ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.271.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 271

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
7 ta' Ottubru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 271/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2010/C 271/02

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 li twaqqaf il-grupp ta' esperti għall-iżvilupp tal-missjoni tas-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita, il-Grupp Konsultattiv dwar l-Iżvilupp tal-Missjoni ( 1 )

2

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Il-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati EFTA

2010/C 271/03

Rapport tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA – Lista ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu awtorizzati fl-Islanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/48/KE mill-1 ta’ Jannar 2010

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 271/04

Sejħa għal proposti – Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi

14

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2010/C 271/05

Azzjoni mressqa fis-26 ta' Lulju 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Każ E-8/10)

25

2010/C 271/06

Azzjoni mressqa fis-26 ta' Lulju 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Liechtenstein (Każ E-9/10)

26

2010/C 271/07

Azzjoni mressqa fis-26 ta' Lulju 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra n-Norveġja (Każ E-10/10)

27

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 271/08

Avviż dwar l-iskadenza ta' ċerti miżuri tal-antidumping

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Ottubru 2010

2010/C 271/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3856

JPY

Yen Ġappuniż

114,98

DKK

Krona Daniża

7,4547

GBP

Lira Sterlina

0,87260

SEK

Krona Żvediża

9,2993

CHF

Frank Żvizzeru

1,3361

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0340

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,530

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

270,33

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7091

PLN

Zloty Pollakk

3,9490

RON

Leu Rumen

4,2720

TRY

Lira Turka

1,9650

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4221

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4018

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7471

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8423

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8155

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 550,99

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,5445

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2713

HRK

Kuna Kroata

7,3145

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 357,62

MYR

Ringgit Malażjan

4,2870

PHP

Peso Filippin

60,275

RUB

Rouble Russu

41,3600

THB

Baht Tajlandiż

41,492

BRL

Real Brażiljan

2,3113

MXN

Peso Messikan

17,2854

INR

Rupi Indjan

61,5000


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


7.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Ottubru 2010

li twaqqaf il-grupp ta' esperti għall-iżvilupp tal-missjoni tas-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita, il-“Grupp Konsultattiv dwar l-Iżvilupp tal-Missjoni”

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 271/02

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Is-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u l-programmi Galileo huma rregolati mir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (1). L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 jispeċifika li dawn il-programmi għandhom jinkludu l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jiġu definiti, żviluppati, validati, mibnija, operati, imġedda u mtejba s-sistema EGNOS u s-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo.

(2)

Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni ta' dawk il-programmi. Il-kompiti ta' ġestjoni jinkludu t-tiġdid u t-titjib tas-sistemi permezz tal-irfinar tal-profili tal-missjoni u l-implimentazzjoni tat-tibdiliet relatati fis-sistema.

(3)

L-għan taż-żewġ sistemi huwa li jipprovdu lill-utenti servizz modern ta' pożizzjonar, navigazzjoni u kalkolu tal-ħin skont ir-rekwiżiti tal-missjoni speċifikati għall-Galileo u l-EGNOS. Kwalunkwe irfinar tal-profili tal-missjoni taż-żewġ sistemi għandu jqis bis-sħiħ l-opinjonijiet tal-komunitajiet tal-utenti tas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita u tal-partijiet interessati l-oħra, inklużi dawk tal-Istati Membri, tal-pajjiżi terzi u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali.

(4)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta' esperti biex jipprovdi parir indipendenti lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' żvilupp tal-missjoni tal-EGNOS u tal-Galileo u biex jistabbilixxi l-kompiti u l-istruttura tagħha.

(5)

Għandhom ikunu previsti regoli dwar l-iżvelar tat-tagħrif mill-membri tal-grupp, mingħajr ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif imniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (2).

(6)

Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (3).

(7)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Malli jasal il-waqt, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra r-rakkomandabbiltà ta’ estensjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Il-grupp ta' esperti għall-iżvilupp tal-missjoni tas-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita, il-“Grupp Konsultattiv għall-Iżvilupp tal-Missjoni”, aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-grupp” qiegħed hawn jiġi stabbilit.

Artikolu 2

Kompiti

1.   Il-grupp għandu jipproponi u jevalwa żviluppi possibbli għall-għanijiet tal-missjoni u d-definizzjonijiet tas-servizz għall-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita Galileo u EGNOS. Biex iwettaq dan il-kompitu, il-grupp għandu jivvaluta t-tibdiliet fil-ħtiġijiet tal-utenti u fl-ambitu tas-servizzi ta' navigazzjoni, pożizzjonar u kalkolu tal-ħin ibbażati fuq l-ispazju, kemm fuq skala Ewropea kif ukoll fuq skala internazzjonali, wara li jkun qies kif xieraq il-qafas globali eżistenti tas-servizzi u s-sistemi tan-navigazzjoni bis-satellita.

2.   Il-grupp għandu janalizza l-impatti ta' tali tibdiliet fuq il-ħtiġijiet tal-missjoni u tas-servizz għall-programmi Galileo u EGNOS u jiżviluppa u jipproponi aġġornamenti xierqa tal-istandard bażiku tal-missjoni u s-servizz.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

1.   Il-grupp għandu jingħata l-kompitu mis-servizzi tal-Kummissjoni li għandhom ukoll jistabbilixxu l-ambitu tax-xogħol assoċjat u r-rekwiżiti tal-aġenda.

2.   Il-President tal-grupp jista' jipproponi aktar kompiti kif meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-għanijiet tal-grupp b'konsultazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni.

Artikolu 4

Sħubija – Ħatra

1.   Il-grupp għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn 25 membru.

2.   Il-membri tal-grupp għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn fost speċjalisti b'kompetenzi fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2 u li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet.

3.   Il-membri tal-grupp għandhom ikunu individwi maħtura f'kapaċità personali u għandhom jagħtu parir lill-Kummissjoni b'mod indipendenti.

4.   Il-membri tal-grupp għandhom jinħatru għal mandat ta’ erba' snin. Għandhom jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu ssostitwiti jew jispiċċalhom il-mandat. Il-mandat tagħhom jista' jiġġedded.

5.   L-ismijiet tal-membri għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħra, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-“Reġistru”.

6.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Tħaddim

1.   Il-grupp għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu permezz ta' maġġoranza sempliċi.

2.   Bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, il-grupp jista' jwaqqaf sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta' termini ta' referenza definiti mill-grupp. Kif jintemm il-mandat tagħhom, it-tali sottogruppi għandhom jiġu xolti.

3.   Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu, fuq bażi ad hoc, jistiednu esperti minn barra l-grupp li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogrupp. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jagħtu l-istatus ta’ osservaturi lil individwi u organizzazzjonijiet.

4.   Il-membri u l-osservaturi għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà marbuta mal-ħarsien tat-tagħrif ikklassifikat tal-UE, stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri x-xierqa kollha.

5.   Il-laqgħat tal-gruppi u tas-sottogruppi ta' esperti għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi tas-segretarjat. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u s-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti.

7.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tagħrif rilevanti dwar l-attivitajiet li jwettaq il-grupp, billi tinkludih fir-Reġistru jew permezz ta' link mir-Reġistru għal sit tal-internet ddedikat.

Artikolu 6

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-grupp ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien li jkunu ġarrbu dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Il-Kumitat Permanenti ta’ l-Istati EFTA

7.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/4


RAPPORT TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA

Lista ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu awtorizzati fl-Islanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/48/KE mill-1 ta’ Jannar 2010

2010/C 271/03

1.

Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulata) (1) l-Kummissjoni jeħtiġilha tfassal u tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali lista tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li ngħataw awtorizzazzjoni kif speċifikat fid-Direttiva.

2.

Il-paragrafu 6(b) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE jitlob li “meta, b’liġi għandhom jiġu ppubblikati fatti, proċeduri, rapporti u informazzjoni oħra simili f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, l-informazzjoni korrispondenti dwar l-Istati tal-EFTA trid tiġi pubblikata f’taqsima separata tiegħu.”

3.

Din hija l-għaxar okkażjoni fejn il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ hawn fuq. Il-lista ppubblikata fl-Anness ma' din il-komunikazzjoni tinkludi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li ġew involuti f'negozju fl-Islanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2010 li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżit Kapitali 2006/48/KE.

4.

Din il-lista tfasslet mill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA skont informazzjoni mgħoddija lilu mill-Istati tal-EFTA kkonċernati. Il-lista m'għandha l-ebda sinifikat legali u ma tagħti l-ebda dritt legali. Jekk istituzzjoni li mhix awtorizzata ġiet inkluża bi żball fil-lista, l-istejtus legali tagħha ma jinbidel bl-ebda mod; bl-istess mod, jekk istituzzjoni tħalliet barra bi żball, il-validità tal-awtorizzazzjoni tagħha ma tintlaqatx.

TAQSIRIET FIT-TABELLI

Fil-kolonna “Kapital minimu”, il-valuri għandhom it-tifsira li ġejja:

Valur

It-tifsira

Y

Kapital inizjali ikbar minn EUR 5 miljun

N

Kapital inizjali bejn EUR 1 miljun u EUR 5 miljun

0

Ebda kapital inizjali


Fil-kolonna “Ħarsien tal-istejtus tad-depożitu”, il-valuri għandhom it-tifsira li ġejja:

Valur

It-tifsira

Y

Skema normali ta' garanzija ta' depożitu skont id-Direttiva 94/19/KE (l-Artikolu 3(1)(1))

N

Skema ekwivalenti ta' garanzija ta' depożitu skont id-Direttiva 94/19/KE (l-Artikolu 3(1)(2))

0

Ebda skema ta' garanzija ta' depożitu

L-ISLANDA

Għal kwalunkwe informazzjoni addizjonali

Fjármálaeftirlitið (L-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja)

Sudurlandsbraut 32

108 Reykjavík

ICELAND

Tel. +354 5252700

Fax +354 5252727

http://www.fme.is

Isem

Post

Forma legali

Osservazzjonijiet

Kapital minimu

Ħarsien tal-istejtus tad-depożitu

1

2

3

4

5

6

Banek Kummerċjali

Íslandsbanki hf.

Reykjavík

HF

 

Y

Y

NBI hf.

Reykjavík

HF

 

Y

Y

Arion banki hf.

Reykjavík

HF

 

Y

Y

MP Banki hf.

Reykjavík

HF

 

Y

Y

Glitnir banki hf.

Reykjavík

 (2)

 

NA

NA

Sparisjódabanki Íslands hf.

Reykjavík

 (2)

 

NA

NA

Kaupþing banki hf.

Reykjavík

 (2)

 

NA

NA

Landsbanki Íslands hf.

Reykjavík

 (2)

 

NA

NA

Straumur-Burdarás fjárfestingarbanki hf.

Reykjavík

 (2)

 

NA

NA

Banek tat-tfaddil

Byr sparisjódur

Reykjavík

 (3)

 

Y

Y

nb.is sparisjódur hf.

Reykjavík

HF

 

Y

Y

Sparisjódur Bolungarvíkur

Bolungarvík

 (3)

 

Y

Y

Sparisjódur Mýrasýslu

Borgarnes

 (2)

 

NA

NA

Sparisjódur Svarfdæla

Dalvík

 (3)

 

Y

Y

Sparisjódur Höfdhverfinga

Grenivík

 (3)

 

N

Y

Sparisjódur Strandamanna

Hólmavík

 (3)

 

Y

Y

Sparisjódurinn í Keflavík

Keflavík

 (3)

 

Y

Y

Sparisjódur S-Þingeyinga

Laugar

 (3)

 

N

Y

Sparisjódur Nordfjardar

Nordfjördur

 (3)

 

Y

Y

Sparisjódur Ólafsfjardar

Ólafsfjördur

 (3)

 

N

Y

Sparisjódur Reykjavíkur og nágrennis hf.

Reykjavík

 (2)

 

NA

NA

Sparisjódur Kaupþings hf.

Reykjavík

HF

 

Y

Y

Afl sparisjódur

Siglufjördur

 (3)

 

Y

Y

Sparisjódur Þórshafnar og nágrennis

Þórshöfn

 (3)

 

N

Y

Sparisjódur Vestmannaeyja

Vestmannaeyjar

 (3)

 

Y

Y

Impriżi ta’ kreditu

Askar Capital hf.

Reykjavík

HF

 

Y

0 (4)

Avant hf. (6)

Reykjavík

HF

 

Y

0 (4)

Borgun hf. (5)

Reykjavík

HF

 

Y

0 (4)

Kreditkort hf. (5)

Reykjavík

HF

 

Y

0 (4)

Byggdastofnun

Reykjavík

Proprjetà tal-Istat

 

Y

0 (4)

Frjálsi fjárfestingarbankinn hf.

Reykjavík

 (2)

 

NA

0 (4)

Lánasjódur sveitarfélaga ohf.

Reykjavík

OHF

 

Y

0 (4)

Lýsing hf. (6)

Reykjavík

HF

 

Y

0 (4)

Saga Capital Fjárfestingarbanki hf.

Akureyri

HF

 

Y

0 (4)

SP-fjármögnun hf. (6)

Reykjavík

HF

 

Y

0 (4)

Valitor hf. (5)

Reykjavík

HF

 

Y

0 (4)

VBS-fjárfestingarbanki hf.

Reykjavík

HF

 

Y

0 (4)

IL-LIECHTENSTEIN

Għal kwalunkwe informazzjoni addizjonali

L-Awtorità tas-Suq Finanzjarju (FMA) il-Liechtenstein

Heiligkreuz 8

Post Box 684

FL-9490 Vaduz

LIECHTENSTEIN

Tel. +423 2367373

Fax +423 2367374

http://www.fma-li.li

Isem

Post

Forma legali

Osservazzjonijiet

Kapital minimu

Ħarsien tal-istejtus tad-depożitu

1

2

3

4

5

6

Liechtensteinische Landesbank AG

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

LGT Bank in Liechtenstein AG

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Verwaltungs- und Privat-Bank AG

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Neue Bank Aktiengesellschaft

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Centrum Bank Aktiengesellschaft

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Volksbank Aktiengesellschaft

Schaan

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Valartis Bank (Liechtenstein) AG (7)

Gamprin-Bendern (7)

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Banque Pasche (Liechtenstein) SA (8)

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Bank Frick & Co. Aktiengesellschaft

Balzers

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

EFG Bank von Ernst AG (9)

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Raiffeisen Bank (Liechtenstein) Aktiengesellschaft

Vaduz (10)

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Kaiser Ritter Partner Privatbank AG (11)

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Alpe Adria Privatbank AG in Liquidation (12)

Schaan

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Bank Alpinum Aktiengesellschaft (13)

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Bank Vontobel (Liechtenstein) AG

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y

Lamba Privatbank AG

Vaduz

Aktiengesellschaft

 

Y

Y (14)

IN-NORVEĠJA

Għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali

Kredittilsynet (L-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja tan-Norveġja)

Kaxxa Postali 100 Bryn

0611 Oslo

NORWAY

Tel. +47 22939800

Fax +47 22630226

Posta electronika: post@finanstilsynet.no

http://www.finanstilsynet.no

Isem

Post

Forma legali

Osservazzjonijiet

Kapital minimu

Ħarsien tal-istejtus tad-depożitu

1

2

3

4

5

6

ANDEBU SPAREBANK

Andebu

Sb (15)

 

Y

Y

ARENDAL OG OMEGNS SPAREKASSE

Arendal

Sb (15)

 

Y

Y

ASKIM SPAREKASSE

Askim

Sb (15)

 

Y

Y

AURLAND SPAREBANK

Aurland

Sb (15)

 

Y

Y

AURSKOG SPAREBANK

Aurskog

Sb (15)

 

Y

Y

BAMBLE OG LANGESUND SPAREBANK

Stathelle

Sb (15)

 

Y

Y

BERG SPAREBANK

Halden

Sb (15)

 

Y

Y

BIEN SPAREBANK AS

Oslo

AS (16)

 

Y

Y

BIRKENES SPAREBANK

Birkeland

Sb (15)

 

Y

Y

BJUGN SPAREBANK

Bjugn

Sb (15)

 

Y

Y

BLAKER SPAREBANK

Blaker

Sb (15)

 

Y

Y

BUD FRÆNA OG HUSTAD SPAREBANK

Elnesvågen

Sb (15)

 

Y

Y

BØ SPAREBANK

Bø i Telemark

Sb (15)

 

Y

Y

CULTURA SPAREBANK

Oslo

Sb (15)

 

N

Y

DRANGEDAL OG TØRDAL SPAREBANK

Drangedal

Sb (15)

 

Y

Y

EIDSBERG SPAREBANK

Mysen

Sb (15)

 

Y

Y

ETNE SPAREBANK

Etne

Sb (15)

 

Y

Y

ETNEDAL SPAREBANK

Etnedal

Sb (15)

 

Y

Y

EVJE OG HORNNES SPAREBANK

Evje

Sb (15)

 

Y

Y

FANA SPAREBANK

Bergen

Sb (15)

 

Y

Y

FJALER SPAREBANK

Dale i Sunnfjord

Sb (15)

 

Y

Y

FLEKKEFJORD SPAREBANK

Flekkefjord

Sb (15)

 

Y

Y

FORNEBU SPAREBANK

Fornebu

Sb (15)

 

Y

Y

GILDESKÅL SPAREBANK

Inndyr

Sb (15)

 

Y

Y

GJERSTAD SPAREBANK

Gjerstad

Sb (15)

 

Y

Y

GRAN SPAREBANK

Jaren

Sb (15)

 

Y

Y

GRONG SPAREBANK

Grong

Sb (15)

 

Y

Y

GRUE SPAREBANK

Kirkenær

Sb (15)

 

Y

Y

HALDEN SPAREBANK

Halden

Sb (15)

 

Y

Y

HALTDALEN SPAREBANK

Haltdalen

Sb (15)

 

Y

Y

HARSTAD SPAREBANK

Harstad

Sb (15)

 

Y

Y

HAUGESUND SPAREBANK

Haugesund

Sb (15)

 

Y

Y

HEGRA SPAREBANK

Hegra

Sb (15)

 

Y

Y

HELGELAND SPAREBANK

Mosjøen

Sb (15)

 

Y

Y

HJARTDAL OG GRANSHERAD SPAREBANK

Sauland

Sb (15)

 

Y

Y

HJELMELAND SPAREBANK

Hjelmeland

Sb (15)

 

Y

Y

HOL SPAREBANK

Geilo

Sb (15)

 

Y

Y

HOLLA OG LUNDE SPAREBANK

Ulefoss

Sb (15)

 

Y

Y

HØLAND SPAREBANK

Bjørkelangen

Sb (15)

 

Y

Y

HØNEFOSS SPAREBANK

Hønefoss

Sb (15)

 

Y

Y

INDRE SOGN SPAREBANK

Årdalstangen

Sb (15)

 

Y

Y

JERNBANEPERSONALETS SPAREBANK

Oslo

Sb (15)

 

Y

Y

KLEPP SPAREBANK

Kleppe

Sb (15)

 

Y

Y

KLÆBU SPAREBANK

Klæbu

Sb (15)

 

Y

Y

KRAGERØ SPAREBANK

Kragerø

Sb (15)

 

Y

Y

KVINESDAL SPAREBANK

Kvinesdal

Sb (15)

 

Y

Y

KVINNHERAD SPAREBANK

Rosendal

Sb (15)

 

Y

Y

LARVIKBANKEN BRUNLANES SPAREBANK

Larvik

Sb (15)

 

Y

Y

LILLESANDS SPAREBANK

Lillesand

Sb (15)

 

Y

Y

LILLESTRØM SPAREBANK

Lillestrøm

Sb (15)

 

Y

Y

LOFOTEN SPAREBANK

Bøstad

Sb (15)

 

Y

Y

LOM OG SKJÅK SPAREBANK

Lom

Sb (15)

 

Y

Y

LUSTER SPAREBANK

Gaupne

Sb (15)

 

Y

Y

MARKER SPAREBANK

Ørje

Sb (15)

 

Y

Y

MELDAL SPAREBANK

Meldal

Sb (15)

 

Y

Y

MELHUS SPAREBANK

Melhus

Sb (15)

 

Y

Y

MODUM SPAREBANK

Vikersund

Sb (15)

 

Y

Y

NES PRESTEGJELDS SPAREBANK

Nesbyen

Sb (15)

 

Y

Y

NESSET SPAREBANK

Eidsvåg i Romsdal

Sb (15)

 

Y

Y

NØTTERØ SPAREBANK

Tønsberg

Sb (15)

 

Y

Y

ODAL SPAREBANK

Sagstua

Sb (15)

 

 

 

OFOTEN SPAREBANK

Bogen i Ofoten

Sb (15)

 

Y

Y

OPDALS SPAREBANK

Oppdal

Sb (15)

 

Y

Y

ORKDAL SPAREBANK

Orkdal

Sb (15)

 

Y

Y

RINDAL SPAREBANK

Rindal

Sb (15)

 

Y

Y

RINGERIKES SPAREBANK

Hønefoss

Sb (15)

 

Y

Y

RYGGE-VAALER SPAREBANK

Moss

Sb (15)

 

Y

Y

RØROSBANKEN RØROS SPAREBANK

Røros

Sb (15)

 

Y

Y

SANDNES SPAREBANK

Sandnes

Sb (15)

 

Y

Y

SELBU SPAREBANK

Selbu

Sb (15)

 

Y

Y

SELJORD SPAREBANK

Seljord

Sb (15)

 

Y

Y

SETSKOG SPAREBANK

Setskog

Sb (15)

 

Y

Y

SKUDENES & AAKRA SPAREBANK

Åkrehamn

Sb (15)

 

Y

Y

SOKNEDAL SPAREBANK

Soknedal

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANK 1 GUDBRANSDAL

Vinstra

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANK 1 HALLINGDAL

Ål

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANK 1 NORD-NORGE

Tromsø

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANK 1 NORDVEST

Kristiansund

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANK 1 SMN

Trondheim

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANK 1 SR-BANK

Stavanger

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANK1 BUSKERUD-VESTFOLD

Kongsberg

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN HARDANGER

Utne

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN HEDMARK

Hamar

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN HEMNE

Kyrksæterøra

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN JEVNAKER LUNNER

Jevnaker

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN MØRE

Ålesund

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN NARVIK

Narvik

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN PLUSS

Kristiansand S

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN SOGN OG FJORDANE

Førde

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN SØR

Arendal

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN TELEMARK

Skien

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN VEST

Bergen

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN VOLDA ØRSTA

Volda

Sb (15)

 

Y

Y

SPAREBANKEN ØST

Drammen

Sb (15)

 

Y

Y

SPARESKILLINGSBANKEN KRISTIANSAND S

Kristiansand S

Sb (15)

 

Y

Y

SPYDEBERG SPAREBANK

Spydeberg

Sb (15)

 

Y

Y

STADSBYGD SPAREBANK

Stadsbygd

Sb (15)

 

Y

Y

STRØMMEN SPAREBANK

Strømmen

Sb (15)

 

Y

Y

SUNNDAL SPAREBANK

Sunndalsøra

Sb (15)

 

Y

Y

SURNADAL SPAREBANK

Surnadal

Sb (15)

 

Y

Y

SØGNE OG GREIPSTAD SPAREBANK

Søgne

Sb (15)

 

Y

Y

TIME SPAREBANK

Bryne

Sb (15)

 

Y

Y

TINN SPAREBANK

Rjukan

Sb (15)

 

Y

Y

TOLGA-OS SPAREBANK

Tolga

Sb (15)

 

Y

Y

TOTENS SPAREBANK

Lena

Sb (15)

 

Y

Y

TRØGSTAD SPAREBANK

Trøgstad

Sb (15)

 

Y

Y

TYSNES SPAREBANK

Uggdal

Sb (15)

 

Y

Y

VALLE SPAREBANK

Valle

Sb (15)

 

Y

Y

VANG SPAREBANK

Vang i Valdres

Sb (15)

 

Y

Y

VEGÅRSHEI SPAREBANK

Vegårshei

Sb (15)

 

Y

Y

VESTRE SLIDRE SPAREBANK

Slidre

Sb (15)

 

Y

Y

VIK SPAREBANK

Vik i Sogn

Sb (15)

 

Y

Y

VOSS SPAREBANK

Voss

Sb (15)

 

Y

Y

ØRLAND SPAREBANK

Brekstad

Sb (15)

 

Y

Y

ØRSKOG SPAREBANK

Ørskog

Sb (15)

 

Y

Y

ØYSTRE SLIDRE SPAREBANK

Heggenes

Sb (15)

 

Y

Y

ÅFJORD SPAREBANK

Åfjord

Sb (15)

 

Y

Y

AASEN SPAREBANK

Åsen

Sb (15)

 

Y

Y

BANK 1 OSLO AS

Oslo

AS (16)

 

Y

Y

BANK NORWEGIAN AS

Oslo

AS (16)

 

Y

Y

BANK2 ASA

Oslo

ASA (16)

 

Y

Y

BN BANK ASA

Trondheim

ASA (16)

 

Y

Y

DDB AS

Trondheim

AS (16)

 

Y

Y

DNB NOR BANK ASA

Oslo

ASA (16)

Londra

Y

Y

Stokkolma

Kopenħagen

Il-Gżejjer Kajman

Singapor

Hamburg

New York

Ħelsinki

GJENSIDIGE BANK ASA

Førde

ASA (16)

 

Y

Y

LANDKREDITT BANK AS

Oslo

AS (16)

 

Y

Y

NETFONDS BANK ASA

Oslo

ASA (16)

 

Y

Y

NORDEA BANK NORGE ASA

Oslo

ASA (16)

Il-Gżejjer Kajman

Y

Y

New York

NORDLANDSBANKEN ASA

Bodø

ASA (16)

 

Y

Y

PARETO BANK ASA

Oslo

ASA (16)

 

Y

Y

SANTANDER CONSUMER BANK AS

Oslo

AS (16)

 

Y

Y

SEB PRIVATBANKEN ASA

Oslo

ASA (16)

 

Y

Y

STOREBRAND BANK ASA

Oslo

ASA (16)

 

Y

Y

TERRA KORTBANK AS

Oslo

AS (16)

 

Y

Y

VERDIBANKEN ASA

Oslo

ASA (16)

 

Y

Y

VOSS VEKSEL- OG LANDMANDSBANK ASA

Voss

ASA (16)

 

Y

Y

WARREN BANK AS

Oslo

AS (16)

 

Y

Y

YA BANK AS

Oslo

AS (16)

 

Y

Y

ACTOR PORTEFØLJE AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

AMERICAN EXPRESS COMPANY AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

AS FINANCIERING

Oslo

AS (16)

 

Y

0

BB FINANS ASA

Bergen

AS (16)

 

Y

0

BN BOLIGKREDITT AS

Trondheim

AS (16)

 

Y

0

BOLIG- OG NÆRINGSKREDITT AS

Trondheim

AS (16)

 

Y

0

CATERPILLAR FINANCIAL SERVICES NORWAY AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

DINERS CLUB NORGE AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

DNB NOR BOLIGKREDITT AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

DNB NOR FINANS AS

Bergen

AS (16)

 

Y

0

DNB NOR NÆRINGSKREDITT AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

EIENDOMSKREDITT AS

Bergen

AS (16)

 

Y

0

EKSPORTFINANS ASA

Oslo

ASA (16)

 

Y

0

ENTERCARD NORGE AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

EUROPAY NORGE AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

FANA SPAREBANK BOLIGKREDITT AS

Bergen

AS (16)

 

Y

0

FINAREF AS

Kolbotn

AS (16)

 

Y

0

FOLKIA AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

FORTIS LEASE NORGE AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

GE CAPITAL SOLUTIONS AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

GJENSIDIGE BANK BOLIGKREDITT AS

Førde

AS (16)

 

Y

0

GOTHIA FINANS AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

HELGELAND BOLIGKREDITT AS

Mo i Rana

AS (16)

 

Y

0

KLP KOMMUNEKREDITT AS

Trondheim

AS (16)

 

Y

0

KLP KREDITT AS

Trondheim

AS (16)

 

Y

0

KOMMUNALBANKEN AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

KREDINOR FINANS AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

KREDITTFORENINGEN FOR SPAREBANKER

Oslo

AS (16)

 

Y

0

LANDKREDITT FINANS AS

Ålesund

AS (16)

 

Y

0

LINDORFF CAPITAL AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

MØRE BOLIGKREDITT AS

Ålesund

AS (16)

 

Y

0

MØRE FINANS AS

Ålesund

AS (16)

 

Y

0

NORDEA EIENDOMSKREDITT AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

NORDEA FINANS NORGE AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

OSLO BOLIG OG SPARELAG (OBOS)

Oslo

 

 

Y

0

PBS INTERNATIONAL AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

PLUSS BOLIGKREDITT AS

Kristiansand S

AS (16)

 

Y

0

SG FINANS AS

Lysaker

AS (16)

 

Y

0

SPAREBANK 1 BOLIGKREDITT AS

Stavanger

AS (16)

 

Y

0

SPAREBANK 1 FACTORING AS

Ålesund

AS (16)

 

Y

0

SPAREBANK 1 FINANS ØSTLANDET AS

Hamar

AS (16)

 

Y

0

SPAREBANK 1 NÆRINGSKREDITT

Stavanger

AS (16)

 

Y

0

SPAREBANK 1 SMN FINANS AS

Trondheim

AS (16)

 

Y

0

SPAREBANK 1 SR-FINANS AS

Stavanger

AS (16)

 

Y

0

SPAREBANKEN FINANS NORD-NORGE AS

Tromsø

AS (16)

 

Y

0

SPAREBANKEN VEST BOLIGKREDITT AS

Bergen

AS (16)

 

Y

0

SPAREBANKEN ØST BOLIGKREDITT AS

Drammen

AS (16)

 

Y

0

SPORTMANN FINANS AS

Fredrikstad

AS (16)

 

N

0

SSB BOLIGKREDITT AS

Sandnes

AS (16)

 

Y

0

SSF BUSTADKREDITT AS

Førde

AS (16)

 

Y

0

STOREBRAND BOLIGKREDITT AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

STOREBRAND EIENDOMSKREDITT AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

SØR BOLIGKREDITT AS

Arendal

AS (16)

 

Y

0

TELLER AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

TERRA BOLIGKREDITT AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

TERRA FINANS AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

VERD BOLIGKREDITT AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

VOLKSWAGEN MØLLER BILFINANS AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0

WESTERN UNION RETAIL SERVICES NORWAY AS

Oslo

AS (16)

 

Y

0


(1)  Qabel kienu l-Artikoli 11 u 5(2c) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000.

(2)  Taħt moratorju.

(3)  Prinċipalment istituzzjonijiet privati.

(4)  Istituzzjoni ta’ kreditu li mhix awtorizzata taċċetta depożiti mingħand il-pubbliku.

(5)  L-attività ewlenija hija servizzi ta’ ħlasijiet permezz tal-ħruġ ta' kards tal-ħlas.

(6)  L-attività ewlenija hija l-għoti ta' kuntratt għall-kera.

HF: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata, OHF: Kumpanija Pubblika b’Responsabbiltà Limitata.

(7)  Preċedentement kienet Hypo Investment Bank (il-Liechtenstein) AG, preċedentement b'domiċilju f'Vaduz.

(8)  Preċedentement swissfirst Bank (il-Liechtenstein) AG.

(9)  Preċedentement Bank von Ernst (il-Liechtenstein) AG.

(10)  Preċedentement b'domiċilju f'Schaan.

(11)  Preċedentement Serica Bank AG.

(12)  F’likwidazzjoni.

(13)  Preċedentement New Century Bank AG.

(14)  Wara l-bidu ta' negozju.

(15)  “Sb.”: Sparebank (Bank tat-tfaddil). Il-banek tat-tfaddil fin-Norveġja huma istituzzjonijiet privati.

(16)  “AS”: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata “ASA”: Kumpanija Pubblika b'Responsabbiltà Limitata. Dawn jinqasmu fi tliet gruppi: banek kummerċjali, kumpaniji ipotekarji u kumpaniji finanzjarji.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/14


Sejħa għal proposti – Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi

2010/C 271/04

1.   KUNTEST

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tniedi sejħa għal proposti (ref. ECFIN/A3/2010/020) biex isir stħarriġ bħala parti mill-Programm Konġunt Armonizzat tal-UE ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi (approvat mill-Kummissjoni fit-12 ta' Lulju 2006 COM(2006) 379) fis-27 Stat Membru tal-UE u fil-pajjiżi kandidati: il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja it-Turkija u l-Islanda. Din il-kooperazzjoni għandha tieħu l-forma ta' ftehim qafas ta' sħubija bejn il-Kummissjoni u l-korpi speċjalizzati fuq perjodu ta' erba’ snin.

Il-programm huwa mfassal sabiex jiġbor informazzjoni dwar il-qagħda tal-ekonomiji fl-Istati Membri tal-UE u fil-pajjiżi kandidati, bl-għan li jkun jista' jsir tqabbil taċ-ċikli tan-negozju tagħhom għall-iskopijiet ta' ġestjoni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Dan sar għodda indispensabbli fil-proċess ta' sorveljanza ekonomika tal-UEM, kif ukoll għal skopijiet ġenerali ta' politika ekonomika.

2.   GĦAN U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-AZZJONI

2.1.   Għanijiet

Il-Programm Konġunt Armonizzat tal-UE jinvolvi korpi/istituzzjonijiet li jwettqu stħarriġiet tal-opinjoni fuq bażi ta' finanzjament konġunt. Il-Kummissjoni bħalissa qed tfittex li tikkonkludi ftehimiet ma' korpi u istituzzjonijiet li jkunu kkwalifikati kif jixraq biex għall-erba’ snin li ġejjin iwettqu wieħed jew aktar mill-istħarriġiet li ġejjin:

Stħarriġ dwar l-investiment

Stħarriġ dwar il-kostruzzjoni

Stħarriġ dwar il-kummerċ bl-imnut

Stħarriġ dwar is-servizzi

Stħarriġ dwar l-industrija

Stħarriġ dwar il-konsumaturi

Stħarriġiet ad hoc dwar suġġetti ekonomiċi attwali. Dawn l-istħarriġiet ad hoc huma mid-definizzjoni tagħhom stess aktar okkażjonali u jitwettqu flimkien mal-istħarriġiet li jsiru kull xahar, bl-użu tal-istess kampjuni stabbiliti bħall-istħarriġ li jsir kull xahar, sabiex jinkiseb tagħrif dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika ekonomika.

L-istħarriġiet huma mmirati lejn il-maniġers fis-settur tal-industrija, l-investiment, il-kostruzzjoni, il-kummerċ bl-imnut u s-servizzi kif ukoll il-konsumaturi.

2.2.   Speċifikazzjonijiet tekniċi

2.2.1.   Kalendarju tal-istħarriġ u rappurtar tar-riżultati

It-tabella li ġejja tagħti ħarsa ġenerali tal-isħarriġiet mitluba fil-kuntest ta' din is-sejħa għal proposti:

Isem l-istħarriġ

Numru ta’ attivitajiet/kategoriji tad-daqs

Numru ta’ aggregati

Numri ta’ mistoqsijiet kull xahar

Numru ta’ mistoqsijiet kull trimestru

Industrija

68/—

8

7

9

Investiment

6/6

2

2 mistoqsijiet f’Marzu/April

4 mistoqsijiet f’Ottubru/Novembru

Kostruzzjoni

3/—

1

5

1

Kummerċ bl-imnut

5/—

3

6

Servizzi

37/—

1

6

2

Konsumatur

22 analiżi

2

14

3

L-istħarriġiet ta' kull xahar għandhom isiru fl-ewwel ġimagħtejn ta' kull xahar u r-riżultati għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar tax-xahar skont il-kalendarju li se jkun inkluż fil-ftehim tal-għotja; ir-riżultati ġeneralment jiġu ppubblikati fil-jum ta' qabel l-aħħar jum tax-xogħol tax-xahar. Id-data ta' għeluq għat-twassil tar-riżultati tal-istħarriġ dwar il-konsumaturi hija sebat ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar tax-xahar skont il-kalendarju li se jkun inkluż fil-ftehim tal-għotja.

L-istħarriġiet trimestrali għandhom isiru fl-ewwel ġimagħtejn tal-ewwel xahar ta' kull trimestru (Jannar, April, Lulju u Ottubru) u r-riżultati għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar ta' Jannar, April, Lulju u Ottubru rispettivament u skont il-kalendarju li se jkun inkluż fil-ftehim tal-għotja.

L-istħarriġiet ta’ kull sitt xhur dwar l-investiment għandhom jitwettqu f’Marzu/April u f’Ottubru/Novembru u r-riżultati għandhom jintbagħtu permezz ta' email lill-Kummissjoni mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel tmiem April u Novembru, rispettivament, u skont il-kalendarju li se jiġi inkluż fil-ftehim ta’ għotja.

Fil-każ tal-istħarriġiet ad hoc, il-benefiċjarju għandu jintrabat li jikkonforma ruħu mal-kalendarji stabbiliti għalihom.

Deskrizzjoni dettaljata tal-azzjoni (l-Anness I tal-ftehim speċifiku ta' għotja) tista' titniżżel mill-indirizz tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/procurement_grants/grants/proposals/index_en.htm

2.2.2.   Metodoloġija u kwestjonarji

Dettalji dwar il-metodoloġija, il-kwestjonarji u l-linji gwida internazzjonali dwar it-tmexxija ta' stharrigiet fl-impriżi u l-konsumaturi jinsabu fil-gwida għall-utent dwar il-Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi fl-indirizz tal-websajt li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/db_indicators/surveys/documents/userguide_en.pdf

3.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U TUL TA' ŻMIEN

3.1.   Dispożizzjonijiet amministrattivi

Il-Kummissjoni tixtieq tistabbilixxi kooperazzjoni fit-tul mal-applikanti magħżula. Għal dan il-għan, se jkun konkluż ftehim qafas ta' sħubija bejn il-partijiet. Fl-ambitu ta' dan il-ftehim qafas ta' sħubija, li se jispeċifika l-għanijiet komuni u n-natura tal-azzjonijiet ippjanati, jistgħu jkunu konklużi ftehimiet ta' għotja annwali speċifiċi bejn il-partijiet. L-azzjonijiet jkopru l-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' April.

3.2.   Tul ta' żmien

Il-korp jew l-istitut għandu jintgħażel għal perjodu massimu ta' erba’ snin. Jistgħu jiġu konklużi erba’ ftehimiet speċifiċi annwali ta' għotja. L-ewwel wieħed mill-ftehimiet speċifiċi tal-għotja se jikkonċerna l-perjodu mill-1 ta' Mejju 2011 sat-30 ta' April 2012.

4.   QAFAS FINANZJARJU

4.1.   Sorsi ta' finanzjament tal-Unjoni

L-operazzjonijiet magħżula se jkunu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 01.02.02 – Il-koordinament u s-sorveljanza tal-unjoni ekonomika u monetarja.

4.2.   Total stmat tal-baġit tal-Unjoni għal din is-sejħa

Il-baġit annwali totali disponibbli għall-perjodu Mejju 2011-April 2012 għal dawn l-istħarriġiet huwa ta' madwar EUR 5 620 000,00 (ħames miljuni sitt mija u għoxrin elf Euro).

L-ammonti għat-tliet snin ta' wara jistgħu jiżdiedu, bla ħsara għall-mezzi finanzjarji disponibbli, b'madwar 2 % kull sena.

4.3.   Perċentwali tal-kofinanzjament tal-Unjoni

Sehem il-Kummissjoni fil-finanzjament konġunt ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sostnuti mill-benefiċjarju għal kull stħarriġ. Il-Kummissjoni tiddetermina l-perċentwal tal-kofinanzjament fuq bażi individwali.

4.4.   Finanzjament tal-azzjoni mill-benefiċjarju u l-ispejjeż sostnuti

Il-benefiċjarju għandu jintalab jibgħat baġit dettaljat f'euro għall-ewwel sena, li jkun fih stima tal-ispejjeż u tal-finanzjament tal-azzjoni. Se jiġi pprovdut baġit dettaljat, rispettivament, għas-snin ta' wara fl-ambitu tal-ftehim qafas ta' sħubija skont sejħa mill-Kummissjoni.

L-ammont tal-għotja tal-baġit mitlub mill-Kummissjoni għandu jkun imqarreb sal-eqreb gћaxra. Jekk jitħalla barra, se jitqarreb għall-eqreb ċifra mill-Kummissjoni. Il-baġit għandu jiddaħħal fil-ftehim speċifiku tal-għotja bħala anness. Sussegwentement, il-Kummissjoni tista' tuża dawn iċ-ċifri għal finijiet ta' verifika.

L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġu sostnuti biss wara li jsir l-iffirmar tal-ftehim speċifiku tal-għotja mill-partijiet kollha, ħlief f'każi eċċezzjonali u, taħt l-ebda ċirkostanza, qabel ma tkun intbagħtet l-applikazzjoni għal għotja. Kontributi f'oġġetti mhumiex meqjusa bħala spejjeż eliġibbli.

4.5.   Arranġamenti għall-ħlas

Fi żmien 45 jum mid-data meta l-aħħar wieħed miż-żewġ partijiet jiffirma l-ftehim speċifiku, għandu jsir ħlas ta' prefinanzjament lill-imsieħeb, li jirrappreżenta 40 % tal-ammont massimu tal-għotja speċifikata fl-Artikolu 3 tal-ftehim speċifiku tal-għotja.

It-talba għall-ħlas tal-bilanċ għandha tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn wara d-data tal-għeluq tal-azzjoni (ara d-dettalji sħaħ fl-Artikoli 5 u 6 tal-ftehim speċifiku tal-għotja).

Jiġu meqjusa bħala spejjeż eliġibbli dawk l-ispejjeż biss li jkunu rintraċċabbli u identifikabbli fis-sistema ta' kontabilità tal-ispiża tal-benefiċjarju.

4.6.   Subkuntrattar

Meta fi proposta l-ammont tas-servizzi mwettqa minn subkuntrattur ikun daqs jew iktar minn 50 % tax-xogħol, is-subkuntrattur għandu jipprovdi d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni b'mod integrali tal-proposta tal-applikant fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni, tal-għażla u ta' aġġudikazzjoni (ara l-punti 5, 6 u 7 hawn taħt). Dan jimplika li s-subkuntrattur irid jipprovdi evidenza li hu jissodisfa l-kriterji ta' esklużjoni, u li l-kapaċità kkombinata tas-subkuntrattur u l-applikant se titqies fir-rigward tal-kriterji ta' għażla u għotja.

L-applikant għall-għotja għandu jaġġudika l-kuntratt lil dawk li jitfgħu offerti li jkunu ppreżentaw l-offerta li toffri l-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità, waqt li joqgħod attent li ma jkunx hemm kunflitt ta' interessi. Fil-każ li s-subkuntrattar jaqbeż l-ammont ta' EUR 60 000,00, l-applikant ikun irid jiddokumenta, ladarba jintgħażel, li s-subkuntrattur intgħażel fuq il-bażi tal-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità.

4.7.   Proposti konġunti

Fil-każijiet kollha ta' proposti konġunti, il-kompiti u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri kollha li jieħdu sehem fil-proposta għandhom jiġu identifikati sew. Il-membri kollha għandhom jipprovdu d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni b'mod integrali tal-proposta fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni, ta' għażla u ta' aġġudikazzjoni (ara l-punti 5, 6 u 7 hawn taħt) relatati magħhom.

Wieħed mill-membri parteċipanti għandu jassumi r-rwol ta' koordinatur u għandu:

jassumi r-responsabbiltà ġenerali tas-sħubija fir-rigward tal-Kummissjoni;

jissorvelja l-attivitajiet tal-membri parteċipanti l-oħra;

jiżgura l-koerenza globali u s-sottomissjoni fil-ħin tar-riżultati tal-istħarriġ;

jiċċentralizza l-firma tal-kuntratt u jagħti lill-Kummissjoni l-kuntratt iffirmat kif suppost mill-parteċipanti kollha (anki permezz ta' prokura);

jiċċentralizza l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni u jqassam il-pagamenti lill-parteċipanti;

jiġbor id-dokumenti ta' sostenn tan-nefqa sostnuta minn kull parteċipant u jippreżentahom f'sottomissjoni waħda.

5.   KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ U ESKLUŻJONI

5.1.   Status ġuridiku tal-applikanti

Is-sejħa għal proposti hija miftuħa għall-korpi u istituzzjonijiet (entitajiet ġuridiċi) bi status ġuridiku f'wieħed mill-Istati Membri tal-UE, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u l-Islanda. L-applikanti għandhom juru li huma jeżistu bħala entità ġuridika u jipprovdu d-dokumentazzjoni meħtieġa permezz tal-formola standard ta' entità ġuridika.

5.2.   Raġunijiet għall-esklużjoni

Applikazzjonijiet għal għotja minn applikanti li jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin ma jiġux ikkunsidrati (1):

(a)

huma falluti jew qed jiġu stralċjati, għandhom l-attivitajiet tagħhom amministrati mill-qrati, daħlu f'arranġament mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet tan-negozju tagħhom, huma s-suġġett ta' proċeduri dwar dawn l-affarijiet, jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili pprovduta fil-leġiżlazzjoni jew regolamenti nazzjonali;

(b)

ġew misjuba ħatja ta' reat li jikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom b'sentenza li hija res judicata;

(c)

kienu ħatja ta' kondotta professjonali ħażina serja ppruvata bi kwalunkwe mezz li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġġustifikaw;

(d)

ma ssodisfawx l-obbligi li jirrigwardaw il-pagament ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-pagament ta' taxxi skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-pajjiż li fih huma stabbiliti jew ta' dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew ta' dawk tal-pajjiż fejn il-kuntratt għandu jiġi eżegwit;

(e)

kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata għal frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali, jew kwalunkwe attività illegali oħra li hi ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(f)

wara proċedura oħra ta' akkwist jew ta' aġġudikazzjoni ta' għotja koperti mill-baġit tal-Unjoni, ġew iddikjarati li kienu qed jonqsu serjament milli josservaw l-obbligi tagħhom;

(g)

huma suġġetti għal kunflitt ta' interess;

(h)

huma ħatja ta' miżrappreżentazzjoni meta jagħtu l-informazzjoni mitluba jew jonqsu milli jagħtu din l-informazzjoni.

Mal-eliġibbiltà l-applikanti għandhom jiċċertifikaw li mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati taħt il-punti 5.2. permezz tal-formola ta' dikjarazzjoni standard tal-unur (fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni).

5.3.   Attivitajiet illegali li jwasslu għal esklużjoni

Il-każijiet imsemmija fil-punt 5.2(e) iridu jkunu dawn li ġejjin:

(a)

każijiet ta' frodi msemmija fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 (2);

(b)

każijiet ta' korruzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewoprej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 (3);

(c)

każijiet ta' involviment f'organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2(1) tal-Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI tal-Kunsill (4);

(d)

każijiet ta' ħasil ta' flus kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE (5).

5.4.   Penali amministrattivi u finanzjarji

1.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' penali stipulati fil-kuntratt, kandidati jew offerenti u kuntratturi li għamlu dikjarazzjonijiet foloz, għamlu żbalji sostanzjali jew wettqu irregolaritajiet jew frodi, jew ikunu nstabu fi ksur serju tal-obbligi kuntrattwali tagħhom, jistgħu jiġu esklużi mill-kuntratti u l-għotjiet kollha ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data li fiha jkun ġie stabbilit il-ksur, kif ikkonfermat wara proċedura kontenzjuża mal-kuntrattur.

Dak il-perjodu jista' jiġi estiż għal 10 snin fil-każ ta' offiża ripetuta fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.

Offerenti jew kandidati li għamlu dikjarazzjonijiet foloz, wettqu żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, jistgħu jkunu wkoll suġġetti għal penali finanzjarji li jirrappreżentaw 2 % sa 10 % tal-valur totali stmat tal-kuntratt li jkun qed jingħata.

Kuntratturi li nstabu fi ksur serju tal-obbligi kuntrattwali tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għal penali finanzjarji li jirrappreżentaw 2 % sa 10 % tal-valur totali tal-kuntratt ikkonċernat.

Din ir-rata tista' tiżdied għal 4 % sa 20 % fil-każ ta' ksur ripetut fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

5.5.   Applikazzjoni tal-kriterji ta' esklużjoni u t-tul ta' żmien tal-esklużjoni

1.

Fil-każ imsemmi fil-punt 5. 2(c) il-kandidati jew l-offerenti għandhom jiġu esklużi mill-kuntratti u għotjiet kollha għal massimu ta' ħames snin mid-data li fiha jitwettaq il-ksur jew, fil-każ ta' ksur kontinwu jew ripetut, id-data li fiha jieqaf il-ksur.

2.

Fil-każijiet imsemmija fil-punti 5.2(b) u (e), il-kandidati jew l-offerenti għandhom ikunu esklużi mill-kuntratti u l-għotjiet kollha għal massimu ta' ħames snin mid-data tas-sentenza li jkollha s-saħħa ta' res judicata.

Dawk il-perjodi ta' esklużjoni jistgħu jiġu estiżi għal 10 snin fil-każ ta' offiża ripetuta fi żmien ħames snin mid-dati msemmija fil-punti 1 u 2 hawn fuq.

6.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

L-applikanti għandhom ikollhom sorsi finanzjarji sodi u biżżejjed biex isostnu l-attività tagħhom tul iż-żmien li fih se ssir l-azzjoni. L-applikanti għandhom ikollhom il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilestu l-azzjoni proposta jew il-programm ta' xogħol.

6.1.   Kapaċità finanzjarja tal-applikanti

L-applikanti għandu jkollhom il-kapaċitajiet finanzjarji li jlestu l-azzjoni proposta u għandhom jipprovdu l-karti tal-bilanċ u l-kontijiet ta' qligħ u telf, iċċertifikati mill-awdituri, għall-aħħar sentejn finanzjarji li fihom ingħalqu l-kontijiet. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal entitajiet pubbliċi u għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

6.2.   Kapaċità operattiva tal-applikanti

L-applikanti għandu jkollhom il-kapaċità operattiva li jlestu l-azzjoni proposta u għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni ta' sostenn xierqa.

Għandhom jintużaw il-kriterji li ġejjin biex tiġi vvalutata l-kapaċità tal-applikant:

Il-konformità tal-proposta mal-metodoloġija tal-Programm Konġunt Armonizzat tal-BCS tal-UE;

Mill-inqas tliet snin ta' esperjenza ppruvata fit-tħejjija u t-twettiq tal-istħarriġiet mensili jew trimestrali. Il-profil tal-applikant kif ukoll l-esperjenza u l-kwalifiki tal-esperti u l-maniġers se jiġu kkunsidrati;

Il-kapaċità tal-applikant li jikkompila l-istħarriġ u li jibgħat id-dejta kull xahar (jew jekk xieraq kull tliet xhur) fiż-żmien dovut (eż. fuq il-bażi tar-riżorsi għad-dispożizzjoni tiegħu u l-evidenza tal-esperjenza rilevanti).

7.   KRITERJI TAL-AĠĠUDIKAZZJONI

Għandhom jintużaw il-kriterji li ġejjin fl-aġġudikazzjoni tal-ftehim lill-kandidati magħżula:

Il-kwalità tal-metodoloġija proposta tal-istħarriġ imsejsa fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (id-disinn tal-kampjun, il-metodu tal-istħarriġ, ir-rata ta' kopertura, il-kwalità rappreżentattiva tar-riżultati). It-tagħrif ulterjuri li ġej se jiġi kkunsidrat:

il-qafas għat-teħid ta' kampjuni (sors, daqs, karatteristiċi, unitajiet neqsin);

il-metodu ta' teħid ta' kampjuni (stratifikazzjoni, daqs tal-kampjun, livell ta' preċiżjoni tal-istimi, eċċ.);

ir-rata ta' rispons (attivitajiet ta' segwitu, inkluża l-prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta' segwitu);

id-dejta nieqsa (in-nuqqas ta' rispons tal-unità jew in-nuqqas ta' rispons tal-punt);

skema ta' ponderazzjoni (individwali u aggregazzjoni);

qafas ta' assigurazzjoni tal-kwalità (il-kwalità tal-kampjun, il-kwalità tal-istimaturi, il-kwistjonijiet marbuta mal-preġudizzju ta' dawk li ma weġbux, il-kontrolli, is-serje ta' punti ta' riferiment, eċċ.).

Il-livell ta' esperjenza u kompetenza tal-kandidat fl-iżvilupp ta' metodoloġija ta' stħarriġ, fit-tiswir ta' indikaturi bbażati fuq ir-riżultati tal-istħarriġ u fl-użu tar-riżultati tal-istħarriġ għall-analiżi u r-riċerka ċiklika u ekonomika, inkluża l-analiżi skont is-settur;

L-effiċjenza tal-loġistika u l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-offerent f'termini ta' infrastruttura, faċilitajiet u persunal ikkwalifikat għat-twettiq tal-ħidmiet kif speċifikati fit-Termini ta' Referenza.

Il-livell ta' konformità tal-kandidat mal-proċessi formalizzati tan-negozju u mal-istandards internazzjonali ta' ġestjoni ta' kwalità, speċjalment fit-tmexxija tal-istħarriġiet.

8.   PROĊEDURI PRATTIĊI

8.1.   Tfassil u preżentazzjoni ta' proposti

Il-proposti għandu jkollhom formola standard ta' applikazzjoni għal għotja mimlija u ffirmata u d-dokumenti ta' sostenn kollha msemmija fil-formola. L-applikanti jistgħu jibagħtu proposti għal diversi stħarriġiet u diversi pajjiżi. Madankollu, għandha titressaq proposta separata għal kull pajjiż.

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati fi tliet taqsimiet:

proposta amministrattiva,

proposta teknika,

proposta finanzjarja.

Il-formoli standard li ġejjin jistgħu jinkisbu mill-Kummissjoni:

formola ta' applikazzjoni għal għotja,

formola ta' entità ġuridika,

formola ta' identifikazzjoni finanzjarja,

dikjarazzjoni tal-unur (fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni),

dikjarazzjoni li tindika r-rieda għall-iffirmar tal-ftehim qafas ta' sħubija u l-ftehim speċifiku tal-għotja,

dikjarazzjoni dwar il-pubblikazzjoni, ir-rilaxx u l-użu ta' dejta,

formola għad-deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-istħarriġ,

formola dwar is-subkuntrattar,

rendikont ta' baġit biex jiġu pprovduti stimi tal-ispejjeż u l-pjan finanzjarju tal-istħarriġ,

kif ukoll dokumentazzjoni li tirrigwarda l-aspetti finanzjarji tal-għotja:

aide-mémoire għat-tfassil ta' stimi finanzjarji u rendikonti finanzjarji,

mudell tal-ftehim qafas ta' sħubija,

mudell tal-ftehim annwali speċifika ta' għotja.

(a)

billi tniżżilhom mill-indirizz tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/procurement_grants/grants/proposals/index_en.htm

(b)

f’każ li l-ewwel għażla mhijiex possibbli, billi tikteb lill-Kummissjoni fl-indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Economic and Financial Affairs

ECFIN A4 Forecasts and economic situation

Call for proposals — ECFIN/A3/2010/020

BU-1 3/17

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22963650

Posta elettronika: ecfin-bcs-mail@ec.europa.eu

Jekk jogħġbok agħmel referenza għal “Call for proposals — ECFIN/A3/2010/020”;

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li temenda dawn id-dokumenti standard skont il-ħtiġijiet tal-programm konġunt armonizzat tal-UE u/jew restrizzjonijiet tal-ġestjoni baġitarja.

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, madankollu preferibbilment f'waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri bl-Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż.

L-applikant għandu jipprovdi proposta waħda oriġinali ffirmata u tliet kopji, mhux stejpiljati. Dan iħaffef ix-xogħol amministrattiv meta jitħejjew il-kopji/id-dokumenti kollha meħtieġa għall-kumitat(i) ta' għażla.

Il-proposti għandhom jintbagħtu b'mod issiġillat ġewwa envelop ieħor issiġillat.

L-envelop ta' barra għandu jkollu l-indirizz mogħti fil-punt 8.3 hawn taħt.

L-envelop issiġillat ta' ġewwa li jkun fih il-proposta għandu jiġi mmarkat bil-kliem “Call for Proposals — ECFIN/A3/2010/020, not to be opened by the internal mail department”.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-kandidati li rċeviet il-proposta tagħhom billi tibgħatilhom lura l-avviż ta' wasla li tkun intbagħtet mal-proposta.

8.2.   Kontenut tal-proposti

8.2.1.   Proposta amministrattiva

Il-proposta amministrattiva għandha tinkludi:

Formola standard ta' applikazzjoni għal għotja ffirmata kif xieraq,

Formola standard ta' entità ġuridika mimlija u ffirmata kif xieraq u d-dokumentazzjoni ta' sostenn mitluba li tipprova l-istatus ġuridiku tal-korp jew istituzzjoni,

Formola standard ta' indentifikazzjoni finanzjarja mimlija u ffirmata kif xieraq,

Dikjarazzjoni tal-unur standard u ffirmata kif xieraq (fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni),

Dikjarazzjoni standard iffirmata kif xieraq li turi l-kunsens għall-iffirmar tal-ftehim qafas ta' sħubija u l-ftehim speċifiku ta' għotja, jekk il-proposta tkun magħżula,

Dikjarazzjoni standard mimlija u ffirmata kif xieraq dwar il-pubblikazzjoni, ir-rilaxx u l-użu ta' dejta b'rabta mal-istħarriġiet fl-impriżi u l-konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea.

L-organigramma tal-korp jew l-istitut, li turi l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tal-maniġment u tas-servizz operattiv responsabbli mit-tmexxija tal-istħarriġ(iet),

Prova ta' qagħda finanzjarja soda: karti tal-bilanċ u dikjarazzjonijiet tad-dħul, iċċertifikati mill-awdituri, mill-aħħar sentejn finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet,

Dikjarazzjoni li tidentifika l-membru li jaġixxi bħala koordinatur, iffirmata minn kull membru li jipparteċipa, fil-każ ta' proposta konġunta.

8.2.2.   Proposta teknika

Il-proposta teknika għandha tinkludi:

Deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-korp jew l-istitut li tippermetti li ssir il-valutazzjoni tal-kwalifiki tagħha u l-iskop u t-tul tal-esperjenza tagħha fl-oqsma mitluba taħt il-punt 6.2. Dan għandu jfisser kwalunkwe studju, kuntratt ta' servizz, xogħol ta' konsulenza, stħarriġ, pubblikazzjoni jew xogħol ieħor imwettaq qabel, bl-indikazzjoni tal-isem tal-klijent u anki jiġi ddikjarat liema, jekk hemm, kienu saru għall-Kummissjoni Ewropea. Għandhom jiġu mehmuża l-iktar studji u/jew riżultati rilevanti.

Deskrizzjoni dettaljata tal-organizzazzjoni operattiva biex jitwettqu l-istħarriġiet. Għandha tiġi mehmuża d-dokumentazzjoni rilevanti dwar l-infrastruttura, il-faċilitajiet, ir-riżorsi u l-persunal kwalifikat (CV's konċiżi tal-persunal li l-iktar huma involuti fit-twettiq tal-istħarriġ(iet)) għad-dispożizzjoni tal-applikant,

Kampjun ta' kwestjonarju bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa li biha se jsir l-istħarriġ;

Formola/formoli standard mimlija b'mod korrett li jagħtu deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija tal-istħarriġ;

Formola standard mimlija b'mod korrett dwar is-subkuntratturi involuti fl-azzjoni, inkluża deskrizzjoni dettaljata tax-xogħlijiet li għandhom jiġu subkuntrattati.

8.2.3.   Proposta finanzjarja

Il-proposta finanzjarja għandha tinkludi:

Rendikont standard ta' baġit dettaljat u mimli kif xieraq (f’euro u mingħajr VAT sakemm l-applikant ma jistax juri li l-VAT ma tistax tiġi rkuprata – are l-punt li jmiss), li jkopri perjodu ta' 12-il xahar, għal kull stħarriġ, li jkun fih pjan finanzjarju tal-azzjoni u analiżi dettaljata tal-ispejjeż eliġibbli globali u ta' unitajiet għat-tmexxija tal-istħarriġ(iet), inklużi spejjeż ta' subkuntrattar,

Ċertifikat ta' eżenzjoni mill-VAT, jekk applikabbli,

Dokument iffirmat li jiċċertifika l-kontribuzzjoni(jiet) finanzjarja(i) minn organizzazzjoni(jiet)/sponser(s) esterni (ta' kofinanzjament), jekk applikabbli.

8.3.   Indirizz u data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-proposti

L-applikanti li huma interessati f'dawn l-għotjiet huma mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu:

(a)

bil-posta jew permezz ta' servizz ta' konsenja ddatati mhux aktar tard mit-8 ta' Novembru 2010. Bħala prova tad-data meta jintbagħtu għandu jitqies it-timbru tal-posta jew id-data tal-irċevuta tad-depożitu tas-servizz ta' konsenja, fl-indirizz li ġej:

 

Bil-posta rreġistrata:

European Commission

Directorate-General for Economic and Financial Affairs

For the attention of Mr Johan VERHAEVEN

Call for proposals Ref. ECFIN/A3/2010/020

Unit R2, Office BU24 — 4/11

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1-3

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

 

Permezz ta' servizz ta' konsenja:

European Commission

Directorate-General for Economic and Financial Affairs

For the attention of Mr Johan VERHAEVEN

Call for proposals Ref. ECFIN/A3/2010/020

Unit R2, Office BU24 — 4/11

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1-3

1140 Bruxelles/Brussel (Evere)

BELGIQUE/BELGIË

(b)

jew permezz ta' konsenja lis-servizz tal-posta ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea (konsenja personali jew konsenja minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat tal-applikant, inkluż is-servizzi ta' konsenja personali) fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Economic and Financial Affairs

For the attention of Mr Johan VERHAEVEN

Call for proposals Ref. ECFIN/A3/2010/020

Unit R2, Office BU24 — 4/11

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1-3

1140 Bruxelles/Brussel (Evere)

BELGIQUE/BELGIË

mhux iktar tard mit-8 ta’ Novembru 2010 sal-16:00 (ħin ta' Brussell). F'dan il-każ, il-prova tas-sottomissjoni tkun permezz ta' rċevuta ddatata u ffirmata mill-uffiċjal li jilqa’ l-offerti fid-dipartiment imsemmi iktar ’il fuq.

9.   X'ISIR MILL-APPLIKAZZJONIJIET LI JASLU

L-applikazzjonijiet kollha jiġu verifikati sabiex jiġi aċċertat jekk jissodisfawx il-kriterji uffiċjali ta' eliġibbiltà.

Il-proposti li jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli jiġu evalwati u jingħataw il-marki skont il-kriterji ta' aġġudikazzjoni speċifikati hawn fuq.

Il-proċess ta' għażla tal-proposti se jsir matul ix-xhur ta' Novembru 2010 – Jannar 2011. Għandu jitwaqqaf kumitat ta' għażla għal dan l-iskop taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.

Il-kandidati li rnexxew u dawk li ma rnexxewx għandhom jiġu informati fil-bidu tal-2011.

Wara għandhom jiġu ffirmati ftehimiet qafas ta' sħubija mal-kandidati li jkunu rnexxew, u mbagħad jiġu ffirmati l-ftehimiet speċifiċi ta' għotja għall-ewwel sena.

10.   IMPORTANTI

Din is-sejħa għal proposti ma tikkostitwixxix xi tip ta' obbligu kuntrattwali min-naħa tal-Kummissjoni lejn xi korp/istituzzjoni li jkun qed jissottometti/tissottometti proposta fuq il-bażi tagħha. Kull komunikazzjoni dwar din is-sejħa għandha ssir bil-miktub.

L-applikanti għandhom joqogħdu attenti għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali li se jsiru obbligatorji fil-każ ta' għotja.

Bl-għan li jitħares l-interess finanzjarju tal-Komunitajiet, id-dejta personali tiegħek tista' tkun trasferita lil servizzi interni ta' verifika, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Bord ta' Irregolaritajiet Finanzjarji u/jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Id-dejta tal-operaturi ekonomiċi li jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93, 94, 96(1)(b) u 96(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju tista' tiġi inkluża f'database ċentrali u kkomunikata lill-persuni maħtura mill-Kummissjoni, minn istituzzjonijiet oħra, minn aġenziji, minn awtoritajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju. Dan jirreferi wkoll għall-persuni b'setgħat ta' rappreżentanza, tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew ta' kontroll fuq l-operaturi ekonomiċi msemmija. Kull parti li tiddaħħal fid-database għandha d-dritt li tiġi informata dwar id-dejta li tikkonċernaha, fuq talba lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.


(1)  Skont l-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(2)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

(3)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 166, 28.6.1991, p. 77.


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

7.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/25


Azzjoni mressqa fis-26 ta' Lulju 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Każ E-8/10)

2010/C 271/05

Fis-26 ta' Lulju 2010 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis u Markus Schneider, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, rue Belliard/Belliardstraat 35, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA talbet lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

(1)

Billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji kollha biex timplimenta bis-sħiħ fil-leġislazzjoni nazzjonali l-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, jew milli tavża lill-Awtorità dwar dawn il-miżuri, ir-Repubblika tal-Islanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 643(1) tad-Direttiva u skont l-Artikolu 7 taż-ŻEE;

(2)

Ir-Repubblika tal-Islanda għandha tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tikkonforma mal-opinjoni raġunata maħruġa mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar in-nuqqas li tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex timplimenta bis-sħiħ l-Att taż-ŻEE li jikkorrispondi għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Unjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali kif emendata, jew li tinnotifika lill-Awtorità dwarhom,

Il-miżuri Islandiżi li għad iridu jiġu implimentati jirrigwardaw l-adozzjoni ta' regolamenti nazzjonali li jipprovdu għal regoli speċifiċi għas-settur dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali miksuba fi Stati oħra taż-ŻEE,

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ssostni li ma rċevietx informazzjoni mill-Islanda li tindika li l-Att ġie implimentat bis-sħiħ fil-liġi nazzjonali, u lanqas mhi fil-pussess ta' xi informazzjoni oħra li permezz tagħha tkun tista' tikkonkludi dan,

Il-Gvern Islandiż ma kkontestax id-dewmien fl-implimentazzjoni sħiħa tal-Att.


7.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/26


Azzjoni mressqa fis-26 ta' Lulju 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Liechtenstein

(Każ E-9/10)

2010/C 271/06

Fis-26 ta' Lulju 2010 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis u Markus Schneider, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, rue Belliard/Belliardstraat 35, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, ħadet azzjoni kontra l-Liechtenstein fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA talbet lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

(1)

Billi naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa biex timplimenta bis-sħiħ l-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 tal-5 ta' Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi II u III tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008 tal-31 ta' Lulju 2008 li jemenda l-Anness II tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali), hekk kif addattat għall-Ftehim ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, jew milli tinnotifika lill-Awtorità dwar dawn il-miżuri, fiż-żmien stipulat, il-Prinċipat tal-Liechtenstein naqas milli jissodisfa l-obbligi skont l-Artikolu 63(1) tad-Direttiva u skont l-Artikolu 7 ŻEE;

(2)

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Liechtenstein li jikkonforma ma' opinjoni raġunata maħruġa mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar meta Stat Membru jonqos milli jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat bis-sħiħ l-Att taż-ŻEE li jikkorrispondi mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Unjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali kif emendata, jew milli jinnotifika lill-Awtorità dwarhom,

Il-miżuri tal-Liechtenstein li għad iridu jiġu implimentati jikkonċernaw ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali miksuba fi Stati oħra taż-ŻEE li jirrigwardaw is-settur tal-artiġjanat,

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ssostni li ma rċevietx informazzjoni mill-Gvern tal-Liechtenstein li tindika li l-Att ġie implimentat bis-sħiħ fil-liġi nazzjonali, u lanqas mhi fil-pussess ta' xi informazzjoni oħra li tista' tippermettilha tikkonkludi dan,

Il-Gvern tal-Liechtenstein ma kkontestax id-dewmien fl-implimentazzjoni sħiħa tal-Att.


7.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/27


Azzjoni mressqa fis-26 ta' Lulju 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra n-Norveġja

(Każ E-10/10)

2010/C 271/07

Fis-26 ta' Lulju 2010 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis u Markus Schneider, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, rue Belliard/Belliardstraat 35, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË ħadet azzjoni kontra n-Norveġja fil-Qorti tal-EFTA.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA talbet lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

(1)

Billi naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa biex timplimenta bis-sħiħ l-Atti msemmija fil-punt 1 u l-punt 1, it-tieni inċiż, tal-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 tal-5 ta' Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi II u III tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali), hekk kif addattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, jew milli tinnotifika lill-Awtorità dwar dawn il-miżuri, fiż-żmien stipulat, ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi skont l-Artikolu 63(1) tad-Direttiva u skont l-Artikolu 7 ŻEE;

(2)

Ir-Renju tan-Norveġja għandu jħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tan-Norveġja li tikkonforma ma' opinjoni raġunata maħruġa mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar meta Stat Membru jonqos milli jadotta l-miżuri meħtieġa biex jimplimenta bis-sħiħ l-Att taż-ŻEE li jikkorrispondi mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Unjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali kif emendata, jew li jinnotifika lill-Awtorità dwarhom,

Il-miżuri tan-Norveġja li għad iridu jiġu implimentati jikkonċernaw emendi ta' numru ta' regolamenti nazzjonali dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali miksuba fi Stati oħra taż-ŻEE,

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ssostni li ma rċevietx informazzjoni mill-Gvern tan-Norveġja li tindika li l-Att ġie implimentat bis-sħiħ fil-liġi nazzjonali, u lanqas mhi fil-pussess ta' xi informazzjoni oħra li tista' tippermettilha tikkonkludi dan,

Il-Gvern tan-Norveġja ma kkontestax id-dewmien fl-implimentazzjoni sħiħa tal-Att.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/28


Avviż dwar l-iskadenza ta' ċerti miżuri tal-antidumping

2010/C 271/08

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar skadenza imminenti (1) li mindu saret ma tressqitilha l-ebda talba għal reviżjoni, il-Kummissjoni qiegħda tavża li l-miżura ta' antidumping imsemmija hawn taħt se tiskadi dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Il-prodott

Pajjiż(i) ta' oriġini jew ta' esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Aċidu trikloroisoċianuriku

L-Istati Uniti tal-Amerika

Dazju tal-antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1631/2005 (ĠU L 261, 7.10.2005, p. 1)

8.10.2010


(1)  ĠU C 104, 23.4.2010, p. 15.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.