ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.295.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 295

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
4 ta' Diċembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2009/C 295/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali ( 1 )

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni

2009/C 295/02

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-pjan ta' rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mill-Faċilità tat-Trattament ta' Tnixxijat u l-Iskart, stabbilita fi Franza fis-sit ta' Cadarache, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

4

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 295/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5641 – APOLLO/PLIANT) ( 1 )

5

2009/C 295/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5687 – CVC/Subsidiaries of Interbrew Central European Holding) ( 1 )

5

2009/C 295/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5624 – Nokia/SAP/JV) ( 1 )

6

2009/C 295/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5662 – NIBC/ABN AMRO FUND/MID OCEAN GROUP) ( 1 )

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 295/07

Rata tal-kambju tal-euro

7

2009/C 295/08

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Ġunju 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-każ COMP/M.5335 – Lufthansa/SN Airholding – Rapporteur: il-Polonja

8

2009/C 295/09

Rapport finali dwar il-każ COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Airholding (Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza ta' uffiċjali tas-seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21))

9

2009/C 295/10

Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2009 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.5335 – Lufthansa/SN Airholding) (notifikata bid-dokument numru C(2009) 4608)  ( 1 )

11

2009/C 295/11

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Settembru 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbut mal-Każ COMP/C.39181 – Candle Waxes (2) – Relatur: Latvja

14

2009/C 295/12

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-Każ COMP/C.39181 – Paraffin Waxes, mogħti isem ġdid Xemgħa Waxes(Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat- 23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza ta' uffiċjali tas-seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21))

15

2009/C 295/13

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2008 li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Il-Każ COMP/C.39181 – Candle Waxes) (notifikata bid-dokument numru C(2008) 5476 finali)  ( 1 )

17

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 295/14

Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ( 1 )

22

2009/C 295/15

Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ( 1 )

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kunsill

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/1


RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Novembru 2009

dwar pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 295/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Billi:

(1)

Fl-Unjoni Ewropea l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-“Konvenzjoni”) tikkostitwixxi l-bażi komuni għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali, li għall-finijiet ta' din ir-Riżoluzzjoni jinkludu l-istadju ta' qabel il-kawża u l-istadju tal-kawża innifisha.

(2)

Barra minn hekk, il-Konvenzjoni, kif interpretata mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hija fondazzjoni importanti għall-Istati Membri biex ikollhom fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta' xulxin u biex isaħħu din il-fiduċja. Fl-istess waqt, hemm lok għal aktar azzjoni tal-Unjoni Ewropea biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u r-rispett tal-istandards tal-Konvenzjoni, u, fejn adatt, biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-istandards applikabbli u biex jitjiebu l-istandards eżistenti.

(3)

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet b'suċċess qasam ta' libertà tal-moviment u r-residenza, li ċ-ċittadini jibbenefikaw minnu billi jivjaġġaw, jistudjaw u jaħdmu dejjem aktar f'pajjiżi oħra barra dak tar-residenza tagħhom. Madankollu, it-tneħħija ta' fruntieri interni u l-eżerċizzju dejjem jiżdied tad-drittijiet għal-libertà tal-moviment u r-residenza wasslu, b’konsegwenza inevitabbli, għal żieda fin-numru ta' nies li qed ikunu involuti fi proċedimenti kriminali fi Stat Membru barra dak tar-residenza tagħhom. F'dawk is-sitwazzjonijiet, id-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati huma partikolarment importanti sabiex jiġi salvagwardjat id-dritt għal proċess ġust.

(4)

Fil-fatt, filwaqt li ttieħdu diversi miżuri fil-livell tal-Unjoni Ewropea biex jiġi ggarantit livell għoli ta' sigurtà għaċ-ċittadini, hemm ħtieġa ugwali li jiġu indirizzati problemi speċifiċi li jistgħu jinħolqu meta persuna tkun suspettata jew akkużata fi proċedimenti kriminali.

(5)

Dan jitlob għal azzjoni speċifika dwar id-drittijiet proċedurali, sabiex tkun żgurata l-ġustizzja tal-proċedimenti kriminali. Tali azzjoni, li tista' tinkludi leġislazzjoni kif ukoll miżuri oħra, ser issaħħaħ il-kunfidenza taċ-ċittadini li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ser jipproteġu u jiggarantixxu d-drittijiet tagħhom.

(6)

Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-1999 kkonkluda li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, għandha titnieda ħidma wkoll fuq dawk l-aspetti ta' liġi proċedurali li dwarhom huma kkunsidrati meħtieġa standards minimi komuni sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, waqt li jiġu rrispettati l-prinċipji legali fundamentali tal-Istati Membri (Konklużjoni 37).

(7)

Barra minn hekk, il-Programm tal-Aja tal-2004 jiddikjara li r-realizzazzjoni ulterjuri tar-rikonoxximent reċiproku bħala l-bażi fundamentali tal-kooperazzjoni ġudizzjarja timplika l-iżvilupp ta' standards ekwivalenti għal drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali, ibbażati fuq studji ta' livelli eżistenti ta' protezzjoni fl-Istati Membri u bir-rispett dovut lejn it-tradizzjonijiet legali tagħhom (punt III 3.3.1.).

(8)

Ir-rikonoxximent reċiproku jippresupponi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jafdaw is-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri l-oħrajn. Għall-finijiet tat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka fl-Unjoni Ewropea, huwa importanti li, flimkien mal-Konvenzjoni, jkun hemm standards tal-Unjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali li huma implimentati u applikati tajjeb fl-Istati Membri.

(9)

Studji reċenti juru li hemm appoġġ wiesa' fost l-esperti għall-azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet proċedurali, permezz ta' leġislazzjoni u miżuri oħrajn, u li hemm ħtieġa għal fiduċja reċiproka msaħħa bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istati Membri (1). Dawn is-sentimenti ġew espressi wkoll mill-Parlament Ewropew (2). Fil-Komunikazzjoni tagħha għall-programm ta' Stokkolma (3), il-Kummissjoni Ewropea tosserva li t-tisħiħ tad-drittijiet ta’ difiża huwa vitali sabiex tinżamm il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri u l-fiduċja pubblika fl-Unjoni Ewropea.

(10)

Id-diskussjonijiet dwar id-drittijiet proċedurali fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-aħħar ftit snin ma wasslu għall-ebda riżultat konkret. Madankollu, sar ħafna progress fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija dwar miżuri li jiffaċilitaw il-prosekuzzjoni. Issa huwa l-waqt li tittieħed azzjoni biex jittejjeb il-bilanċ bejn dawn il-miżuri u l-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali tal-individwu. Għandhom isiru sforzi biex jissaħħu l-garanziji proċedurali u r-rispett tal-istat ta' dritt fil-proċedimenti kriminali, ikun fejn ikun fl-Unjoni Ewropea fejn iċ-ċittadini jiddeċiedu li jivjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu jew jgħixu.

(11)

Waqt li nżommu f'moħħna l-importanza u l-kumplessità ta' dawn il-kwistjonijiet, jidher adatt li dawn jiġu indirizzati f'approċċ gradwali, filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza ġenerali. Billi jiġu indirizzati l-azzjonijiet futuri qasam wieħed wara l-ieħor, tista' tingħata attenzjoni ffokata lil kull miżura individwali, sabiex il-problemi jkunu jistgħu jiġu identifikati u indirizzati b'mod li jagħti valur miżjud lil kull miżura.

(12)

Minħabba n-natura non-eżawrjenti tal-katalogu ta' miżuri mniżżla fl-Anness għal din ir-Riżoluzzjoni, il-Kunsill għandu jikkunsidra wkoll il-possibbiltà li jindirizza l-kwistjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali barra minn dawk elenkati f'dak il-katalogu.

(13)

Kwalunkwe att leġislattiv ġdid tal-UE f'dan il-qasam għandu jkun konsistenti mal-istandards minimi stabbiliti mill-Konvenzjoni, kif interpretati mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,

B'DAN JADOTTA R-RIŻOLUZZJONI LI ĠEJJA:

1.

Għandha tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea sabiex jissaħħu d-drittijiet ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali. Tali azzjoni tista' tinkludi leġislazzjoni kif ukoll miżuri oħra.

2.

Il-Kunsill japprova l-“Pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali” (minn issa msejjaħ “il-Pjan direzzjonali”), imniżżel fl-Anness għal din ir-Riżoluzzjoni, bħala l-bażi għal azzjoni futura. Id-drittijiet inklużi f'dan il-pjan direzzjonali, li jistgħu jiġu kkomplimentati bi drittijiet oħrajn, huma meqjusin bħala drittijiet proċedurali fundamentali u azzjoni fir-rigward ta' dawn id-drittijiet f'dan l-istadju għandha tingħata prijorità.

3.

Il-Kummissjoni hi mistiedna tippreżenta proposti dwar il-miżuri stabbiliti fil-Pjan direzzjonali, u tikkunsidra li tippreżenta l-Green Paper imsemmija taħt il-punt F.

4.

Il-Kunsill ser jeżamina l-proposti kollha ppreżentati fil-kuntest tal-Pjan direzzjonali u jwiegħed li jittrattahom bħala kwistjonijiet ta' prijorità.

5.

Il-Kunsill ser jaġixxi f'kooperazzjoni sħiħa mal-Parlament Ewropew, skont ir-regoli applikabbli, u ser jikkollabora kif suppost mal-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  Ara inter alia l-“Analiżi tal-futur tar-rikonoxximent reċiproku f'materji kriminali fl-Unjoni Ewropea”, rapport tal-20 ta' Novembru 2008 mill-Université Libre de Bruxelles.

(2)  Ara pereżempju r-“Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 lill-Kunsill dwar l-iżvilupp ta' qasam tal-ġustizzja kriminali tal-UE”, 2009/2012(INI), punt 1 a).

(3)  “Qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li jservi liċ-ċittadini”, COM(2009) 262/4 (punt 4.2.2.).


ANNESS

PJAN DIREZZJONALI GĦAT-TISĦIĦ TAD-DRITTIJIET PROĊEDURALI TA' PERSUNI SUSPETTATI JEW AKKUŻATI FI PROĊEDIMENTI KRIMINALI

L-ordni tad-drittijiet indikati f'dan il-Pjan direzzjonali hija indikattiva. Huwa enfasizzat li l-ispjegazzjonijiet provduti hawn taħt iservu biss biex jagħtu indikazzjoni tal-azzjoni proposta, u m'għandhomx l-għan li jirregolaw minn qabel l-ambitu u l-kontenut preċiż tal-miżuri kkonċernati.

Miżura A:   Traduzzjoni u Interpretazzjoni

Spjegazzjoni qasira:

Il-persuna suspettata jew akkużata għandha tkun kapaċi tifhem x'qed jiġri u tinftiehem hija stess. Persuna suspettata jew akkużata li ma titkellimx jew ma tifhimx il-lingwa użata fil-proċedimenti ser tkun teħtieġ interpretu u traduzzjoni ta' dokumenti proċedurali essenzjali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll għall-ħtiġijiet ta' persuni suspettati jew akkużati li għandhom problemi ta' smigħ.

Miżura B:   Informazzjoni dwar id-Drittijiet u Informazzjoni dwar l-Akkużi

Spjegazzjoni qasira:

Persuna li hija suspettata jew akkużata b'reat għandha tikseb informazzjoni dwar id-drittijiet bażiċi tagħha bil-fomm jew, fejn adattat, bil-miktub, pereżempju permezz ta' Ittra tad-Drittijiet. Barra minn hekk, dik il-persuna għandha wkoll tirċievi informazzjoni minnufih dwar in-natura u r-raġuni tal-akkuża kontriha. Persuna li tkun ġiet ikkundannata għandha tkun intitolata, fil-ħin xieraq, għall-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tad-difiża tagħha, bl-intendiment li dan ma jippreġudikax il-kors kif suppost tal-proċedimenti kriminali.

Miżura C:   Parir Legali u Għajnuna Legali

Spjegazzjoni qasira:

Id-dritt għal parir legali (permezz ta’ avukat) għall-persuna suspettata jew akkużata fi proċedimenti kriminali fil-fażi xierqa l-aktar possibbli ta' tali proċedimenti huwa fundamentali sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċedimenti; id-dritt għal għajnuna legali għandu jiżgura aċċess effettiv għad-dritt għal parir legali msemmi hawn fuq.

Miżura D:   Komunikazzjoni ma' Qraba, ma' Min Iħaddem u ma' Awtoritajiet Konsulari

Spjegazzjoni qasira:

Persuna suspettata jew akkużata li tiġi miċħuda mil-libertà tagħha għandha tiġi informata minnufih bid-dritt li jkollha tal-inqas persuna waħda, bħal membru tal-familja jew min iħaddimha, informata biċ-ċaħda tal-libertà, bl-intendiment li dan m'għandux jippreġudika l-kors kif suppost tal-proċedimenti kriminali. Barra minn hekk, persuna suspettata jew akkużata li tiġi miċħuda mil-libertà tagħha fi Stat ieħor barra minn dak tagħha stess għandha tiġi informata bid-dritt li l-awtoritajiet konsulari kompetenti jiġu informati biċ-ċaħda tal-libertà.

Miżura E:   Salvagwardji Speċjali għal Persuni Suspettati jew Akkużati u li jkunu Vulnerabbli

Spjegazzjoni qasira:

Sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċedimenti, huwa importanti li tingħata attenzjoni speċjali lil persuni suspettati jew akkużati li ma jistgħux jifhmu jew isegwu l-kontenut jew it-tifsira tal-proċedimenti, minħabba pereżempju l-età tagħhom, il-kondizzjoni mentali jew fiżika.

Miżura F:   Green Paper dwar Detenzjoni Qabel il-Proċess

Spjegazzjoni qasira:

Iż-żmien li persuna tistà tqatta' f'detenzjoni qabel ma tiġi pproċessata fil-qorti u matul il-proċedimenti tal-qorti jvarja konsiderevolment bejn l-Istati Membri. Perjodi eċċessivament twal ta' detenzjoni ta' qabel il-proċess huma detrimentali għall-individwu, jistgħu jippreġudikaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri u ma jirrappreżentawx il-valuri li tħaddan l-Unjoni Ewropea. Miżuri adatti f'dan il-kuntest għandhom ikunu eżaminati f'Green Paper.


OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/4


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-pjan ta' rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mill-Faċilità tat-Trattament ta' Tnixxijat u l-Iskart, stabbilita fi Franza fis-sit ta' Cadarache, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(it-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

2009/C 295/02

Fit-3 ta' Ġunju 2009, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Ungeriż, Dejta Ġenerali rigward il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv mill-Faċilità tat-Trattament ta' Tnixxijat u l-Iskart, stabbilita fi Franza fis-sit ta' Cadarache.

Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza mill-Faċilità tat-Trattament ta' Tnixxijat u l-Iskart u l-eqreb punt ta' Stat Membru ieħor, f'dan il-każ l-Italja u Spanja, hija ta' 110 km u 230 km rispettivament.

2.

Il-modifika ppjanata ser tinvolvi żieda fil-limitu ta' skarikar awtorizzat ta' gass tat-tritju.

3.

F'kundizzjonijiet normali ta' operat, il-modifika ppjanata mhijiex se tikkawża esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stati Membri oħra.

4.

Skart radjuattiv solidu se jinħażen temporanjament fuq il-post qabel ma jiġi ttrasferit lejn faċilità tar-rimi awtorizzata mill-Gvern Franċiż.

5.

F'każ li jkun hemm rilaxx mhux ippjanat tat-tnixxijat radjuattivi li jirriżultaw minn inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li jilħqu Stat Membru ieħor mhux se jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għall-modifika fir-rimi ta' skart radjuattiv mill-Faċilità tat-Trattament ta' Tnixxijat u l-Iskart, stabbilita fi Franza fis-sit ta' Cadarache, kemm matul operat normali u anki f'każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, ma tistax tirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, il-ħamrija jew l-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.

Magħmul fi Brussell it-30 ta’ Novembru 2009

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5641 – APOLLO/PLIANT)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 295/03

Fis-26 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5641. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5687 – CVC/Subsidiaries of Interbrew Central European Holding)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 295/04

Fis-26 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5687. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5624 – Nokia/SAP/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 295/05

Fis-26 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5624. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5662 – NIBC/ABN AMRO FUND/MID OCEAN GROUP)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 295/06

Fis-16 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5662. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta’ Diċembru 2009

2009/C 295/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5120

JPY

Yen Ġappuniż

133,17

DKK

Krona Daniża

7,4417

GBP

Lira Sterlina

0,90915

SEK

Krona Żvediża

10,3159

CHF

Frank Żvizzeru

1,5083

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4390

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,810

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

269,90

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7079

PLN

Zloty Pollakk

4,0977

RON

Leu Rumen

4,2105

TRY

Lira Turka

2,2413

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6276

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5873

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,7180

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0881

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0848

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 746,64

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,0339

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,3224

HRK

Kuna Kroata

7,3060

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 248,95

MYR

Ringgit Malażjan

5,0962

PHP

Peso Filippin

69,928

RUB

Rouble Russu

44,0300

THB

Baht Tajlandiż

50,074

BRL

Real Brażiljan

2,5811

MXN

Peso Messikan

19,1502

INR

Rupi Indjan

69,6650


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/8


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Ġunju 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-każ COMP/M.5335 – Lufthansa/SN Airholding

Rapporteur: il-Polonja

2009/C 295/08

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-KE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-transazzjoni notifikata tista' titqies bħala waħda li għandha dimensjoni Komunitarja skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-KE.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-swieq li għandhom jiġu kkunsidrati huma:

(a)

is-swieq għas-servizzi skedati tal-ġarr bl-ajru tal-passiġġieri, imqassma abbażi ta’ pari punt tal-oriġini/punt ta' destinazzjoni (“O&D”):

fejn għar-rotot ta’ titjiriet qosra jew titjiriet medji, servizzi indiretti ġeneralment ma jikkostitwixxux alternattiva kompetittiva għat-titjiriet diretti,

fejn għar-rotot ta’ titjiriet twal, servizzi indiretti jistgħu jikkostitwixxu alternattiva kompetittiva għat-titjiriet diretti bejn kwalunkwe żewġt ibliet, sakemm i) it-titjiriet indiretti huma mmarkati bħala titjiriet ta' konnessjoni, uii) joħolqu biss estensjoni limitata tal-ħin tal-vjaġġ (il-perjodu tal-konnessjoni ma għandux jaċċedi l-150 minuta);

(b)

is-swieq tal-ġarr bl-ajru tal-merkanzija abbażi direzzjoni waħda bejn l-Ewropa u bosta pajjiżi Afrikani.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata kif oriġinarjament proposta mill-parti li tinnotifika, tista’ timblokka b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni fis-Suq Komuni jew f’parti sostanzjali tiegħu fir-rigward tal-ġarr bl-ajru tal-passiġġieri fuq ir-rotot li ġejjin:

(a)

Brussell-Frankfurt

(b)

Brussell-Munich

(c)

Brussell-Ħamburgu u

(d)

Brussell-Zurich

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-impenji mressqa mill-parti li tinnotifika huma suxxettibbli li jerġgħu jqajmu kompetizzjoni effettiva u jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni fir-rotot li ġejjin:

(a)

Brussell-Frankfurt

(b)

Brussell-Munich

(c)

Brussell-Ħamburgu u

(d)

Brussell-Zurich

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata mhix se timblokka b’mod sinifikanti kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew parti sostanzjali tiegħu fir-rigward tas-swieq tal-ġarr bl-ajru tal-passiġġieri fuq rotot ta’ titjiriet qosra, titjiriet medji u titjiriet twal oħrajn.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata mhix se timblokka b’mod sinifikanti kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f’parti sostanzjali tiegħu fir-rigward tas-swieq tal-ġarr bl-ajru tal-merkanzija.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni u mal-ħidma tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE, soġġetti għal konformità mal-impenji elenkati fl-Anness ta’ dan l-abbozz ta' Deċiżjoni.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/9


Rapport finali dwar il-każ COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Airholding

(Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza ta' uffiċjali tas-seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21))

2009/C 295/09

L-abbozz tad-deċiżjoni jagħti lok għall-kummenti li ġejjin:

Daħla

Fis-26 ta' Novembru 2008 l-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) (ir-Regolament tal-Amalgamazzjonijiet) fejn Deutsche Lufthansa AG “Lufthansa”) biħsiebha tikseb kontroll uniku ta' SN Airholding SA/NV (“SN”) permezz tax-xiri tal-ishma. Din tal-aħħar hija l-kumpanija ta' parteċipazzjoni tal-SN Brussels Airlines.

Il-proċedura fit-II Fażi

Fis-26 ta' Jannar 2009 il-Kummissjoni bdiet proċedimenti fuq il-bażi li l-konċentrazzjoni tqajjem dubji serji rigward il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni (2). Sussegwentement, fl-24 ta' Marzu 2009, Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“SO”) ġiet notifikat lil-Lufthansa u, fil-25 ta' Marzu 2009, ingħatat aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni fl-SO kkonkludiet li l-konċentrazzjoni tqajjem tħassib fir-rigward tal-ħames rotot segwenti: Brussell-Frankfurt, Brussell-Munich, Brussell-Berlin, Brussell-Hamburg u Brussell-Zürich.

Il-Lufthansa wieġbet għall-SO u talbet Seduta ta' Smigħ li saret fil-15 ta' April 2009. Filwaqt li l-parti notifikanti kienet rappreżentata formalment fis-seduta tas-smigħ, l-SN ma kinitx. Madankollu, uħud mill-impjegati tal-SN attendew is-seduta bħala parti mid-delegazzjoni tal-Lufthansa.

Sussegwentement, deher ċar li l-SN ma kinitx ġiet infurmata direttament mill-Kummissjoni bl-oġġezzjonijiet imma minflok ġiet notifikata permezz tar-rappreżentanti legali tal-parti notifikanti, li rrappreżentaw ukoll lill-SN. Din tal-aħħar provdiet lill-SN b'verżjoni mhux kunfidenzjali tal-SO. Barra minn hekk, l-SN ma ngħatax perjodu formali li fih setgħet tipprovdi kummenti u lanqas intalbet biex tinstema' oralment fis-seduta. Għalkemm l-SN fil-fatt ħadet sehem fit-tweġiba bil-miktub tal-Lufthansa u kienet rappreżentata fis-Seduta tas-Smigħ, in-notifika u l-istedina biex tikkummenta fuq l-SO ma jistgħux jiġu “delegati” lill-parti notifikanti. Il-Kummissjoni nfisha trid teżegwixxi l-obbligazzjonijiet legali tagħha vis-à-vis partijiet oħra interessati skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 802/2004 (3) (tar-Regolament ta' Implimentazzjoni). Il-Kummissjoni rrimedjat is-sitwazzjoni billi bagħtet verżjoni mhux kunfidenzjali tal-SO u d-Dikjarazzajoni Supplimentari tal-Oġġezzjonijiet (l-“SSO”; ara hawn taħt) lill-SN fid-29 ta' April 2009, u tat lill-kumpanija l-opportunità li tissottometti l-kummenti qabel is-6 ta' Mejju 2009.

It-tweġiba tal-Lufthansa lill-SO qajmet fost l-oħrajn żewġ kwistjonijiet proċedurali.

L-ewwel nett, żvelat id-diskrepanzi bejn l-interpretazzjoni tal-Lufthansa u tal-Kummissjoni tar-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq. Irriżulta li dawn id-diskrepanzi kienu parzjalment dovuti minħabba interpretazzjoni żbaljata tat-tweġibiet tal-parti notifikanti. Madankollu, xi diskrepanzi seħħew minħabba l-fatt li l-Lufthansa ma kisbitx aċċess sħiħ għal ċerti risposti minħabba l-kunfidenzjalità. Wara verifika tat-tweġibiet, il-Kummissjoni, fid-29 ta' April 2009, tat lil-Lufthansa aċċess għal tabelli tal-Excel mhux kunfidenzjali li fihom il-Kummissjoni ġabret fil-qosor it-tweġibiet kollha.

Il-kwistjoni l-oħra relatata mal-valutazzjoni tal-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kodiċi tat-titjiriet taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE mwettqa mill-Kummissjoni bħala parti mill-proċedimenti tal-amalgamazzjoni. Il-Lufthansa staqsiet jekk analiżi simili hix possibbli li ssir. B'mod partikolari hija qajmet il-kwistjoni jekk il-partijiet diretti tal-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kodiċi tat-titjiriet, jiġifieri kumpanija sussidjarja tal-Lufthansa u l-SN, iridux jinstemgħu dwar is-sejbiet tal-Kummissjoni. Sabiex jiġi evitat kull ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet involuti, il-Kummissjoni bagħtet il-parti li tittratta l-SO mal-valutazzjoni preliminari tal-ftehim għall-kondiviżjoni tal-kodiċi tat-titjiriet kemm lill-SN kif ukoll lis-Swiss (kumpanija sussidarja tal-Lufthansa) fl-20 ta' April 2009 u tathom l-opportunità li jissottomettu osservazzjonijiet bil-miktub (4). Kemm l-SN kif ukoll l-iSwiss wieġbu fil-limitu ta' żmien stipulat.

Fit-28 ta' April 2009, il-Kummissjoni bagħtet SSO lil-Lufthansa rigward rotta bejn Brussell u Zürich. L-għada reġgħet tat aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni. Il-parti notifikanti wieġbet għall-SSO fil-5 ta' Mejju 2009.

Aktar kmieni fil-proċedura ta' kontroll kienu saru diskussjonijiet ta' rimedji bejn il-parti notifikanti u l-Kummissjoni. Madankollu, ir-rimedji provduti fis-16 ta' April 2009 ma kinux meqjusa adegwati u għalhekk ma ġewx pruvati fis-suq. Sussegwentement, il-Lufthansa ssottomettiet aktar pakketti ta' rimedju fl-24 u d-29 ta' April 2009. L-aħħar pakkett ġie preliminarment aċċettat u ġie ttestjat fis-suq mill-Kummissjoni. Il-verżjoni finalizzata tar-rimedji (mingħajr ma tiġi affettwata s-sostanza tal-verżjoni tad-29 t'April) ġiet sottomessa mil-Lufthansa fit-28 ta' Mejju 2009.

L-abbozz ta' Deċiżjoni

L-abbozz tad-deċiżjoni jiddevja mill-SO fi tliet oqsma. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma tiddistingwix jekk passiġġieri li huma marbuta bil-ħin u dawk li mhumiex marbuta bil-ħin jappartjenux għal żewġ prodotti tas-suq differenti.

Aktar minn hekk, ma tarax aktar il-bżonn li tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal-ftehim għall-kondiviżjoni tal-kodiċi tat-titjiriet taħt l-Artikolu 81. It-tielet, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tħassib dwar il-kompetizzjoni rigward ir-rotta Brussell-Berlin ġie solvut meta twettqu l-proċedimenti ta' kontroll tal-amalgamazzjoni. L-EasyJet li huma l-kompetituri tal-Lufthansa u l-SN sadanittant kienu ddeċidew li jżidu s-servizz tagħhom minn titjira waħda għal żewġ titjiret kuljum u b'hekk ikun possibbli li wieħed jirritorna fl-istess ġurnata. Għall-erba' rotot l-oħra, l-abbozz ta' Deċiżjoni tiddikjara li t-transazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fid-dawl tal-impenji sottomessi mill-parti notifikanti.

Ma saruli l-ebda mistoqsijiet jew sottomissjonijiet mill-parti notifikanti, mill-parti l-oħra involuta jew minn xi parti terza oħra. Fid-dawl ta' dan, u meta wieħed jieħu kont tal-osservazzjonijiet imsemmija hawn fuq, jien inqis li d-dritt tal-partijiet li jinstemgħu, f'dan il-każ ġie rispettat.

Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2009.

Michael ALBERS


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet

(3)  ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1.

(4)  Sentenza tal-QPI tal-11 ta' Lulju 2007, T-170/06, Alrosa.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/11


Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta' Ġunju 2009

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.5335 – Lufthansa/SN Airholding)

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 4608)

(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 295/10

Fit-22 ta' Ġunju 2009 l-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1), u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   INTRODUZZJONI

(1)

Fis-26 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta li biha l-impriża Deutsche Lufthansa AG (“LH”, il-Ġermanja) takkwista l-kontroll waħdieni tal-impriża SN Airholding SA/NV (“SNAH”, il-Belġju) permezz tax-xiri ta' ishma.

II.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

A.   IL-PARTIJIET

(2)

Id-Deutsche Lufthansa AG (“LH” jew “il-Parti li Tinnotifika”) hija ġarrier b'xibka ta' destinazzjonijiet u b'servizz sħiħ, biċ-ċentri tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Frankfurt u fl-ajruport ta' Mjunik, u b'bażi fl-ajruport ta' Düsseldorf. Iż-żewġ attivitajiet prinċipali tagħha huma t-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija. L-LH tikkontrolla l-iSwiss International Air Lines Ltd. (“LX”), li hija bbażata fl-ajruport ta' Żjurik, l-Air Dolomiti, il-Eurowings, u l-ġarrier bi prezzijiet irħas Germanwings. Kemm l-LH kif ukoll l-iSwiss huma membri tal-iStar Alliance. Il-Kummissjoni approvat il-proġett tal-akkwist tal-bmi mil-LH fl-14 ta' Mejju 2009 (2).

(3)

L-SN Airholding SA/NV (“SNAH”) hija l-kumpanija possedenti tal-SN Brussels Airlines (“SN”), ġarrier Belġjan b'xibka ta' destinazzjonijiet u li għandu ċ-ċentru tiegħu fl-Ajruport ta' Brussell Zaventem. L-attività ewlenija tal-SN huwa l-ġarr bl-ajru tal-passiġġieri. L-SN mhix imsieħba f'xi alleanza. L-LH u l-SN minn issa 'l quddiem huma msemmijin bħala “il-Partijiet”.

B.   IL-KONĊENTRAZZJONI

(4)

L-LH għandha l-ħsieb li għall-ewwel tikseb 45 % mill-ishma tal-SNAH, filwaqt li għandha d-dritt għax-xiri fuq l-ishma li fadal, li jista' jiġi eżerċitat mill-ewwel kwart tal-2011 ′il quddiem. Għalkemm it-transazzjoni preżenti se titlesta f'żewġ stadji, sa mill-ikkompletar tal-ewwel stadju, jiġifieri l-akkwist ta' 45 % tal-kapital tal-ishma tal-SNAH, l-LH se teżerċita kontroll waħdieni fuq l-SNAH.

C.   DIMENSJONI KOMUNITARJA

(5)

Il-konċentrazzjoni notifikata għandha dimensjoni Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet.

D.   TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI BL-AJRU

1.   Prodott rilevanti u swieq ġeografiċi

(6)

L-attivitajiet ta' ġarr bl-ajru tal-passiġġieri li jwettqu l-Partijiet jisporġu b'mod partikulari fuq rotot qosra li joriġinaw minn Brussell.

(7)

L-istħarriġ dwar is-suq ikkonferma l-prattika tal-Kummissjoni f'każijiet preċedenti li tikkunsidra s-suq rilevanti għas-servizzi skedati tal-ġarr bl-ajru tal-passiġġieri fuq il-bażi tal-metodu bbażat fuq iż-żewġt ibliet b'“punt tal-oriġini/punt tad-destinazzjoni” (“O&D”) filwaqt li l-ajruporti sostitwibbli kollha jiġu inklużi fil-punti rispettivi ta' oriġini u ta' destinazzjoni.

(8)

Fir-rigward tad-distinzjoni bejn klijenti marbutin biż-żmien u dawk li mhumiex, mhux meħtieġ għall-Kummissjoni li tasal għal konklużjoni dwar l-eżistenza ta' żewġt iswieq distinti tal-prodotti għal passiġġieri marbutin biż-żmien, b'differenza minn dawk li mhumiex marbutin bil-ħin, minħabba li l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni kompetittiva fuq ir-rotot milqutin mit-transazzjoni ma tinbidilx, teżisti jew ma teżistix tali distinzjoni.

(9)

L-istħarriġ dwar is-suq ikkonferma l-prattika tal-Kummissjoni f'każi preċedenti li għal titjiriet ta' inqas minn tliet sigħat, is-servizzi indiretti ġeneralment ma jikkostitwux ristrezzjoni kompetittiva fuq is-servizzi diretti.

(10)

Il-Kummissjoni stħarrġet iktar il-kwistjoni tas-sostitwibbiltà bejn l-Ajruport Nazzjonali ta' Brussell f'Zaventem (BRU) u l-Ajruport ta' Antwerp (ANR). Hemm indikazzjonijiet qawwijin li t-tijiriet minn ANR mhumiex sostitwibbli b'titjiriet minn BRU. Fi kwalunkwe każ, anki kieku titjriet minn/lejn BRU u titjiriet minn/lejn ANR kellhom jitqiesu bħala parti mill-istess suq, kienu jkunu biss kompetituri remoti. Għaldaqstant, dħul minn kompetitur li joffri titjiriet minn ANR fuq rotot fejn it-tħassib dwar il-kompetizzjoni ġew identifikati matul l-investigazzjonijiet ma jikkontrobattix l-effetti kontra l-kompetizzjoni li jkollha l-fużjoni fuq dawn ir-rotot.

2.   Trattament tas-sħab tal-LH fl-alleanza

(11)

Is-sħab tal-LH fl-alleanza m'għandhomx jitqiesu fid-determinazzjoni tas-swieq affettwati minħabba li mhu mistenni li jkun hemm l-ebda effetti, speċifikament minħabba l-fużjoni, f'oqsma oħra, fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn is-sħab tal-SN u dawk tal-LH. Fir-rigward tal-analiżi kompetittiva fuq is-swieq affettwati, il-Kummissjoni tivvaluta r-relazzjoni bejn l-LH u sħabha fl-alleanza u l-konsegwenzi tagħha għall-inċentiva tagħhom biex jikkompetu wara l-fużjoni fuq il-bażi ta' rotta b'rotta.

3.   Valutazzjoni rotta b'rotta

3.1.   Il-pakkett ta' rotot bejn il-Belġju u l-Ġermanja

(12)

Fuq ir-rotta bejn Brussell u Frankfurt, il-Kummissjoni sabet li l-fużjoni twassal għal monopolju għall-passiġġieri li huma marbutin biż-żmien. Barra minn hekk, telimina l-kompetizzjoni mill-qrib bejn l-LH u l-SN għall-passiġġieri li mhumiex marbutin biż-żmien u għalkemm l-entità fuża jkollha kompetizzjoni mill-ferrovija, ir-restrizzjoni tal-ferrovija ma tkunx biżżejjed biex tikkompensa għal dan it-telf ta' kompetizzjoni. Għall-passiġġieri kollha, il-fużjoni telimina l-eqreb kompetitur għal-LH. B'riżultat ta' dan, il-fużjoni hija mistennija xxekkel b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva taħt id-definizzjonijiet alternattivi kollha tas-suq.

(13)

Fuq ir-rotot bejn Brussell u Mjunik u bejn Brussell u Ħamburg, il-fużjoni twassal għal monopolju kemm għall-passiġġieri li huma marbutin biż-żmien kif ukoll għal dawk li mhumiex (u b'hekk anki għal suq li jinkludi l-passiġġieri kollha).

(14)

Fuq ir-rotta bejn Brussell u Berlin, l-easyJet ħabbret li se tespandi minn frekwenza waħda għal tnejn kuljum mill-istaġun tax-xitwa tal-IATA għall-2009/2010, b'mod li wieħed se jkun jista' jivvjaġġa 'l hemm u 'l hawn fl-istess jum. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-easyJet se tirrestrinġi biżżejjed lill-entità fuża, anki għall-passiġġieri marbutin biż-żmien.

3.2.   Il-pakkett ta' rotot bejn il-Belġju u l-Iżvizzera

(15)

Fuq it-tliet rotot kollha kemm huma bejn il-Belġju u l-Isvizzera (Brussell-Bażel, Brussell-Ġinevra u Brussell-Żjurik), waħda mill-Partijiet hija ġarrier li jtir filwaqt li l-parti l-oħra hija ġarrier li jbigħ il-biljetti skont il-ftehim tal-qsim tal-kodiċi ta' bejniethom. Il-Kummissjoni l-ewwel investigat jekk il-ftehim ta' qsim tal-kodiċi għandux jitwarrab għall-fini tad-determinazzjoni tal-kontrofattwali xieraq.

(16)

Fuq Brussell-Bażel, irrispettivament mill-kontrofattwali xieraq, il-Kummissjoni kkonkludiet li m'hemm l-ebda impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva minħabba li din ir-rotta hija dgħajfa wisq biex issostni żewġ ġarriera li joperaw indipendentement minn xulxin.

(17)

Fuq Brussell-Ġinevra, fejn l-SN hija l-ġarrier operattiv, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-LX mhix meqjusa bħala kompetitur potenzjali. Għaldaqstant, m'hemm l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni fuq din ir-rotta.

(18)

Dwar Brussell-Żjurik, fejn l-LX hija l-ġarrier operattiv, fir-rigward tal-analiżi kontrofattwali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ftehim ta' qsim tal-kodiċi x'aktarx li jiġi mitmum jekk ma sseħħx il-fużjoni minħabba li l-SN tingħaqad mal-alleanza oneworld (u possibbilment anki tiġi akkwistata mill-BA) fl-assenza tal-fużjoni. B'riżultat tat-tmiem tal-qsim tal-kodiċi, l-SN x'aktarx tidħol fuq ir-rotta Brussell-Żjurik. Għaldaqstant, il-fużjoni telimina l-possibbiltà sinifikanti li l-SN tidħol u għalhekk twassal għal impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fuq ir-rotta Brussell-Żjurik kemm għall-passiġġieri marbutin biż-żmien kif ukoll għal dawk li mhumiex marbutin biż-żmien.

3.3.   Barrieri għad-dħul

(19)

Fuq l-erba′ rotot Brussell-Frankfurt, Brussell-Mjunik, Brussell-Ħamburg u Brussell-Żjurik, jeżisti xkiel sinifikanti għad-dħul (eż. restrizzjonijiet ta' slottijiet notevolment fil-ħin fejn l-aktar li jkun hemm titjiriet f'naħa waħda jew fit-tnejn li huma, vantaġġi taċ-ċentru/tal-bażi, il-preżenza fis-suq tal-entità fil-Belġju, fil-Ġermanja u fl-Isvizzera, eċċ.); dawn il-barrieri huma partikolarment kbar fuq rotot minn ajruport ċentrali għal ieħor, bħal Brussell-Frankfurt, Brussell-Mjunik u Brussell-Żjurik. B'konsegwenza ta' dawn il-barrieri kbar għad-dħul, x'aktarx li l-ebda linja tal-ajru mhi se tidħol fuq xi waħda minn dawn ir-rotot biex tegħleb lill-impatt antikompetittiv tal-fużjoni fil-kundizzjonijiet li bħalissa qed jipprevalu f'dawn is-swieq.

3.4.   Rotot oħra qosra, medjui u twal

(20)

Diversi rotot oħrajn qosra, twal u medji huma affettwati bit-transazzjoni preżenti. Madanakollu, il-konċentrazzjoni proposta ma xxekkilx b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni fil-każ tal-ebda waħda minn dawn ir-rotot.

4.   Konklużjoni

(21)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-transazzjoni, kif oriġinarjament proposta mil-LH, twassal għal impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fuq ir-rotot Brussell-Frankfurt, Brussell-Mjunik, Brussell-Ħamburg u Brussell-Żjurik, kemm għal passiġġieri marbutin bil-ħin kif ukoll għal passiġġieri li mhunmiex marbutin bil-ħin, u għaldaqstant anki għal suq li jinkludi l-passiġġieri kollha. It-transazzjoni ma twassalx għal tħassib dwar il-kompetizzjoni fuq ir-rotot l-oħrajn affettwati minn din it-trasazzjoni.

E.   TRASPORT TAL-MERKANZIJA BL-AJRU

(22)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-transazzjoni x'aktarx li ma xxekkilx b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta' kwalunkwe mis-swieq tat-trasport bl-ajru tal-merkanzija.

F.   EFFIĊJENZI

(23)

Fuq il-bażi tat-tagħrif li tressaq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-effiċjenzi mhumiex verifikabbli u fil-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex speċifiċi għall-fużjoni, u li x'aktarx ma jgawdux minnhom konsumaturi fuq ir-rotot affettwati b'mod li jkunu jistgħu jirribattu l-ħsara kompetittiva. Tabilħaqq, il-paragrafu 84 tal-Linji Gwida dwar il-Fużjonijiet Orizzontali jagħmel l-osservazzjoni li “ftit li xejn huwa probabbli li fużjoni li twassal għal pożizzjoni fis-suq li toqrob lejn dik ta' monopolju, jew li twassal għal livell simili ta' qawwa fis-suq, tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi li dak li jintrebaħ fir-rigward tal-effiċjenza jkun biżżejjed biex jirribatti l-effetti antikompetittivi potenzali tagħha.”

G.   IMPENJI

(24)

L-LH offriet impenji fil-forma ta' slottijiet, bla ħlas, f'temp ta' 20 minuta minn meta jintalbu, sabiex operatur ġdid fis-suq ikun jista' jopera titjiriet fuq kull waħda mill-erba′ rotot fejn il-Kummissjoni identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni (minn issa 'l quddiem imsejħin “Iż-Żewġt Ibliet Identifikati”) għal sa tliet frekwenzi kuljum fil-każ ta' Brussell-Ħamburg u Brussell-Mjunik, u żewġ frekwenzi kuljum fil-każ ta' Brussell-Frankfurt u Brussell-Żjurik. L-impenji jipprovdu għal mekkaniżmu tal-allokazzjoni tas-slottijiet li bih l-allokazzjoni tas-slottijiet mitluba sseħħ fil-ħin, kemm jista' jkun kmieni fl-istaġun. Barra minn hekk, bħala regola ġenerali, l-operatur ġdid fis-suq jikseb drittijiet akkwistati fuq dawn l-islottijiet, jiġifieri jkun intitolat li juża l-islottijiet trasferiti mill-Partijiet għal żewġt ibliet it-tnejn li huma Ewropej li jkunu differenti miż-Żewġt Ibliet Identifikati, ladarba jkun opera bejn iż-Żewġt Ibliet rilevanti matul żewġ Staġuni sħaħ u konsekuttivi tal-IATA għar-rotta Brussell-Ħamburg, erba′ Staġuni sħaħ u konsekuttivi tal-IATA għar-rotot Brussell-Mjunik u Brussell-Żjurik u tmien Staġuni sħaħ u konsekuttivi tal-IATA għar-rotta Brussell-Frankfurt.

(25)

Barra minn dan, l-impenji joffru lil operatur ġdid fis-suq fuq ir-rotta Brussell-Ħamburg il-possibbiltà li jidħol fi ftehim speċjali pro rata u ta' qsim tal-kodiċi li jippermetti lill-operatur ġdid ipoġġi l-kodiċi tiegħu fuq titjiriet imħaddma mill-Partijiet minn Brussell għall-finijiet li joffri servizz ta' konnessjoni lejn/minn Ħamburg. Finalment, l-impenji jinkludu wkoll rimedji “anċillari” bħal ftehimiet ta' koperazzjoni bejn linji tal-ajru dwar ġarr ta' passiġġieri u ftehimiet intermodali, ftehimiet speċjali pro rata u ftehimiet ta' aċċess għal FFP.

(26)

L-impenji jikkostitwixxu pakkett komprensiv li jqis l-esperjenza passata fejn jidħlu r-rimedji f'każijiet ta' fużjoni fil-qasam tal-avjazzjoni. L-impenji jagħtu kas tal-fatt li l-konġestjoni tas-slottijiet huwa xkiel importanti għad-dħul fuq ir-rotot problematiċi f'dan il-każ. Fid-dawl ta' dan, huma mfassla biex ineħħu dan ix-xkiel u biex jinkuraġġixxu d-dħul fuq ir-rotot fejn ġie identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni.

(27)

Dawn l-impenji ġew ittestjati għas-suq ma' klijenti u ma' kompetituri tal-Partijiet. Għadd kbir ta' dawk li ħadu sehem f'dan it-test qisuhom bħala biżżejjed biex ixejnu t-tħassib li toħloq il-fużjoni dwar il-kompetizzjoni. Finalment, meta qieset l-interess li wrew diversi linji tal-ajru biex jidħlu fuq rotot fejn ġie identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impenji x'aktarx iwasslu biex linja tal-ajru, jew aktar minn waħda, jidħlu biex joperaw bejn iż-Żewġt Ibliet Identifikati fil-waqt u li dan id-dħul se jkun biżżejjed biex ixejjen it-tħassib dwar il-kompetizzjoni li ġie identifikat fuq dawn is-swieq.

III.   IL-KONKLUŻJONI

(28)

It-transazzjoni kif proposta oriġinarjament mil-LH ixxekkel b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'biċċa sostanzjali mis-suq komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, l-LH ressqet sensiela ta' impenji suxxettibbli li jerġgħu jdaħħlu kompetizzjoni effettiva.

(29)

It-transazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva, b'soġġezzjoni għall-implimentazzjoni tal-impenji mressqin mil-LH.

(30)

Konsegwentement, il-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 8(2) tar-regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehima taż-ŻEE, b'soġġezzjoni għall-konformità mal-impenji mressqin mil-LH.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Każ COMP/M.5403 – Lufthansa/BMI.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/14


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Settembru 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbut mal-Każ COMP/C.39181 – Candle Waxes (2)

Relatur: Latvja

2009/C 295/11

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammont bażiku tal-multi.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żieda fl-ammont bażiku minħabba ċ-ċirkustanzi aggravanti.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żieda fl-ammont bażiku sabiex tassigura effett deterrent suffiċjenti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi skont l-Avviż ta' Klemenza tal-2002.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammonti finali tal-multi.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/15


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-Każ COMP/C.39181 – Paraffin Waxes, mogħti isem ġdid “Xemgħa Waxes”

(Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat- 23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza ta' uffiċjali tas-seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21))

L-abbozz ta' Deċiżjoni fil-każ imsemmi hawn fuq jagħti lok għall-osservazzjonijiet li ġejjin.

Applikazzjonijiet għal klemenza u Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet

Sussegwentement għal applikazzjoni għal immunità skont l-Avviż ta’ Klemenza tal-2002 minn Shell […], il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet fil-bini ta’ Sasol (il-Ġermanja), H&R/Tudapetrol (il-Ġermanja), Esso/ExxonMobil (l-Olanda u l-Ġermanja), Total (Franza), Repsol (Spanja), ENI (l-Italja), u MOL (l-Ungerija) f’April 2005. Il-Kummissjoni ggarantit immunità kundizzjonali lil Shell […].

Il-Kummissjoni rċeviet aktar applikazzjonijiet għal klemenza minn Sasol ([…]), Repsol ([…]) u ExxonMobil ([…]). Fis-16 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni bagħtet ittri lil Sasol, Repsol u ExxonMobil biex tinfurmhom li mhux se tingħatalhom immunità u, skont punt 26 tal-Avviż ta’ Klemenza, li kien bi ħsiebha tapplika tnaqqis tal-multa f’faxxa speċifikata kif provdut fl-Avviż ta’ Klemenza.

Il-Kummissjoni rċeviet ukoll applikazzjoni għal immunità (jew alternattivament klemenza) minn RWE wara n-notifikazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet (“SO”). Peress li l-immunità ma kinitx aktar disponibbli, il-Kummissjoni infurmat lil RWE dwar dan fit-30 ta’ Novembru 2007, u ddikjarat li l-pożizzjoni finali ta’ kull impriża, inkluża l-RWE, se tkun determinata fl-aħħar tal-proċedura amministrattiva f’kull deċiżjoni adottata.

Id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet (SO) ġiet adottata fil-25 ta’ Mejju 2007 u ntbagħtet lill-kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji li ġejjin: ENI S.p.A.; Exxon Mobil Corporation (l-Amerika) u s-sussidjarji tagħha Esso Deutschland GmbH, Esso Société Anonyme Française u ExxonMobil Petroleum u Chemical B.V.B.A. (“ExxonMobil”); Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG, Hansen & Rosenthal KG u s-sussidjarji tagħha H&R ChemPharm GmbH u H&R Wax Company Vertrieb GmbH (“H&R/Tudapetrol”); MOL Nyrt.; Repsol YPF S.A. u s-sussidjarji tagħha Repsol Petroleo S.A. u Repsol YPF Lubricantes y Especialidades S.A. (Rylesa) (“Repsol”); Sasol Limited (Afrika t’Isfel) u s-sussidjarji tagħha Sasol Wax GmbH, Sasol Wax International AG u Sasol Holding fil-Ġermanja GmbH (“Sasol”); Shell Deutschland Oil GmbH, Shell Deutschland Schmierstoffe GmbH, Deutsche Shell GmbH, Shell International Petroleum Company Limited (SIPC), Shell Petroleum Company Limited (SPCO), Shell Petroleum N.V. u Shell Transport and Trading Company Limited (“Shell”); RWE AG u s-sussidjarju tagħha RWE Dea AG (“RWE”); Total S.A. u Total France S.A. (“Total”); u erba’ entitajiet oħra fi grupp wieħed jew aktar minn dawn ta' hawn fuq.

Aċċess għall-Fajl

Il-partijiet irċevew l-SO fit-30 jew fil-31 ta’ Mejju 2007, u ngħataw tmien ġimgħat miż-żmien ta’ aċċess għall-fajl sabiex jirrispondu, jew sal-31 ta’ Lulju 2007 l-aktar tard. Aċċess għall-fajl ġie mogħti fil-forma ta’ DVD u aċċess għad-dokumenti oħra ngħata fil-bini tal-Kummissjoni. Estensjonijiet ingħataw fuq talba sal-14 ta’ Awwissu 2007 jew l-21 ta’ Awwissu 2007 u kienu bbażati fuq l-argumenti tal-partijiet ikkonċernati. Il-partijiet kollha rrispondew fil-ħin.

Sussegwentement, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni addizzjonali minn kumpanija (mhux persuna destinatarja tal-SO) li kellha interess parzjali fin-negozju tax-xama’ ta' Sasol. Sasol ingħatat aċċess għar-risposta għal din it-talba għal informazzjoni, u ssottomettiet kummenti bil-miktub dwarha.

Is-Seduta Orali

Bejn l-10 u l-11 ta' Diċembru 2007 saret sessjoni orali. Ħlief għal Repsol Petroleo SA u Repsol YPF SA, il-partijiet kollha eżerċitaw id-dritt tagħhom sabiex jinstemgħu oralment. Is-sessjoni orali ma ħolqitx kwistjonijiet proċedurali. Is-smigħ kien importanti kemm għall-partijiet kif ukoll għall-Kummissjoni peress li kkontribwixxa għal eluċidazzjoni ta’ ċerti elementi ta’ sostanza.

Kemm Total S.A. kif ukoll RWE ilmentaw fir-risposti bil-miktub tagħhom u fis-smigħ li d-drittijiet ta’ difiża tagħhom ġew miksura minħabba nuqqas ta’ informazzjoni fl-istadju investigattiv tal-proċedura. Total ilmenta li għalkemm il-Kummissjoni indirizzat id-deċiżjoni investigattiva lil Total S.A. u lis-sussidjarji tagħha, hi qatt ma għamlet investigazzjoni għand Total S.A., u qatt ma talbet għal informazzjoni minn Total S.A. RWE argumentat li hi kellha tkun informata dwar l-investigazzjonijiet sabiex hi kienet tkun tista’ tiffajla applikazzjoni ta' klemenza. Jien ma naċċettax dawn il-linji ta’ argumentazzjoni. Skont l-Artikolu 27 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1/2003 għandha tagħti lill-impriżi l-opportunità li jiġu mismugħa “qabel ma tieħu deċiżjonijiet”. Għalhekk, id-dritt li tinstema’ oralment u anke li tagħmel dikjarazzjonijiet bil-miktub huma konnessi b’mod intrinsiku mal-allegazzjonijiet konkreti kif espressi fl-SO. Dan mhux rikonoxxut fil-fażi tal-investigazzjoni qabel mal-Kummissjoni tkun ifformulat l-oġġezzjonijiet tagħha.

L-Abbozz ta' Deċiżjoni

Wara s-sottomissjonijiet bil-miktub u oralment tal-partijiet, il-Kummissjoni waqqgħet l-oġġezzjonijiet tagħha kontra erbgħa mill-persuni destinatarji tal-SO.

It-tul tal-ksur safejn jirrigwarda slack wax, ġie imqassar meta mqabbel mal-SO, għal sitt snin; in-numru ta’ partijiet li kienu responsabbli għal ksur ta’ slack wax tnaqqas; u l-firxa ġeografika hi limitata għall-Ġermanja.

Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-Deċiżjoni jirrigwarda biss l-oġġezzjonijiet rigward liema l-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Kwistjoni dwar kunfidenzjalità tat-test tal-abbozz tad-Deċiżjoni qamet fl-4 ta’ Awwissu 2008, meta avukati li jirrappreżentaw H&R u Tudapetrol kitbuli li qed jikkontestaw it-trattament propost ta’ DĠ Kompetizzjoni tal-figuri ta’ bejgħ fl-abbozz tad-Deċiżjoni. Fit-2 ta’ Settembru 2008 jien irrispondejt billi pprovdejt aktar spjegazzjonijiet u kjarifikazzjonijiet dwar l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward u ddikjarajt li, fl-opinjoni tiegħi, il-proposta sabiex isir użu mill-figuri ta’ bejgħ fuq medja ta’ tliet snin irriżolviet kull kwistjoni kunfidenzjali. Wara li rċevew din l-ittra, il-partijiet iddeċidew sabiex ma jkomplux aktar b’din il-kwistjoni.

Inqis li d-dritt li wieħed jinstema' ġie rrispettat f'dan il-każ għall-parteċipanti kollha fil-proċedimenti.

Brussell, it-23 ta' Settembru 2008.

Karen WILLIAMS


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/17


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-1 ta' Ottubru 2008

li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Il-Każ COMP/C.39181 – Candle Waxes)

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 5476 finali)

(il-verżjonijiet bill-Franċiż, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 295/13

SOMMARJU TAL-KSUR

(1)

Id-Deċiżjoni kienet indirizzata lil ENI S.p.A, Esso Deutschland GmbH, Esso Societé Anonyme Française, ExxonMobil Petroleum & Chemical, B.V.B.A., Exxon Mobil Corporation, H&R ChemPharm GmbH, H&R Wax Company Vertrieb GmbH, Hansen & Rosenthal KG, Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG, MOL Nyrt., Repsol YPF Lubricantes y Especialidades S.A., Repsol Petróleo S.A., Repsol YPF S.A., Sasol Wax GmbH, Sasol Wax International AG, Sasol Holding in Germany GmbH, Sasol Limited, Shell Deutschland Oil GmbH, Shell Deutschland Schmierstoff GmbH, Deutsche Shell GmbH, Shell International Petroleum Company Limited, ix-Shell Petroleum Company Limited, Shell Petroleum N.V., ix-Shell Transport and Trading Company Limited, RWE-Dea AG, RWE AG, Total France S.A. u Total S.A.

(2)

It-28 entità legali msemmijin hawn fuq (li huma proprjetà ta' 10 impriżi, uħud minnhom miżmuma responsabbli bħala kumpaniji prinċipali), ħadu sehem fil-ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE li jikkonsisti minn iffissar tal-prezzijiet u l-iskambju ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva li taffettwa l-industrija tax-xema’ tal-paraffin fiż-ŻEE. Fil-każ ta' Dea (aktar tard Shell), ExxonMobil, MOL, Repsol, Sasol u Total, dan il-ksur wieħed u kontinwu kien jikkonsisti wkoll f'allokazzjoni tal-klijenti u/jew is-suq fiż-ŻEE. Il-ksur dam għaddej mit-3 ta' Settembru 1992 sat-28 ta' April 2005, b'perjodi differenti għall-entitajiet legali u l-impriżi differenti. Fil-każ ta' Dea (aktar tard Shell), ExxonMobil, Sasol u Total, dan il-ksur wieħed u kontinwu kien marbut ukoll ma' xema' ratba mibjugħa lil klijenti finali fis-suq Ġermaniż għall-perjodu bejn it-30 ta' Ottubru 1997 sat-12 ta' Mejju 2004, b'perjodi differenti għall-entitajiet legali u l-impriżi differenti involuti.

L-INDUSTRIJA TAX-XEMA’

(3)

Il-prodotti kkonċernati huma x-xema' tal-paraffin u, għal uħud mid-destinatarji tad-Deċiżjoni, anki xema' ratba. Ix-xema' tal-paraffin tikludi xema' tal-paraffin għal kollox raffinata, u xema' tal-paraffin parzjalment raffinata (skont kemm ikun fiha żejt) kif ukoll xema' finalizzata bl-ilma, taħlit tax-xema', speċjalitajiet tax-xema' u xema' iebsa tal-paraffin. Dawn jintużaw fil-produzzjoni ta' varjetà ta' prodotti bħal ma huma x-xemgħat, il-kimiċi, it-tajers u prodotti użat fil-vetturi kif ukoll fl-industriji tal-gomma, tal-ippakkettjar, tal-adeżivi u taċ-ċuwingamm. Fl-Ewropa, 60-70 % tax-xema' tal-paraffin tintuża għall-produzzjoni tax-xemgħat. Ix-xema' ratba hija l-materja prima meħtieġa għall-manifattura ta' xema' tal-paraffin. Hija prodotta f'raffineriji bħala prodott sekondarju fil-manifattura ta' żjut ta' bażi miż-żejt mhux maħdum. Tinbiegħ ukoll lil klijenti aħħarija, pereżempju lil produtturi ta' particle boards.

(4)

Fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet, il-valur fuq is-suq tax-xema' tal-paraffin u tax-xema' ratba kien stmat għal madwar EUR 485 000 000 fiż-ŻEE fl-2004. Il-provvisti tad-destinatarji tad-deċizjoni ammontaw għal 75 % tad-domanda tas-suq taż-ŻEE.

IL-PROĊEDURA

(5)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni bdiet bħala riżultat tal-informazzjoni li daħlet minn applikazzjoni ta' immunità skont l-avviż tal-Kummissjoni tal-2002 dwar l-immunità minn multi u t-tnaqqis ta' multi f'każijiet tal-kartelli (“l-Avviż ta' Klemenza tal-2002”). L-applikazzjoni saret minn Shell Deutschland Schmierstoff GmbH fil-[…]. Fil-[…], il-Kummissjoni tat lil Shell immunità kundizzjonali mill-multi f'konformità mal-punt 15 tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002.

(6)

Fit-28 u d-29 ta' April 2005, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet fl-uffiċini ta' Sasol (il-Ġermanja), H&R/Tudapetrol (il-Ġermanja), Esso/ExxonMobil (l-Olanda u l-Ġermanja), Total (Franza), Repsol (Spanja), ENI (l-Italja) u MOL (l-Ungerija).

(7)

Wara l-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet għal immunità u alternattivament, applikazzjonijiet għal tnaqqis ta' multi skont l-Avviz ta' Klemenza tal-2002 minn Sasol, Repsol u minn ExxonMobil. Sasol issottomettiet applikazzjoni għal klemenza fil-[…]. Repsol applikat għal immunità/klemenza fil-[…]. ExxonMobil applikat għal immunità/klemenza fil-[…].

(8)

Fit-25 ta' Mejju 2007, il-Kummissjoni bdiet il-proċeduri u addottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (DO) li tikkonċerna ksur tal-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u ksur tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE, kontra ENI S.p.A.; Esso Deutschland GmbH, Esso Nederland B.V., Esso Société Anonyme Française, ExxonMobil Petroleum & Chemical, B.V.B.A. u Exxon Mobil Corporation, Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG, H&R ChemPharm GmbH, H&R Wasag AG, H&R Beteiligung GmbH, H&R Wax Company Vertrieb GmbH u Hansen & Rosenthal KG; MOL Nyrt.; Repsol YPF Lubricantes y Especialidades S.A. (Rylesa), Repsol Petróleo S.A. u Repsol YPF S.A.; Sasol Wax GmbH, Sasol Wax International AG, Sasol Holding in Germany GmbH and Sasol Limited Shell Deutschland Oil GmbH, Shell Deutschland Schmierstoff GmbH, Deutsche Shell GmbH, Shell International Petroleum Company Limited (SIPC), ix-Shell Petroleum Company Limited (SPCO), Shell Petroleum N.V., ix-Shell Transport and Trading Company Limited u r-Royal Dutch Shell plc; RWE-Dea AG u RWE AG; kif ukoll Total France S.A. u Total S.A.. Id-destinatarji kollha tad-DO bagħtu kummenti bil-miktub bħala risposta għall-oġġezzjonijiet li tressqu mill-Kummissjoni Fl-10 u fil-11 ta' Diċembru 2007 saret Seduta Orali. L-impriżi kollha destinatarji tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, ħlief għal Repsol Petróleo S.A. u Repsol YPF S.A., ħadu sehem fis-Seduta.

(9)

Fid-dawl tal-elementi li ppreżentat Esso Nederland B.V. fit-tweġiba tagħha għad-Dikjarazzjon ta' Oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni deċidiet li tagħlaq il-proċedimenti kontra din il-kumpanija. Il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li tagħlaq il-proċedimenti kontra H&R Wasag AG, H&R Beteiligung GmbH kif ukoll ir-Royal Dutch Shell plc.

IT-TĦADDIM TAL-KARTELL

(10)

Il-provi li għandha l-Kummissjoni juru, fuq bażi soda u dewwiema, li d-destinatarji tad-Deċiżjoni kienu involuti fil-ksur kif deskritt fl-inċiż (1).

(11)

Il-pjan komuni ġenerali, l-għan antikompetittiv identiku u l-għan ekonomiku wieħed tal-kartell kien li titnaqqas u ma titħalliex li ssir kompetizzjoni fil-prezz, li l-prezzijiet jiġu stabilizzati jew miżjuda billi jsir qbil dwar prezzijiet minimi u dwar żidiet fil-prezzijiet, u fil-każ ta' xi wħud mill-impriżi, biex jiggarantixxu għalihom relazzonijiet ma' klijenti u ċerti swieq. Fil-qosor, l-għan ta' dawn l-isforzi kien dak li titnaqqas b'mod sinifikanti, jew anki li tiġi eliminata għal kollox, il-pressjoni kompetittiva, bl-għan aħħari li jinkisbu profitti akbar sabiex il-profitti jiġu stabilizzati jew miżjuda.

(12)

Id-Deċiżjoni tiddeskrivi fid-dettall il-provi li nstabu ta' għadd ta' laqgħat u/jew kuntatti kull sena bejn ir-rappreżentanti tal-impriżi involuti matul il-perjodu tal-ksur, li matulhom twettqu l-atti ta' ksur.

MULTI

Ammont bażiku

(13)

L-ammont bażiku tal-multa huwa ddeterminat bħala proporzjon tal-valur medju tal-bejgħ ta' paraffin u/jew xema' ratba magħmul minn kull impriża fiż-żona ġeografika rilevanti matul l-aħħar tliet snin ta' negozju tal-ksur (“l-ammont varjabbli”), immultiplikat bl-għadd ta' snin li matulhom seħħ il-ksur, kif ukoll ammont addizzjonali, ukoll ikkalkulat bħala proporzjon tal-valur tal-bejgħ, sabiex ikun ta' deterrent kontra ftehimiet orizzontali dwar arranġament ta' prezzijiet (“il-miżata tad-dħul”).

(14)

Il-kriterji li ġew ikkunsidrati sabiex jitfasslu l-proporzjonijiet kienu n-natura tal-ksur u l-firxa ġeografika.

(15)

L-ammont varjabbli imbagħad kien immultiplikat bit-tul ta’ żmien relevanti (perjodu ta' żmien differenti għall-entitajiet legali u impriżi differenti).

Aġġustamenti għall-ammont bażiku

Ċirkustanzi aggravanti Reċidività

(16)

Fiż-żmien tal-ksur, Shell u ENI kienu diġà ġew indirizzati lejhom deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar attivitajiet ta' kartelli. Il-fatt li dawn l-impriżi reġgħu wettqu l-istess tip ta' mġiba kummerċjali fl-istess industrija jew f'setturi differenti, li fihom diġá ġew immultati qabel, juri li l-ewwel multi ma kinux biżżejjed biex iħajru lil dawn l-impriżi jtejbu l-imġiba kummerċjali tagħhom. Dan jiġġustifika żieda fl-ammont bażiku li għandu jiġu impost fuq Shell u ENI , minħabba reċidività.

Ċirkostanzi mitiganti

(17)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda ċirkustanzi mitiganti fil-każ preżenti.

Żieda speċifika għal skop dissważiv

(18)

Għaldaqstant u b'konformità mad-deċiżjonijiet ta' qabel, sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa fl-livell li jiżgura li dan l-ammont ikollu effett deterrenti suffiċjenti, il-Kummisssjoni kkunsidrat li huwa xieraq li jiġi applikat fattur ta' multiplikazzjoni għall-multa imposta fuq ExxonMobil, Shell, Total, ENI, Repsol u RWE. Fl-2007, l-aktar sena finanzjarja reċenti qabel il-Deċiżjoni, il-fatturat ta' ExxonMobil u ta' Shell qabeż il-EUR 250 biljun, il-fatturat ta' Total qabeż il-EUR 150 biljun, il-fatturat ta' ENI qabeż il-EUR 85 biljun, u l-fatturat ta' Repsol u ta' RWE qabeż l-EUR 40 biljun.

L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(19)

L-ammonti finali individwali tal-multi kkalkolati qabel l-applikazzjoni tal-Avviz ta' Klemenza kienu taħt l-10 % tal-fatturati dinjin tal-impriżi indirizzati.

L-applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002: immunità u tnaqqis tal-multi

(20)

Shell, Sasol, Repsol u ExxonMobil ikkooperaw mal-Kummissjoni fi stadji differenti tal-investigazzjoni bil-ħsieb li jingħataw trattament favorevoli kif stipulat mill-Avviż ta' Klemenza tal-2002, applikabbli għall-każ preżenti.

Immunità

(21)

Shell kienet l-ewwel impriża li infurmat lill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta' kartell fis-settur tax-xema’ li jaffettwa s-suq taż-ŻEE. Il-provi ddokumentati u d-dikjarazzjoni korporattiva li pprovdiet Shell fil-[…] kif ukoll wara, ippermettew lill-Kummissjoni li tistabbilixxi l-eżistenza, il-kontenut u l-parteċipanti ta' għadd ta' laqgħat tal-kartell u ta' kuntatti oħra, kif ukoll biex isiru spezzjonijiet fit-28 u d-29 ta' April 2005. Hija tterminat il-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur qabel ma applikat. Għalhekk Shell tikkwalifika għall-immunità.

Tnaqqis fil-multi

(22)

Sasol kienet it-tieni kumpanija li indirizzat lill-Kummissjoni. L-informazzjoni pprovduta wara l-[…] ippermettiet lill-Kummissjoni tistabbilixxi fatti li l-Kummissjoni altrimenti ma kinitx tkun f'pożizzjoni li tistabbilixxi. Il-kwantità, il-kwalità u l-valur, kif ukoll il-mumenti meta ġiet ippreżentata l-informazzjoni minn Sasol ippermettew lill-Kummissjoni li tifhem aħjar il-ksur u li tinterpreta d-dokumenti miksuba. Il-kooperazzjoni ta' Sasol ġiet ippremjata b'tnaqqis ta' 50 % tal-multa.

(23)

Repsol, li offriet il-kooperazzjoni tagħha lill-Kummissjoni fil-[…] ikkorroborat is-sottomissjonijiet ta' Shell u ta' Sasol u pprovdiet aktar provi dwar il-kartell kif kull ipprovdiet provi li jinkriminaw lilha stess. Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-kooperazzjoni ta' Repsol ġiet ippremjata bi tnaqqis ta' 25 % tal-multa.

(24)

ExxonMobil indirizzat ruħha lejn il-Kummissjoni fil-[…] u offriet provi ta' korroborazzjoni, madankollu b'mod limitat. Mill-bqija s-sottomissjonijiet ta' ExxonMobil kienu vagi u f'ħafna każi kien fihom informazzjoni mingħajr siwi. Il-kooperazzjoni ta' ExxonMobil ġiet ippremjata bi tnaqqis ta' 7 % tal-multa.

DEĊIŻJONI

(25)

Id-destinatarji tad-Deċiżjoni u t-tul ta' żmien tal-involviment tagħhom kienu kif ġej:

(26)

Fejn tidħol ix-xema' tal-paraffin:

a)

ENI S.p.A.; Fit-30/31 ta' Ottubru 1997 u mill-21 ta' Frar 2002 sat-28 ta' April 2005;

b)

Esso Deutschland GmbH: mit-22 ta' Frar 2001 sal-20 ta' Novembru 2003; Esso Société Anonyme Française: mit-3 ta' Settembru 1992 sal-20 ta' Novembru 2003; ExxonMobil Petroleum & Chemical, B.V.B.A.: d) mit-30 ta' Novembru 1999 sal-20 ta' Novembru 2003; Exxon Mobil Corporation: mit-30 ta' Novembru 1999 sal-20 ta' Novembru 2003;

c)

Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG: mill-24 ta' Marzu 1994 sat-30 ta' Ġunju 2002;

d)

H&R Wax Company Vertrieb GmbH: mill-1 ta' Jannar 2001 sat-28 ta' April 2005; Hansen & Rosenthal KG: mill-1 ta' Jannar 2001 sat-28 ta' April 2005; H&R ChemPharm GmbH: mill-1 ta' Lulju 2001 sat-28 ta' April 2005;

e)

MOL Nyrt.; mit-3 ta' Settembru 1992 sat-28 ta' April 2005;

f)

Repsol YPF Lubricantes y Especialidades S.A.: mill-24 ta' Ġunju 1994 sal-4 ta' Awwissu 2004; Repsol Petróleo S.A.: mill-24 ta' Ġunju 1994 sal-4 ta' Awwissu 2004; Repsol YPF S.A.: mill-24 ta' Ġunju 1994 sal-4 ta' Awwissu 2004;

g)

Sasol Wax GmbH: mit-3 ta' Settembru 1992 sat-28 ta' April 2005; Sasol Wax International AG: mill-1 ta' Mejju 1995 sat-28 ta' April 2005; Sasol Holding in Germany GmbH: mill-1 ta' Mejju 1995 sat-28 ta' April 2005; Sasol Limited: mill-1 ta' Mejju 1995 sat-28 ta' April 2005;

h)

Shell Deutschland Oil GmbH: mit-3 ta' Settembru 1992 sal-31 ta' Marzu 2004; Shell Deutschland Schmierstoff GmbH: mill-1 ta' April 2004 sas-17 ta' Marzu 2005; Deutsche Shell GmbH: mit-2 ta' Jannar 2002 sas-17 ta' Marzu 2005; Shell International Petroleum Company Limited: mit-2 ta' Jannar 2002 sas-17 ta' Marzu 2005; ix-Shell Petroleum Company Limited: mit-2 ta' Jannar 2002 sas-17 ta' Marzu 2005; Shell Petroleum N.V.: mill-1 ta' Lulju 2002 sas-17 ta' Marzu 2005; ix-Shell Transport and Trading Company Limited: mit-2 ta' Jannar 2002 sas-17 ta' Marzu 2005;

i)

RWE-Dea AG: mit-3 ta' Settembru 1992 sat-30 ta' Ġunju 2002; RWE AG: mit-3 ta' Settembru 1992 sat-30 ta' Ġunju 2002;

j)

Total France S.A.: mit-3 ta' Settembru 1992 sat-28 ta' April 2005; Total S.A.: mit-3 ta' Settembru 1992 sat-28 ta' April 2005.

(27)

Fejn tidħol ix-xema' ratba:

a)

Esso Deutschland GmbH: mit-22 ta' Frar 2001 sat-18 ta' Diċembru 2002; Esso Société Anonyme Française: mit-8 ta' Marzu 1999 sat-18 ta' Diċembru 2002; ExxonMobil Petroleum & Chemical, B.V.B.A.: mill-20 ta' Novembru 1999 sat-18 ta' Diċembru 2002; Exxon Mobil Corporation: mill-20 ta' Novembru 1999 sat-18 ta' Diċembru 2002;

b)

Sasol Wax GmbH: mit-30 ta' Ottubru 1997 sat-12 ta' Mejju 2004; Sasol Wax International AG: mit-30 ta' Ottubru 1997 sat-12 ta' Mejju 2004; Sasol Holding in Germany GmbH: mit-30 ta' Ottubru 1997 sat-12 ta' Mejju 2004; Sasol Limited: mit-30 ta' Ottubru 1997 sat-12 ta' Mejju 2004;

c)

Shell Deutschland Oil GmbH: mit-30 ta' Ottubru 1997 sat-12 ta' Mejju 2004; Shell Deutschland Schmierstoff GmbH: mill-1 ta' April 2004 sat-12 ta' Mejju 2004; Deutsche Shell GmbH: mit-2 ta' Jannar 2002 sat-12 ta' Mejju 2004; Shell International Petroleum Company Limited: mit-2 ta' Jannar 2002 sat-12 ta' Mejju 2004; ix-Shell Petroleum Company Limited: mit-2 ta' Jannar 2002 sat-12 ta' Mejju 2004; Shell Petroleum N.V.: mill-1 ta' Lulju 2002 sat-12 ta' Mejju 2004; ix-Shell Transport and Trading Company Limited: mit-2 ta' Jannar 2002 sat-12 ta' Mejju 2004;

d)

RWE-Dea AG: mit-30 ta' Ottubru 1997 sat-30 ta' Ġunju 2002; RWE AG: mit-30 ta' Ottubru 1997 sat-30 ta' Ġunju 2002;

e)

Total France S.A.: mit-30 ta' Ottubru 1997 sat-12 ta' Mejju 2004; Total S.A.: mit-30 ta' Ottubru 1997 sat-12 ta' Mejju 2004.

(28)

B'konformità mal-premessi ta’ hawn fuq, ġew imposti l-multi li ġejjin:

a)

ENI S.p.A.;

EUR 29 120 000;

b)

Esso Société Anonyme Française:

li minnhom in solidum ma'

ExxonMobil Petroleum & Chemical, B.V.B.A. u Exxon Mobil Corporation: EUR 34 670 400, li minnhom EUR 27 081 600in solidum ma' Esso Deutschland GmbH;

EUR 83 588 400,

c)

Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG:

EUR 12 000 000;

d)

Hansen & Rosenthal KG in solidum ma' H&R Wax Company Vertrieb GmbH:

li minnhom in solidum ma'

H&R ChemPharm GmbH: EUR 22 000 000;

EUR 24 000 000,

e)

MOL Nyrt.;

EUR 23 700 000;

f)

Repsol YPF Lubricantes y Especialidades S.A. in solidum ma' Repsol Petróleo S.A. and Repsol YPF S.A.:

EUR 19 800 000;

g)

Sasol Wax GmbH:

li minnhom in solidum ma'

Sasol Wax International AG, Sasol Holding in Germany GmbH kif ukoll Sasol Limited, EUR 250 700 000;

EUR 318 200 000,

h)

Shell Deutschland Oil GmbH, Shell Deutschland Schmierstoffe GmbH, Deutsche Shell GmbH, Shell International Petroleum Company Limited, ix-Shell Petroleum Company Limited, Shell Petroleum N.V. u x-Shell Transport and Trading Company Limited:

EUR 0;

i)

RWE-Dea AG in solidum ma' RWE AG:

EUR 37 440 000;

j)

Total France S.A. in solidum ma' Total S.A.:

EUR 128 163 000.

(29)

L-impriżi elenkati fl-inċiżi (26)-(27) ġew ordnati biex immedjatament iwaqqfu l-ksur imsemmi fil-premessa (2), sakemm ma jkunux għamlu dan diġà u biex ma jirrepetux kwalunkwe att jew imġiba deskritti fil-premessa (2), u kwalunkwe att jew imġiba li jkollhom għan jew effett simili jew identiku.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/22


Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 295/14

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 223/09

Stat Membru

L-Italja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Friuli-Venezia Giulia

Mħallta

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia — Direzione centrale attività produttive

Servizio sostegno e promozione comparto produttivo artigiano

Via Carducci 6

34133 Trieste TS

ITALIA

diana.prandi@regione.fvg.it

http://www.regione.fvg.it

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Finanziamenti agevolati alle imprese artigiane a sostegno degli investimenti aziendali

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti))

DPReg 343 del 18.12.2008 (Modifiche al DPReg n. 272 del 12.8.2005), pubblicato sul Bollettino ufficiale della Regione n. 53 del 31.12.2008 — oggetto della presente comunicazione;

DPReg 272 del 12.8.2005 (Testo unico delle disposizioni regolamentari in materia di incentivi a favore del settore artigiano), pubblicato sul Bollettino ufficiale della Regione n. 36 del 7.9.2005.

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Modifikazzjoni XS 235/07

Tul

1.1.2009-31.12.2013

Settur(i) ekonomiku(ċi) konċernat(i)

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 4,00 (f′miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjiegi (Art. 13) Skema

15 %

20 %

Għajnuna għall-investiment u impjiegi għall-SMEs (Art. 15)

20 %

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://lexview-int.regione.fvg.it/FontiNormative/Regolamenti/D_P_REG_0272-2005.pdf

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 224/09

Stat Membru

Il-Polonja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Poland

Artikolu 87(3)(a)

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Agencja Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa

Al. Jana Pawła II 70

00-175 Warszawa

POLSKA/POLAND

http://www.arimr.gov.pl

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Dopłaty do oprocentowania kredytów na inwestycje w przetwórstwie produktów rolnych

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti))

Rozporządzenie Rady Ministrów z dnia 22 stycznia 2009 r. w sprawie realizacji niektórych zadań Agencji Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa (Dz.U. nr 22, poz. 121)

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

1.3.2009-31.12.2013

Settur(i) ekonomiku(ċi) konċernat(i)

Manifattura ta' prodotti tal-ikel

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

PLN 50,00 (f′miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Sussidju fuq l-imgħax

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Għajnuna għall-investiment u impjiegi għall-SMEs (Art. 15)

50 %

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://dokumenty.rcl.gov.pl/D2009022012101.pdf

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 225/09

Stat Membru

L-Awstrija

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Tirol

Artikolu 87(3)(c)

Mħallta

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Amt der Tiroler Landesregierung, Abt. Wirtschaft und Arbeit

Heiliggeiststraße 7—9

6020 Innsbruck

ÖSTERREICH

http://portal.tirol.gv.at/TirolGvAt/dienststelleDetails.do?cmd=detailsCommit&fachbereichsid=0&orgeseq=300067&cid=1

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Impulspaket Tirol

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti))

Richtlinie zum Impulspaket Rahmenrichtlinie für die Wirtschaftsförderung des Landes Tirol

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Modifikazzjoni XS 115/07

Modifikazzjoni XR 68/07

Tul

9.2.2009-30.6.2014

Settur(i) ekonomiku(ċi) konċernat(i)

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Impriża kbira

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 10,00 (f′miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjiegi (Art. 13) Skema

10 %

Għajnuna għall-investiment u impjiegi għall-SMEs (Art. 15)

10 %

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://www.tirol.gv.at/themen/wirtschaft-und-tourismus/wirtschaftsfoerderung/wirtschaftsfoerderungsprogramm/impulspaket/

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 226/09

Stat Membru

L-Awstrija

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Tirol

Mħallta

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Amt der Tiroler Lnadesregierung, Abt. Wirtschaft und Arbeit

Heiliggeiststraße 7—9

6020 Innsbruck

ÖSTERREICH

http://portal.tirol.gv.at/TirolGvAt/dienststelleDetails.do?cmd=detailsCommit&fachbereichsid=0&orgeseq=300067&cid=1

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Verbesserung von Infrastrukturangeboten in Klein- und Kleinstschigebieten

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti))

Richtlinie zum Schwerpunkt „Verbesserung von Infrastrukturangeboten in Klein- und Kleinstschigebieten” Basisrichtlinie für die Infrastrukturförderung des Landes Tirol

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

9.2.2009-30.6.2014

Settur(i) ekonomiku(ċi) konċernat(i)

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 10,00 (f′miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja diretta

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Għajnuna għall-investiment u impjiegi għall-SMEs (Art. 15)

20 %

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://www.tirol.gv.at/themen/wirtschaft-und-tourismus/wirtschaftsfoerderung/infrastrukturfoerderung/infrastrukturangebote/

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 867/09

Stat Membru

L-Olanda

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Oqsma mhux assistiti

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Prins Clauslaan 8

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

http://www.minlnv.nl

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Regeling LNV-subsidies (omschrijving steun: Samenwerking bij innovatie (industrieel onderzoek))

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti))

Regeling LNV-subsidies: artikel 1:2, artikel 1:3, artikel 2:1, artikel 2:32;

Openstellingsbesluit LNV-subsidies

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

1.11.2009-31.12.2013

Settur(i) ekonomiku(ċi) konċernat(i)

Agrikoltura, forestrija u sajd, Manifattura ta' prodotti tal-ikel

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 1,68 (f′miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

65 %

80 %

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://wetten.overheid.nl/zoeken_op/regeling_type_wetten+AMVB+ministeries/titel_bevat_Regeling%2BLNV-subsidies/datum_29-10-2009

http://wetten.overheid.nl/zoeken_op/regeling_type_wetten+AMVB+ministeries/titel_bevat_Openstellingsbesluit%2BLNV-subsidies/datum_29-10-2009


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/27


Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 295/15

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 239/09

Stat Membru

Spanja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Galicia

Artikolu 87(3)(a)

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Instituto Gallego de Promoción Económica (Igape)

Complejo Administrativo de San Lázaro, s/n

15703 Santiago de Compostela (A Coruña)

ESPAÑA

Tel. +34 902300903 / 981541147

Fax +34 981558844

http://www.igape.es/index.php?lang=es

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

IG155: Proxectos de asistencia técnica para la participación en licitaciones públicas internacionales.

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Resolución de 23 de enero de 2009 (DOG no 19, de 28 de enero), por la que se modifican las bases reguladoras de las ayudas a la internacionalización de las empresas gallegas, adaptándolas al Reglamento (CE) no 800/2008, del 6 de agosto, general de exención por categorías.

Resolución de 9 de mayo de 2008 (DOG no 92, del 14 de mayo), por la que se da publicidad a las bases reguladoras de las ayudas del Igape a la internacionalización de las empresas gallegas y se procede a su convocatoria.

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Modifikazzjoni XS 123/08

Tul

15.5.2008-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 0,05 (f'miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Għajnuna għal konsulenza favur l- SMEs (Art. 26)

50 %

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://www.xunta.es/Doc/Dog2009.nsf/FichaContenido/422E?OpenDocument

http://www.xunta.es/Doc/Dog2008.nsf/FichaContenido/1FA26?OpenDocument

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 240/09

Stat Membru

Spanja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Murcia

Artikolu 87(3)(a)

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Instituto de Fomento de la Región de Murcia

Avenida de la Fama, 3

30003 Murcia

ESPAÑA

http://www.ifrm-murcia.es

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Programa de Investigación y Desarrollo Tecnológico

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Orden de 27 de enero de 2009 de la Consejería de Universidades, Empresa e Investigación, por la que se aprueban las bases reguladoras y la convocatoria para 2009 de las ayudas del Instituto de Fomento de la Región de Murcia, publicada en el Boletín Oficial de la Región de Murcia BORM no 25, de fecha 31 de enero de 2009 (Anexo 1)

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Modifikazzjoni XS 108/07

Tul

1.2.2009-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 6,00 (f'miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

2007ES161PO001

Programa Operativo Integrado de la Región de Murcia FEDER 2007-2013, aprobado por Decisión de la Comisión de 28 de noviembre de 2007 — 4,80 EUR (en millones)

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

50 %

20 %

Żvilupp sperimentali (Art. 31(2)(c))

25 %

20 %

Għajnuna għal spejjeż ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali għall-SMEs (Art. 33)

70 %

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://www.institutofomentomurcia.es/InfoDirectoV3/pdf/Convocatoria_Programas_de_Ayudas_INFO_2009.pdf

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 241/09

Stat Membru

Spanja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Murcia

Artikolu 87(3)(a)

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Instituto de Fomento de la Región de Murcia

Avenida de la Fama, 3

30003 Murcia

ESPAÑA

http://www.ifrm-murcia.es

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Programa de implantación de la innovación

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Orden de 27 de enero de 2009 de la Consejería de Universidades, Empresa e Investigación, por la que se aprueba las bases reguladoras y la convocatoria para 2009 de las ayudas del Instituto de Fomento de la Región de Murcia, publicada en el Boletín Oficial de la Región de Murcia BORM no 25 de fecha 31 de enero de 2009 (Anexo 2)

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Modifikazzjoni XR 66/07

Tul

1.2.2009-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 1,00 (f'miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

2007ES161PO001

Programa Operativo Integrado de la Región de Murcia FEDER 2007-2013, aprobado por Decisión de la Comisión de 28 de noviembre de 2007 — 0,80 EUR (en millones)

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjiegi (Art. 13) Skema

30 %

20 %

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://www.institutofomentomurcia.es/InfoDirectoV3/pdf/Convocatoria_Programas_de_Ayudas_INFO_2009.pdf

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 242/09

Stat Membru

Spanja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

ES

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Cataluna

Oqsma mhux assistiti

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Centro de Innovación y Desarrollo Empresarial (CIDEM)

Passeig de Gràcia, 129

08008 Barcelona

ESPAÑA

http://www.acc10.cat

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Línea de préstamos para proyectos colaborativos de R+D

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Resolución IUE/3830/2008, de 17 de noviembre, por la que se aprueban las bases reguladoras y se abre la convocatoria de las líneas de préstamos para proyectos de investigación industrial y desarrollo experimental (R+D). DOGC núm. 5284 de 23.12.2008 (Anexo 1 y apartado 2 del anexo 2)

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Tul

31.12.2008-31.12.2009

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Impriża kbira

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 10,00 (f'miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Self b'imgħax favorevoli, Sussidju fuq l-imgħax

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

65 %

20 %

Żvilupp sperimentali (Art. 31(2)(c))

40 %

20 %

Għajnuna għal spejjeż ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali għall-SMEs (Art. 33)

80 %

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://www.gencat.net/eadop/imagenes/5284/08310120.pdf

http://www.acc10.cat/docs/prestamos.doc

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

X 244/09

Stat Membru

Spanja

Numru ta' riferenza tal-Istat Membru

Isem tar-Reġjun (NUTS)

Murcia

Artikolu 87(3)(a)

L-awtorità li tagħmel l-għotja

Instituto de Fomento de la Región de Murcia

Avenida de la Fama, 3

30003 Murcia

ESPAÑA

http://www.ifrm-murcia.es

Titolu tal-miżura tal-għajnuna

Programa de apoyo a inversiones tecnológicamente avanzadas en sectores estratégicos, al amparo del Plan de Dinamización

Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti)

Orden de 27 de enero de 2009 de la Consejería de Universidades, Empresa e Investigación, por la que se aprueba las bases reguladoras y la convocatoria del Programa de apoyo a inversiones tecnológicamente avanzadas en sectores estratégicos al amparo del Plan de Dinamización, publicada en el Boletín Oficial de la Región de Murcia BORM no 25 de fecha 31 de enero de 2009 (Anexo 1)

Tip ta' miżura

Skema

Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ

Modifikazzjoni XR 47/08

Tul

1.2.2009-31.12.2013

Settur(i) ekonomiċi konċernati

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Tip ta' benefiċarju

SME

Impriża kbira

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

EUR 30,00 (f'miljuni)

Għal garanziji

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji

2007ES161PO001

Programa Operativo Integrado de la Región de Murcia FEDER 2007-2013, aprobado por Decisión de la Comisión de 28 de noviembre de 2007 — 24,00 EUR (en millones)

Għanijiet

Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali

Bonuses lill-SME f’ %

Għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjiegi (Art. 13) Skema

30 %

20 %

Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://www.institutofomentomurcia.es/InfoDirectoV3/pdf/Convocatoria_Programas_Estrategicos_2009.pdf