ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.304.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 304

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
15 ta' Ottubru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 304/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6330 – Ugitour/Caisse des Dépôts et Consignations/Sogecap/Portefeuille Immobilier) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 304/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2011/C 304/03

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2011 dwar it-twaqqif ta’ Grupp Nazzjonali ta' Esperti dwar il-Faħam (NCE)

3

2011/C 304/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tad-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)  ( 1 )

5

 

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

2011/C 304/05

Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-15 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-regoli ta' sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 304/06

Informazzjoni mibgħuta mill-Ungerija dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

12

2011/C 304/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

12

2011/C 304/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

13

2011/C 304/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

14

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 304/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

15

2011/C 304/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

19

2011/C 304/12

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

23

2011/C 304/13

Avviż għall-attenzjoni ta' Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai, li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1024/2011

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6330 – Ugitour/Caisse des Dépôts et Consignations/Sogecap/Portefeuille Immobilier)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 304/01

Fil-11 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6330. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Ottubru 2011

2011/C 304/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3807

JPY

Yen Ġappuniż

106,42

DKK

Krona Daniża

7,4456

GBP

Lira Sterlina

0,87480

SEK

Krona Żvediża

9,1395

CHF

Frank Żvizzeru

1,2388

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7455

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,740

HUF

Forint Ungeriż

292,70

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7054

PLN

Zloty Pollakk

4,3100

RON

Leu Rumen

4,3288

TRY

Lira Turka

2,5391

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3467

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4010

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7384

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7317

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7529

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 597,23

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,8569

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,8178

HRK

Kuna Kroata

7,4728

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 229,36

MYR

Ringgit Malażjan

4,3195

PHP

Peso Filippin

59,807

RUB

Rouble Russu

42,7515

THB

Baht Tajlandiż

42,484

BRL

Real Brażiljan

2,4042

MXN

Peso Messikan

18,4109

INR

Rupi Indjan

67,6820


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ottubru 2011

dwar it-twaqqif ta’ Grupp Nazzjonali ta' Esperti dwar il-Faħam (NCE)

2011/C 304/03

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

Billi:

(1)

L-Artikolu 194 tat-TFUE jipprovdi li fl-ispirtu tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri, il-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija għandu jkollha l-għan li tiżgura t-tħaddim tas-suq tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Novembru 2010“Strateġija dwar l-Enerġija 2020. Strateġija għall-kompetittività, is-sostenibbiltà u l-eneġija sikura” (1) filwaqt li tesprimi li l-Istati Membri għad jeħtieġu li gradwalment jeliminaw is-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent, tirrikonoxxi l-potenzjal għal żvilupp ulterjuri tar-riżorsi tal-fjuwils fossili indiġeni bil-għan li jiġi żgurat li n-negozji u l-konsumaturi Ewropej jiksbu enerġija sikura u sostenibbli bi prezzijiet kompetittivi.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE tistipula l-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji għall-produzzjoni tal-faħam minn minjieri mhux kompetittivi sal-31 ta’ Diċembru 2018.

(4)

Minħabba s-sehem tal-faħam fil-provvista tal-enerġija Ewropea, huwa xieraq li l-Kummissjoni twaqqaf grupp ta' esperti biex jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tas-swieq tal-faħam kif ukoll biex ikun permess skambju kontinwu ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-UE.

(5)

Abbażi tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 405/2003 tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-kontroll tal-Komunità tal-importazzjoni tal-fossili tal-karbonju li joriġina minn pajjiżi terzi (2), grupp ta’ esperti dwar il-faħam – Il-Grupp Nazzjonali ta’ Esperti (NCE) – iltaqa’ b’mod regolari mill-2003 sal-2010.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 405/2003 skada fil-31 ta’ Diċembru 2010 mingħajr ma kien sostitwit.

(7)

Fi spirtu biex tisseddaq kooperazzjoni tajba fi ħdan l-NCE li twaqqaf għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 405/2003, grupp ġdid ta’ esperti fil-qasam tal-faħam għandu jissemma għalih.

(8)

L-NCE għandu jkompli jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-materji ta’ politika tal-enerġija relatata mal-faħam u l-Kummissjoni, dwar l-aspetti kollha tal-katina tal-valur tal-faħam filwaqt li ma jirdoppjax ix-xogħol ta’ gruppi konsultattivi speċifiċi oħra organizzati mill-Kummissjoni.

(9)

Barra minn hekk, b’rabta ma’ djaloġu usa’ tal-partijiet interessati, l-NCE għandu jiffaċilita l-iskambju ta’ prassi tajba fil-qasam tal-produzzjoni u l-użu tal-faħam mingħajr ma jirdoppja x-xogħol tal-esperti u gruppi oħra li diġà jeżistu, inklużi dawk stabbiliti permezz ta’ atti leġiżlattivi, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat stipulati fl-Artikoli 101 u 109 tat-TFUE, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE.

(10)

L-NCE għandu jkun iffurmat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-materji ta’ politika dwar l-enerġija relatata mal-faħam. Dawn l-awtoritajiet għandhom jinnominaw lir-rappreżentanti tagħhom.

(11)

Speċjalment fir-rigward tal-iskambju ta’ prassi tajba u sabiex fejn ikun xieraq, jiġu involuti awtoritajiet tekniċi u regolatorji tal-Istati Membri, fil-laqgħat tal-NCE jistgħu jipparteċipaw fuq bażi ad hoc esperti minn barra l-NCE inklużi r-rappreżentanti minn dawn l-awtoritajiet.

(12)

Għandhom jiġu stipulati regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni mill-membri tal-NCE u r-rappreżentanti tagħhom.

(13)

Dejta personali relatata mal-membri tal-NCE għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (3),

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

B’hekk ġie mwaqqaf il-Grupp Nazzjonali ta’ Esperti dwar il-Faħam, minn hawn ’il quddiem insejjaħ “l-NCE”.

Artikolu 2

Kompitu

Il-kompiti tal-NCE’s għandhom ikunu

(a)

biex jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tas-swieq tal-faħam;

(b)

biex jistabbilixxi l-kooperazzjoni u l-iżgurar ta’ konsultazzjoni regolari bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-materji ta’ politika tal-enerġija relatata mal-faħam u l-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-aspetti tal-katina tal-valur tal-faħam, inkluż l-għeluq tal-minjieri;

(ċ)

biex joħloq skambju ta’ esperjenza u prassi tajba fil-qasam tal-produzzjoni u l-użu tal-faħam.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-NCE dwar kwalunkwe materja relatata mal-aspetti kollha tal-katina tal-valur tal-faħam.

Artikolu 4

Sħubija – Ħatra

1.   L-NCE għandu jkun iffurmat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-materji ta’ politika dwar l-enerġija relatata mal-faħam.

2.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jinnominaw lir-rappreżentanti tagħhom.

3.   L-ismijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-guppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħrajn (“ir-Reġistru”).

Artikolu 5

Operat

1.   L-NCE għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Bi ftehim mas-servizzi tal-Kummissjoni, l-NCE jista’ jwaqqaf sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi, speċjalment l-iskambju ta’ prassi tajba, abbażi tat-termini ta’ referenza definiti mill-NCE. Dawn is-sottogruppi għandhom jiżżarmaw malli jwettqu l-mandat tagħhom.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jistieden esperti minn barra l-NCE b’kompetenza speċifika f’suġġett tal-aġenda biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-NCE jew f’sottogruppi fuq bażi ad hoc. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jagħti status ta’ osservatur lil individwi u organizzazzjonijiet kif definit fir-Regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta’ esperti u l-pajjiżi kandidati.

4.   Il-membri tal-gruppi ta’ esperti u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna għandhom ikunu konformi mal-obbligi tas-segretezza professjonali stipulati bit-Trattati u r-regoli implimentattivi tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, stipulata fl-Anness għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni (4). Jekk jonqsu milli jirrispettaw dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

5.   Il-laqgħat tal-gruppi ta' esperti u sottogruppi għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali. Uffiċjali oħra tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċeduri, jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-NCE u s-sottogruppi.

6.   L-NCE jista’ jadotta r-regoli tal-proċeduri tiegħu abbażi tar-regoli standard tal-proċeduri għall-gruppi ta’ esperti.

7.   Il-Kummissjoni tippubblika l-informazzjoni rilevanti tal-attivitajiet mwettqa mill-NCE billi jew tinkludiha fir-Reġistru jew permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal sit elettroniku ddedikat għalhekk.

Artikolu 6

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-NCE jew tas-sottogruppi tiegħu ma għandhomx jitħallsu għas-servizz li jagħtu.

2.   L-infiq mill-parteċipanti għall-vjaġġi u s-sussistenza fl-attivitajiet tal-NCE jew fis-sottogruppi tiegħu għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2010) 639 finali.

(2)  ĠU L 62, 6.3.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 308, 8.12.2000, p. 26 kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura interni tagħha, (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/5


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tad-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)

2011/C 304/04

ESO (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

(u d-dokument ta’ referenza)

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal-presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit

Nota 1

CEN

EN 15947-1:2010

Oġġetti pirotekniċi - Logħob tan-nar, kategorija 1, 2, u 3 - Parti 1: Terminoloġija

 

 

CEN

EN 15947-2:2010

Oġġetti pirotekniċi - Logħob tan-nar, Kategoriji 1, 2, u 3 - Parti 2: Kategoriji u tipi ta' logħob tan-nar

 

 

CEN

EN 15947-3:2010

Oġġetti pirotekniċi - Logħob tan-nar, Kategoriji 1, 2, u 3 - Parti 3: Rekwiżiti minimi ta' tikkettjar

 

 

Avviż: Sakemm jiġi rivedut dak l-istandard u ppubblikat mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw batteriji u kombinazzjonijiet li huma konformi mal-istandard EN 15947 biex ikunu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament u tal-Kunsill biss jekk, qabel jitqiegħdu fis-suq, huma ġew ittikkettjati b’mod ċar kif indikat hawn taħt. Għal batteriji u kombinazzjonijiet li jitqiegħdu fuq art ċatta: “Poġġi l-batterija fuq art ċatta” jew “Poġġi l-kombinazzjoni fuq art ċatta”. Għal batteriji u kombinazzjonijiet li għandhom ikunu inkorporati fuq art jew materjal artab: “Daħħal il-batterija wieqfa f’art ratba jew materjal ieħor li ma jiħux in-nar, eż. ramel” jew “Daħħal kombinazzjoni wieqfa f’art ratba jew materjal ieħor li ma jiħux in-nar, eż. ramel”. Għal batteriji u kombinazzjonijiet li għandhom jitwaħħlu ma’ arblu: “Waħħal il-batterija b’mod sod u wieqaf ma’ arblu solidu’, “Kun żgur li n-naħa ta’ fuq tal-batterija taqbeż il-ponta tal-arblu” jew “Waħħal kombinazzjoni b’mod sod u wieqaf ma’ arblu solidu”, “Kun żgur li n-naħa ta’ fuq tal-kombinazzjoni taqbeż il-ponta tal-arblu”. Il-metodu u l-mezzi għall-iffissar tal-batterija jew kombinazzjoni ma’ arblu għandhom jiġu deskritti f’biżżejjed dettall u f’terminoloġija li tista’ tinftiehem faċilment minn utenti li mhumiex professjonali fl-istruzzjonijiet dwar l-użu li jakkumpanjawhom. Għal batteriji u kombinazzjonijiet oħra: (speċifika prekawzjonijiet oħra tas-sikurezza jekk mhumiex maħsuba u adattati biex jitqiegħdu fuq art ċatta, jew biex jiġu inkorporati f’art ratba jew materjal jew mwaħħla ma’ arblu).

CEN

EN 15947-4:2010

Oġġetti pirotekniċi - Logħob tan-nar, Kategorij 1, 2 u 3 - Parti 4: Metodi ta' ttestjar

 

 

Avviż: Sakemm jiġi rivedut dak l-istandard u ppubblikat mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw batteriji u kombinazzjonijiet li huma konformi mal-istandard EN 15947 biex ikunu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament u tal-Kunsill biss jekk, qabel jitqiegħdu fis-suq, huma ġew ittikkettjati b’mod ċar kif indikat hawn taħt. Għal batteriji u kombinazzjonijiet li jitqiegħdu fuq art ċatta: “Poġġi l-batterija fuq art ċatta” jew “Poġġi l-kombinazzjoni fuq art ċatta”. Għal batteriji u kombinazzjonijiet li għandhom ikunu inkorporati fuq art jew materjal artab: “Daħħal il-batterija wieqfa f’art ratba jew materjal ieħor li ma jiħux in-nar, eż. ramel” jew “Daħħal kombinazzjoni wieqfa f’art ratba jew materjal ieħor li ma jiħux in-nar, eż. ramel”. Għal batteriji u kombinazzjonijiet li għandhom jitwaħħlu ma’ arblu: “Waħħal il-batterija b’mod sod u wieqaf ma arblu solidu”, “Kun żgur li n-naħa ta’ fuq tal-batterija taqbeż il-ponta tal-arblu” jew ‘Waħħal kombinazzjoni b’mod sod u wieqaf ma’ arblu solidu’, “Kun żgur li n-naħa ta’ fuq tal-kombinazzjoni taqbeż il-ponta tal-arblu”. Il-metodu u l-mezzi għall-iffissar tal-batterija jew kombinazzjoni ma’ arblu għandhom jiġu deskritti f’biżżejjed dettall u f’terminoloġija li tista’ tinftiehem faċilment minn utenti li mhumiex professjonali fl-istruzzjonijiet dwar l-użu li jakkumpanjawhom. Għal batteriji u kombinazzjonijiet oħra: (speċifika prekawzjonijiet oħra tas-sikurezza jekk mhumiex maħsuba u adattati biex jitqiegħdu fuq art ċatta, jew biex jiġu inkorporati f’art ratba jew materjal jew mwaħħla ma’ arblu).

CEN

EN 15947-5:2010

Oġġetti pirotekniċi - Logħob tan-nar, Kategorij 1, 2, u 3 - Parti 5: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u operat

 

 

Avviż: Sakemm jiġi rivedut dak l-istandard u ppubblikat mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw batteriji u kombinazzjonijiet li huma konformi mal-istandard EN 15947 biex ikunu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament u tal-Kunsill biss jekk, qabel jitqiegħdu fis-suq, huma ġew ittikkettjati b’mod ċar kif indikat hawn taħt. Għal batteriji u kombinazzjonijiet li jitqiegħdu fuq art ċatta: “Poġġi l-batterija fuq art ċatta” jew “Poġġi l-kombinazzjoni fuq art ċatta”. Għal batteriji u kombinazzjonijiet li għandhom ikunu inkorporati fuq art jew materjal artab: “Daħħal il-batterija wieqfa f’art ratba jew materjal ieħor li ma jiħux in-nar, eż. ramel” jew “Daħħal kombinazzjoniwieqfa f’art ratba jew materjal ieħor li ma jiħux in-nar, eż. ramel”. Għal batteriji u kombinazzjonijiet li għandhom jitwaħħlu ma’ arblu: “Waħħal il-batterija b’mod sod u wieqaf ma’ arblu solidu’, “Kun żgur li n-naħa ta’ fuq tal-batterija jikxef l-arblu” jew “Waħħal kombinazzjoni b’mod sod u wieqaf ma’ arblu solidu”, “Kun żgur li n-naħa ta’ fuq tal-kombinazzjoni jikxef l-arblu”. Il-metodu u l-mezzi għall-iffissar tal-batterija jew kombinazzjoni ma’ arblu għandhom jiġu deskritti f’biżżejjed dettall u f’terminoloġija li tista’ tinftihem faċilment minn utenti li mhumiex professjonali fl-istruzzjonijiet dwar l-użu li jakkumpanjawhom. Għal batteriji u kombinazzjonijiet oħra: (speċifika prekawzjonijiet oħra tas-sikurezza jekk mhumiex maħsuba u adattati biex jitqiegħdu fuq art ċatta, jew biex jiġu inkorporati f’art ratba jew materjal jew mwaħħla ma’ arblu).

Nota 1:

Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f'ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan tal-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’ każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f’ EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE.

L-istandards armonizzati jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-Cenelec jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards armonizzati huma tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar.

CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811; Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu),

Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871; Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu),

ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu).


Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/7


Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

tal-15 ta’ Ġunju 2011

dwar ir-regoli ta' sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

2011/C 304/05

IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha.

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija aktar 'il fuq.

Billi:

(1)

Is-SEAE bħala korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu regoli tas-sigurtà kif imsemmi fl-Art 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiddeċiedi dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-SEAE li jkopru kull aspett tas-sigurtà sabiex is-SEAE jkun jista' jaffaċċja b'mod effettiv ir-riskji għall-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni tiegħu, u jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu tad-‘dmir ta' diliġenza' f'dan ir-rigward.

(3)

Ir-regoli tas-sigurtà għas-SEAE għandhom jgħinu sabiex jinkiseb qafas ġenerali komprensiv aktar koerenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata, li jibni fuq ir-regoli tal-Kunsill dwar is-sigurtà u d-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà.

(4)

B'mod partikolari, għandu jiġi pprovdut livell ta' protezzjoni lill-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni tas-SEAE li huwa konformi mal-aħjar prattika fil-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u, kif xieraq, organizzazzjonijiet internazzjonali.

(5)

Il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata applikati fis-SEAE għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fil-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

(6)

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-organizzazzjoni tas-sigurtà fis-SEAE u l-allokazzjoni tal-kompiti tas-sigurtà fi ħdan l-istrutturi tas-SEAE.

(7)

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa neċessarji sabiex jimplimenta dawn ir-regoli bl-appoġġ tal-Istati Membri, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

(8)

Ir-Rappreżentant Għoli għandu juża l-għarfien espert relevanti fl-Istati Membri, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea kif meħtieġ, inkluż permezz ta' struttura tas-sigurtà xierqa.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għan u ambitu

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli għas-sikurezza u s-sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn hawn 'il quddiem “ir-regoli tas-sigurtà tas-SEAE”). Hija tistabbilixxi l-qafas regolatorju ġenerali għall-ġestjoni effettiva tar-riskji għall-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni, u għat-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu ta' dmir ta' diliġenza f'dan ir-rigward.

2.   Ir-regoli tas-sigurtà tas-SEAE għandhom japplikaw għall-persunal kollu tas-SEAE (jiġifieri, uffiċjali u impjegati oħra, esperti nazzjonali ssekondati u aġenti lokali) u għall-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, indipendentement mill-istatus jew l-oriġini amministrattiva tagħhom (minn hawn 'il quddiem “il-persunal”).

3.   Ir-Rappreżenant Għoli għandu jieħu kull miżura neċessarja sabiex jimplimenta dawn ir-regoli fis-SEAE u jibni l-kapaċità neċessarja li tkopri l-aspetti kollha tas-sigurtà bl-appoġġ tas-servizzi relevanti tal-Istati Membri, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni.

4.   Mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni preżenti, jistgħu jintużaw arranġamenti ta' tranżizzjoni, kif meħtieġ, permezz ta' ftehimiet tal-livell tas-servizzi mas-servizzi relevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni.

5.   Ir-Rappreżenant Għoli għandu jżomm dawn ir-regoli tas-sigurtà taħt osservazzjoni. Ir-Rappreżenant Għoli għandu jiżgura konsistenza globali fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

6.   Fejn meħtieġ, ir-Rappreżentant Għoli, fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9(6), għandu japprova politiki tas-sigurtà u jippreżenta miżuri għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Dak il-Kumitat jista' jiftiehem fuq il-livell tiegħu dwar linji gwida tas-sigurtà li jissupplimentaw jew jappoġġjaw din id-Deċiżjoni.

7.   Filwaqt li jimplimenta l-paragrafu 6, il-Kumitat għandu jqis b'mod sħiħ il-politiki u l-linji gwida tas-sigurtà fis-seħħ fil-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea sabiex iżomm il-konsistenza bejn il-miżuri ta' sigurtà rispettivi fis-SEAE, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Artikolu 2

Ġestjoni tar-riskji tas-sigurtà

1.   Sabiex jiddetermina l-ħtiġijiet tiegħu tas-sigurtà protettiva, is-SEAE għandu japplika metodoloġija sħiħa ta' valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà f'konsultazzjoni mal-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9(6) għandu jiġi kkonsultat dwar l-applikazzjoni tiegħu fis-SEAE.

2.   Ir-riskju għall-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni għandu jiġi ġestit bħala proċess. Dan il-proċess għandu jkun immirat sabiex jiddetermina riskji tas-sigurtà magħrufa, jiddefinixxi miżuri tas-sigurtà sabiex inaqqas dawn ir-riskji għal livell aċċettabbli u japplika miżuri f'konformità mal-kunċett tad-difiża fil-fond. L-effikaċja ta' dawn il-miżuri għandha tiġi kontinwament evalwata.

3.   Ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma bla ħsara għar-responsabbiltà tal-membri kollha tal-persunal tas-SEAE li jeżerċitaw is-sens komun u l-ġudizzju tajjeb fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà tagħhom stess, u wkoll il-ħtieġa li huma jikkonformaw mar-regoli, ir-regolamenti, il-proċeduri u l-istruzzjonijiet applikabbli kollha dwar is-sigurtà.

4.   Is-SEAE għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tal-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni u sabiex ma jħallix li jseħħ xi dannu raġonevolment prevedibbli għalihom skont l-Artikolu 1(3).

5.   Miżuri tas-sigurtà fis-SEAE għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha għandhom ikunu konsistenti b'mod partikolari mal-klassifikazzjoni tas-sigurtà tagħha, il-forma u l-volum tal-informazzjoni jew materjal, il-post u l-kostruzzjoni tal-faċilitajiet li fihom tkun tinsab l-informazzjoni klassifikata u t-theddida, inkluża t-theddida vvalutata lokalment, ta' attivitajiet malizzjużi u/jew kriminali, inkluż l-ispjunaġġ, is-sabutaġġ u t-terroriżmu.

Artikolu 3

Il-protezzjoni tal-informazzjoni

1.   Ir-Rappreżenant Għoli għandu, wara li jikkonsulta lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jiddeċiedi dwar regoli għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE (1) (minn hawn 'il quddiem “EUCI”). Sakemm jiġu adottati dawn ir-regoli, is-SEAE għandu japplika mutatis mutandis ir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill imsemmija aktar 'il fuq. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jimplimenta dawk ir-regoli fis-SEAE skont l-Artikolu 1(3).

2.   Fejn l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata li ġġorr marka tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà nazzjonali fl-istrutturi jew in-netwerks tas-SEAE, is-SEAE għandu jipproteġi dik l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-EUCI fil-livell ekwivalenti, kif stabbilit fir-regoli applikabbli skont l-Artikolu 3(1).

3.   Fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata, il-miżuri tas-sigurtà fi ħdan is-SEAE għandhom ikunu konsistenti mas-sensittività tagħha u/jew l-impatt fuq l-interessi tal-UE tal-iżvelar mhux awtorizzat tagħha.

Artikolu 4

Sigurtà fiżika

1.   Miżuri xierqa ta' sigurtà fiżika, inklużi arranġamenti tal-kontroll tal-aċċess, għandhom jiġu stabbiliti għall-binjiet, uffiċċji, kmamar u żoni oħra fis-SEAE, kif ukoll żoni li fihom ikun hemm sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni li jkunu jittrattaw informazzjoni klassifikata. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fit-tfassil u l-ippjanar tal-binjiet.

2.   Fejn meħtieġ, għandhom jittieħdu miżuri ta' sigurtà fiżika għall-protezzjoni tal-persunal u d-dipendenti tagħhom.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu konsistenti mar-riskju vvalutat għall-persunal u l-viżitaturi, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni.

4.   Żoni fis-SEAE li fihom tkun maħżuna informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla minn hekk, jew l-ekwivalenti tagħha, għandhom jiġu stabbiliti bħala żoni sikuri skont ir-regoli tal-Artikolu 3(1) u għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti tas-sigurtà fi ħdan is-SEAE.

Artikolu 5

Awtorizzazzjoni tas-sigurtà għall-persunal

1.   L-aċċess għal informazzjoni klassifikata u l-proċeduri tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-persunal għandhom ikunu rregolati mir-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli skont l-Artikolu 3(1).

2.   Il-persunal kollu li d-dmirijiet tiegħu jitolbu li huwa jkollu aċċess għall-informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla minn hekk, jew l-ekwivalenti tagħha, għandu jkollu approvazzjoni tas-sigurtà sal-livell meħtieġ qabel ma jingħata aċċess għal din l-informazzjoni klassifikata. Madankollu, aġenti lokali ma għandhomx jingħataw aċċess għall-EUCI minbarra u f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli skont l-Artikolu 3(1).

3.   Il-proċeduri tal-approvazzjoni tas-sigurtà għall-persunal tas-SEAE għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli skont l-Artikolu 3(1). Dawn il-proċeduri għandhom jipprovdu livell ta' assigurazzjoni ekwivalenti għal dak stipulat fil-proċeduri applikati fil-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 6

Is-sigurtà tas-sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni

1.   Is-SEAE għandu jipproteġi l-informazzjoni użata f'sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni (minn hawn 'il quddiem “CIS”) kontra theddid għall-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà, l-awtentiċità u l-impossibilità li wieħed jirrifjuta l-kunsinja.

2.   Is-CIS kollha li jużaw informazzjoni klassifikata għandhom jgħaddu minn proċess ta' akkreditazzjoni. Is-SEAE għandu japplika sistema għall-ġestjoni tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà f'konsultazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

3.   Fejn il-protezzjoni tal-EUCI hija pprovduta minn prodotti kriptografiċi, dawn il-prodotti għandhom jiġu approvati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tal-Kriptografija tas-SEAE fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

4.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu, sal-punt neċessarju, jistabbilixxi l-funzjonijiet li ġejjin tal-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni, skont l-Artikolu 3(1):

(a)

Awtorità tal-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni;

(b)

Awtorità TEMPEST;

(c)

Awtorità tal-Approvazzjoni tal-Kriptografija;

(d)

Awtorità tad-Distribuzzjoni tal-Kriptografija

5.   Għal kull sistema, ir-Rappreżentant Għoli għandu jistabbilixxi l-funzjonijiet li ġejjin skont l-Artikolu 3(1):

(a)

Awtorità tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

(b)

Awtorità Operattiva tal-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni.

Artikolu 7

Għarfien u taħriġ tas-sigurtà

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura li l-programmi neċessarji tal-għarfien u t-taħriġ tas-sigurtà jitfasslu u jiġu implimentati fis-SEAE, u li l-persunal u, fejn xieraq, id-dipendenti tagħhom, jirċievu l-briefings informattivi u t-taħriġ konsistenti mar-riskji li jkun hemm fil-post tar-residenza tagħhom.

2.   Qabel ma jingħataw aċċess għall-informazzjoni klassifikata u f'intervalli regolari wara dan, il-membri tal-persunal għandhom jiġu infurmati dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom li jipproteġu l-EUCI f'konformità mar-regoli tal-Artikolu 3(1), u jirrikonoxxu dawn l-istess responsabbiltajiet.

Artikolu 8

Ksur tas-sigurtà u pperikolar ta' informazzjoni klassifikata

1.   Kull ksur jew suspett ta' ksur tas-sigurtà għandu jiġi rrappurtat immedjatament lid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE, li għandu jinforma lill-awtoritajiet relevanti tal-Kummissjoni, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew l-Istati Membri kif neċessarju.

2.   Fejn huwa magħruf jew fejn hemm kawża raġonevoli li wieħed jissuspetta li informazzjoni klassifikata ġiet ipperikolata jew mitlufa, id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jinforma lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew l-Istat Membru kif xieraq u jieħu l-miżuri relevanti kollha f'konformità mar-regoli skont l-Artikolu 3(1).

3.   Kull membru tal-persunal li huwa responsabbli għal ksur tar-regoli tas-sigurtà stabbiliti f'din id-Deċiżjoni jista' jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinari f'konformità mar-regoli jew ir-regolamenti applikabbli. Kull individwu li huwa responsabbli għall-ipperikolar jew it-telf ta' informazzjoni klassifikata għandu jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinari u/jew legali f'konformità mal-liġijiet, regoli u regolamenti applikabbli.

Artikolu 9

Organizzazzjoni tas-sigurtà fis-SEAE

1.   Ir-Rappreżenant Għoli għandu jkun l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE. F'dik il-kapaċità, ir-Rappreżenant Għoli għandu jiżgura b'mod partikolari li:

(a)

il-miżuri tas-sigurtà jiġu kkoordinati kif meħtieġ mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea, u, kif xieraq, Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fuq il-materji kollha tas-sigurtà relevanti għall-attivitajiet tas-SEAE, inkluż dwar in-natura tal-perikli għas-sigurtà tal-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni u l-mezzi sabiex tinkiseb protezzjoni kontrihom;

(b)

l-aspetti tas-sigurtà jittieħdu f'kunsiderazzjoni b'mod sħiħ mill-bidu nett fl-attivitajiet kollha tas-SEAE;

(c)

Approvazzjonijiet tas-Sigurtà tal-Persunal tal-UE jinħarġu lill-persunal tas-SEAE f'konformità mal-Artikolu 5(2) qabel ma jingħataw aċċess għall-informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, jew l-ekwivalenti tagħha;

(d)

tiġi stabbilita sistema ta' reġistru għal finijiet tas-sigurtà fi ħdan is-SEAE u din għandha tiżgura li l-informazzjoni klassifikata tiġi użata f'konformità mar-regoli skont l-Artikolu 3(1) u li jinżamm rekord tal-informazzjon klassifikata kollha li tingħata mis-SEAE lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u tal-informazzjoni klassifikata kollha li tiġi riċevuta mingħand Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e)

isiru l-ispezzjonijiet tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 11;

(f)

isiru l-investigazzjonijiet dwar kull ksur reali jew issuspettat tas-sigurtà, inkluż l-ipperikolar jew it-telf ta' informazzjoni klassifikata miżmuma mis-SEAE jew li toriġina mingħandu, u li l-awtoritajiet relevanti tas-sigurtà jintalbu sabiex jassistu f'dawn l-investigazzjonijiet;

(g)

sabiex jingħata rispons f'waqtu u effettiv għall-inċidenti tas-sigurtà, pjanijiet u mekkaniżmi xierqa ta' ġestjoni tal-inċidenti u l-konsegwenzi tagħhom huma stabbiliti;

(h)

jittieħdu miżuri xierqa fil-każ li l-presunal ma jirrispettax din id-Deċiżjoni.

2.   Ir-Rappreżenant Għoli jista' jidħol f'arranġamenti amministrattivi kif meħtieġ, u b'mod partikolari fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni klassifikata ma' Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, bla ħsara għall-Artikolu 218(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9(6) għandu jiġi kkonsultat qabel ma dawn jiġu konklużi.

3.   Is-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv għandu jiżgura li jittieħdu miżuri fiżiċi u organizzattivi xierqa għas-sigurtà u s-sikurezza tal-persunal u tal-viżitaturi, tal-assi fiżiċi u tal-informazzjoni fil-bini kollu tas-SEAE. Is-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv għandu jkun megħjun f'dan l-inkarigu mill-Uffiċjal Operattiv Ewlieni u d-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE.

4.   Is-SEAE għandu jkollu Direttorat tas-Sigurtà responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kwistjonijiet kollha tas-sigurtà fi ħdan is-SEAE, u li għandu jkun għad-dispożizzjoni tar-Rappreżentant Għoli u, meta jkun neċessarju, jista' jirrapporta lilu, skont il-mandat tiegħu. F'konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE, id-Direttorat tas-Sigurtà għandu jkun megħjun mis-servizzi kompetenti tal-Istati Membri.

5.   Il-Kap ta' kull Delegazzjoni tal-Unjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri kollha li jirrigwardaw is-sigurtà tad-Delegazzjoni, u għandu jieħu ħsieb is-sigurtà u s-sikurezza tal-persunal, il-viżitaturi, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni tad-Delegazzjoni. Huwa għandu jkun megħjun f'dawn l-inkarigi mid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE, mill-persunal tad-Delegazzjoni li jeżerċita dmirijiet u funzjonijiet dedikati, u minn persunal tas-sigurtà dedikat stazzjonat fejn neċessarju.

6.   Qiegħed jiġi b’dan stabbilit Kumitat tas-Sigurtà. Ir-Rappreżenant Għoli għandu jitlob il-pariri tal-Kumitat tas-Sigurtà, li għandu jeżamina u jivvaluta kull kwistjoni ta' sigurtà fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet kif xieraq. Il-Kumitat tas-Sigurtà għandu jikkonsisti f'esperti relevanti tas-sigurtà li jirrappreżentaw lill-Istati Membri kollha, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa għandu jkun ippresjedut mir-Rappreżenant Għoli, jew id-delegat appuntat tiegħu, u għandu jiltaqa' skont l-istruzzjonijiet li jingħata mir-Rappreżentant Għoli jew fuq talba ta' xi wieħed mill-membri tiegħu. Il-Kumitat tas-Sigurtà għandu jorganizza l-attivitajiet tiegħu b'tali mod li jkun jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kull qasam speċifiku tas-sigurtà fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni.

7.   Il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jiltaqa' b'mod regolari, u kull meta jkun meħtieġ, mad-Direttur tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u mad-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiddiskuti magħhom oqsma ta' interess komuni.

Artikolu 10

Sigurtà tal-missjonijiet tas-CSDP u l-EUSR

Ir-responsabbiltà ta' kull Kap ta' Missjoni jew Rappreżentant Speċjali tal-UE (EUSR) fir-rigward tas-sigurtà tal-missjoni jew grupp hija stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-missjoni jew tappunta l-EUSR. Kull Kap ta' Missjoni jew EUSR jista' jkun megħjun mid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE sabiex jiżgura li l-politika approvata mill-Kunsill dwar is-sigurtà tal-Persunal stazzjonat barra mill-UE f'kapaċità operattiva skont it-Titolu V, Kapitolu 2, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huwa implimentat b'mod sħiħ. Mekkaniżmi xierqa ta' koordinazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għal dan il-għan.

Artikolu 11

Spezzjonijiet tas-sigurtà

1.   Ir-Rappreżenant Għoli għandu jiżgura li jsiru spezzjonijiet tas-sigurtà sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli u r-regolamenti tas-sigurtà għall-ħarsien tal-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni fi ħdan is-SEAE u fil-missjonijiet stabbiliti taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE.

2.   Is-SEAE jista' jagħmel użu, kif meħtieġ, minn għarfien espert fl-Istati Membri, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

3.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jadotta programm annwali ta' spezzjonijiet tas-sigurtà.

Artikolu 12

Pjanar tal-kontinwità tal-attività

Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jassisti lis-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv fil-ġestjoni tal-aspetti relatati mas-sigurtà tal-proċessi tal-attività tas-SEAE bħala parti mill-Ippjanar tal-Kontinwità tal-Attività globali tas-SEAE.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-firma tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2011.

Ir-Rappreżentant Għoli

C. ASHTON


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/12


Informazzjoni mibgħuta mill-Ungerija dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2011/C 304/06

Skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr, l-Ungerija għarrfet lill-Kummissjoni li:

l-Ungerija se tapplika d-dispożizzjoni tranżitorja 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2010/35/UE,

il-kodiċi tal-kulur applikabbli fi ħdan it-territorju tal-Ungerija għall-apparat tal-pressjoni li jista' jinġarr huwa stipulat fid-Digriet Nru 14/1998 tal-Ministeru tal-Ekonomija tas-27 ta' Novembru 1998 dwar ir-regolamenti tas-sigurtà għaċ-ċilindri tal-gass.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/12


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 304/07

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

5.9.2011

Tul ta' żmien

5.9.2011-31.12.2011

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

BUM/ATLANT

Speċi

Marlin blu (Makaira nigricans)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/13


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 304/08

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

7.9.2011

Tul ta' żmien

7.9.2011-31.12.2011

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

WHB/1X14

Speċi

Stokkafixx (Micromesistius poutassou)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

959469

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/14


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 304/09

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

13.8.2011

Tul ta' żmien

13.8.2011-31.12.2011

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

PLE/8/3411

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Żona

Iż-żoni VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

870462

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/15


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 304/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“NOSTRANO VALTROMPIA”

Nru KE: IT-DPO-0005-0823-22.09.2010

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Nostrano Valtrompia”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Kategorija 1.3.

Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt (1):

Il-ġobon “Nostrano Valtrompia” DPO huwa ġobon nofsu mxaħħam b'qalba iebsa ħafna, li jiġi prodott matul is-sena kollha, minn ħalib nej miżjud biż-żagħfran. Il-karatteristiċi tal-prodott meta jinħareġ għall-konsum huma l-forma ċilindrika tal-qoxra tal-ġenb li tkun kważi dritta: d-dijametru jkun bejn 30 u 45 ċm u l-għoli tal-qoxra tal-ġenb ivarja bejn 8 u 12-il ċentimetru; il-piż tal-forma jista' jvarja bejn 8 u 18-il kilogramm; il-qoxra hija iebsa u tippreżenta kuluri li jvarjaw mill-isfar fil-kannella għall-isfar ħamrani; il-qalba tkun iebsa, iżda mhux imrammla żżejjed, u għandu mnejn ikollha toqob irqaq ta' daqs li jvarja bejn medju u fini li jkunu mqassmin b'mod uniformi; il-qalba għandha togħma u aroma qawwijin u intensi, mingħajr ebda ħjiel ta' aċidità meta l-maturazzjoni tkun minima filwaqt li meta l-prodott ikun immatura ħafna, din tippreżenta ħjiel punġenti li bilkemm jintiegħem; il-kulur tal-qalba huwa isfar minn lewn it-tibna b'tendenza lejn l-isfar ħadrani. Il-kontenut tax-xaħam tal-ġobon bħala tali jvarja bejn 18 u 28 %, filwaqt li l-kontenut fuq is-sustanza niexfa jvarja bejn 27,5 u 42 %; il-kontenut massimu ta' umdità huwa ta' 36 % tal-ġobon bħala tali; it-tul tal-maturazzjoni minima huwa ta' 12-il xahar.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-ħalib jiġi miż-żona tal-produzzjoni u jinkiseb minn baqar tar-razza kannella (bruna) u li għallinqas 90 % tat-total tagħhom huma rreġistrati fil-Ktieb tar-Razza. L-10 % li jibqa' jistgħu jkunu ġejjin minn razez oħra jew mit-taħlit ta' bejniethom. Iż-żieda taż-żagħfran hija prevista fi kwantitajiet li jvarjaw bejn 0,05 u 0,2 g għal kull 100 Kg. ta' ħalib.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mill-inqas 75 % tat-total tas-sustanza niexfa tal-porzjon tal-għalf jikkonsisti f'ħaxix jew ħuxlief minn ħxejjex differenti, filwaqt li l-konċentrati ta' ċereali, legumi u sottoprodotti tagħhom, melħ tar-ragħa u kumplessi tal-minerali u tal-vitamini li jintużaw bħala supplimenti ma għandhomx jaqbżu l-25 % tas-sustanza niexfa tal-porzjoni tal-għalf.

L-annimali għandhom jingħataw għalf li jinkludi ħaxix u/jew ħuxlief minn ħxejjex differenti, li jkun fihom essenzi selvaġġi tal-mergħat fosthom Dactylis glomerata, Festuca ovina, Poa annua, Phleum pratense u Trifolium montanum li jkunu ġejjin mit-territorju deskritt fil-punt 4, fi kwantità li hija biżżejjed biex tiggarantixxi mill-inqas 50 % tar-razzjon meħtieġ kuljum tat-total tal-porzjon, espressa f'sustanza niexfa.

Fil-perjodu bejn Ġunju u Settembru jiġi pprattikat ir-ragħa fil-muntanji jew fl-art baxxa għal mill-inqas 60 ġurnata, skont il-kundizzjonijiet tat-temp. Il-bhejjem bovini ma jingħatawx insilati jew qamħirrun għall-ikel.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita:

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-fażijiet tal-ipproċessar tiegħu, il-maturazzjoni, l-għorik u d-dlik biż-żejt tal-forom tal-ġobon, għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita skont iż-żmien u l-metodi tal-produzzjoni tradizzjonali.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ.:

Il-ġobon “Nostrano Valtrompia” jiġi kkummerċjalizzat sħiħ jew imqatta' f'porzjonijiet. It-tqattigħ tal-ġobon jista' ssir f'biċċiet ta' piż li jvarja iżda li fi kwalunkwe każ irid ikollhom parti mill-qoxra tal-ġenb li tixhed l-oriġini tal-ġobon. Il-porzjonijiet jistgħu jkunu ppakkjati minn qabel kemm f'pakketti mingħajr arja jew inkella f'pakketti ta' arja modifikata.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-ġobon “Nostrano Valtrompia” DPO jiġi kummerċjalizzat sħiħ u/jew imqatta' f'porzjonijiet u jinħareġ għall-konsum bil-logo li jidentifikah, flimkien mal-kitba “Nostrano Valtrompia” ripetuta iktar minn darba u bin-numru tal-matrikulazzjoni, ittimbrati mal-qoxra tal-ġenb tal-qaleb. Tista' titqiegħed karta tonda fuq wiċċ minnhom, bil-logo ta' identifikazzjoni li jinkludi l-kitba Nostrano Valtrompia DOP. bil-logo tal-UE maġenbha.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni tal-ġobon “Nostrano Valtrompia” DPO tagħmel parti mill-muniċipalitajiet tal-Provinċja ta' Brescia li jinsabu fil-wied magħruf bħala Valle Trompia, li huma Bovegno, Bovezzo, Brione, Caino, Collio, Concesio, Irma, Gardone Val Trompia, Lodrino, Lumezzane, Marcheno, Marmentino, Nave, Pezzaze, Polaveno, Sarezzo, Tavernole sul Mella, Villa Carcina, kif ukoll iż-żona fil-muntanji tal-muniċipalità ta' Gussago li tinkludi fiha partijiet minn Quarone u Civine.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-ġobon “Nostrano Valtrompia” DPO huwa prodott f'ambjent ġeografiku kkaratterizzat minn ġnub ta' muntanji weqfin, bwar dojoq li jinsabu f'qiegħ il-wied u mergħat tal-muntanji fuq artijiet weqfin fejn jikbru essenzi selvaġġi tal-mergħa bħalma huma d-Dactylis glomerata, Festuca ovina, Poa annua, Phleum pratense, Trifolium montanum, eċċ.. Dawn l-essenzi, kemm jekk jittieklu friski mill-baqar tar-razza Bruna matul il-perjodu tas-sajf jew inkella f'forma ta ħuxlief matul il-bqija tas-sena, jikkontribwixxu għall-karatteristiċi organolettiċi tal-ħalib minħabba li l-komponenti aromatiċi tagħhom jgħaddu direttament fil-ħalib. L-istess fatturi ġeografiċi wasslu biex ikun hemm kontinwazzjoni ta' struttura ta' produzzjoni li hija ffurmata l-iktar minn azjendi individwali żgħar li jipproduċu l-ħalib, jipproċessawh f'ġobon u mbagħad jimmaturawh. B'dan il-mod, fil-Valle Trompia jissokta r-rwol tradizzjonali li min irabbi l-bhejjem fl-istess waqt ikun jipproduċi l-ġobon u jimmaturah, u b'hekk tiġi żgurata identità qawwija ta' produzzjoni b'katina qasira. Id-dimensjoni tal-familja fl-organizzazzjoni produttiva tiżgura li jinżammu l-bosta prattiki tradizzjonali fil-Valle Trompia, bħal pereżempju l-ħila li wieħed jipproduċi għodda għalih stess li tintuża fl-ipproċessar tal-ġobon jew għad-dlik tal-qoxra u finalment din id-dimensjoni tirrappreżenta l-mod ta' kif l-għarfien jiġi trażmess oralment.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-ġobon “Nostrano Valtrompia” DPO huwa kkaratterizzat minn kontenut baxx ħafna ta' umdità u ta' xaħam li jirriżultaw f'konsistenza iebsa, minkejja li mhux imrammla żżejjed. In-nuqqas ta' ħjiel aċiduż fit-togħma, li huwa tipiku tal-bilanċ fil-fermentazzjoni tal-mikroflora awtoktona tal-ħalib nej, hija karatteristika oħra. Il-kulur tal-qalba huwa isfar minn lewn it-tibna, anke minħabba l-użu taż-żagħfran, b'tendenza li jagħti lejn l-isfar ħadrani, filwaqt li l-qoxra hija iebsa u b'kulur li jvarja bejn isfar li jagħti fil-kannella għal isfar ħamrani, minħabba t-trattamenti tad-dlik biż-żejt tal-qoxra li jippreservaw il-ġobon milli jitlef wisq umdità.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għal IĠP):

L-istruttura irregolari u mħarbta tat-territorju wasslet għal frammentazzjoni forzata tal-attivitajiet produttivi u serviet ta' diżinċentiv biex l-ipproċessar tal-ġobon isir b'mod industrijali. B'hekk, matul iż-żmien żviluppaw orgnizzazzjonijiet azjendali bbażati fuq ażjendi żootekniċi żgħar li jipproċċessaw il-ħalib li jipproduċu huma stess. Fil-fatt is-sistema komplessa tal-orografija, li tinkludi żoni tal-mergħa fil-muntanji f'altitudini ta' iktar minn 1 800 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar kif ukoll id-diffikultajiet tat-trasport fiż-żona tal-produzzjoni, minn dejjem kienu jikkundizzjonaw il-metodi tal-ġbir u tal-ipproċessar tal-ħalib, li sal-lum għadhom isiru bi bramel/tankijiet jew friskaturi fl-azjendi fejn jiġi pproċessat il-ħalib prodott minnhom stess. Dawn il-fatturi kollha flimkien marbutin maż-żona ġegrafika u mat-tekniki tax-xogħol tradizzjonali jiddeterminaw l-ispeċifiċità tal-ħalib u jikkontribwixxu għalhekk għall-karatteristiċi tan-“Nostrano Valtrompia”. B'mod speċifiku, il-krema li b'mod spontanju titla' fil-wiċċ tal-ħalib tippermetti tnaqqis sinifikanti fil-kontenut tax-xaħam tal-ħalib li jkun maħsub li jintuża għall-produzzjoni tal-ġobon u fl-istess waqt din tikkontribwixxi biex tiżviluppa mikroflora awtoktona fil-ħalib li hija importanti għall-proċessi ta' maturazzjoni u għall-karatteristiċi tat-togħma tal-ġobon. L-azzjoni kombinata tal-mikroflora awtoktona preżenti fil-ħalib nej tal-kaldarun tippermetti aċidifikazzjoni korretta tal-baqta u matul il-maturazzjoni tikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' kwantità importanti ta' peptidi u aminoaċidi liberi li jikkaratterizzaw il-proprjetajiet tal-palat u tat-togħma filwaqt li jneħħu l-ħjiel aċiduż mit-togħma tal-ġobon.

Matul il-perjodu ta' maturazzjoni tal-ġobon “Nostrano Valtrompia” DPO, il-produtturi jżommu l-prattika tad-dlik biż-żejt tal-forma biex jiġi evitat li l-ilħiq minn kmieni tal-valur massimu tal-kontenut ta' umdità (36 %) jaffettwa l-attività tal-enżimi b'mod negattiv, u b'hekk ibiddel għall-agħar il-karatteristiċi ta' togħma qawwija.

Barra minn hekk, il-prattika taż-żieda taż-żagħfran fil-ħalib jew fit-taħlita tax-xorrox u baqta tippermetti li tittejjeb id-dehra tal-qalba tal-ġobon li, f'każ li ma jiżdiedx iż-żagħfran tikseb ton ħadrani żżejjed minħabba fatturi marbutin mal-ixkumatura parzjali tal-ħalib u l-għalf tal-baqar.

Fil-Valle Trompia, jiddomina r-rwol ta' min irabbi l-bhejjem li jkun ukoll il-produttur tal-ġobon u dak responabbli mill-maturazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira tal-katina tal-produzzjoni issir minn persuna waħda. F'dan il-kuntest, wieħed juża tekniki komuni li jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra. Iż-żieda taż-żagħfran, l-użu tal-kaldaruni tar-ram u ta' għodda li spiss ikunu prodotti mill-istess produtturi tal-ġobon, bħalma huma l-ħawwada, l-għodda tat-taħlit u l-ixkumatur u l-użu taż-żejt tal-kittien matul il-maturazzjoni jixhdu ż-żamma tal-metodu tal-ipproċċessar tal-ħalib kif kien fl-imgħoddi, li jippermetti li jikiseb in-“Nostrano Valtrompia,” li huwa ġobon li jesprimi l-kultura umana u agrikola tat-territorju tal-produzzjoni.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it) u mbagħad jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin), u fl-aħħar jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/19


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 304/11

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“SQUACQUERONE DI ROMAGNA”

Nru KE: IT-PDO-0005-0794-04.12.2009

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Squacquerone di Romagna”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.3. –

Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

L-iSquacquerone di Romagna DPO huwa ġobon artab li jimmatura malajr, magħmul mill-ħalib tal-baqra miż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4. Meta joħroġ għall-konsum, il-ġobon Squacquerone di Romagna DPO għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

 

Karatteristiċi morfoloġiċi:

Piż: il-ġobon Squacquerone di Romagna DPO jiżen bejn 0,1 kg u 2 kg.

Dehra: il-ġobon Squacquerone di Romagna DPO huwa lewn abjad madriperla, u għandu jkun mingħajr skorċa jew qoxra.

Forma: tiddependi mir-reċipjent li fih jitqiegħed il-ġobon, billi l-konsistenza kremuża ħafna tiegħu ma tippermettilux jieħu forma kompatta.

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi: kontenut tax-xaħam (tal-materjal niexef): bejn 46 % u 55 %; umdità: bejn 46 % u 65 %; karatteristiċi mikrobijoloġiċi: pH ta’ bejn 4,95 u 5,30.

 

Karatteristiċi organolettiċi:

Togħma: pjaċevoli, ħelwa, kemxejn aċiduża, b'laqta sottili ta’ melħ.

Riħa: delikata, tipika tal-ħalib, bi ħjiel ta’ ħaxix.

Konsistenza: ratba, kremuża, teħel, tinħall jew tindilek faċilment.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

L-iSquacquerone di Romagna DPO huwa ġobon artab magħmul mill-ħalib sħiħ tal-baqra, tar-razez imrobbija fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4, jiġifieri l-Frisona Italiana, il-Bruna Alpina u r-Romagnola.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Tal-anqas 60 % mill-materjal niexef tad-dieta tal-baqar għandu jkun tal-ħaxix u tal-ħaxix maħżun, issupplimentat bl-għalf.

Il-ħaxix u l-ħaxix maħżun jikkonsistu minn legumi u ħxejjex li jikbru esklussivament fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4.

Ta’ min jiġi indikat li l-firxa wiesgħa ta’ speċijiet ta’ ħaxix tinkludi pjanti mediċinali varji, fosthom, partikularment, l-ispeċijiet Pomposa, Classe, Garisenda, Delta u Prosementi.

L-għalf huwa sors ta’ alimentazzjoni konċentrata u b'livell għoli ta’ enerġija, u jista' jinkludi:

(1)

proteini: żrieragħ sħaħ u ħbub tal-legumi, bħas-sojja, il-ful, il-ġirasol u l-piżelli, kif ukoll dqiq tas-sojja u tal-ġirasol.

(2)

għalf bil-fibra bħal qalba niexfa, il-ħliefa u l-qxur tas-sojja.

(3)

enerġija: żrieragħ tal-qamħirrum, xgħir, sorgu, qamħ, ħafur, żjut veġetali, żejt tas-sojja, żrieragħ sħaħ tal-kittien imqaxxrin.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita: il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-ħalib.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

L-iSquacquerone di Romagna għandu jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita. Billi huwa mingħajr skorċa u jista' jittiekel kollu kemm hu, il-ġobon huwa partikularment soġġett għat-tniġġis wara l-produzzjoni, u għaldaqstant għat-taħsir minħabba żieda fil-batterji fl-ambjent, li jistgħu jmissu ma' wiċċ il-prodott f'kull stadju. Barra minn hekk, minħabba li dan huwa prodott frisk, għandu jiġi evitat kwalunkwe tkabbir mikrobiku fl-iSquacquerone di Romagna, waqt li jkun jinsab għall-bejgħ. Biex jiġu evitati r-riskji ta’ taħsir, il-prodott għandu jiġi ppakkjat fl-istess impjant iċċertifikat ta’ produzzjoni. Il-materjal ewlieni għall-ippakkjar tal-iSquacquerone di Romagna DPO huwa l-karta tal-ikel, jew reċipjenti magħmulin apposta u adattati għall-konsistenza ratba u kremuża tal-prodott.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

L-ippakkjar tal-ġobon prodott skont din l-ispeċifikazzjoni għandu juri l-kitba “Squacquerone di Romagna — Denominazione d'Origine Protetta” jew “Squacquerone di Romagna — DOP”, flimkien mal-logo tal-UE. It-tikketta għandha ġġib ukoll l-isem, l-isem kummerċjali, u l-indirizz tal-produttur/pakkjatur. Il-prodott għandu jinżamm f'temperatura ta' bejn 0 °C u + 6 °C, u t-temperatura massima għall-ħżin għandha tkun indikata fuq it-tikketta. It-tikketta għandha tinhemeż mat-tgeżwir li jipproteġi l-ġobon minn barra, u għandha turi l-kliem “Squacquerone di Romagna” fil-font Sari Extra Bold, bil-korsiv, bil-blu Pantone Nru 2747 u bl-abjad, u b'daqs proporzjonali għall-pakkett. Kwalunkwe żieda ta’ dettalji oħra mhux speċifikati hawnhekk hija pprojbita.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-iSquacquerone di Romagna DPO tinkludi l-provinċji li ġejjin tar-Reġjun ta’ Emilia-Romagna: Ravenna, Forli-Cesena, Rimini, Bologna; u parti mit-territorju tal-provinċja ta’ Ferrara, delimitata bejn l-iStrada Statale n. 64 (Porrettana) fil-Punent u x-xmara Po fit-Tramuntana.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona li fiha jiġi prodott il-ġobon Squacquerone di Romagna DPO hija karatterizzata minn artijiet li jinsabu 'l fuq mill-pjanura alluvjali. Dawn l-artijiet jintużaw għat-tkabbir taċ-ċereali, ħxejjex għall-għalf, u wċuħ intensivi speċjalizzati. Il-klima taż-żona ta’ produzzjoni tal-iSquacquerone di Romagna DPO huwa tat-tip subkontinentali moderat. Minn żmien il-qedem, iż-żona tal-oriġini ta’ dan il-ġobon rat il-preżenza ta' azjendi agrikoli ddedikati fuq kollox għall-produzzjoni ta' wċuħ veġetali, u għat-trobbija limitata tal-bhejjem għall-ħalib u għall-ħdim fir-raba' (ħrit, eċċ.). Parti mill-ħalib użat għall-konsum mill-bniedem kienet tiġi pproċessata fil-ġobon Squacquerone di Romagna, bil-għan li l-bdiewa jissupplimentaw id-dħul tagħhom bit-tpartit.

L-istudji li saru dwar il-ġobon Squacquerone di Romagna DPO ħarġu fid-dieher il-karatteristiċi tal-kulturi naturali li jintużaw, u wrew uniformità żgura fl-ispeċijiet tal-batterji li fih, jiġifieri l-bijotipi indiġeni tal-iStreptococcus termophilus. Dawn il-kulturi naturali jiġu żviluppati f'fermentaturi fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4, dejjem bl-użu ta’ ħalib li ġej mill-istess żona.

It-tekniki tal-produzzjoni, li baqgħu simili ħafna għall-metodi storiċi, għandhom iqisu li ż-żminijiet għall-produzzjoni tal-ġobon ivarjaw skont l-istaġun, b'perjodi itwal fix-xitwa u iqsar fis-sajf. Il-ħila u l-esperjenza tal-produtturi huma importanti biex tinkiseb il-konsistenza t-tajba tal-ġobon.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-karatteristiċi ewlenin li jagħżlu l-iSquacquerone di Romagna minn ġobnijiet rotob oħrajn ta’ maturazzjoni rapida huma l-lewn abjad madriperla u r-riħa delikata, tipika tal-ħalib, bi ħjiel ta’ ħwawar.

Madankollu, l-iktar karatteristika li wasslet għall-prestiġju tal-iSquacquerone di Romagna hija l-konsistenza kremuża u ġelatinuża tiegħu, il-fatt li jindilek faċilment minħabba li huwa artab ħafna.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):

Il-karatteristiċi tal-ġobon Squacquerone, partikularment il-kremożità tiegħu u l-fatt li faċli ħafna jindilek, huma dovuti għat-tip tal-ħalib użat fil-produzzjoni tiegħu, bi proprjetajiet speċifiċi bħal-livell baxx ta’ proteini u tax-xaħam. In-nuqqas ta’ proteini u tax-xaħam ġej mid-dieta mogħtija lill-baqar, iddeterminata, min-naħa tagħha, miż-żona ġeografika ddefinita.

Fi kliem iktar preċiż, il-kwalitajiet speċifiċi tal-ħaxix imkabbar esklussivament fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4, li fih kontenut għani taz-zokkor u tal-fibra li tiġi ddiġerita faċilment, jipprovdu lill-baqar b'dieta karatteristika. Din id-dieta tispikka għal-livell baxx ta’ kontributi enerġetiċi mix-xaħam u mil-lamtu, u l-enerġija mogħtija mill-ħaxix tipiku tal-mergħat taż-żona tagħmel tajjeb għal dan. B'hekk jinkiseb ħalib b'livell baxx ta’ proteina u tax-xaħam, li min-naħa tiegħu jwassal għall-karatteristiċi tipiċi tal-iSquacquerone, jiġifieri l-konsistenza ratba tiegħu (bl-ebda nervitura, kemxa, eċċ.). Dan il-ħalib jipproduċi l-karatteristiċi organolettiċi deskritti fil-punt 3.2, fosthom il-konsistenza ratba u kremuża, it-togħma ħelwa u kemxejn aċiduża, u r-riħa delikata bi ħjiel ta' ħaxix.

Barra minn hekk, bis-saħħa tal-esperjenza tal-produtturi li jadattaw b'suċċess iż-żminijiet tal-produzzjoni tal-ġobon skont l-istaġuni, jirnexxilhom jevitaw li l-ġobon isir qisu tal-ġibs jew aktar sfiq milli suppost.

Rabta importanti oħra bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-iSquacquerone di Romagna hija l-użu tar-razez indiġeni. Fejn tidħol it-tassonomija, l-iStreptococcus thermophilus hija l-ispeċi identifikata fil-kulturi naturali kollha studjati, u dan jikkaratterizza l-mikroflora tal-ħalib tipika tal-iSquacquerone di Romagna DPO. Il-bijotipi varji iżolati juru ċerti karatteristiċi fiżjoloġiċi u bijokimiċi li ma jinstabux fil-ġabra ta' razez fil-kollezzjonijiet internazzjonali. Dan jerġa' joħroġ fid-dieher in-natura unika u speċifika tal-firxa ta’ batterji użata fil-produzzjoni tal-iSquacquerone di Romagna. Il-bijotipi indiġeni tal-iStreptococcus thermophilus ġew iżolati minn diversi kampjuni tal-ħalib nej, meħudin minn għadd ta’ azjendi fiż-żona tradizzjonali ta’ produzzjoni tal-ġobon. Dawn il-bijotipi jistgħu għaldaqstant jitqiesu bħala indiġeni, u flimkien jikkostitwixxu l-għelm karatteristiku tal-mikrobi assoċjati b'riżultat tas-selezzjoni naturali u umana, fin-niċċa ekoloġika speċifika li tiddistingwi din iż-żona partikulari tal-Italja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Din l-Amministrazzjoni bdiet il-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni, imsemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għall-proposta ta’ reġistrazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Squacquerone di Romagna” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana, n. 75, tat-30 ta’ Marzu 2006.

It-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fil-paġna elettronika li ġejja:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Inkella, it-test jista' jinstab ukoll billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, tal-Ikel u tal-Forestrija (http://www.politicheagricole.it), u jikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (fuq il-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/23


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 304/12

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“UVA DI PUGLIA”

Nru KE: IT-PGI-0005-0653-11.10.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Uva di Puglia”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem ta' (1):

L-IĠP “Uva di Puglia” huwa riservat għall-għeneb tal-mejda tal-varjetajiet Italia b., Victoria b., Regina b., Michele Palieri n., Red Globe rs. li jagħmlu parti mill-kategoriji kummerċjali “Extra” u “Prima”, prodotti fiż-żona definita fil-punt 4 li ġej.

Meta jitqiegħed fis-suq, l-għeneb tal-mejda għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin: l-għenieqed sħaħ għandu jkollom piż ta' mhux inqas minn 300 gramma; l-għenba għandha tkun ta' daqs ta' mhux inqas minn 21 mm għall-Victoria, 15 mm għar-Regina u 22 mm għall-Italia, Michel Palieri u Red Globe (dijametru ekwatorjali), il-kulur għandu jkun isfar ċar minn lewn it-tibna għall-varjetajiet Italia, Regina u Vittoria, iswed bellusi għall-varjetà Michele Palieri u roża dehbi fil-każ għall-varjetà Red Globe; il-meraq tal-għeneb għandu jkollu valur ta' mhux inqas minn 14 °Brix għall-varjetajiet Italia, Regina u Red globe, u 13 °Brix għall-varjetajiet Victoria u Michele Palieri. Il-valur tal-proporzjon °Brix/total tal-aċidità għandu jkun ta' mhux inqas minn 22 għall-varjetajiet kollha.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-fażijiet kollha tal-kultivazzjoni jew tal-qtugħ tal-Uva di Puglia għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4.

3.6.   Regoli speċifiċi li japplikaw għat-tqattigħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ.:

Kull pakkett għandu jkun issiġillat (permezz ta' xibka, boroż issiġillati (flow–packing), twaħħil ta' tikketti biex jissiġillaw il boroż u imballaġġ trasparenti u mtaqqab). L-ippakkjar li jintuża jinkludi: kaxxa li tista' tkun tal-kartun, tal-injam, tal-fuljetta jew tal-plastik għal 5 kg netti ta' għeneb; kaxxa tal-kartun għal 2 kg, – 2,5 kg, – 3,0 kg netti ta' għeneb; qfief għal 2,0 kg – 1,5 kg – 1,0 kg – 0,750 kg – 0,5 kg netti ta' għeneb, tal-polipropilen jew tal-PET, ġewwa imballaġġ tal-plastik, tal-injam jew tal-kartun; boroż ta' 0,5 kg – l,0 kg netti ta' għeneb, magħmulin mill-PET, ġewwa imballaġġ tal-plastik, tal-injam jew tal-kartun. L-ippakkjar għandu jsir b'obbligu fiż-żona identifikata fil-punt 4 biex jiġi evitat li t-trasport u l-manipolazzjoni eċċessiva jagħmlu ħsara lill-għeneb u b'hekk ibiddlulu l-intergrità u l-kulur. L-għeneb tal-mejda jrid ikun ippakkjat b’tali mod li jiżgura l-ħarisen adegwat tal-prodott.

3.7.   Regoli speċifiċi li jirrigwardaw it-tikkettar:

Fuq kull pakkett għandha titwaħħal tikketta li fuq l-istess faċċata tagħha għandu jkun hemm b'tipa li tinqara u li tidher minn barra u li ma titħassarx, l-indikazzjonijiet li ġejjin apparti l-logo tad-denominazzjoni u s-simbolu grafiku komunitarju: isem u indirizz jew simbolu jew kodiċi tal-identifikazzjoni ta' min jippakkja u tal-produttur tal-għeneb, kif ukoll ir-referenzi relatati u l-informazzjonijiet korrispondenti skont kif mitlub bil-liġi.

Il-logo għandu jirrispetta b'mod strett il-proporzjonijiet tat-tipa, skont ir-rappreżentazzjoni grafika li tidher hawn.

Madankollu l-użu ta' logo f'qisien differenti huwa awtorizzat sakemm jinżamm il-proporzjon oriġinali.

Il-logo li se jindika l-isem tal-IĠP għandu jiġi riprodott fuq tikketta jew l-istrixxa għas-siġillar tal-pakketti li jeħlu weħedhom biex jissiġillaw il-pakkett b'dijametri differenti.

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Uva di Puglia” tinkludi t-territorji kollha tal-muniċipalitajiet fil-provincji ta' Bari, Barletta-Andria-Trani, Brindisi, Foggia, Taranto u Lecce li jinsabu f'altitudni ta' 330 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Uva di Puglia” hija karatterizzata mill-kundizzjonijiet pedoklimatiċi ideali għall-iżvilupp tal-prodott: ħamrija ta' għamla medja, rikka fl-“iskeletru” tagħha, mogħnija b'karbonati totali u ġir attiv, rikka fil-potassju, fil-kalċju u l-manjeżju. Il-klima, li hija moderata anke matul ix-xitwa, għandha l-vantaġġ tal-benefiċċji tal-Baħar Adrijatiku u mill-irjieħ tal-għoljiet li jinsabu fiż-żona ta' Murgia. L-inżul rari tax-xita fil-perjodu tar-rebbiegħa u s-sajf, flimkien ma' tisqija bil-qies f'każ ta' bżonn, id-dawl qawwi li hemm fuq il-post u l-preżenza ta' rjieħ moderati jirrispondu għall-bżonnijiet tad-dielja li hija eżempju eċċellenti ta' pjanta li tħobb ix-xemx. L-ispeċjalizzazzjoni ta' livell għoli tal-operaturi tal-Puglia, li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra u waslet intatta sa żminijietna, f'dak li jirrigwarda l-kultivazzjoni, il-manipolazzjoni u l-ippakkjar tal-għeneb ikomplu jsaħħu l-karatteristiċi ta' kwalità tal-prodott.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Ir-reputazzjoni tal-Uva di Puglia hija marbuta mas-suċċess kbir tal-produzzjonijiet u tal-esportazzjonijiet u għalhekk din id-denominazzjoni ta' spiss tissemma f'kotba, studji u artikli ta' rivisti ta' dan is-settur. L-Uva di Puglia hija għenba li tiġi prodotta l-iktar fl-Italja u esportata barra l-pajjiż. Hija tokkupa l-ewwel post f'dak li jirrigwarda is-sbuħija u l-uniformità tal-għanqud, għall-kulur qawwi u jleqq tal-qoxra u għall-fatt li l-għeneb iqarmeċ meta jittiekel. Dawn il-kwalitajiet huma r-riżultat tal-ambjent ideali li toffri ż-żona ta' produzzjoni u tal-ispeċjalizzazzjoni ta' livell għoli tal-bdiewa.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP):

Ir-reputazzjoni tal-Uva di Puglia li l-ewwel xhieda tagħha tmur lura sal-aħħar tas-seklu 19, għandha tiddaħħal f'kuntest storiku u ekonomiku. F'dak iż-żmien, minkejja d-dewmien fl-ivvjaġġar u l-fatt li prodott malajr jidbiel kienu r-raġunijiet ewlenin li jillimitaw l-esportazzjoni, l-għeneb Uva di Puglia, għal kuntrarju ta' għeneb ieħor, kien juri l-kapaċità li jżomm il-karatteristiċi tiegħu, u kien jitwassal fuq is-swieq barranin, bħal pereżempju dak Ġermaniż, fi stat eċċellenti. F'dan ir-rigward ta' min ifakkar memorja partikolari tal-pijunier Sergio Musci, li fl-1869, beda l-ewwel bgħit tal-għeneb tal-mejda tal-Puglia minn Bisceglie (Bari) lejn Milan, Turin u Bolonja u lill-kavallier Francesco De Villagomez, ukoll minn Bisceglie, li fl-1880 beda l-ewwel bgħit tal-għeneb tal-Puglia lejn il-Ġermanja.

Matul is-snin, il-produzzjoni tal-Uva di Puglia żdiedet progressivament u fl-istess ħin żdiedet ukoll l-esportazzjoni kif jixhed l-Istituto per il Commercio Estero (ICE.), (l-Istitut tal-Kummerċ barrani) u b'hekk kienet rappreżentata espressjoni tipika tat-territorju tal-produzzjoni fuq is-swieq internazzjonali. Fis-snin erbgħin (40), l-entità tal-bgħit miż-żoni ta' produzzjoni li kienu addatati għall-kultivazzjoni tal-Uva di Puglia kienet tilħaq mijiet ta' vaguni tal-ferrovija kuljum. Fl-1975 l-esportazzjoni tal-Uva di Puglia laħqet it-62,4 % tal-produzzjoni tal-għeneb tal-mejda maħsub biex jiġi esportat mill-Italja, 52,7 % fl-1980 u għal darb'oħra 74,1 % fl-1985. Kien proprju minħabba s-suċċess kbir fil-produzzjoni u fl-esportazzjoni li l-Uva di Puglia issemmiet iktar minn darba f'kotba, studji u artikli ta' rivisti marbutin ma' dan is-settur. Huwa interessanti li wieħed jara l-istampi li jidhru fil-volum ippubblikat fl-1979 mill-OECD (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi) bl-isem “Table Grapes” u li tagħmel parti mis-sensiela “International Standardisation of fruit an vegetable”. F'dan il-volum jidhru stampi ta' kannestri sħaħ mimlijin b'għeneb li fuqhom hemm referenza ċara għall-Puglia.

Is-suċċess fil-produzzjoni u fl-esportazzjoni jixhed il-mod perfett ta' kif l-ambjent ideali taż-żona ġeografika jinteraġġixxi mal-ispeċjalizzazzjoni tal-bdiewa, u dan ippermetta li jintlaħqu l-aqwa livelli ta' kwalità li tissodisfa n-numru li dejjem qed jikber ta' konsumaturi nazzjonali u dawk barranin. Wieħed isib referenzi ċari għall-ambjent ideali tat-territorju u għall-ispeċjalizzazzjoni għolja tal-bdiewa li jikkultivaw id-dwieli tal-għeneb tal-mejda li jmorru lura saż-żmienijiet tal-bidu tal-1900. F'dan ir-rigward, fl-1914 Vivarelli enfasizza, f'rapport li kiteb dwar is-sitwazzjoni fil-Puglia, il-kwalitajiet li huma partikolarment favorevoli tal-klima, il-ħamrija u l-imġiba tal-bdiewa tad-dwieli “li fehmu l-ħtieġa u ma jittraskurawx il-metodi speċjali biex jieħdu ħsieb il-kultivazzjoni...” Sal-lum il-ġurnata, dawn il-metodi jidhru fil-ħila tal-operazzjonijiet manwali li jsiru b'attenzjoni u bi ħsieb fuq ir-rimjiet u fuq l-għenieqed, it-tneħħija tal-weraq u tar-rimjiet, l-organizzazzjoni tar-rimjiet sabiex ikollhom ammont ta’ dawl tajjeb, operazzjonjiet li kollha jiffavorixxu l-aqwa żvilupp u maturazzjoni tal-għeneb, bl-inqas possibbiltà ta' mard kriptogamiku u b'possibbiltà aħjar ta' konservazzjoni. Għalhekk l-importanza storika tal-“Uva di Puglia”, minbarra li hija dejjem iktar rikjesta mis-swieq nazzjonali u dawk barranin, tafferma ruħha wkoll minħabba l-fatt li hija rikonoxxuta minn operaturi tar-reġjuni oħrajn li jipproduċu l-għeneb.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

It-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli fuq is-sit tal-internet:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it) u mbagħad jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin), u fl-aħħar jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/26


Avviż għall-attenzjoni ta' Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai, li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1024/2011

2011/C 304/13

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista magħmula skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

l-Al-Qaida,

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-Al-Qaida, kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġjawhom mod ieħor.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma'” Al-Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru mill-Al-Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnha jew derivattiv tagħha, jew ta' atti jew attivitajiet li jsiru magħhom, taħt isimhom, f'isimhom jew b'appoġġ għalihom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat lil xi wieħed minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Fil-5 ta’ Ottubru 2011 il-Kumitat tan-NU ddeċieda li jżid lil Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai mal-lista relevanti. Huwa jista' meta jrid iressaq talba lill-Ombudsman tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex id-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq terġa' tiġi kkunsidrata. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

In-Nazzjonijiet Uniti – L-Uffiċċju tal-Ombudsperson

Kamra TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 2129632671

Fax +1 2129631300 / 3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni żur http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 1024/2011 (2), li jemenda l-Anness I ta' mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida (3). L-emenda, magħmula b'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai mal-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartienu għall-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli wieħed jagħmel disponibbli finanzjament u riżorsi ekonomiċi lil kwalunkwe mill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, sew jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (4)); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprovdi għal proċess ta' reviżjoni fejn osservazzjonijiet fuq bażi ta' reġistrazzjoni jiġu sottomessi minn dawk li qegħdin fil-lista. L-individwi u l-entitajiet miżjuda mal-Anness I mir-Regolament (UE) Nru 1024/2011 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex ikunu jafu r-raġunijiet għaliex iddaħħlu fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

Il-Kummissjoni Ewropea

“Miżuri Restrittivi”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

L-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għandhom ikunu jafu wkoll li jistgħu jisfidaw ir-Regolament (UE) Nru 1024/2011 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I dwar il-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 18 Volume 01 P. 292 - 293.

(2)  ĠU L 270, 15.10.2011, p. 24.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).