ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.160.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 160

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
28 ta' Mejju 2011


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 160/01

Nota ta’ informazzjoni dwar ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-qrati nazzjonali

1

2011/C 160/02

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 152, 21.5.2011

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 160/03

Kawża C-20/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ammissibbiltà tar-rikors — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 56 KE — Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE — Titoli tad-dejn pubbliku — Trattament fiskali preferenzjali — Ġustifikazzjoni — Ġlieda kontra l-frodi fiskali — Ġlieda kontra l-evażjoni fiskali)

7

2011/C 160/04

Kawża C-291/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van kophandel Brussel — il-Belġju) — Francesco Guarnieri & Cie vs Vandevelde Eddy VOF (Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 34 TFUE — Cautio judicatum solvi — Kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Monako — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE)

7

2011/C 160/05

Kawża C-402/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu — ir-Rumanija) — Ioan Tatu vs Statul român prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu, Ministerul Mediului (Taxxi interni — Artikolu 110 TFUE — Taxxa fuq it-tniġġis miġbura meta l-vettura bil-mutur tiġi rreġistrata għall-ewwel darba — Newtralità tat-taxxa bejn vetturi bil-mutur użati importati u vetturi simili li diġà jinsabu fis-suq nazzjonali)

8

2011/C 160/06

Kawża C-405/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Proċeduri intiżi għall-ġbir tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Dewmien fil-konstatazzjoni tar-riżorsi proprji marbuta ma’ dawn id-dazji)

8

2011/C 160/07

Kawża C-153/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjizi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs Sony Supply Chain Solutions (Europe) BV (Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikoli 12(2) u (5), 217(1), u 243 — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikoli 10 u 11 — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Informazzjoni tariffarja li torbot — Invokazzjoni minn operatur li ma jkunx id-detentur tal-istess merkanzija — Deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni doganali nazzjonali — Aspettattivi leġittimi)

9

2011/C 160/08

Kawża C-305/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport bil-ferrovija — Direttiva 2005/47/KE — Kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transkonfinali interoperabbli fis-settur tal-ferroviji — Ftehim tal-imsieħba soċjali settorjali fuq livell Ewropew — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

9

2011/C 160/09

Kawża C-431/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/85/KE — Dritt għal ażil — Proċedura għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat — Standards minimi — Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst)

10

2011/C 160/10

Kawża C-106/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-3 ta’ Marzu 2011 — M.J.Bakker vs Staatssecretaris van Financiën

10

2011/C 160/11

Kawża C-109/11: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

11

2011/C 160/12

Kawża C-110/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fl-4 ta’ Marzu 2011 — Minister van Financiën vs G. in 't Veld

11

2011/C 160/13

Kawża C-122/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Belġju

12

2011/C 160/14

Kawża C-145/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

12

2011/C 160/15

Kawża C-146/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (ir-Repubblika tal-Estonja) fil-25 ta’ Marzu 2011 — AS Pimix (fi stralċ) vs Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus

13

2011/C 160/16

Kawża C-150/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 160/17

Kawża T-167/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Far Eastern New Century vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjoni ta’ tereftalat tal-polietilen li joriġina mit-Tajwan — Stabbiliment tal-marġni ta’ dumping — Metodu ta’ kalkolu asimetriku — Konfigurazzjoni tal-prezzijiet tal-esportazzjoni differenti skont ix-xerreja u l-perijodi — Marġni ta’ dumping li d-daqs reali tiegħu ma jistax jiġi rifless mill-metodi ta’ kalkolu simetriċi — Obbligu ta’ motivazzjoni)

15

2011/C 160/18

Kawża T-461/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — Visa Europe u Visa International Service vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tas-servizzi marbuta mal-aċċettazzjoni tat tranżazzjonijiet magħmula permezz ta’ karti ta’ kreditu jew ta’ debitu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Limitazzjoni tal-kompetizzjoni — Kompetitur potenzjali — Multi — Ċirkustanzi attenwanti — Terminu raġonevoli — Ċertezza legali — Drittijiet tad-difiża)

15

2011/C 160/19

Kawża T-465/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2011 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni (Programm PHARE — Fondi li jistgħu jiġġeddu miksuba mir-Repubblika Ċeka — Rimbors tas-somom imħallsa — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċċija — Bażi legali — Ordinamenti ġuridiċi distinti — Kunċett ta’ karattru ċert u ta’ ammont fiss tal-kreditu — Obbligu ta’ motivazzjoni)

16

2011/C 160/20

Kawża T-466/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (ACNO FOCUS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ACNO FOCUS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FOCUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))

16

2011/C 160/21

Kawża T-576/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Distribuzzjoni ta’ prodotti tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-iktar fil-bżonn — Regolament (KE) Nru 983/2008 — Pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta’ riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-programm ta’ distribuzzjoni — Mobilizzazzjonijiet fis-suq — Rikors għal annullament)

16

2011/C 160/22

Kawża T-70/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Dokument ta’ programmar individwali li jirrigwarda r-reġjun Groningue-Drenthe — Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja u li tordna r-rimbors parzjali tas-somom imħallsa — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 23(1) u l-Artikolu 24(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88)

17

2011/C 160/23

Kawża T-98/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Tubesca vs UASI — Tubos del Mediterráneo (T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A.) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A. — Trade marks nazzjonali verbali u internazzjonali figurattiva preċedenti TUBESCA — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

17

2011/C 160/24

Kawża T-202/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Deichmann vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ forma ta’V b’bordura bit-tikek) (Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit-tikek — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

18

2011/C 160/25

Kawża T-209/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Alder Capital vs UASI — Gimv Nederland (ALDER CAPITAL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali ALDER CAPITAL — Trade marks verbali preċedenti tal-Benelux Halder u Halder Investments — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti Halder — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Użu serju tat-trade mark — Artikolu 15 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009))

18

2011/C 160/26

Kawża T-228/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Unites States Polo Association vs UASI — Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali U.S. POLO ASSN. — Trade mark Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti POLO-POLO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

19

2011/C 160/27

Kawża T-262/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Safariland vs UASI — DEF-TEC Defense Technology (FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza li tannulla deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 63(2), Artikolu 65(6), Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009)

19

2011/C 160/28

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2011 — Fuller & Thaler Asset Mangement vs UASI (BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX) (Kawżi T-310/09 u T-383/09) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru desrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2007)

19

2011/C 160/29

Kawża T-345/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida vs UASI — Unión de Cosecheros de Labastida (PUERTA DE LABASTIDA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUERTA DE LABASTIDA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CASTILLO DE LABASTIDA — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti CASTILLO LABASTIDA — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Riskju ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

20

2011/C 160/30

Kawża T-358/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Sociedad Agricola Requingua vs UASI — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO DE PIEDRA — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti D. ORIGEN TORO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

20

2011/C 160/31

Kawża T-433/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — TTNB vs UASI — March Juan (Tila March) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Tila March — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CARMEN MARCH — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

21

2011/C 160/32

Kawża T-523/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Smart Technologies vs UASI (WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

21

2011/C 160/33

Kawża T-28/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2011 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAYMENT) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC PAYMENT — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

21

2011/C 160/34

Kawża T-159/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Air France vs UASI (Forma ta’ parallelogramm) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta forma ta’ parallelogramm — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

22

2011/C 160/35

Kawża T-179/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Zitro IP vs UASI — Show Ball Informática (BINGO SHOWALL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BINGO SHOWALL — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti SHOW BALL — Raguni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebħ tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

22

2011/C 160/36

Kawża T-457/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2011 — Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Awtorizzazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat għar-ristrutturazzjoni ta’ bank — Għeluq ta’ fergħa bħala kumpens — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

22

2011/C 160/37

Kawża T-191/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2011 — Automobili Lamborghini vs UASI — Miura Martínez (Miura)

23

2011/C 160/38

Kawża T-200/11: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2011 — El-Materi vs Il-Kunsill

23

2011/C 160/39

Kawża T-201/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — Si.mobil telekomunikacijske storitve vs Il-Kummissjoni Ewropea

24

2011/C 160/40

Kawża T-202/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — Aeroporia Aigaiou Aeroporiki u Marfin Investment Group Symmetochon vs Il-Kummissjoni

25

2011/C 160/41

Kawża T-204/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

26

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 160/42

Kawża F-104/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Canga Fano vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2009 — Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

28

2011/C 160/43

Kawża F-38/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ April 2011 Ioannis Vakalis vs Il-Kummissjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjoni — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-Greċja għall-iskema tal-pensjoni ta’ uffiċjali tal-Unjoni — Kalkolu tas-snin pensjonabbli — Eċċezzjoni ta’ illegalità dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Prinċipju ta’ newtralità tal-euro)

28

2011/C 160/44

Kawża F-45/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ April 2011 AO vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Miżura dixxiplinarja — Tneħħija minn pożizzjoni — Artikolu 35 (1)(d) u 2(a) tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

28

2011/C 160/45

Kawża F-23/07 RENV-RX: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-31 ta’ Marzu 2011 — M vs Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

29


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/1


It-test segwenti jissostitwixxi n-nota ta’ informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 297, tal-5 ta’ Diċembru 2009, p. 1, wara ż-żieda tal-punt 25 kif ukoll tal-emenda għall-punt 40.

NOTA TA’ INFORMAZZJONI

dwar ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-qrati nazzjonali

(2011/C 160/01)

I –   Dispożizzjoniiet ġenerali

1.

Is-sistema tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari hija mekkaniżmu fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li għandha l-għan li tipprovdi lill-qrati nazzjonali b’mezz sabiex jiggarantixxu interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi ta’ dan id-dritt fl-Istati Membri kollha.

2.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha l-ġurisdizzjoni li tagħti deċiżjonijiet preliminari fuq l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u fuq il-validità tal-atti meħuda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni. Din il-ġurisdizzjoni ġenerali ngħatatilha mill-Artikolu 19(3)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (ĠUUE 2008, C 115, p. 13, iktar ’il quddiem it-“TUE”) u l-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠUUE 2008, C 115, p. 47, iktar ’il quddiem it-“TFUE”).

3.

Skont l-Artikolu 256(3) tat-TFUE, il-Qorti Ġenerali hija kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni tad-domandi preliminari mressqa skont l-Artikolu 267, f’oqsma speċifiċi stabbiliti fl-Istatut. Peress li l-Istatut ma ġiex emendat f’dan ir-rigward, hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja, iktar ’il quddiem “il-Qorti tal-Ġustizzja”, li għandha l-kompetenza tagħti deċiżjonijiet preliminari.

4.

Minkejja li l-Artikolu 267 jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja ġurisdizzjoni ġenerali, diversi dispożizzjonijiet jipprovdu madankollu għal eċċezzjonijiet jew restrizzjonijiet għal din il-ġurisdizzjoni. Dawn huma b’mod partikolari l-Artikoli 275 u 276 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 10 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji tat-Trattat ta’ Lisbona (ĠUUE 2008, C 115, p. 322).

5.

Peress li l-proċedura għal deċiżjoni preliminari hija bbażata fuq il-kollaborazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, deher xieraq li jingħataw l-istruzzjonijiet segwenti lill-qrati nazzjonali sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja ta’ din il-proċedura.

6.

Dawn l-istruzzjonijiet prattiċi, li mhumiex vinkolanti, huma intiżi li jiggwidaw lill-qrati nazzjonali dwar jekk ikunx opportun li jagħmlu rinviju għal deċiżjoni preliminari u, jekk ikun il-każ, jgħinuhom sabiex jifformulaw u jippreżentaw id-domandi li jiġu magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari

7.

Fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa li tipprovdi interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew li tiddeċiedi dwar il-validità tiegħu, u mhux li tapplika dan id-dritt għas-sitwazzjoni ta’ fatt li minnha toriġina l-kawża prinċipali, rwol li huwa tal-qorti nazzjonali. Mhijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet ta’ fatt imqajma fil-kuntest tal-kawża prinċipali u lanqas li taqta’ d-diverġenzi ta’ opinjoni dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tar-regoli ta’ dritt nazzjonali.

8.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni jew il-validità tad-dritt tal-Unjoni filwaqt li tipprova tagħti risposta utli għas-soluzzjoni tal-kwistjoni, iżda hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina l-konsegwenzi, jekk ikun il-każ, billi ma tapplikax ir-regola nazzjonali kkonċernata.

Id-deċiżjoni li ssir domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja

L-awtur tad-domanda

9.

Fil-kuntest tal-Artikolu 267 TFUE, kull qorti ta’ Stat Membru, sa fejn tintalab tiddeċiedi fil-kuntest ta’ proċeduri intiżi għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja, tista’, bħala prinċipju, tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (1). Il-kwalifika ta’ qorti hija interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala kunċett awtonomu ta’ dritt tal-Unjoni.

10.

Hija biss il-qorti nazzjonali li tista’ tieħu l-inizjattiva li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, irrispettivament minn jekk saritx jew le talba mill-partijiet fil-kawża prinċipali.

Ir-rinviju għal interpretazzjoni

11.

Kull qorti kkonċernata għandha s-setgħa li tagħmel domanda dwar l-interpretazzjoni ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja meta tqis li dan ikun neċessarju sabiex taqta’ l-kontroversja li jkollha quddiemha.

12.

Madankollu, qorti li mid-deċiżjonijiet tagħha ma jkunx hemm appell skont il-liġi nazzjonali għandha, bħala prinċipju, l-obbligu li tagħmel domanda bħal din lill-Qorti tal-Ġustizzja, ħlief jekk tkun diġà teżisti ġurisprudenza fil-materja (u li l-kuntest potenzjalment ġdid ma jqajjimx dubju veru f’dak li jirrigwarda l-possibbiltà li tiġi applikata din il-ġurisprudenza) jew meta l-interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjoni legali tkun ċara.

13.

B’hekk, qorti li mid-deċiżjonijiet tagħha jista’ jsir appell tista’, b’mod partikolari meta hija tqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija ċara biżżejjed għaliha, tiddeċiedi hija stess fuq l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni u l-applikazzjoni tiegħu għas-sitwazzjoni fattwali li hija tikkonstata. Madankollu, rinviju għal deċiżjoni preliminari jista’ jkun partikolarment utli, fl-istadju xieraq tal-proċeduri, meta jkun hemm kwistjoni ta’ interpretazzjoni ġdida li tippreżenta interess ġenerali għall-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha jew meta l-ġurisprudenza eżistenti ma tidhirx applikabbli għal kuntest fattwali ġdid.

14.

Hija l-qorti nazzjonali li għandha turi kif l-interpretazzjoni mitluba hija neċessarja sabiex hija tkun tista’ tagħti d-deċiżjoni tagħha.

Ir-rinviju għall-evalwazzjoni tal-validità

15.

Għalkemm il-qrati nazzjonali għandhom il-possibbiltà li jiċħdu l-motivi ta’ invalidità invokati quddiemhom, hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha l-possibbiltà li tiddikjara li att ta’ istituzzjoni jew ta’ korp tal-Unjoni huwa invalidu.

16.

Kull qorti nazzjonali għandha għaldaqstant tirrinvija domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja meta hija jkollha dubji dwar il-validità ta’ tali att, filwaqt li tindika r-raġunijiet għaliex hija tikkunsidra li l-imsemmi att jista’ jkun ivvizzjat b’invalidità.

17.

Madankollu, meta jkollha dubji serji fuq il-validità ta’ att ta’ istituzzjoni jew ta’ korp tal-Unjoni li fuqu jkun ibbażat att intern, il-qorti nazzjonali tista’, eċċezzjonalment, tissospendi, b’mod temporanju, l-applikazzjoni ta’ dan l-att intern jew tieħu kull miżura provviżorja oħra fir-rigward tiegħu. Hija b’hekk tkun marbuta li tagħmel id-domanda dwar il-validità lill-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li tindika r-raġunijiet għaliex hija tikkunsidra li l-imsemmi att mhuwiex validu.

Il-mument li fih għandha ssir domanda preliminari

18.

Il-qorti nazzjonali tista’ tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja hekk kif tikkonstata li hija neċessarja deċiżjoni fuq il-punt jew il-punti ta’ interpretazzjoni jew ta’ validità sabiex tagħti s-sentenza tagħha; hija din il-qorti li tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiddetermina f’liema stadju tal-proċedura jkun xieraq li tirrinvija domanda bħal din.

19.

Ikun madankollu tajjeb li d-deċiżjoni għar-rinviju ta’ domanda preliminari tittieħed fi stadju tal-proċedura fejn il-qorti tar-rinviju tkun fil-pożizzjoni li tiddefinixxi l-kuntest fattwali u ġuridiku tal-kwistjoni sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha l-elementi neċessarji kollha biex tivverifika, jekk ikun il-każ, li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli għall-kawża prinċipali. Jista’ jkun ukoll fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li d-domanda preliminari ssir wara t-trattazzjoni mill-partijiet.

Il-forma tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari

20.

Id-deċiżjoni li biha l-qorti nazzjonali tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tista’ ssir f’kull forma li hija ammessa mid-dritt nazzjonali għall-kwistjonijiet proċedurali. Madankollu, jeħtieġ li wieħed iżomm f’moħħu li huwa dan id-dokument li jservi ta’ bażi għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u li din tal-aħħar għandu jkollha l-elementi li jippermettulha tagħti risposta utli lill-qorti nazzjonali. Barra minn dan, hija biss it-talba għal deċiżjoni preliminari li tiġi nnotifikata lill-partijiet interessati li għandhom id-dritt li jissottomettu osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja – b’mod partikolari l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet – u li tiġi tradotta.

21.

Il-bżonn li t-talba tiġi tradotta teżiġi abbozzar sempliċi, ċar u preċiż, mingħajr elementi żejda.

22.

Ħafna drabi, tul li ma jeċċedix madwar tnax-il paġna jkun biżżejjed sabiex il-kuntest tad-domanda preliminari jiġi espost b’mod adegwat. Għalkemm għandha tkun konċiża, id-deċiżjoni tar-rinviju għandha madankollu tkun suffiċjentement kompleta u tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti b’mod li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll lill-persuni interessati li għandhom id-dritt li jippreżentaw osservazzjonijiet, li jifhmu tajjeb il-kuntest fattwali u d-dritt tal-kawża prinċipali. B’mod partikolari, id-deċiżjoni tar-rinviju għandha:

tinkludi deskrizzjoni qasira tas-suġġett tal-kawża, kif ukoll tal-fatti rilevanti hekk kif ġew ikkonstatati jew, tal-inqas, tispjega l-ipoteżijiet fattwali li fuqhom hija bbażata d-domanda preliminari;

tirriproduċi l-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu jkunu applikabbli u tidentifika, jekk ikun il-każ, il-ġurisprudenza nazzjonali rilevanti, billi tindika, kull darba, ir-referenzi preċiżi (paġna tal-Ġurnal Uffiċjali jew Ġabra partikolari, possibbilment b’referenza għall-Internet);

tidentifika, bil-preċiżjoni kollha possibbli, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni rilevanti għall-kawża;

tispjega r-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju tfittex kjarifika fuq l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali;

tinkludi, jekk ikun il-każ, sunt tal-punti essenzjali tal-argumenti rilevanti tal-partijiet fil-kawża prinċipali.

Ikun utli li l-punti jew il-paragrafi differenti tad-deċiżjoni tar-rinviju jkunu nnumerati sabiex il-qari ta’ tali deċiżjoni u l-possibbiltà li jsir riferiment għaliha jkunu ffaċilitati.

23.

Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tista’, jekk hija tħoss li hija f’pożizzjoni li tagħmel dan, tindika fil-qosor il-fehma tagħha fuq ir-risposta li għandha tingħata lid-domandi preliminari.

24.

Id-domanda jew id-domandi preliminari nfushom għandhom jidhru f’parti distinta u jkunu kjarament identifikati mid-deċiżjoni tar-rinviju, normalment fil-bidu jew fl-aħħar tagħha. Huma għandhom ikunu jinftehmu sewwa mingħajr ma jagħmlu referenza għad-deskrizzjoni tal-motivi tat-talba, li għandha madankollu tipprovdi l-kuntest neċessarju għal evalwazzjoni adegwata.

25.

Fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja tuża, bħala prinċipju, l-informazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni tar-rinviju, inkluża data nominattiva jew personali. Hija għalhekk il-qorti tar-rinviju li għandha tagħti, jekk taħseb li hemm in-neċessità, l-anominat fit-talba għal deċiżjoni preliminari lil waħda jew iktar persuni kkonċernati fil-kawża prinċipali.

L-effetti tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari fuq il-proċeduri nazzjonali

26.

Ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari timplika s-sospensjoni tal-proċeduri nazzjonali sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti d-deċiżjoni tagħha.

27.

Madankollu, il-qorti nazzjonali xorta jkollha ġurisdizzjoni sabiex tadotta miżuri kawtelatorji, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ rinviju għad-determinazzjoni tal-validità (ara l-punt 17 iktar ’il fuq).

L-ispejjeż u l-benefiċċju tal-għajnuna legali bla ħlas

28.

Il-proċedura għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja hija bla ħlas u din tal-aħħar ma tiddeċidix fuq l-ispejjeż tal-partijiet fil-kawża prinċipali; hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi f’dan ir-rigward.

29.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ riżorsi ta’ parti u sa fejn ir-regoli nazzjonali jippermettu dan, il-qorti tar-rinviju tista’ tikkonċedi lil din il-parti għajnuna legali sabiex tkopri l-ispejjeż, b’mod partikolari dawk ta’ rappreżentanza, li hija ssostni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Din tal-aħħar tista’ wkoll tikkonċedi għajnuna legali bħal din fil-każ fejn il-parti inkwistjoni ma tibbenefikax diġà minn għajnuna legali fuq livell nazzjonali jew sa fejn din l-għajnuna ma tkoprix, jew tkopri biss parzjalment, l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-komunikazzjoni bejn il-qorti nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja

30.

Id-deċiżjoni tar-rinviju u d-dokumenti rilevanti (b’mod partikolari, jekk ikun il-każ, il-proċess tal-kawża, jew eventwalment kopja tiegħu) għandhom jintbagħtu direttament lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti nazzjonali bil-posta reġistrata (indirizzata lill-“Greffe de la Cour de Justice, L-2925, Luxembourg”, tel. +352 4303-1).

31.

Sakemm tingħata d-deċiżjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jibqa’ f’kuntatt mal-qorti nazzjonali u jibgħatilha kopji tal-atti tal-proċedura.

32.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tibgħat id-deċiżjoni tagħha lill-qorti tar-rinviju. Hija tapprezza li l-qorti nazzjonali tinformaha dwar il-konklużjonijiet li hija tasal għalihom fid-deċiżjoni tal-kawża prinċipali u li tibgħatilha, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni finali tagħha.

II –   Il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari (PPU)

33.

Din il-parti tan-nota tagħti istruzzjonijiet prattiċi dwar il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari applikabbli għar-rinviji li jirrigwardaw l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Din il-proċedura hija rregolata mill-Artikolu 23a tal-Protokoll (Nru 3) dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠUUE 2008, C 115, p. 210) u mill-Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-possibbiltà li ssir talba sabiex tiġi applikata din il-proċedura tiżdied ma’ dik li tintalab l-implementazzjoni tal-proċedura mħaffa, kif previst fl-Artikoli 23a tal-imsemmi protokoll u 104a tar-Regoli tal-Proċedura.

Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari

34.

Il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari tapplika biss għall-oqsma li jaqgħu taħt it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE, dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

35.

Hija l-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi dwar jekk tapplikax jew le din l-proċedura. Bħala prinċipju, deċiżjoni bħal din tittieħed biss fuq talba motivata tal-qorti tar-rinviju. Fuq bażi eċċezzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi ex officio li rinviju jinstema’ skont il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari meta tqis li dan ikun neċessarju.

36.

Il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari tissemplifika d-diversi stadji tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, iżda l-applikazzjoni tagħha tinvolvi restrizzjonijiet rilevanti għal din tal-aħħar kif ukoll għall-partijiet u dawk l-oħra interessati li jipparteċipaw fil-proċedura, b’mod partikolari, l-Istati Membri.

37.

Għalhekk, din il-proċedura tista’ tintalab biss f’ċirkustanzi fejn ikun assolutament neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar ir-rinviju fl-iqsar żmien possibbli. Mingħajr mhuwa possibbli li sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu indikati b’mod eżawrjenti minħabba l-fatt, b’mod partikolari, li r-regoli tal-Unjoni li jirregolaw l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja dejjem jinbidlu u jiġu żviluppati, qorti nazzjonali tista’, per eżempju, tippreżenta talba għal proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari fis-sitwazzjonijiet li ġejjin: fil-każ, kopert mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 267 tat-TFUE, ta’ persuna detenuta jew imċaħħda mil-libertà tagħha, meta r-risposta għad-domanda magħmula tkun determinanti għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni legali ta’ din il-persuna, jew fil-każ ta’ kawża li tkun tirrigwarda s-setgħa tal-ġenituri jew il-kustodja tat-tfal, meta l-ġurisdizzjoni tal-qorti adita abbażi tad-dritt tal-Unjoni tkun tiddependi mir-risposta għad-domanda preliminari.

It-talba għall-applikazzjoni tal-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari

38.

Sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi malajr jekk ikunx neċessarju li tiġi applikata l-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari, it-talba għandha tesponi ċ-ċirkustanzi ta’ dritt u ta’ fatt li jiddeterminaw l-urġenza u, b’mod partikolari, ir-riskji li jkun hemm jekk ir-rinviju jinstema’ skont il-proċedura normali għal deċiżjoni preliminari.

39.

Sa fejn huwa possibbli, il-qorti tar-rinviju għandha tindika, fil-qasir, l-opinjoni tagħha dwar ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda jew domandi magħmula. Indikazzjoni bħal din tiffaċilita t-teħid ta’ pożizzjoni mill-partijiet u dawk l-oħra interessati li jieħdu sehem fil-proċeduri, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’hekk tgħin f’li jitħaffu l-proċeduri.

40.

It-talba għal proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi ppreżentata skont forma mhux ambigwa li tippermetti lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jikkonstata immedjatament li l-każ għandu jirċievi trattament partikolari. Għal dan il-għan, il-qorti tar-rinviju għandha tirreferi, fit-talba tagħha, għall-Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura u għandha ssemmi tali referenza f’parti tar-rinviju tagħha li tippermetti li tiġi identifikata b’mod ċar (pereżempju fil-header tal-paġna jew permezz ta’ att ġudizzjarju separat). Jekk ikun il-każ, it-talba tista’ ssir mill-qorti tar-rinviju permezz ta’ ittra ta’ motivazzjoni.

41.

Għal dak li jikkonċerna d-deċiżjoni ta’ rinviju stess, huwa daqstant ieħor importanti li f’sitwazzjoni ta’ urġenza d-deċiżjoni ta’ rinviju tkun fil-qasir sabiex tgħin fit-tħaffif tal-proċeduri.

Il-komunikazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti nazzjonali u l-partijiet

42.

Għall-komunikazzjoni mal-qorti nazzjonali u l-partijiet quddiemha, il-qrati nazzjonali li jippreżentaw it-talba għal proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari huma mistiedna jindikaw l-indirizz elettroniku jew in-numru tal-faks, li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tuża’ kif ukoll, l-indirizzi elettroniċi jew in-numri tal-faks tar-rappreżentanti tal-partijiet inkwistjoni.

43.

Tista’ l-ewwel tintbagħat kopja tad-deċiżjoni tar-rinviju ffirmata, flimkien ma’ talba għal proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ ittra elettronika (ECJ-Registry@curia.europa.eu) jew permezz ta’ faks (+352 43 37 66). It-trattament tar-rinviju u tat-talba jista’ jinbeda hekk kif tiġi rċevuta kopja bħal din. Madankollu, l-oriġinal ta’ dawn id-dokumenti għandu jintbagħat lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-iqsar żmien possibbli.

(1)  Skont l-Artikolu 10(1) sa (3) tal-Protokoll Nru 36, is-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja għal dak li jirrigwarda l-atti adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (ĠU 2007, C 306, p. 1), bis-saħħa tat-Titolu VI tat-TUE, fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, u li ma ġewx emendati minn dak iż-żmien, jibqgħu l-istess għal perijodu massimu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (1 ta’ Diċembru 2009). Matul dan il-perijodu, tali atti jistgħu għaldaqstant ikunu biss is-suġġett ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-każ tal-qrati ta’ dawk l-Istati Membri li jkunu aċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li kull Stat jiddetermina jekk il-possibbiltà ta’ rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex tkun miftuħa għall-qrati kollha tiegħu jew tkun irriżervata biss għal dawk li jiddeċiedu fl-aħħar istanza.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/6


(2011/C 160/02)

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 152, 21.5.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 145, 14.5.2011

ĠU C 139, 7.5.2011

ĠU C 130, 30.4.2011

ĠU C 120, 16.4.2011

ĠU C 113, 9.4.2011

ĠU C 103, 2.4.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-20/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà tar-rikors - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 56 KE - Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE - Titoli tad-dejn pubbliku - Trattament fiskali preferenzjali - Ġustifikazzjoni - Ġlieda kontra l-frodi fiskali - Ġlieda kontra l-evażjoni fiskali)

(2011/C 160/03)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Caeiros, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, C. Guerra Santos u J. Menezes Leitão, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 56 KE u 40 ŻEE — Titoli tad-dejn pubbliku — Trattament fiskali preferenzjali tat-titoli maħruġa mill-Istat Portugiż.

Dispożittiv

(1)

Billi pprevediet, fil-kuntest tas-sistema eċċezzjonali ta’ regolarizzazzjoni fiskali ta’ elementi patrimonjali li ma jinsabux fit-territorju Portugiż fil-31 ta’ Diċembru 2004 (“regime excepcional de regularização tributária de elementos patrimoniais que não seencontrem no território português em 31 de Dezembro de 2004”), stabbilita bil-liġi Nru 39-A/2005, tad-29 ta’ Lulju 2005, trattament fiskali preferenzjali għat-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa biss mill-Istat Portugiż, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van kophandel Brussel — il-Belġju) — Francesco Guarnieri & Cie vs Vandevelde Eddy VOF

(Kawża C-291/09) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Cautio judicatum solvi - Kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Monako - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE)

(2011/C 160/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van kophandel Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francesco Guarnieri Cie

Konvenut: Vandevelde Eddy VOF

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van Koophandel te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 KE, 29 KE u 30KE — “Cautio judicatum solvi” Ksur tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija?

Dispożittiv

L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi l-ħlas ta’ cautio judicatum solvi fuq rikkorrent ta’ nazzjonalità ta’ Monako li ressaq proċeduri ġudizzjarji quddiem waħda mill-qrati ċivili ta’ dan l-Istat kontra ċittadin ta’ dan l-istess Stat sabiex jikseb il-ħlas tal-kontijiet maħruġa għall-kunsinna ta’ merkanzija assimilata għal merkanzija Komunitarja, iżda li ma timponix tali rekwiżit fuq iċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu — ir-Rumanija) — Ioan Tatu vs Statul român prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu, Ministerul Mediului

(Kawża C-402/09) (1)

(Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis miġbura meta l-vettura bil-mutur tiġi rreġistrata għall-ewwel darba - Newtralità tat-taxxa bejn vetturi bil-mutur użati importati u vetturi simili li diġà jinsabu fis-suq nazzjonali)

(2011/C 160/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ioan Tatu

Konvenuti: Statul român prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu, Ministerul Mediului

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Sibiu — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li qabel kienu rreġistrati fi Stati Membri oħra — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ewwel reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi għall-ħlas ta’ taxxa ambjentali, filwaqt li l-vetturi użati li diġà jinsabu fis-suq nazzjonali huma eżentati mill-ħlas tal-imsemmija taxxa meta ssir reġistrazzjoni ġdida — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal- Artikolu 90 KE — Ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess età u tal-istess użu fis-suq nazzjonali


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-405/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Proċeduri intiżi għall-ġbir tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Dewmien fil-konstatazzjoni tar-riżorsi proprji marbuta ma’ dawn id-dazji)

(2011/C 160/06)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u M. Huttunen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Guimaraes-Purokoski et M. Pere, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: B. Klein, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89, tad- 29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 176), u tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169), kif ukoll tal-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Nuqqas ta’ osservanza, fil-każ ta’ rkupru a posteriori, tat-termini stabbiliti mit-teħid inkunsiderazzjoni u mill-konstatazzjoni tar- riżorsi tal-Komunitajiet innifishom

Dispożittiv

(1)

Billi applikat proċedura amministrattiva li tipprovdi li r-riżori tal-Unjoni Ewropea nnifisha jiġu kkonstatati biss wara li d-debitur jingħata terminu ta’ mill-inqas erbatax-il ġurnata sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, u billi ma osservatx, fil-każ ta’ rkupru a posteriori, it-termini stabbiliti għall-inklużjoni tal-imsemmija riżorsi, li għandu bħala konsegwenza li jkun hemm dewmien fil-ħlas tagħhom, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89, tad- 29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996 u tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet kif ukoll taħt l-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

(2)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjizi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs Sony Supply Chain Solutions (Europe) BV

(Kawża C-153/10) (1)

(Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikoli 12(2) u (5), 217(1), u 243 - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikoli 10 u 11 - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Informazzjoni tariffarja li torbot - Invokazzjoni minn operatur li ma jkunx id-detentur tal-istess merkanzija - Deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni doganali nazzjonali - Aspettattivi leġittimi)

(2011/C 160/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Sony Supply Chain Solutions (Europe) BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12(2) u (5), 217(1) u 243 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), u tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunita (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p 3) — Klassifikazzjoni ta’ merkanzija — Ilment fil-konfront ta’ deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali dwar il-klassifikazzjoni ta’ prodott — Invokazzjoni, mill-persuna li ressqet l-ilment, ta’ informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ prodott li jixxiebah.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, kif ukoll l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 12/97, tat-18 Diċembru 1996, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dikjarant, li jistabbilixxi dikjarazzjonijiet doganali f’ismu proprju u għalih innifsu, ma jistax jinvoka l-informazzjoni tariffarja li torbot li d detentur tagħha ma jkunx huwa stess, iżda kumpannija li huwa konness magħha u li ntalab minnha jagħmel tali dikjarazzjonijiet.

(2)

L-Artikoli 12(2) u (5), u 217(1) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97 kif ukoll l-Artikolu 11 tar Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 12/97, moqrija flimkien mal-Artikolu 243 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża relatata mal-ġbir ta’ dazji doganali, il-parti kkonċernata tista’ tikkontesta dan il-ġbir billi tippreżenta bħala prova informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa għall-istess merkanzija fi Stat Membru ieħor mingħajr ma din l-informazzjoni tariffarja li torbot tkun tista’ tipproduċi l-effetti legali relatati. Hija madankollu l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk ir regoli proċedurali rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jipprovdux il-possibbiltà tal-produzzjoni ta’ tali mezzi ta’ prova.

(3)

L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97 u l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 12/97 għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni nazzjonali li tirrikonoxxi l-possibbiltà għall-awtoritajiet nazzjonali li, għall-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija ddikjarata, jirreferu għal informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa lil terz għal din l-istess merkanzija, ma setgħetx toħloq, fi ħdan l-importaturi, aspettattivi leġittimi li jkunu jistgħu jinvokaw din id-deċiżjoni


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-305/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport bil-ferrovija - Direttiva 2005/47/KE - Kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transkonfinali interoperabbli fis-settur tal-ferroviji - Ftehim tal-imsieħba soċjali settorjali fuq livell Ewropew - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2011/C 160/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u M. van Beek, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas milli jadotta u/jew jikkomunika, fit-termini previsti, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi previsti bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (ĠU L 164M, p. 317)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 234, 28.08.2010.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-431/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/85/KE - Dritt għal ażil - Proċedura għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat - Standards minimi - Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst)

(2011/C 160/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Comdou-Durnade u A.-A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonjiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, p. 168)

Dispożittiv

(1)

Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 ta’ din id-direttiva.

(2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-3 ta’ Marzu 2011 — M.J.Bakker vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-106/11)

(2011/C 160/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.J.Bakker.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

Domandi preliminari

(1)

Ir-regoli ta’ indikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) huma applikabbli u b’hekk jindikaw il-leġiżlazzjoni Olandiża, b’konsegwenza ta’ liema jistgħu jiġu miġbura kontribuzzjonijiet abbażi tal-assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi, f’każ bħal dan inkwisjoni, fejn ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jirrisjedi fi Spanja jaħdem bħala baħri għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi billi jwettaq l-attivitajiet tiegħu fuq bastimenti tat-tħammil li jtajjru l-bandiera Olandiża barra t-territorju tal-Komunità filwaqt li, fid-dawl tal-unika leġiżlazzjoni interna Olandiża, huwa ma huwiex affiljat fis-sistema ta’ sigurtà soċjali Olandiża minħabba l-fatt li huwa ma jirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi?

(2)

X’effett għandha, f’dan ir-rigward, politika mwettqa fl-implementazzjoni ta’ assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi li teżiġi li l-Fond ta’ assigurazzjoni soċjali jinvoka d-dritt Komunitarju sabiex jassimila l-baħrin ma’ persuni assigurati f’każ bħal dan inkwistjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35)


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/11


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-109/11)

(2011/C 160/11)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Walterová u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi awtorizzat lill-persuni li ma humiex persuni taxxabbli jsiru membri ta’ grupp tal-VAT, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1);

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, “persuna taxxabbli” għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività. L-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud jipprevedi li, wara konsultazzjoni mal-kumitat konsultattiv tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-“Kumitat tal-VAT”, kull Stat Membru jista’ jikkunsidra bħala persuna taxxabbli waħedha kwalunkwe persuni stabbiliti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x’jaqsmu mill-qrib ma’ xulxin b’rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.

Skont il-Kummissjoni, billi aċċettat li persuni li ma humiex persuni taxxabbli jistgħu jsiru membri ta’ grupp tal-VAT skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 9 u 11 ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU L 347, p. 1.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fl-4 ta’ Marzu 2011 — Minister van Financiën vs G. in 't Veld

(Kawża C-110/11)

(2011/C 160/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister van Financiën

Konvenut: G. in 't Veld.

Domandi preliminari

(1)

Ir-regoli ta’ indikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) huma applikabbli u b’hekk jindikaw il-leġiżlazzjoni Olandiża, b’konsegwenza ta’ liema jistgħu jiġu miġbura kontribuzzjonijiet abbażi tal-assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi, f’każ bħal dan inkwisjoni, fejn ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jirrisjedi fi Spanja jaħdem bħala baħri għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, taħt id-dritt tax-xogħol Olandiż, billi jwettaq l-attivitajiet tiegħu fuq bastimenti li jtajjru l-bandiera tal-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi barra t-territorju tal-Komunità filwaqt li, fid-dawl tal-unika leġiżlazzjoni interna Olandiża, huwa ma huwiex affiljat fis-sistema ta’ sigurtà soċjali Olandiża minħabba l-fatt li huwa ma jirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi?

(2)

X’effett għandha, f’dan ir-rigward, politika mwettqa fl-implementazzjoni ta’ assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi li teżiġi li l-Fond ta’ assigurazzjoni soċjali jinvoka d-dritt Komunitarju sabiex jassimila l-baħrin ma’ persuni assigurati f’każ bħal dan inkwistjoni?

(3)

X’effett għandu, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-attivitajiet huma inċidentalment mwettqa fl-ibħra territorjali ta’ Stat Membru jew f’port li jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/12


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Belġju

(Kawża C-122/11)

(2011/C 160/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz u G. Rozet, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi neħħa biss mill-1 ta’ Awwissu 2004 il-kundizzjoni ta’ residenza li kienet tipprekludi l-indiċjar ta’ pensjonijiet taċ-ċittadini Ewropej u taż-ŻEE residenti barra minn pajjiż li kkonkluda mal-Belġju ftehim ta’ reċiproċità, u billi ma neħħiex id-diskriminazzjoni li huma sofrew matul il-perijodu kollu preċedenti għall-1 ta’ Awwissu 2004, u billi kienu mċaħda minn parti mill-pensjoni tagħhom, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), kif ukoll taħt l-Artikoli 18 u 45 TFUE li jistabbilixxu l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali toħloq diskriminazzjoni bejn ċittadini ta’ Stati Membri oħra sa fejn din timponi biss fuq dawn tal-aħħar kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri jew ta’ pajjiż li kkonkluda mal-Belġju ftehim ta’ reċiproċità sabiex jibbenefikaw mill-indiċjar tal-pensjoni tagħhom għall-perijodu sal-1 ta’ Awwissu 2004.

Il-Kummissjoni tallega, barra minn hekk, li r-Regolament (KE) Nru 883/2004 iċċitat iktar ’il fuq ma jipprevedix iktar il-kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru sabiex ikun jista’ jiġi invokat il-prinċipju ta’ trattament ugwali. Il-persuni koperti minn dan ir-regolament jistgħu għaldaqstant jitolbu l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju anki jekk huma residenti fi Stat terz. Għaldaqstant, Stat ma jistax iktar jirriżerva indiċjar ta’ pensjonijiet għaċ-ċittadini tiegħu biss, iżda għandu wkoll japplikah għall-pensjonanti residenti fi Stat terz.

Fl-aħħar nett, skont il-Kummissjoni, l-aspettattivi leġittimi, id-diffikultajiet prattiċi u l-impatt finanzjarju, raġunijiet invokati mill-awtoritajiet Belġjani sabiex jiġġustifikaw l-impossibbiltà li tiġi applikata retroattivament il-leġiżlazzjoni emendata, ma jistgħux jiġu aċċettati.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/12


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-145/11)

(2011/C 160/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u A. Marghelis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tal-rikorrenti

tiddikjara li billi rrifjutat li tivvalida żewġ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ mediċini veterinarji CT-Line 15 % Premix u CT-Line 15 % Oral Powder fil-kuntest tal-proċedura deċentralizzata prevista mid-Direttiva 2001/82/KE, li tistabilixxi kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji, (1) ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 32 u 33 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni ssostni li d-Direttiva 2001/82/KE ċċitata iktar ’il fuq ma tippermettix lil Stat Membru, fil-kuntest tal-proċedura deċentralizzata, iwettaq evalwazzjoni legali u xjentifika ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni. Il-fażi ta’ validazzjoni sservi biss biex jiġi vverifikat jekk l-inkartament ippreżentat hux identiku fl-Istati Membri kollha, jekk hux sħiħ u jekk jinkludix il-lista ta’ Stati Membri kkonċernati, b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 32(1) tad-direttiva Ir-rikorrenti ilmentat li l-konvenuta ċaħdet applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni fuq il-bażi, b’mod partikolari, ta’ raġunijiet relatati mal-kompożizzjoni tal-mediċina u l-forma farmaċewtika tagħha, mal-allegata nuqqas ta’ konformità tagħha mad-dritt nazzjonali u mar-riskji eventwali għas-saħħa pubblika.

Il-Kummissjoni rrilevat ukoll illi fl-istadju ta’ validazzjoni, l-Istati Membri kkonċernati mill-applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għandhom l-obbligu li japprovaw ir-rapport ta’ stima ppreżentat mill-Istat Membru ta’ riferiment, sakemm ma jinvokawx riskju serju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent, skont l-Artikolu 33 tad-direttiva. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi ma segwewx il-proċedura preskritta f’dan l-artikolu.


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27 p. 3).


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (ir-Repubblika tal-Estonja) fil-25 ta’ Marzu 2011 — AS Pimix (fi stralċ) vs Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus

(Kawża C-146/11)

(2011/C 160/15)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Pimix, (fi stralċ),

Konvenuti: Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus, Põllumajandusministeerium

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tal-11 ta’ Diċembru 2007, Skoma-Lux, C-161/06, Ġabra p. I-10841; tal-4 ta’ Ġunju 2009, Balbino, C-560/07, Ġabra p. I-4447; u tad-29 ta’ Ottubru 2009, Rakvere Lihakombinaat, C-140/08, Ġabra p. I-10533), id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 58 tal-Att ta’ adeżjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jista’ jiġi rikjest li individwu għandu jissodisfa l-obbligu li jirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 (1), tal-10 ta’ Novembru 2003

(a)

minkejja l-fatt li, fl-1 ta’ Mejju 2004, dan ir-regolament ma kienx ippubblikat fl-Estonjan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(b)

u minkejja l-fatt li l-leġiżlatur tal-Istat Membru naqas milli jirrediġi, f’att ta’ dritt intern, id-definizzjoni tal-prodotti agrikoli prevista mir-regolament, iżda għamel sempliċi riferiment għall-Artikolu 4(5) tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, li ma kienx ippubblikat skont kif meħtieġ bil-liġi,

(c)

filwaqt li l-individwu ssodisfa wieħed mill-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament (iddikjara l-ħażna konformi mal-kodiċi applikabbli għall-merkanzija) u li ma ġiex ikkontestat f’dan is-sens,

(d)

u kien is-suġġett għal tassazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru f’data meta r-Regolament Nru 1972/2003 kien diġà ppubblikat bl-Estjonjan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea?

(2)

Mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 58 tal-Att ta’ Adeżjoni, tal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-premessa 3 u mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1972/2003, jista’ jiġi konkluż li l-Istat Membru jista’ jimponi fuq l-individwu l-ħlas ta’ taxxa fuq il-ħażniet żejda jekk, fl-1 ta’ Mejju 2004, ir-Regolament Nru 1972/2003 ma kienx ippubblikat bl-Estonjan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iżda li, meta saret it-tassazzjoni ulterjuri mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, dan ir-regolament kien diġà ġie ppubblikat bl-Estonjan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-10 ta’ Novembru 2003, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 474)


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/13


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-150/11)

(2011/C 160/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li billi titlob, minbarra il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ konformità ta’ vettura għall-kontroll tekniku (roadworthiness test) meħtieġ qabel ir-reġistrazzjoni ta’ vettura li qabel tkun irreġistrata fi Stat Membru ieħor, u billi tissuġġetta l-vetturi li qabel kienu rreġistrati fi Stat Membru ieħor għal kontroll tekniku (roadworthiness test) meħtieġ qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-kontroll tekniku (roadworthiness test) magħmul fi Stat Membru ieħor, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999, dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (1) u l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqajjem żewġ ilmenti insostenn tar-rikors tagħha, ibbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 34 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tad-Direttiva 1999/37/KE mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, titlob il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ konformità qabel ir-reġistrazzjoni ta’ vettura li qabel tkun irreġistrata fi Stat Membru ieħor, u min-naħa l-oħra, tirrifjuta li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati ta’ kontroll tekniku (roadworthiness test) magħmul qabel fi Stat Membru ieħor.

Permezz tal-ewwel ilment tagħha, il-Kummissjoni takkuża lir-rikorrent li impona b’mod ġenerali u sistematiku kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li qabel ikunu rreġistrati fi Stati Membri oħra, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni kontrolli li jkunu diġà saru f’dawn tal-aħħar. Tali kontroll jista’ jiskoraġġixxi ċerti persuni interessati milli jimpurtaw fil-Belġju vetturi użati li qabel ikunu rreġistrati fi Stati Membri oħra u għaldaqstant jikkostitwixxi xkiel għall-moviment liberu ta’ merkanzija pprojbit bl-Artikolu 34 TFUE.

Permezz tat-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, talba għal reġistrazzjoni tista’ tiġi vvalidata fin-nuqqas ta’ ċertifikat ta’ kontroll tekniku jkun maħruġ mill-awtoritajiet Belġjani biss kemm-il darba jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ konformità flimkien maċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ fi Stat Membru ieħor. Tali leġiżlazzjoni tmur kontra l-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/37/KE u ġġib fix-xejn il-prinċipju ta’ rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni armonizzati maħruġa minn Stati Membri oħra. Fil-fatt, tali miżura, minkejja li tapplika mingħajr distinzjoni għall-vetturi rreġistrati fil-Belġju jew fi Stat Membru ieħor, taffettwa iktar il-vetturi użati li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor sa fejn, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, iċ-ċertifikat ta’ konformita’ ma jakkumpanjax il-vettura.


(1)  ĠU L 138, p. 57


Il-Qorti Ġenerali

28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Far Eastern New Century vs Il-Kunsill

(Kawża T-167/07) (1)

(Dumping - Importazzjoni ta’ tereftalat tal-polietilen li joriġina mit-Tajwan - Stabbiliment tal-marġni ta’ dumping - Metodu ta’ kalkolu asimetriku - Konfigurazzjoni tal-prezzijiet tal-esportazzjoni differenti skont ix-xerreja u l-perijodi - Marġni ta’ dumping li d-daqs reali tiegħu ma jistax jiġi rifless mill-metodi ta’ kalkolu simetriċi - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2011/C 160/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Far Eastern New Century Corp., li kienet Far Eastern Textile Ltd (Taipei, it-Taiwan) (rappreżentant: P. De Baere, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assisti minn G. Berrisch, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, sussegwentement H. van Vliet u M. França, aġenti.

Suġġett

L-annulament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007, tat-22 ta’ Frar 2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu tereftalat tal-polietilen li joriġina fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajlandja u fit-Tajwan wara reviżjoni tal-iskadenza u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352M, p. 972)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Far Eastern New Century Corp. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — Visa Europe u Visa International Service vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-461/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-servizzi marbuta mal-aċċettazzjoni tat tranżazzjonijiet magħmula permezz ta’ karti ta’ kreditu jew ta’ debitu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-kompetizzjoni - Kompetitur potenzjali - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Terminu raġonevoli - Ċertezza legali - Drittijiet tad-difiża)

(2011/C 160/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Visa Europe Ltd (Londra, Ir-Renju Unit); u Visa International Service Association (Wilmington, Delaware, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment S. Morris, QC, H. Davies u A. Howard, barristers, V. Davies u H. Masters, solicitors, sussegwentement S. Morris u P. Scott, solicitor, A. Howard, V. Davies u C. Thomas, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault, N. Khan u V. Bottka, sussegwentement N. Khan u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4471 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċeduri skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/D1/37.860 — Morgan Stanley/Visa International u Visa Europe), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni,

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Visa Europe Ltd u Visa International Service huma kkundannati għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2011 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/08) (1)

(Programm PHARE - ‘Fondi li jistgħu jiġġeddu’ miksuba mir-Repubblika Ċeka - Rimbors tas-somom imħallsa - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċċija - Bażi legali - Ordinamenti ġuridiċi distinti - Kunċett ta’ karattru ċert u ta’ ammont fiss tal-kreditu - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2011/C 160/19)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel, F. Dintilhac u Z. Malůšková, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Awwissu 2008, li tipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċċija tas-somom dovuti mir-Repubblika Ċeka fil-kuntest tal-“fondi li jistgħu jiġġeddu” tal-programm PHARE.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (ACNO FOCUS)

(Kawża T-466/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ACNO FOCUS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FOCUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))

(2011/C 160/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté Cie (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Focus Magazin Verlag GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Schweizer u J. Berlinger, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1796/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Focus Magazin Verlag GmbH u Lancôme parfums et beauté Cie.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Lancôme parfums et beauté Cie hija kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.1.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-576/08) (1)

(Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Distribuzzjoni ta’ prodotti tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-iktar fil-bżonn - Regolament (KE) Nru 983/2008 - Pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta’ riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-programm ta’ distribuzzjoni - Mobilizzazzjonijiet fis-suq - Rikors għal annullament)

(2011/C 160/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: iniżjalment M. Lumma u B. Klein, sussegwentement M. Lumma, B. Klein, T. Henze u N. Graf Vitzthum, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u A. Szmytkowska, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja, (rappreżentati: A. Falk, K. Petkovska, S. Johannesson u A Engman, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja, (rappreżentat: B. Plaza Cruz, aġent); Ir-Repubblika Franċiża, (rappreżentati: G. de Bergues u B. Cabouat, aġenti); Ir-Repubblika Taljana, (rappreżentati: inizjalment I. Bruni, aġent, sussegwentement P. Gentili, avvocato dello Stato); u Ir-Repubblika tal-Polonja, (rappreżentati: inizjalment M. Dowgielewicz, sussegwentement M. Szpunar, u finalment M. Szpunar, B. Majczyna u M. Drwiecki, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008, tat-3 ta’ Ottubru 2008, li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta’ riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (ĠU L 268, p. 3),

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2 u l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008, tat-3 ta’ Ottubru 2008, li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta’ riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-iktar fil-bżonn fil-Komunità, huma annullati.

(2)

L-annullament tal-Artikolu 2 u tal-Anness II tar-Regolament Nru 983/2008 ma jaffettwax il-validità tal-allokazzjonijiet mogħtija diġà.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

(4)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-70/09) (1)

(FEŻR - Dokument ta’ programmar individwali li jirrigwarda r-reġjun Groningue-Drenthe - Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja u li tordna r-rimbors parzjali tas-somom imħallsa - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 23(1) u l-Artikolu 24(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88)

(2011/C 160/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Noort, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8355, tal-11 ta’ Diċembru 2008, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija fil-kuntest tad-dokument ta’ programmar individwali Nru 97.07.13.003, li jaqa’ taħt l-Objettiv 2, fir-rigward tar-reġjun Groninge-Drenthe, b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/711/KE, tas-26 ta’ Mejju 1997.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 18.4.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Tubesca vs UASI — Tubos del Mediterráneo (T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A.)

(Kawża T-98/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A. - Trade marks nazzjonali verbali u internazzjonali figurattiva preċedenti TUBESCA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

(2011/C 160/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tubesca (Ailly-sur-Noye, Franza) (rappreżentant: F. Greffe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tubos del Mediterráneo, SA (Sagunto, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 518/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tubesca u Tubos del Mediterráneo, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Tubesca hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 102, 1.05.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Deichmann vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ forma ta’V b’bordura bit-tikek)

(Kawża T-202/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit-tikek - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

(2011/C 160/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deichmann SE, li qabel kienet Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH Co. KG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndörfer, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2009 (R 224/2007-4), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea, ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta faxxa angolata b’linji bit-tikek.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Deichmann SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Alder Capital vs UASI — Gimv Nederland (ALDER CAPITAL)

(Kawża T-209/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali ALDER CAPITAL - Trade marks verbali preċedenti tal-Benelux Halder u Halder Investments - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti Halder - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Użu serju tat-trade mark - Artikolu 15 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009))

(2011/C 160/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alder Capital Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u R. Manea, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gimv Nederland BV (Gravenhage, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. van de Braak u S. Beelaard, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Frar 2009 (Każ R 486/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Halder Holdings BV u Alder Capital Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Alder Capital Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli indikati minn Gimv Nederland BV għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 180, 1.8.2009


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Unites States Polo Association vs UASI — Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.)

(Kawża T-228/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali U.S. POLO ASSN. - Trade mark Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti POLO-POLO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

(2011/C 160/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unites States Polo Association (Lexington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Textiles CMG, SA (Onteniente, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2009 (Każ R 886/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Textiles CMG, SA u United States Polo Association.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

United States Polo Association hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Safariland vs UASI — DEF-TEC Defense Technology (FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR)

(Kawża T-262/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza li tannulla deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 63(2), Artikolu 65(6), Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009)

(2011/C 160/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Safariland LLC, li qabel kienet Defense Technology Corporation of America (Jacksonville, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DEF-TEC Defense Technology GmbH (Francfort-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn H. Daniel u O. Haleen, sussegwentement minn O. Haleen, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2009 [Każ R 493/2002-4 (II)], dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Defence Technology Corporation of America u DEF-TEC Defense Technology GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Safariland LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u tad-DEF-TEC Defense Technology GmbH.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2011 — Fuller & Thaler Asset Mangement vs UASI (BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX)

(Kawżi T-310/09 u T-383/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru desrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2007)

(2011/C 160/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fuller Thaler Asset Mangement, Inc. (San Mateo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Fil-Kawża T-310/09, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ April 2009 (Każ R 323/2008-G), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BEHAVIOURAL INDEXING bħala trade mark Komunitarja u, fil-Kawża T-383/09, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 138/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BEHAVIOURAL INDEX bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-310/09 u T-383/09 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

(2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(3)

Fuller Thaler Asset Management, Inc. hija kkundannata, fil-Kawżi T-310/09 u T-383/09, sabiex tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida vs UASI — Unión de Cosecheros de Labastida (PUERTA DE LABASTIDA)

(Kawża T-345/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUERTA DE LABASTIDA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CASTILLO DE LABASTIDA - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti CASTILLO LABASTIDA - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Riskju ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

(2011/C 160/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida, SL (Autol, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Unión de Cosecheros de Labastida, S. Coop. Ltda (Labastida, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn P. López Ronda, G. Macias Bonilla, sussegwentement minn F. Brandolini Kujman, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1021/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unión de Cosecheros de Labastida, S. Coop. Ltda u Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Sociedad Agricola Requingua vs UASI — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA)

(Kawża T-358/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO DE PIEDRA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti D. ORIGEN TORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

(2011/C 160/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sociedad Agricola Requingua Ltda (Santjago, iċ-Ċilì) (rappreżentanti: E. Vorbuchner, C. Ley u M. Heidelberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (Toro, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-18 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 1117/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro u s-Sociedad Agricola Requingua Ltda.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Is-Sociedad Agricola Requingua Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — TTNB vs UASI — March Juan (Tila March)

(Kawża T-433/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Tila March - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CARMEN MARCH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 160/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TTNB (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J.-M. Moiroux, sussegwentement J.-M. Moiroux u C. Beudard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Carmen March Juan (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1538/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C. March Juan u TTNB.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

TTNB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Smart Technologies vs UASI (WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH)

(Kawża T-523/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 160/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Smart Technologies ULC (Calgary, il-Kanada) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, T. Elias, barrister, u R. Harrison, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant:. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2009, (Każ R 554/2009-2), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Smart Technologies ULC għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 27.2.2010.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2011 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAYMENT)

(Kawża T-28/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC PAYMENT - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 160/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euro-Information — Européenne de traitement de l’information (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2009 (Każ R 635/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali EURO AUTOMATIC PAYMENT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Euro-Information — Européenne de traitement de l’information hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Air France vs UASI (Forma ta’ parallelogramm)

(Kawża T-159/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta forma ta’ parallelogramm - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 160/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti:Kumpannija Air France (Roissy-en-France, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1018/2009-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrapreżenta forma ta’ parallelogramm bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-kumpannija Air France hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 19.6.2010.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Zitro IP vs UASI — Show Ball Informática (BINGO SHOWALL)

(Kawża T-179/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BINGO SHOWALL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti SHOW BALL - Raguni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebħ tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 160/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Show Ball Informática Ltda (São Paulo, il-Brażil)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Frar 2010 (Każ R 666/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zitro IP Sàrl u Show Ball Informàtica Ltda.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Zitro IP Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/22


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2011 — Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/09 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Awtorizzazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat għar-ristrutturazzjoni ta’ bank - Għeluq ta’ fergħa bħala kumpens - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)

(2011/C 160/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u I. Liebach, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-punti 5.4, 5.7 u 6.7 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 3900 finali, tat-12 ta’ Mejju 2009, fil-Każ C-43/2008 (ex N 390/2008) dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni tagħti favur ir-ristrutturazzjoni ta’ WestLB AG, deċiżjoni li għandha tinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 9525 finali, tal-21 ta’ Diċembru 2010, fil-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat MC 8/2009 u C-43/2009 — Il-Ġermanja — West LB, sa fejn minn dan l-artikolu jirriżulta li l-operazzjonijiet ġodda ta’ Westdeutsche ImmobilienBank AG għandhom jitwaqqfu wara l-15 ta’ Frar 2011.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

Id-digriet tal-31 ta’ Jannar 2011, Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni (T-457/09 R), huwa rrevokat.

(3)

It-talbiet għal intervent ta’ Westdeutsche ImmobilienBank AG, ta’ Landschaftsverband Westfalen-Lippe, ta’ Landschaftsverband Rheinland, ta’ WestLB, tal-Land Nordrhein-Westfalen u ta’ Rheinischer Sparkassen- und Giroverband tilfu l-iskop tagħhom.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/23


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2011 — Automobili Lamborghini vs UASI — Miura Martínez (Miura)

(Kawża T-191/11)

(2011/C 160/37)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Automobili Lamborghini Holding SpA (Sant’Agata Bolognese, l-Italja) (rappreżentant: P. Kather, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eduardo Miura Martínez (Sevilla, Spanja) u Antonio José Miura Martínez (Sevilla, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Jannar 2011, fil-Każ R 161/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Miura” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 14, 18, 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Eduardo Miura Martínez u Antonio José Miura Martínez

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva internazzjonali u nazzjonali li tinkludi l-element verbali “MIURA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 14, 24, 25 u 39, it-trade mark verbali nazzjonali “MIURA” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25, kif ukoll l-isem “MIURA” użat fil-kummerċ għat-tkabbir tal-barrin

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) sa fejn l-intervenjenti ma werewx l-użu tat-trade marks kunfliġġenti u ksur tal-Artikolu 75 tal-istess regolament billi r-rikorrenti ma kinitx f’pożizzjoni li tesprimi l-kunsiderazzjonijiet tagħha fir-rigward tad-deċiżjoni billi l-mertu tal-motivi ta’ oppożizzjoni ma kinux ġewha nnotifikati


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78, p. 1).


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/23


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2011 — El-Materi vs Il-Kunsill

(Kawża T-200/11)

(2011/C 160/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fahd Mohamed Sakher Ben Mohamed El-Materi (Doha, il-Qatar) (rappreżentanti: M. Lester, Barrister u G. Martin, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2011 L 31, p. 40) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2011 L 31, p. 1), sa fejn japplikaw għar-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv isostni li l-kriterju għall-inklużjoni tar-rikorrent fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK ma ġiex sodisfatt, peress li:

L-unika bażi li tippermetti li r-rikorrent jiġi inkluż fl-imsemmi anness hija li kieku huwa jissodisfa l-kriterju stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), jiġifieri li kieku kien persuna “responsabbli għal misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat Tuneżin” jew xi ħadd assoċjat ma’ din il-persuna, peress li, bħalma tippreċiża l-premessa 2, dawn il-persuni “b’hekk qed icaħħdu l-poplu Tuneżin mill-benefiċċji tal-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija u s-soċjetà tagħhom u jxekklu l-iżvilupp tad-demokrazija fil-pajjiż”.

(2)

It-tieni motiv isostni li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, peress li:

Il-miżuri restrittivi ma jipprovdux proċedura li permezz tagħha r-rikorrent ikun jista’ jirċievi l-evidenza li fuqha ġiet ibbażata d-deċiżjoni tal-iffriżar tal-assi tiegħu, jew li tippermettilu li jkun jista’ jesprimi ruħu fuq dik l-evidenza;

Ir-raġunijiet mogħtija fil-miżuri kkontestati jinkludu allegazzjoni ġenerali, mhux sostnuta u vaga ta’ investigazzjoni ġudizzjarja;

Il-Kunsill ma pprovdiex informazzjoni biżżejjed li tippermetti li r-rikorrent effettivament jimmotiva r-risposta tiegħu u ma tippermettix lill-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa jekk id-deċiżjoni u l-evalwazzjoni tal-Kunsill kinux fondati u bbażati fuq evidenza ċara.

(3)

It-tielet motiv, isostni li l-Kunsill naqas milli jipprovdi lir-rikorrenti b’motivazzjoni suffiċjenti li tispjega l-inklużjoni tiegħu fil-miżuri kkontestati, bi ksur tal-obbligu tiegħu li jipprovdi dikjarazzjoni ċara tar-raġunijiet attwali u speċifiċi li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet speċifiċi u individwali li wasslu sabiex ir-rikorrent tqis bħala responsabbli għall-misappropriazzjoni tal-fondi tal-Istat Tuneżin.

(4)

Ir-raba’ motiv, isostni li l-Kunsill kiser, mingħajr ġustifikazzjoni jew b’mod proporzjonali, id-dritt ta’ proprjetà tar-rikorrent u d-dritt li jopera n-negozju tiegħu, peress li:

Il-miżuri li ffriżaw l-assi għandhom impatt sinjifikattiv u dewwiemi fuq id-drittijiet fundamentali tiegħu;

Ma humiex iġġustifikati fl-applikazzjoni tagħhom fuq ir-rikorrent; u

Il-Kunsill la wera li l-iffriżar totali tal-assi kien il-mezz l-inqas oneruż li bih jiġu żgurat dan l-għan, u lanqas li d-dannu sinjifikattiv miġrub mir-rikorrenti huwa ġġustifikat u proporzjonat.

(5)

Il-ħames motiv isostni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċieda li japplika dawn il-miżuri restrittivi fuq ir-rikorrent, peress illi ma jidhirx li l-Kunsill evalwa r-rikorrent jew, jekk din l-evalwazzjoni saret, il-Kunsill wettaq żball meta kkonkluda li l-inklużjoni tar-rikorrent fil-miżuri restrittivi kienet iġġustifikata.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2011 L 28, p. 62).


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/24


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — Si.mobil telekomunikacijske storitve vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-201/11)

(2011/C 160/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Si.mobil telekomunikacijske storitve (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: P. Alexiadis u E. Sependa, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2011) 355 finali tal-24 ta’ Jannar 2011 fil-Każ COMP/39.707 — Si.mobil/Mobitel; u

Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, b’applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2011) 355 finali tal-24 ta’ Jannar 2011 fil-Każ COMP/39.707 — Si.mobil/Mobitel, li tiċħad l-ilment imressaq minnha b’applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE fl-14 ta’ Awwissu 2009 għal aġir allegatament kuntrarju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni ta’ Mobitel, f’diversi swieq tat-telefonija ċellulari bl-ingrossa u bl-imnut.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-applikazzjoni manifestament żbaljata min-naħa tal-Kummissjoni tar-regoli dwar l-attribuzzjoni ta’ kompetenza stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) u mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi ħdan in-network tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni (ĠU C 101, p. 43), peress li:

bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqset milli tapplika b’mod effettiv id-dritt tal-Unjoni, billi injorat il-prinċipji primarji ta’ ordni pubbliku li għandhom prijorità fuq ir-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll ir-regoli li hija stabbiliet għaliha stess fil-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni fi ħdan in-network tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni;

il-Kummissjoni naqset mill-obbligi tagħha abbażi tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni fi ħdan in-network tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, peress li hija ma intervenietx meta awtorità tal-kompetizzjoni “pprolongat proċedura b’mod eċċessiv”, liema ħaġa seħħet meta t-terminu ta’ sentejn impost mil-liġi Slovena skada mingħajr ma l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma ppreżentat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni injorat provi ċari li juru li hija l-awtorità “fl-aħjar pożizzjoni” sabiex tiddeċiedi l-każ inkwistjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa improbabbli ħafna li l-awtorità Slovena tal-kompetizzjoni tkun “kapaċi li twaqqaf il-ksur” b’mod raġonevoli u fi żmien qasir. Min-naħa l-oħra, f’dan il-każ huwa ċar li d-“dispożizzjonijiet Komunitarji [jistgħu jkunu] applikati b’mod iktar effettiv mill-Kummissjoni”.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-iżball manifest tal-Kummissjoni fl-ibbilanċjar stabbilit mill-ġurisprudenza Automec (2), peress li:

Ir-rikorrenti tqis li l-marġni ta’ diskrezzjoni li s-sentenza Automec tħalli lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara ruħha kompetenti jew le ma huwiex assolut. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ppreżentat numru kbir ta’ provi li juru li l-eżerċizzju min-naħa tal-Kummissjoni tal-kompetenza relattiva għall-ilmenti ta’ Si.mobil jippreżenta “interess Komunitarju”, li l-Kummissjoni injorat mingħajr ġustifikazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni injorat il-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar tagħha stess fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat KE għal imġiba esklużjonarja abbużiva minn impriżi dominanti (ĠU C 45, p. 7), sa fejn abbażi ta’ dan id-dokument, iż-żewġ tipi ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni (pressjoni fuq is-suq u prezz predatorju) li hija esposta għalihom ir-rikorrenti għandhom jiġu ttrattati b’mod prijoritarju. Finalment, huwa dejjem iktar neċessarju li jiġi ppreċiżat il mod li bih il-Kummissjoni tapplika dawn ir-regoli, b’mod partikolari fis-settur tat-telefonija ċellulari fejn tali preċedenti għadhom nieqsa.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 1992, Automec vs Il-Kummissjoni, T-24/90, Ġabra p. II-2223.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/25


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — Aeroporia Aigaiou Aeroporiki u Marfin Investment Group Symmetochon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/11)

(2011/C 160/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aeroporia Aigaiou Aeroporiki AE (Ateni, il-Greċja) u Marfin Investment Group Symmetochon AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: A. Ryan, Solicitor, G. Bushell, Solicitor, P. Stamou u I. Dryllerakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2011) 316 tas-26 ta’ Jannar 2011 fil-Każ COMP/M.5830 relatat mal-merger propost bejn Aegean Airlines S.A. u Olympic Air S.A., Olympic Handling S.A. u Olympic Engineering S.A. taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi:

(1)

L-ewwel motiv jallega ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-definizzjoni ta’ suq għal passiġġieri bl-ajru sensittivi għall-fattur tal-ħin biss, peress li:

Il-Kummissjoni tuża l-amminstrazzjoni tal-qliegħ jew tad-dħul bħala bażi sabiex tiddefinixxi suq għal passiġġieri bl-ajru sensittivi għall-fattur tal-ħin li qatt ma ġiet diskussa fil-proċedura amministrattiva; u

Id-deċiżjoni ma tistax tkun ibbażata fuq suq li jinkludi passiġġieri bl-ajru sensittivi għall-fattur tal-ħin biss, peress li dan ma jistax ikun appoġġjat mix-xjenza ekonomika aċċettata u huwa kontradett mill-fajl tal-Kummissjoni stess.

(2)

It-tieni motiv jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ġie konkluż li l-laneċ għall-ġarr tal-passiġġieri jeżerċitaw biss “impediment għall-kompetizzjoni limitat” fuq servizzi tal-ajru fuq tmien rotot, peress li:

Il-provi ċċitati mill-Kummissjoni insostenn tal-konklużjonijiet tagħha huma selettivi ħafna, jiksru r-regoli kollha tal-provi u ma jinkludu l-ebda xogħol empiriku jew ta’ studju. Barra minn hekk, dawn il-provi, meta mifhuma b’mod oġġettiv, fil-fatt jappoġġjaw il-konklużjoni kuntrarja, jiġifieri li l-laneċ għall-ġarr tal-passiġġieri jeżerċitaw impediment reali għall-kompetizzjoni għall-passiġġieri bl-ajru sensittivi għall-fattur tal-ħin u/jew għall-passiġġieri kollha fuq dawn it-tmien rotot.

(3)

It-tielet motiv jallega nuqqas ta’ motivazzjoni u/jew żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ġie konkluż li ser ikun hemm impediment sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva minħabba l-eliminazzjoni tar-relazzjoni kompetittiva mill-qrib bejn Aegean u Olympic, peress li:

Id-deċiżjoni tonqos milli tiddikjara x’inhi eżattament it-teorija tal-ksur; u

Il-Kummissjoni tonqos milli tipprovdi provi konsistenti u konvinċenti sabiex turi li passiġġieri ta’ wieħed mir-rikorrenti ma jibdewx jużaw il-laneċ għall-ġarr tal-passiġġieri f’każ ta’ żieda ta’ 5 — 10 % fil-biljetti tal-ajru, li hija l-mistoqsija rilevanti.

(4)

Ir-raba’ motiv jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni u/jew żball ta’ liġi meta ġie konkluż li jeżistu ostakoli għad-dħul li jirrendu mhux probabbli d-dħul wara l-merger, peress li:

Il-Kummissjoni applikat il-prova legali żbaljata, li tirrikjedi pjanijiet tad-dħul qabel il-merger li jkunu definiti u sostanzjati, li hija prova impossibbli li tiġi sodisfatta; u

L-evalwazzjoni fattwali tal-Kummissjoni hija vvizzjata, ibbażata fuq provi selettivi ħafna u tonqos kompletament milli twettaq investigazzjoni diliġenti.

(5)

Il-ħames motiv jallega ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u/jew żball manifest tal-evalwazzjoni fl-analiżi tal-kontrafattwali, peress li:

Fir-rigward tal-kontrafattwali ta’ Aegean, il-konklużjonijiet tad-deċiżjoni jibbażaw ruħhom interament fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. Minkejja osservazzjonijiet estensivi mir-rikorrenti, il-Kummissjoni naqset milli tiddiskuti l-kontrafattwali ta’ Aegean matul il-proċedura amministrattiva u ssostanzjat l-opinjonijiet tagħha għall-ewwel darba fid-deċiżjoni. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni hija żbaljata peress li hija bbażata biss fuq analiżi ex post facto; u

Fir-rigward tal-kontrafattwali ta’ Olympic, l-analiżi tal-Kummissjoni tillimita ruħha għall-kritika tal-mudell suġġerit minn Marfin u tonqos milli twettaq evalwazzjoni ex ante xierqa b’mod prinċipali peress li ma tmurx lil hinn mill-istaġun tas-sajf tal-2011 tal-IATA. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet tagħha huma biss dikjarazzjonijiet u ma huma bbażati fuq l-ebda data.

(6)

Is-sitt motiv jallega ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, peress li:

Il-proċedura amministrattiva qabel ma l-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-istandards tal-ġustizzja amministrattiva kif riflessi fid-dritt għal smigħ xieraq stabbilit mill-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-Kummissjoni naqset milli tosserva l-obbligu tagħha ta’ investigazzjoni diliġenti, u għalhekk qalbet l-oneru tal-prova fuq ir-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40)


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/26


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-204/11)

(2011/C 160/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tas-Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 15/2011, tal-10 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 dwar il-metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar biex jinstabu bijotossini marini fil-molluski bivalvi ħajjin; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni ddeċidiet li timponi l-metodu ta’ kromatografija likwida — spettrometrija tal-massa (LC-MS/MS) bħala l-metodu ta’ riferiment biex jinstabu bijotossini lipofiliċi marini, li ssostitwixxa t-test bijoloġiku fuq il-ġrieden.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 168 TFUE u fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità li għandu jirregola t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-metodu l-ġdid ta’ riferiment adottat sabiex jinstabu bijotossini lipofiliċi ma huwiex iktar ta’ benefiċċju għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika mit-test bijoloġiku fuq il-ġrieden.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li meta adottat d-deċiżjoni li tissostitwixxi t-test bijoloġiku fuq il-ġrieden bil-metodu LC-MS/MS bħala l-metodu ta’ riferiment sabiex jinstabu tossini lipofiliċi, il-Kummissjoni ma evalwatx il-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li hija tallega li tirregola, meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-impatt ekonomiku ta’ din il-bidla fis-settur produttiv ikkonċernat.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

Skont l-Istat rikorrent, il-produtturi tal-molluski bivalvi ħajjin jista’ jkollhom aspettattivi leġittimi li l-Kummissjoni ma kinitx ser tiddeċiedi li tissostitwixxi l-metodu ta’ test bijoloġiku fuq il-ġrieden bħala metodu ta’ riferiment sabiex jinstabu tossini lipofiliċi sakemm ma jkunux issodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 tal-punt B tal-Kapitolu III tal-Anness III tar-Regolament Nru 2074/2005 fil-verżjoni oriġinali tiegħu.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/28


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Canga Fano vs Il-Kunsill

(Kawża F-104/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)

(2011/C 160/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Diego Canga Fano (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

D. Canga Fano għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010, p. 51.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/28


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ April 2011

Ioannis Vakalis vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-38/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-Greċja għall-iskema tal-pensjoni ta’ uffiċjali tal-Unjoni - Kalkolu tas-snin pensjonabbli - Eċċezzjoni ta’ illegalità dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Prinċipju ta’ newtralità tal-euro)

(2011/C 160/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ioannis Vakalis (Luvinate, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Likwidazzjoni tad-drittijiet individwali li tiffissa d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom għall-iskema tal-Unjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala inammissibbli u parzjalment, bħala infondat.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, nofs l-ispejjeż ta’ I. Vakalis.

(3)

I. Vakalis għandu jbati n-nofs tal-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010, p. 54.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/28


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ April 2011 AO vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Miżura dixxiplinarja - Tneħħija minn pożizzjoni - Artikolu 35 (1)(d) u 2(a) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2011/C 160/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AO (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Schober, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni CMS 07/046 li tneħħi lir-rikorrent mill-pożizzjoni tiegħu mingħajr tnaqqis mill-pensjoni b’effett mill-15 ta’ Awwissu 2009 u għall-annullament tad-deċiżjonijiet kollha meħuda kontra r-rikorrent minn Settembru 2003 sat-tneħħija mill-pożizzjoni tiegħu kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv tad-digriet

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

(2)

Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 221, 14.08.10, p. 60.


28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/29


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-31 ta’ Marzu 2011 — M vs Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

(Kawża F-23/07 RENV-RX) (1)

(2011/C 160/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża, wara li ntlaħaq ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 117, 26.05.07, p. 35.