hija fi stat ta' falliment tista' fil-futur ġejjieni tiġi sfurzata barra mis-suq minħabba d-diffikultajiet finanzjarji sakemm ma tiġix meħuda minn impriża oħra. It-tieni nett, m'hemmx bejgħ alternattiv li huwa anti-kompetittiv inqas mill-għaqda li ġiet innotifikata. It-tielet nett, fin-nuqqas ta' għaqda, l-assi tad-ditta fi stat ta' falliment x'aktarx illi inevitabbilment joħorġu mis-suq.” Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, għandu jkun innotat li l-Partijiet ma nvokawx l’hekk imsejħa “amalgamazzjoni ta’ salvataġġ”.

(7)  Ftehim intern huwa ftehim bejn żewġ linji tal-ajru jew iżjed li taħtu t-linji tal-ajru kontraenti jaċċettaw id-dokumenti tal-ivvjaġġar (biljetti) ta’ xulxin).

(8)  Jew għar-rotot li jiġu operati biss fl-istaġun tas-Sajf jew biss fl-istaġun tax-Xitwa, wara 4 staġuni tas-Sajf/Xitwa.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/18


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

2012/C 195/11

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw aktar 'il quddiem l-opportunità li jelaboraw, jikkonfutaw il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni, jew jikkummentaw dwarhom.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium (2) (The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 4/92, 1049 Brussels, Belgium) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Il-prodott

Il-pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Il-miżuri

Ir-referenza

Id-data tal-iskadenza (3)

Kokk tal-faħam f'biċċiet b'dijametru ta' aktar minn 80 mm (Kokk 80 +)

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju tal-anti-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 239/2008 (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 22)

19.3.2013


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.