ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
27 ta' Settembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 247/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 236, 13.9.2008

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 247/02

Kawża C-206/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Thüringer Oberlandesgerichts (Il-Ġermanja) fid-19 ta' Mejju 2008 — Wasser- und Abwasserzweckverband Gotha und Landkreisgemeinden (WAZV Gotha) vs Eurawasser Aufbereitungs- und Entsorgungsgesellschaft mbH

2

2008/C 247/03

Kawża C-243/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budaörsi Városi Bíróság (l-Ungerija) fit-2 ta' Ġunju 2008 — Pannon GSM Zrt. vs Sustikné Győrfi Erzsébet

2

2008/C 247/04

Kawża C-260/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fit-18 ta' Ġunju 2008 — HEKO Industrieerzeugnisse GmbH vs Bundesfinanzdirektion West

3

2008/C 247/05

Kawża C-264/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België fid-19 ta' Ġunju 2008 — Belgische Staat vs Direct Parcel Distribution Belgium NV

3

2008/C 247/06

Kawża C-267/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzenat (L-Awstrija) fl-20 ta' Ġunju 2008 — SPÖ Landesorganisation Kärnten vs Finanzamt Klagenfurt

4

2008/C 247/07

Kawża C-294/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

5

2008/C 247/08

Kawża C-302/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (Il-Ġermanja) fit-8 ta' Lulju 2008 — Zino Davidoff S.A. vs Bundesfinanzdirektion Südost

6

2008/C 247/09

Kawża C-303/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fit-8 ta' Lulju 2008 — Metin Bozkurt vs Land Baden-Württemberg

6

2008/C 247/10

Kawża C-304/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta' Lulju 2008 — Zentrale zur Bekämpfung des unlauteren Wettbewerbs e.V. vs Plus Warenhandelsgesellschaft mbH

6

2008/C 247/11

Kawża C-305/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fl-4 ta' Lulju 2008 — CoNISMa (Consorzio Nazionale Interuniversitario per le Scienze del Mare) vs Regione Marche

7

2008/C 247/12

Kawża C-309/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

7

2008/C 247/13

Kawża C-310/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (Ingilterra u Wales) fl-11 ta' Lulju 2008 — London Borough of Harrow vs Nimco Hassan Ibrahim u Secretary of State for the Home Department

8

2008/C 247/14

Kawża C-314/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Wojewódzki Sąd Administracyjny w Poznaniu (Il-Polonja) fit-30 ta' Mejju 2008 — Krzysztof Filipiak vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

8

2008/C 247/15

Kawża C-325/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fis-17 ta' Lulju 2008 — Société Olympique lyonnais vs Olivier Bernard, Société Newcastle UFC

9

2008/C 247/16

Kawża C-350/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Litwanja

9

2008/C 247/17

Kawża C-356/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

10

2008/C 247/18

Kawża C-357/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

10

2008/C 247/19

Kawża C-368/08: Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

11

2008/C 247/20

Kawża C-315/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Klagenfurt — L-Awstrija) — A-Punkt Schmuckhandels GmbH vs Claudia Schmidt

11

2008/C 247/21

Kawża C-476/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin — Il-Ġermanja) — M.C.O. Congres vs Suxess GmbH

11

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2008/C 247/22

Kawża T-475/07 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Ġunju 2008 — Dow AgroSciences et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Direttiva 91/44/KEE — Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni — Ammissibbiltà — Nuqqas ta' urġenza)

12

2008/C 247/23

Kawża T-195/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Lulju 2008 — Antwerpse Bouwwerken vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti — Ċaħda ta' offerta — Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Telf ta' opportunità — Nuqqas ta' dannu serju u irreparabbli — Nuqqas ta' urġenza)

12

2008/C 247/24

Kawża T-202/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Lulju 2008 — CCL Centres de langues vs Il-Kummissjoni (Talba għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura Komunitarja għal sejħa ta' offerti — Ċaħda ta' applikazzjoni għal parteċipazzjoni — Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta' fumus boni juris — Telf ta' opportunità — Nuqqas ta' dannu serju u irrimedjabbli — Nuqqas ta' urġenza)

12

2008/C 247/25

Kawża T-266/08 P: Appell ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2008 minn Petrus Kerstens mis-sentenza mogħtija fit-8 ta' Mejju 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-119/06, Kerstens vs Il-Kummissjoni

13

2008/C 247/26

Kawża T-267/08: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2008 — Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummssjoni

13

2008/C 247/27

Kawża T-268/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2008 — Land Burgenland vs Il-Kummissjoni

14

2008/C 247/28

Kawża T-270/08: Rikors ippreżentat fit-8 ta' Lulju 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

15

2008/C 247/29

Kawża T-279/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2008 — Communauté d'Agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni

15

2008/C 247/30

Kawża T-281/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

16

2008/C 247/31

Kawża T-282/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2008 — Grazer Wechselseitige Versicherung vs Il-Kummissjoni

16

2008/C 247/32

Kawża T-285/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2008 — Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index)

17

2008/C 247/33

Kawża T-286/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2008 — Fidelio vs UASI (Hallux)

17

2008/C 247/34

Kawża T-287/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2008 — Cadila Healthcare vs UASI — Laboratorios Inibsa (ZYDUS)

17

2008/C 247/35

Kawża T-288/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2008 — Cadila Healthcare vs UASI — Novartis (ZYDUS)

18

2008/C 247/36

Kawża T-289/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 — Deutsche BKK vs UASI (Deutsche BKK)

18

2008/C 247/37

Kawża T-295/08: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2008 — CPS Color Group vs UASI — Fema Farben und Putze (TEMACOLOR)

19

2008/C 247/38

Kawża T-296/08: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Lulju 2008 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

19

2008/C 247/39

Kawża T-297/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 — Mepos Electronics vs UASI (MEPOS)

20

2008/C 247/40

Kawża T-298/08: Rikors ippreżentat fil-31 ta' Lulju 2008 — Aldi vs UASI — Catalana de Telecomunicacions Societat Operadora de Xarxes (ALDI)

20

2008/C 247/41

Kawża T-300/08: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awissu 2008 — Hoo Hing vs UASI — Tresplain Investments (Golden Elephant Brand)

21

2008/C 247/42

Kawża T-301/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2008 — Laura Ashley vs UASI — Tiziana Bucci (LAURA ASHLEY)

21

2008/C 247/43

Kawża T-306/08 P: Appell ippreżentat fl-1 ta' Awissu 2008 minn Kurt-Wolfgang u Braun-Neumann mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-23 ta' Mejju 2008, fil-kawża F-79/07, Braun-Neumann vs Il-Parlament

22

2008/C 247/44

Kawża T-310/08: Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awwissu 2008 — BSH Bosch u Siemens Hausgeräte vs UASI (executive edition)

22

2008/C 247/45

Kawża T-332/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Awwissu 2008 — Melli Bank vs Il-Kunsill

23

2008/C 247/46

Kawża T-254/00 R: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 2008 — Hôtel Cipriani vs Il-Kummissjoni

23

2008/C 247/47

Kawża T-102/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Lulju 2008 — Cornwell vs Il-Kummissjoni

23

2008/C 247/48

Kawża T-172/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 — Expasa vs UASI — Gallardo Blanco (H)

24

2008/C 247/49

Kawża T-480/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — SIMSA vs Il-Kummissjoni

24

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2008/C 247/50

Kawża F-62/08: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2008 — Sevenier vs Il-Kummissjoni

25

2008/C 247/51

Kawża F-63/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Christoph et vs Il-Kummissjoni

25

2008/C 247/52

Kawża F-64/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 — Nart Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

25

2008/C 247/53

Kawża F-66/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2008 — De Smedt et vs Il-Parlament

26

2008/C 247/54

Kawża F-70/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2008 — Ziliene vs Il-Parlament

26

 

2008/C 247/55

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/1


(2008/C 247/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 236, 13.9.2008

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 223, 30.8.2008

ĠU C 209, 15.8.2008

ĠU C 197, 2.8.2008

ĠU C 183, 19.7.2008

ĠU C 171, 5.7.2008

ĠU C 158, 21.6.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Thüringer Oberlandesgerichts (Il-Ġermanja) fid-19 ta' Mejju 2008 — Wasser- und Abwasserzweckverband Gotha und Landkreisgemeinden (WAZV Gotha) vs Eurawasser Aufbereitungs- und Entsorgungsgesellschaft mbH

(Kawża C-206/08)

(2008/C 247/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Thüringer Oberlandesgerichts.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wasser- und Abwasserzweckverband Gotha und Landkreisgemeinden (WAZV Gotha).

Konvenuta: Eurawasser Aufbereitungs- und Entsorgungsgesellschaft mbH.

Domandi preliminari

1)

Kuntratt għall-provvista ta' servizzi (hawnhekk, il-provvista ta' l-ilma u t-trattament ta' l-ilma mormi), li l-kuntenut tiegħu ma jiddisponix li l-awtorità kontraenti tagħmel ħlas ta' korrispettiv dirett lill-fornitur tas-servizz iżda li jiddisponi li l-fornitur ikollu d-dritt jiġbor ħlas ta' korrispettiv taħt id-dritt privat minn partijiet terzi, għandu jiġi kklassifikat għal din ir-raġuni biss bħala konċessjoni ta' servizz fis-sens ta' l-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, li huwa distint minn kuntratt b'titolu oneruż li jirrigwarda servizzi skond l-Artikolu 1(2)(a) u (d) tad-Direttiva 2004/17?

2)

Jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, kuntratt tat-tip deskritt fl-ewwel domanda jikkostitwixxi konċessjoni ta' servizz jekk ir-riskju marbut ma' l-operat tas-servizz in kwistjoni, minħabba r-regoli ta' dritt pubbliku li jirregolawh (konnessjoni u użu obbligatorji; prezzijiet ikkalkulati fuq bażi ta' livell ta' vijabbiltà), ikun limitat b'mod sinjifikattiv mill-bidu nett — jiġifieri, anki jekk l-awtorità kontraenti kellha tipprovdi s-servizz hija nnfisha — iżda l-fornitur jieħu r-riskju limitat kollu jew mill-inqas sa punt predominanti?

3)

Jekk it-tielet domanda wkoll tingħatalha risposta negattiva, l-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2004/17 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-grad ta' riskju konness ma' l-operat tas-servizz, b'mod partikolari r-riskju tal-kummerċjalizzazzjoni, għandu f'temini kwalitattivi jkun jista' jitqabbel ma' dak li normalment jeżisti taħt kundizzjonijiet ta' suq ħieles ma' iktar minn offerent wieħed?


(1)  ĠU L 134, p. 1.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budaörsi Városi Bíróság (l-Ungerija) fit-2 ta' Ġunju 2008 — Pannon GSM Zrt. vs Sustikné Győrfi Erzsébet

(Kawża C-243/08)

(2008/C 247/03)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budaörsi Városi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pannon GSM Zrt.

Konvenuta: Sustikné Győrfi Erzsébet

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (1), li jgħid li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f'kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-konsumatur mhuwiex marbut minn klawżola inġusta inkluża minn bejjiegħ jew fornitur ma jirriżultax espliċitament mil-liġi, iżda huwa impliċitu li l-konsumatur għandu jikkontesta b'suċċess l-imsemmija klawżola inġusta billi jippreżenta talba f'dan ir-rigward?

2)

Il-protezzjoni li d-Direttiva 93/13/KEE tagħti lill-konsumaturi tirrikjedi li l-qorti nazzjonali tagħti deċiżjoni ex officio, anki fin-nuqqas ta' deċiżjoni f'dan ir-rigward, jiġifieri mingħajr ma n-natura inġusta tal-klawżola ma tkun ġiet invokata — u tkun liema tkun in-natura, kontenzjuża jew bonarja, tal-proċedura -, fil-konfront tan-natura inġusta ta' klawżola kuntrattwali li titressaq quddiemha, u li hija teżamina ex officio, fil-kuntest tal-verifika tal-ġurisdizzjoni territorjali tagħha stess, il-klawżola inkluża mill-bejjiegħ jew fornitur?

3)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għat-tieni domanda, liema huma l-elementi li l-qorti nazzjonali għandha tieħu in kunsiderazzjoni u tevalwa fil-kuntest ta' dan l-eżami?


(1)  ĠU 1993 L 95, p. 29.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fit-18 ta' Ġunju 2008 — HEKO Industrieerzeugnisse GmbH vs Bundesfinanzdirektion West

(Kawża C-260/08)

(2008/C 247/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HEKO Industrieerzeugnisse GmbH

Konvenuta: Bundesfinanzdirektion West

Domanda preliminari

Ix-xogħolijiet jew żviluppi sostanzjali li jattribwixxu l-oriġini mhux preferenzjali ta' merkanzija li taqa' taħt il-pożizzjoni 7312 tan-nomenklatura kkombinata (1) huma biss dawk li għandhom bħala effett li jiksu l-prodott wara x-xogħolijiet jew l-iżvilupp taħt pożizzjoni oħra ta' l-imsemmija nomenklatura?


(1)  ĠU 1992 L 302, p. 1.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België fid-19 ta' Ġunju 2008 — Belgische Staat vs Direct Parcel Distribution Belgium NV

(Kawża C-264/08)

(2008/C 247/05)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Belgische Staat

Konvenuta: Direct Parcel Distribution Belgium NV

Domandi preliminari

1.

Id-dħul fil-kontijiet stabbilit fl-Artikolu 221 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) huwa l-istess dħul fil-kontijiet imsemmi fl-Artikolu 217 ta' l-istess Kodiċi, li jipprovdi li kull ammont għandu jiddaħħal mill-awtoritajiet doganali fil-kotba tal-kontijiet jew f'kull mezz ieħor ekwivalenti?

2.

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fil-pożittiv, x'tifsira għandha tingħata lid-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 217 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità li tgħid li l-ammont għandu “jiddaħħal mill-awtoritajiet doganali fil-kotba tal-kontijiet jew f'kull mezz ieħor ekwivalenti”? Eżiġenzi minimi determinati, ta' natura teknika jew formali, huma inklużi fih, jew l-Artikolu 217 iħalli totalment f'idejn l-Istati Membri l-kompitu li jistabbilixxu regoli dettaljati fir-rigward tal-prattika tad-dħul fil-kontijiet ta' l-ammonti ta' dazju, mingħajr ma jimponi l-ebda ħtieġa minima għalihom? Dan id-dħul fil-kontijiet għandu jkun distint mill-ammont tad-dazji fil-konstatazzjoni tal-kontijiet għar-riżorsi tagħha proprji msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (2), tat-22 ta' Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet?

3.

L-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li l-komunikazzjoni ta' l-ammont tad-dazji skond il-proċeduri li jkunu xierqa m'għandhiex titqies bħala l-komunikazzjoni lid-debitur ta' l-ammont tad-dazji skond l-imsemmi Artikolu 221(1) ħlief jekk l-ammont tad-dazji ttieħed in kunsiderazzjoni qabel ma ġie kkomunikat lid-debitur? Barra minn hekk, x'għandu jinftiehem bil-kliem “skond il-proċeduri li jkunu xierqa” ta' l-Artikolu 221(1)?

4.

Jekk għandha tingħata risposta fil-pożittiv għat-tielet domanda, tista' teżisti preżunzjoni, favur l-Istat, li tgħid li d-dħul fil-kontijiet ta' l-ammont tad-dazji sar qabel il-komunikazzjoni ta' dan l-ammont lid-debitur? Il-qorti nazzjonali tista' tibbaża ruħha fuq preżunzjoni ta' verità relatata mad-dikjarazzjoni ta' l-awtoritajiet doganali li tgħid li l-ammont tad-dazji ttieħed in kunsiderazzjoni qabel il-komunikazzjoni ta' dan l-ammont lid-debitur, jew l-imsemmija awtoritajiet għandhom, b'mod sistematiku, jippreżentaw quddiem il-qorti nazzjonali, il-provi bil-miktub tad-dħul fil-kontijiet ta' l-ammont tad-dazji?

5.

Id-dħul fil-kontijiet ta' l-ammont tad-dazji qabel il-komunikazzjoni ta' dan l-ammont lid-debitur, kif mitlub mill-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jsir taħt piena ta' nullità jew ta' projbizzjoni tad-dritt li jinġabar jew li jiġi rkuprat id-dejn doganali? Fi kliem ieħor, l-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk l-ammont tad-dazji ġie kkomunikat lid-debitur skond proċeduri xierqa mill-awtoritajiet doganali, iżda l-imsemmi ammont tad-dazji, qabel il-komunikazzjoni tiegħu lid-debitur, ma ttieħedx in kunsiderazzjoni mill-awtoritajiet doganali, dan l-istess ammont ma jistax jinġabar iktar, bil-konsegwenza li l-awtoritajiet doganali, sabiex ikunu jistgħu jiġbru l-ammont in kwistjoni, ikollhom jikkomunikaw dan l-ammont skond proċeduri xierqa lid-debitur wara li dan l-ammont ta' dazji jkun ittieħed in kunsiderazzjoni u kemm il-darba dan id-dħul fil-kontijiet isir fit-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit fl-Artikolu 221 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità?

6.

Jekk għandha tingħata risposta fil-pożittiv għall-ħames domanda, x'inhi l-konsegwenza tal-ħlas mid-debitur ta' l-ammont tad-dazji li ġie kkomunikat lilu mingħajr ma jkun iddaħħal fil-kontijiet minn qabel? Dan il-ħlas għandu jitqies bħala ħlas mhux dovut li jista' jirkupra mingħand l-Istat?


(1)  ĠU 1992 L 302, p. 1.

(2)  ĠU 2000 L 130, p. 1.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzenat (L-Awstrija) fl-20 ta' Ġunju 2008 — SPÖ Landesorganisation Kärnten vs Finanzamt Klagenfurt

(Kawża C-267/08)

(2008/C 247/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzenat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SPÖ Landesorganisation Kärnten

Konvenut: Finanzamt Klagenfurt

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju, 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1) (iktar 'il quddiem is-“Sitt Direttiva”) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“pubbliċità esterna”, minn organizzazzjoni reġjonali ta' partit politiku li għandha personalità ġuridika, fil-forma ta' relazzjonijiet pubbliċi, attività ta' informazzjoni, organizzazzjoni ta' manifestazzjonijiet tal-partit, provvista ta' materjal pubbliċitarju lill-organizzazzjonijiet distrettwali kif ukoll l-organizzazzjoni ta' ballu annwali (ballu tas-SPÖ) għandha titqies li hija attività ekonomika, jekk b'dan il-mod ikun hemm dħul ġej (parzjalment) billi l-ispejjeż għall-“pubbliċità esterna” jiġu addebitati lill-organizzazzjonijiet subordinati tal-partit, li jkollhom personalità ġuridika wkoll(organizzazzjonijiet distrettwali, etc.) kif ukoll mill-bejgħ tal-biljetti għall-parteċipazzjoni fil-ballu?

2)

Fl-evalwazzjoni ta' “attività ekonomika” skond l-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva, ikollu konsegwenzi negattivi l-fatt li l-attivitajiet imsemmija fid-domanda (1) “ikunu riflessi” fuq l-organizzazzjoni reġjonali u f'dan is-sens ikunu utli anki għaliha? Hija fin natura ta' l-affarijiet li, fil-kuntest ta' dawn l-attivitajiet, anki l-partit stess bħala tali kif ukoll l-għanijiet tiegħu u l-orientazzjoni politika jiġu kostantement pubbliċizzati, anki jekk mhux b'mod ċentrali, bħala konsegwenza sekondarja inevitabbli?

3)

Din tibqa' “attività ekonomika”, fis-sens iċċitat iktar 'il fuq, meta l-ispejjeż għall-“pubblicità esterna” jaqbżu b'mod permanenti u b'mod kunsiderevoli d-dħul miksub minn attivitajiet bħal dawn li jiġu mill-addebitu ta' l-ispejjeż u mill-organizzazzjoni tal-ballu?

4)

Hemm “attività ekonomika” anki meta l-addebitu ta' l-ispejjeż ma jsirx skond kriterji ekonomiċi immedjatament individwabbli (per eżempju, il-prinċipju ta' l-imputazzjoni ta' l-ispejjeż lil min jikkawżhom jew jibbenefika minnhom) u l-organizzazzjonijiet subordinati essenzjalment jitħallew jiddeċiedu jekk u b'liema mod jipparteċipaw fl-ispejjez ta' l-organizzazzjoni reġjonali?

5)

Hemm “attività economika” anki meta l-addebitu tas-servizzi pubbliċitari lill-organizzazzjonijiet subordinati jseħħ fil-forma ta' kontribuzzjoni, li l-ammont tiegħu jiddependi, minn naħa, minn numru tal-membri ta' l-organizzazzjonijiet subordinati in kwistjoni, u min-naħa l-oħra minn numru tad-deputati eletti minnhom?

6)

Fil-kuntest tal-kwistjoni dwar jekk hemmx attività ekonomika, is-sussidji mill- fondi pubbliċi li ma jaqgħux taħt id-dħul taxxabbli [bħal per eżempju l-finanzjamenti tal-partiti skond il-Kärntner Parteienförderungsgesetz (Liġi fuq l-iffinanzjar tal-partiti tal-Karinzja)] għandhom jitqiesu f'ċertu sens li huma vantaġġi ekonomiċi?

7)

Fil-każ li l-hekk imsejħa “pubbliċità esterna”, meqjusa fiha nnfisha, tkun attività ekonomika fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva, iċ-ċirkustanza li l-attività ta' relazzjonijiet pubbliċi u r-reklamar elettorali huma karatteristika ċentrali ta' l-attività tal-partiti politiċi u huma kundizzjoni sine qua non għall-implementazzjoni ta' għanijiet politiċi u programmi tipprekludi attività bħal din milli tiġi kklasifikata bħala “attività ekonomika”?

8)

L-attivitajiet ipprovduti mir-rikorrenti, iddefiniti bħala “pubbliċità esterna”, huma tat-tip li jitqabblu ma' l-attività mwettqa minn uffiċċji kummerċjali pubbliċitarji fis-sens ta' l-Anness D (Numru 10) tas-Sitt Direttiva jew il-kontenut tagħhom jikkorrispondi magħhom? Fil-każ fejn din id-domanda tingħata risposta fl-affermattiv, fid-dawl ta' l-istruttura tad-dħul u ta' l-infiq fil-perijodu li jirrigwarda l-kawża preżenti, il-firxa ta' l-attività mwettqa tista' tiġi kklassifikata bħala “mhux insinjifikanti”?


(1)  ĠU L 145, p. 1.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/5


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-294/08)

(2008/C 247/07)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u M. Šimerdová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tikkonstata li

billi rrikjediet, fir-reġistrazzjoni ta' vettura importata, li għaliha l-approvazzjoni teknika skond it-tip ta' vettura ġiet stabbilita fi Stat Membru ieħor, li l-vettura tissodisfa, fid-data ta' l-approvazzjoni teknika, ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli f'din l-istess data fir-Repubblika Ċeka u

billi rrikjediet, fil-każ ta' l-inosservanza ta' dawn il-kundizzjonijiet, test tal-vettura, li fil-kuntest tiegħu hija tivverifika l-konformità tal-vettura mal-ħtiġijiet tekniċi applikabbli għall-kategorija tal-vettura kkonċernata fir-Repubblika Ċeka fid-data tal-manifattura tal-vettura,

ir-Repubblika Ċeka naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 28 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi individwali wżati importati fir-Repubblika Ċeka minn Stati Membri oħra fejn kienu ġew irreġistrati huma rregolati fid-dritt Ċek mil-Liġi Nru 56/2001 Sb (1). L-Artikolu 35(1) u (2) tal-Liġi Nru 56/2001 Sb. jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom tista' tiġi rreġistrata fir-Repubblika Ċeka vettura wżata importata individwalment, li għaliha l-approvazzjoni teknika skond it-tip ta' vettura ġiet stabbilita fi Stat Membru ieħor.

L-awtoritajiet Ċeki jirrikonoxxu l-konformità mal-leġiżlazzjoni Ċeka ta' tali vettura jekk il-vettura, is-sistemi tagħha, il-komponenti tagħha jew il-partijiet tekniċi distinti tagħha jissodisfaw, fid-data ta' l-approvazzjoni teknika skond it-tip ta' vettura fi Stat Membru ieħor ta' l-UE, il-kundizzjonijiet tekniċi fis-seħħ fir-Repubblika Ċeka fl-istess data u stabbiliti f'dispożizzjoni applikabbli (Artikolu 35(1) tal-Liġi Nru 56/2001 Sb.).

Fis-sitwazzjoni fejn il-vettura, is-sistemi tagħha, il-komponenti tagħha jew il-partijiet tekniċi distinti tagħha ma jkunux issodisfaw, fid-data ta' l-approvazzjoni teknika skond it-tip ta' vettura fi Stat Membru ieħor ta' l-UE, il-kundizzjonijiet tekniċi fis-seħħ fir-Repubblika Ċeka fl-istess data u stabbiliti f'dispożizzjoni applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni teknika fuq il-bażi tar-rapport tekniku stabbilit minn ċentru ta' kontroll tekniku. Dan l-aħħar għandu jistabbilixxi rapport tekniku jekk il-vettura tissodisfa l-kundizzjonijiet tekniċi fis-seħħ fir-Repubblika Ċeka għall-kategorija ta' vettura partikolari fid-data tal-manifattura tal-vettura (Artikolu 35(2) tal-Liġi Nru 56/2001 Sb.).

Konsegwentement, jirriżulta mid-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 35(1) u (2), tal-Liġi Nru 56/2001 li l-approvazzjoni teknika tal-vetturi wżati kollha li għalihom Stat Membru ieħor diġà stabbilixxa ċertifikat ta' konformità mal-leġiżlazzjoni teknika skond it-tip ta' vettura, hija dejjem suġġetta għal kontroll ġdid taħt id-dritt Ċek. Fl-opinjoni tar-Repubblika Ċeka, dan l-approċċ jmur kontra l-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija, li skond dan il-merkanzija li titqiegħed fis-suq b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru għandha tiġi aċċettata fis-suq ta' l-Istati Membri l-oħra kollha. Il-leġiżlazzjoni Ċeka bl-ebda mod ma tikkunsidra r-riżultat tal-kontrolli tekniċi magħmula fuq l-istess vettura fi Stat Membru ieħor, u għalhekk tmur kontra l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE.

Kif jirriżulta mill-elementi msemmija iktar 'il fuq, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li l-leġiżlazzjoni Ċeka hija miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva u tmur kontra l-Artikolu 28 tat-Trattat KE. Din il-miżura ma twassalx sabiex tipproteġi s-saħħa u tal-ħajja tal-persuni, jew ta' l-ambjent u lanqas ma tikseb is-sigurtà fit-toroq, u b'hekk mhix ġustifikata fir-rigward ta' l-Artikolu 30 tat-Trattat KE jew tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  Liġi Nru 56/2001 Sb., dwar il-kundizzjonijiet tal-moviment tal-vetturi fit-toroq u li temenda l-Liġi Nru 168/1999 Sb., dwar l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà għad-dannu kkawżat mis-sewqan ta' vettura u dwar emendi f'diversi liġijiet relatati (liġi dwar l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà għas-sewqan ta' vettura), kif emendata mil-Liġi Nru 307/1999 Sb.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (Il-Ġermanja) fit-8 ta' Lulju 2008 — Zino Davidoff S.A. vs Bundesfinanzdirektion Südost

(Kawża C-302/08)

(2008/C 247/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zino Davidoff S.A.

Konvenuta: Bundesfinanzdirektion Südost

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (1), għandu jiġi interpretat fid-dawl ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll ta' Madrid, fis-sens li, minkejja l-użu tal-kunċett ta' “trade mark Komunitarja”, dan jinkludi wkoll ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali ta' trade marks skond l-Artikolu 146 et seq tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003 tas-27 ta' Ottubru 2003?


(1)  ĠU 2003 L 196, p. 7.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/6


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fit-8 ta' Lulju 2008 — Metin Bozkurt vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-303/08)

(2008/C 247/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Metin Bozkurt

Konvenuta: Land Baden-Württemberg

Parti l-oħra fil-kawża: Ir-rappreżentant ta' l-interessi tal-Federazzjoni tal-Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

1)

Id-dritt ta' xogħol u ta' residenza miksub, bħala membru tal-familja, mill-konjuġi ta' ħaddiem Torka li huwa legalment irreġistrat fis-suq tax-xogħol ta' Stat Membru, skond it-tieni inċiż ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KEE-It-Turkija (ARB 1/80), jibqa' fis-seħħ anke wara li jiġi xolt iż-żwieġ?

Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda:

2)

Il-fatt li ċittadin Tork jinvoka, permezz ta' l-ex mara tiegħu, dritt ta' residenza bbażat fuq it-tieni inċiż ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KEE-It-Turkija (ARB 1/80), meta l-imsemmi ċittadin Tork ikun stupra u weġġa' lil mara tiegħu wara li kiseb dan l-istatus u ġie kkundannat għal sentejn priġunerija għal dan ir-reat, jikkostitwixxi abbuż ta' dritt?


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta' Lulju 2008 — Zentrale zur Bekämpfung des unlauteren Wettbewerbs e.V. vs Plus Warenhandelsgesellschaft mbH

(Kawża C-304/08)

(2008/C 247/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung des unlauteren Wettbewerbs e.V.

Konvenuta: Plus Warenhandelsgesellschaft mbH

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2005/29/KE dwar il-prattiċi kummerċjali żleali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha prattika kummerċjali li tagħhmel il-parteċipazzjoni ta' konsumaturi għal kompetizzjoni jew logħob bi premju suġġetta għax-xiri ta' prodott jew ta' servizz hija bħala prinċipju illeċita, indipendentement minn jekk l-inizjattiva ta' reklamar taffettwax, fil-każ partikolari, l-interessi tal-konsumaturi?


(1)  ĠU 2005 L 149, p. 22.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fl-4 ta' Lulju 2008 — CoNISMa (Consorzio Nazionale Interuniversitario per le Scienze del Mare) vs Regione Marche

(Kawża C-305/08)

(2008/C 247/11)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CoNISMa (Consorzio Nazionale Interuniversitario per le Scienze del Mare)

Konvenut: Regione Marche

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi kif indikati fil-punt 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu l-parteċipazzjoni minn konsorzju kkostitwit esklużivament minn universitajiet Taljani u amministrazzjonijiet ta' l-Istat, fil-forom indikati fil-punt 8, fi proċedura ta' għoti ta' kuntratti għal servizzi bħal dak ta' ksib ta' tagħrif ġeofiżiku u ta' ġbir ta' kampjuni mill-baħar?

2)

Id-dispożizzjonijiet tas-sistema legali Taljana msemmijin fl-Artikolu 3(22) u (19) u fl-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi stabbilit permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 — li jipprovdu, rispettivament, “it-terminu ‘operatur ekonomiku’ jinkludi l-imprenditur, il-fornitur u dak li jipprovdi servizzi jew grupp jew konsorzju ta' dawn” u “it-termini ‘imprenditur’, ‘fornitur’ u ‘dak li jipprovdi servizzi’ jirreferu għal persuna fiżika, jew persuna ġuridika, jew entità mingħajr personalità ġuridika, fosthom il-grupp Ewropew ta' interess ekonomiku (GEIE) imwaqqaf skond id-Digriet Leġiżlattiv Nru 240 tat-23 ta' Lulju 1991, li ‘joffri fis-suq’, rispettivament, it-twettiq ta' xogħol jew xogħlijiet, il-provvista ta' prodotti, il-provvista ta' servizzi” — imorru kontra d-Direttiva Nru 2004/18/KE, jekk jiġu interpretati fis-sens li jillimitaw il-parteċipazzjoni għal proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi għal dawk li jipprovdu tali attivitajiet b'mod professjonali bl-esklużjoni ta' entitajiet li għandhom bħala għan prinċipali mhux il-profitt, iżda għanijiet bħar-riċerka?


(1)  ĠU L 134, p. 114.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/7


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-309/08)

(2008/C 247/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Nijenhuis u K. Mojzesowicz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma żguratx implementazzjoni adegwata fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (1), u b'mod partikolari ta' l-Artikolu 3(2) u (3) dwar ir-rekwiżiti li awtoritajiet nazzjonali regolatorji jkunu indipendenti u li huma jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Polonja naqset milli tiżgura separazzjoni effettiva ta' funzjonijiet regolatorji minn attivitajiet relatati ma' l-eżerċizzju ta' drittijiet tal-proprjetà jew ta' kontroll.

L-Istat Polakk għandu ishma estensivi f'numru ta' impriżi ta' telekomunikazzjonijiet. Fl-istess ħin, l-awtorità regolatorja nazzjonali fil-Polonja hija nominata mill-Prim'Ministru, li huwa intitolat li jirrevokaha f'kull ħin mingħajr ma jipprovdi raġunijiet u li fuqu jiddependu pjenament il-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru ta' l-Infrastruttura.

In-nuqqas ta' dispożizzjonijiet li jiddefinixxu t-tul taż-żmien tal-mandat ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja u n-nuqqas ta' lista eżawrjenti ta' kundizzjonijiet li jippermettu r-revoka tagħha jirriżulta fil-fatt li hija dipendenti b'mod sostanzjali fuq il-Prim'Ministru u tonqos milli tiggarantixxi li l-operaturi tas-suq li fih l-Istat jikkontrolla xi ishma jkunu trattati bl-istess mod bħal operaturi oħra.


(1)  ĠU L 208 ta' l-24.4.2002, p. 33-50.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (Ingilterra u Wales) fl-11 ta' Lulju 2008 — London Borough of Harrow vs Nimco Hassan Ibrahim u Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-310/08)

(2008/C 247/13)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (Civil Division) (Ingilterra u Wales).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: London Borough of Harrow.

Konvenuti: Nimco Hassan Ibrahim, Secretary of State for the Home Department.

Domandi preliminari

F'ċirkustanzi fejn (i) il-konjuġi li mhux ċittadin ta' pajjiż Komunitarju u l-ulied tiegħu ċittadini ta' pajjiż Komunitarju jkunu akkumpanjaw ċittadin Komunitarju li jkun stabbilixxa ruħu fir-Renju Unit (ii) iċ-ċittadin Komunitarju kien jinsab fir-Renju Unit bħala ħaddiem (iii) iċ-ċittadin Komunitarju wara jkun waqaf jaħdem u wara jkun telaq mir-Rejnu Unit (iv) iċ-ċittadin Komunitarju, il-konjuġi tiegħu li mhux ċittadin Komunitarju u l-ulied ma jkunux jistgħu jmantnu lilhom infushom u jkunu dipendenti fuq l-għajnuna soċjali fir-Renju Unit (v) l-ulied ikunu bdew l-edukazzjoni primarja fir-Renju Unit ftit wara l-wasla tagħhom, meta ċ-ċittadin Komunitarju kien jaħdem:

(1)

il-konjuġi u l-ulied għandhom dritt ta' residenza fir-Renju Unit biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38 tad-29 ta' April 2004 (1)?;

JEW

(2)

(i)

huma għandhom dritt ta' residenza li jirriżulta mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 (2), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma jkun neċessarju li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38 tad-29 ta' April 2004;

u

(ii)

f'dan il-każ, għandhom ikollhom aċċess għal riżorsi suffiċjenti sabiex ma jkunux ta' piż fuq is-sistema ta' għajnuna soċjali li hemm fl-Istat Membru ospitanti waqt il-perjodu propost tagħhom ta' residenza u jkollhom assigurazzjoni komprensiva tal-mard f'dan l-Istat Membru ospitanti?;

(3)

jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, il-pożizzjonji tinbidel meta, f'ċirkustanzi bħall-każ preżenti, l-ulied ikunu bdew l-edukazzjoni primarja u l-ħaddiem ċittadin Komunitarju jkun waqaf jaħdem qabel id-data li fiha d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38 tad-29 ta' April 2004 kellha tiġi implementata fl-Istati Membri?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE; ĠU L 158, p. 77.

(2)  Ir-Regolament (KKE) Nru 1612/68 tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità; ĠU L 257, p. 2.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/8


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Wojewódzki Sąd Administracyjny w Poznaniu (Il-Polonja) fit-30 ta' Mejju 2008 — Krzysztof Filipiak vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

(Kawża C-314/08)

(2008/C 247/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollak

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krzysztof Filipiak

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 43(1) u (2) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi t-tieni punt ta' l-Artikolu 26(1) tal-Liġi Pollakka tas-26 ta' Lulju 1991 dwar it-taxxa fuq id-dħul ta' persuni fiżiċi (ustawa z dnia 26 lipca 1991 r. O podatku dochodowym od osób fizycznych, iktar 'il quddiem il-“liġi IRPP”), li jipprovdi li d-dritt għal tnaqqis mill-bażi ta' stima tat-taxxa fuq id-dħul japplika biss għal kontribuzzjonijiet ta' sigurtà soċjali obbligatorji mħallsa abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, kif ukoll l-Artikolu 27b(1) ta' l-istess liġi IRPP li jipprovdi li d-dritt għal tnaqqis mit-taxxa fuq id-dħul japplika biss għal kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni medika obbligatorji mħallsa abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, f'sitwazzjoni li fiha ċittadin Pollakk li huwa suġġett fil-Polonja għall-obbligu ta' taxxa illimitat fuq id-dħul taxxabbli, ħallas kontribuzzjonijiet ta' sigurtà soċjali u ta' assigurazzjoni medika obbligatorji fi Stat Membru ieħor minħabba attività ekonomika li huwa kellu, u li dawn il-kontribuzzjonijiet la ġew imnaqqsa mid-dħul u lanqas mit-taxxa fl-Istat Membru l-ieħor?

2)

Il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt Komunitarju u l-prinċipju li jirriżulta mill-Artikoli 10 u 43(1) u (2) KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali inklużi fl-Artikoli 91(2) u (3) u 190(1) u (3) tal-Kostituzzjoni Pollakka (Dz. U. Z 1997 r. Nr 14, poz. 176 et seq) in kwantu d-dħul fis-seħħ ta' sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali hija differita minħabba l-imsemmija dispożizzjonijiet?


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/9


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fis-17 ta' Lulju 2008 — Société Olympique lyonnais vs Olivier Bernard, Société Newcastle UFC

(Kawża C-325/08)

(2008/C 247/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Olympique lyonnais

Konvenuti: Olivier Bernard, Société Newcastle UFC

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju tal-moviment liberu tal-ħaddiema stabbilit [fl-Artikolu 39 KE] jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li permezz tagħha plejer promettenti żgħir li jiffirma, wara l-perijodu tiegħu ta' taħriġ, kuntratt ta' plejer professjonali ma' klabb ta' Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, jista' jiġi mġiegħel iħallas kumpens għal danni?

2)

Fil-każ ta' risposta fl-affermattiv, il-ħtieġa li jiġu mħeġġa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' plejers professjonali li jkunu għadhom żgħar tikkostitwixxi għan leġittimu jew raġuni imperattiva ta' interess ġenerali ta' natura li tiġġustifika restrizzjoni bħal din?


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/9


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Litwanja

(Kawża C-350/08)

(2008/C 247/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Steiblytė u M. Šimerdová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja

Talbiet

Tiddikjara li, billi żammet fis-seħħ awtorizzazzjoni nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali “Grasalva”, ir-Repubblika tal-Litwanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 4 tal-Parti II ta' l-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE (1), kif emendata bid-Direttiva 2003/63/KE (2), taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2309/93 (3) u taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (4);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Litwanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(i)

Ir-Repubblika tal-Litwanja hija obbligata, skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE, teżamina jekk awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni maħruġa qabel l-adeżjoni tikkonformax mal-ħtiġijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq il-prodotti farmaċewtiċi fis-seħħ fiż-żmien meta seħħet l-adeżjoni u, mill-1 ta' Mejju 2004, hija obbligata tiżgura li jkunu biss il-prodotti mediċinali li l-awtorizzazzjoni għalihom tissodisfa dawn il-ħtiġijiet li jitqiegħdu fis-suq.

(ii)

Il-prodott mediċinali “Grasalva” ma jissemmiex fl-Appendiċi A ta' l-Anness IX ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 u minħabba din ir-raġuni d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-perijodu tranżitorju ma jistgħux jiġu applikati lilu u, mill-1 ta' Mejju 2004, dan il-prodott mediċinali seta' jiġi kkumerċjalizzat biss jekk kien jissodisfa l-ħtiġijiet tad-dritt Komunitarju kollha fis-seħħ għal prodotti bijoloċi mediċinali simili fir-rigward tal-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja, b'mod partikolari, dawk stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Parti II ta' l-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE, kif emendata bid-Direttiva 2003/63/KE.

(iii)

L-istituzzjonijiet kompetenti tar-Repubblika tal-Litwanja nfushom stabbilixxew li d-dokumenti li jirrigwardaw il-prodott mediċinali “Grasalva” ma fihom l-ebda informazzjoni dwar testijiet prekliniċi jew kliniċi magħmulin skond l-Artikolu 4 tal-Parti II ta' l-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE, kif emendata bid-Direttiva 2003/63/KE, fir-rigward tal-konformità tal-prodott mediċinali “Grasalva” mal-ħtiġijiet ta' siġurtà u ta' effikaċja applikati għal prodotti bijoliċi mediċinali simili.

(iv)

L-awtorizzazzjoni nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali “Grasalva” ma tissodisfax il-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 4 tal-Parti II ta' l-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE, kif emendata bid-Direttiva 2003/63/KE, bir-riżultat li, mid-data ta' adeżjoni, dan il-prodott mediċinali seta' jitqiegħed fis-suq biss jekk l-awtorizzazzjoni għall-kummerjalizzazzjoni tiegħu ngħatat skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2309/93 (applikat sa l-20 ta' Novembru 2005) jew l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (applikabbli mil-21 ta' Novembru 2005).


(1)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p. 67).

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/63/KE tal-25 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi Komunitarja li tirrelata għal prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 159, p. 46).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 tat-22 ta' Lulju 1993 li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali (ĠU L 214, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, p. 1).


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/10


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-356/08)

(2008/C 247/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa, A. Böhlke, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li r-Repubblika ta' l-Awstrija, billi teżiġi li kull tabib li jistabbilixxi ruħu fil-Land ta' l-Oberösterreich għandu jiftaħ kont bankarju ma' l-Oberösterreichischen Landesbank, li fih jiġu ttrasferiti l-ħlasijiet għas-servizzi tal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni għall-mard, tikser l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE, 49 KE u 56 KE

tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-ftuħ obbligatorju ta' kont, li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ħlasijiet kollha tas-servizzi pprovduti mill-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni għall-mard, huwa sproporzjonat f'dak li jirrigwarda l-ħtieġa li jiġi ggarantit il-kalkolu u l-ġbir xieraq tal-ħlasijiet għall-prestazzjonijiet li għandhom jitħallsu minn tobba stabbiliti fil-Land ta' l-Oberösterreich lill-assoċjazzjoni medika [Österreichische Ärztekammer]. Għalhekk, ir-regolamenti kkontestati jirrappreżentaw restrizzjonijiet mhux iġġustifikati ta' tliet libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, id-dritt ta' stabbiliment ta' tobba stabbiliti fi Stati Membri oħrajn kif ukoll dik tal-banek, id-dritt tagħhom li jipprovdu servizzi kif ukoll il-libertà ta' moviment ta' kapital.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/10


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-357/08)

(2008/C 247/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Zavvos, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi m'adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/14/KE (1), tal-11 ta' Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha minn din id-Direttiva,

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/14/KE fid-dritt nazzjonali skada fil-11 ta' Ġunju 2007.


(1)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/11


Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-368/08)

(2008/C 247/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u I. Dimitriou)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi m'adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha minn din id-Direttiva,

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE fid-dritt nazzjonali skada fit-30 ta' April 2007.


(1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Klagenfurt — L-Awstrija) — A-Punkt Schmuckhandels GmbH vs Claudia Schmidt

(Kawża C-315/07) (1)

(2008/C 247/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin — Il-Ġermanja) — M.C.O. Congres vs Suxess GmbH

(Kawża C-476/07) (1)

(2008/C 247/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


Qorti tal-Prim' Istanza

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Ġunju 2008 — Dow AgroSciences et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/07 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva 91/44/KEE - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza)

(2008/C 247/22)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, Hertfordshire, ir-Renju Unit); Dow AgroSciences LLC (Indianapolis, Indiana, l-Istati Uniti); Dow AgroSciences (Mougins, Franza); Dow AgroSciences Export (Mougins); Dow AgroSciences BV (Hoek, l-Olanda); Dow AgroSciences Hungary kft (Budapest, l-Ungerija); Dow AgroSciences Italia Srl (Milan, l-Italja); Dow AgroSciences Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja); Dow AgroSciences Iberica, SA (Madrid, Spanja); Dow AgroSciences s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka); Dow AgroSciences Danmark A/S (Kongens Lyngby, id-Danimarka); Dow AgroSciences GmbH (Munich, il-Ġermanja); Dintec Agroquímica — Produtos Químicos, Lda (Funchal, Madeira, il-Portugall); Finchimica SpA (Brescia, l-Italja); (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty uL. Parpala, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629/KE, ta' l-20 ta' Settembru 2007, dwar in-noninklużjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 255, p. 42) sa ma tingħata d-deċiżjoni tal-kawża prinċipali.

Dispożittiv

1.

It-talba ta' proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2.

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Lulju 2008 — Antwerpse Bouwwerken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Ċaħda ta' offerta - Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' dannu serju u irreparabbli - Nuqqas ta' urġenza’)

(2008/C 247/23)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Antwerpse Bouwwerken NV (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Verbist u D. de Keuster, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Manhaeve, aġent, assistit minn M. Gelders)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji magħmula fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa għal offerti mnedija mill-Kummissjoni għall-kostruzzjoni ta' bini.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Lulju 2008 — CCL Centres de langues vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/08 R)

(“Talba għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura Komunitarja għal sejħa ta' offerti - Ċaħda ta' applikazzjoni għal parteċipazzjoni - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' fumus boni juris - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' dannu serju u irrimedjabbli - Nuqqas ta' urġenza’)

(2008/C 247/24)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre de langues à Louvain-la-Neuve et –en-Woluwe (CLL Centres de langues) (Louvain-la-Neuve, Il-Belġju) (rappreżentanti: F. Tulkens u V. Ost, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, sabiex tippermetti lil Centre de langues à Louvain-la-Neuve et –en-Woluwe (CLL Centres de langues) li jipparteċipa fis-sejħa għal offerti ADMIN/D1/PR/2008/004 dwar il-korsijiet tal-lingwi għall-persunal ta' l-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea (UE) li jinsabu fi Brussell, u sabiex tiġi sospiża d-deċiżjoni ta' eżekuzzjoni tal-Kummissjoni sakemm il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi fuq ir-rikors għal annullament imressaq kontra din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

2)

L-ispejjeż jibqgħu riżervati.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/13


Appell ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2008 minn Petrus Kerstens mis-sentenza mogħtija fit-8 ta' Mejju 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-119/06, Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/08 P)

(2008/C 247/25)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellant

tannulla s-sentenza appellata;

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

B'dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tat-8 ta' Mejju 2008, mogħtija fil-kawża Kerstens vs Il-Kummissjoni, F-119/06, li tiċħad ir-rikors li permezz tiegħu l-appellant kien talab, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tat-8 ta' Diċembru 2005 tal-Bord ta' l-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta' Drittjiet Individwali li timmodifika l-organigramm ta' dan l-Uffiċċju, safejn din id-deċiżjoni kellha l-effett li tassenja mill-ġdid lir-rikorrent, li dak iż-żmien kien kap ta' l-unità “Riżorsi”, għal pożizzjoni ta' riċerka u, min-naħa l-oħra, danni bħala kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.

B'sostenn ta' l-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi kif ukoll fuq żball ta' liġi mwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tar-Regoli tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u tar-regolamenti dwar sanzjonijiet dixxiplinari u abbuż ta' poter billi t-TSP ikkonkluda li ma kienx hemm ksur ta' l-imsemmi Artikolu 7 abbażi ta' konstatazzjonijiet ta' fatt ineżatti.

Barra minn dan, l-appellant isostni li t-TSP ma mmotivax biżżejjed is-sentenza appellata fir-rigward ta' l-evalwazzjoni ta' l-interess tas-servizz imwettqa mill-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta' Drittjiet Individwali u fir-rigward tal-ħolqien ta' dipartiment tar-riċerka addizzjonali fid-dawl tan-nuqqas kroniku ta' persunal fl-Uffiċċju.

It-tielet nett, l-appellant jikkunsidra li nkisru d-drittijiet tad-difiża tiegħu, safejn it-TSP ibbaża diversi raġunamenti fuq ir-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera ta' l-appellant għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2006, ippreżentat għall-ewwel darba mill-Kummissjoni matul is-seduta, mingħajr ma l-appellant kellu l-opportunità li jsostni l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward ta' dawn ir-raġunamenti.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/13


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2008 — Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummssjoni

(Kawża T-267/08)

(2008/C 247/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Région Nord-Pas-de-Calais (rappreżentanti: M. Cliquennois u F. Cavedon, avukati)

Konvenuta: Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni C(2008) 1089 finali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta' April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 38/2007 (ex NN 45/2007) implementata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail SA;

tikkundanna l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2008) finali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-2 ta' April 2008, li biha l-Kummissjoni kienet iddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-rikorrenti u mill-Communauté d'agglomération du Douaisis favur Arbel Fauvet Rail SA fil-forma ta' ħlasijiet bil-quddiem rimborsabbli b'rata ta' interessi annwali ta' 4,08 % korrispondenti għar-rata ta' referenza Komunitarja applikabbli fil-mument ta' l-għoti. Il-Kummissjoni qieset li, meħuda in kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, Arbel Fauvet Rail SA ma setgħetx tikseb fondi b'kundizzjonijet daqshekk favorevoli fis-suq finanzjarju.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni u kisret l-obbigu tagħha ta' motivazzjoni, inkwantu hija qieset li l-fondi ġejjin, in parti, mill-komuni tal-Communauté d'agglomération du Douaisis mingħajr ma ħadet in kunsiderazzjoni il-karatteristiċi legali partikolari tal-Communauté d'agglomération du Douaisis li hija istituzzjoni pubblika ta' kooperazzjoni interkomunali li tgawdi awtonomija amministrattiva u baġitarja mill-komuni li huma membri tagħha. Konsegwentement, ir-rikorrenti tqis li l-għajnuna mogħtija ma tistax tiġi attribwita lill-Istat.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta' evalwazzjoni i) meta kkwalifikat lil Arbel Fauvet Rail SA bħala impriża f'diffikultà u ii) meta qieset li Arbel Fauvet Rail SA ma setgħetx tikseb ir-rata ta' interessi applikata f'kundizzjonijiet normali tas-suq.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma wettqitx l-eżami tagħha tal-każ bid-diliġenza meħtieġa, inkwantu hija la ffissat l-ammont ta' l-għajnuna li għandu jiġi rkuprat u lanqas il-valur ta' l-għajnuna u ma ressqet l-ebda prova ta' natura tali li tiġġustifika żieda fir-rata li għandha tiġi applikata għall-ħlasijiet bil-quddiem rimborsabbli minħabba sitwazzjoni ta' riskju partikolari fir-rigward ta' Arbel Fauvet Rail SA.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju, peress li r-rikorrenti ma nstemgħatx matul il-proċedura amministrattiva.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/14


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2008 — Land Burgenland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-268/08)

(2008/C 247/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Land Burgenland (rappreżentanti: U. Soltész u C. Herbst, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1625 finali tat-30 ta' April 2008 (Nru C 56/2008, ex NN 77/2006 — Privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland fit-totalità tagħha skond l-Artikolu 231(1) KE;

tikkundanna il-Kummissjoni għall-ispejjeż skond l-Artikolu 87(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1625 finali tat-30 ta' April 2008, li fiha l-Kummissjoni ddikjarat għajnuna mill-Istat li l-Awstrija tat bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) KE lil Versicherungsgesellschaft Grazer Wechselseitige Versicherung AG u lil GW Beteiligungserwerbs- und –verwaltungsGmbH, fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-HYPO Bank Burgenland AG, bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq il-motivi li ġejjin:

applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 87(1) KE mill-Kummissjoni meta ffissat il-prezz tas-suq, peress li proċedrua ta' sejħa għal offerti mhijiex obbligatorja;

applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 87(1) KE mill-Kummissjoni bħala riżultat ta' ksur tal-prattika eżistenti tal-Kummissjoni;

applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 87(1) KE mill-Kummissjoni peress li bejjiegħ privat kien ikollu jipprevedi wkoll li l-Awtorità tas-Suq Finanzjarju ta' l-Awstrija kienet se tirrifjuta l-offerenti li għamel l-ogħla offerta;

applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 87(1) KE mill-Kummissjoni peress li r-rikorrenti kellha tingħata permess tieħu in kunsiderazzjoni l-garanzija legali (“Ausfallhaftung”) għal ċerti krediti tal-bank ipprivatizzat fid-deċiżjoni tagħha biex tagħti għajnuna mill-Istat;

applikazzjoni żbaljata tal-Kummissjoni tal-prinċipju ta' bejjiegħ privat meta evalwat l-influwenza tal-garanzija legali fuq id-deċiżjoni ta' bejgħ;

applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 87(1) KE mill-Kummissjoni bħala riżultat ta' applikazzjoni żbaljata ta' l-oneru tal-prova jew ta' l-obbligu li jitressqu provi f'sejħa għal offerti;

applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 87(1) KE mill-Kummissjoni peress li l-offerta ta' l-offerenti bl-ogħla offerta ma tistax topera bħala l-bażi tad-determinazzjoni tal-prezz tas-suq;

evalwazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni tal-valur ekonomiku ta' l-ishma maħruġa tal-bank ipprivatizzat; u

applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 87(1) KE tal-Kummissjoni fil-kuntest tad-determinazzjoni ta' element ta' għajnuna mill-Istat.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/15


Rikors ippreżentat fit-8 ta' Lulju 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-270/08)

(2008/C 247/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, aġent assistit minn C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1615 finali tad-29 ta' April 2008 dwar it-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) mogħtija permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1973 tal-5 ta' Awwissu 1994 għall-programm operattiv Berlin (lvant) objettiv Nru 1 (1994-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqqset l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-ERDF għall-programm operattiv għar-reġjun objettiv Nru 1 ta' Land Berlin fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999).

L-ewwel nett ir-rikorrenti ssostni fil-motivi li l-Kummissjoni evalwat ħażin il-fatti. Ir-rikorrenti tikkontesta b'mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni interpretat ħażin ċerti riżultati ta' analiżi u ppreżumiet b'mod mhux ġustifikat l-eżistenza ta' żbalji sistematiċi fil-ġestjoni u l-kontroll.

Fit-tieni lok ir-rikorrenti tisħaq li ma hemmx bażi legali għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji ġenerali u estrapolati mill-programm operattiv għall-perjodu ta' għajnuna 1994-1999 peress li ma kienx hemm għal dan il-perjodu regolamentazzjoni komparabbli ma' l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/99 (1). Barra minn hekk, la d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 (2) u lanqas l-orjentamenti interni tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Ottubru 1997, dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji netti fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 4253/88 jew il-prinċipju ta' tmexxija finanzjarja tajba skond l-Artikolu 274 KE, ma joffru bażi legali preċiża biżżejjed. Lanqas ma tista' tinstab skond ir-rikorrenti prattika amministrattiva fuq perjodu fit-tul u ġeneralment aċċettata.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 4253/88 sa fejn ma hemm l-ebda irregolarità fis-sens ta' din id-dispożizzjoni. Hija tkompli ssostni f'dan il-kuntest li anki jekk il-kundizzjonijiet għal tnaqqis ta' l-għajnuna finanzjarja skond l-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 4253/88 ġew soddisfatti, il-Kummissjoni kellha tuża s-setgħa diskrezzjonali tagħha u tevalwa jekk dan it-tnaqqis kienx proporzjonat.

Sussidjarjament ir-rikorrenti tisħaq li l-korrezzjonijiet ġenerali huma sproporzjonati u li l-Kummissjoni kellha tipproċedi bl-estrapolazzjoni fuq il-bażi ta' nuqqas materjali insuffiċjenti.

Hija ssostni wkoll li l-konvenuta naqset mill-obbligu tagħha li timmotiva b'mod suffiċjenti d-deċiżjoni tagħha.

Fl-aħħar nett ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' sħubija minħabba li minkejja d-diversi kontrolli mill-kontrolluri finanzjarji matul il-perjodu ta' għajnuna finanzjarja 1994-1999, hija fl-ebda mument ma pprevediet konsegwenzi finanzjarji minħabba nuqqasijiet sistematiċi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU L 161, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 tad-19 ta' Diċembru 1988, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f'dak li jirrigwarda l-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Fondi Strutturali differenti, minn naħa, u bejn dawn u dawk tal-Bank Ewropew għall-Investiment u ta' strumenti finanzjarji oħra eżistenti min-naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1).


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/15


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2008 — Communauté d'Agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/08)

(2008/C 247/29)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Communauté d'Agglomération du Douaisis (rappreżentant: M.-Y Benjamin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni Nru C 38/2007 tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2008

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2008) 1089 finali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-2 ta' April 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet iddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-rikorrenti u mir-Région Nord-Pas-de-Calais favur Arbel Fauvet Rail SA fil-forma ta' ħlasijiet bil-quddiem rimborsabbli b'rata ta' interessi annwali ta' 4,08 % li tikkorrispondi mar-rata ta' referenza Komunitarja applikabbli fil-mument ta' l-għoti. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, Arbel Fauvet Rail SA, ma kinitx tkun tista' tikseb fondi b'kundizzjonijiet daqstant favorevoli fis-suq finanzjarju.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mressqa mir-rikorrenti huma simili għal dawk imressqa fil-kuntest tal-Kawża T-267/08, Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummissjoni.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/16


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-281/08)

(2008/C 247/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2008, C (2008) 1625 finali, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 56/2006 (ex NN 77/2006) mogħtija mill-Awstrija favur il-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti topponi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 1625 finali, tat-30 ta' April 2008, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Awstrija, bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) KE, lill-kumpannija ta' assigurazzjoni Grazer Wechselseitige Versicherung AG u lil GW Beteiligungserwerbs- und verwaltungs- GmbH fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Hypo Bank Burgenland AG.

Għal dak li jirrigwarda l-motivi tar-rikors, saret referenza għas-sunt tal-motivi tal-Kawża T-268/08, Land Burgenland vs Il-Kummissjoni.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/16


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2008 — Grazer Wechselseitige Versicherung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-282/08)

(2008/C 247/31)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Grazer Wechselseitige Versicherung AG (Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Wollmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1625 finali tat-30 ta' April 2008 (Nru C 56/2008, ex NN 77/2006 — Privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland fit-totalità tagħha skond l-Artikolu 231(1) KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż skond l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1625 finali tat-30 ta' April 2008, li fiha l-Kummissjoni ddikjarat għajnuna mill-Istat li l-Awstrija tat bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) KE lil Versicherungsgesellschaft Grazer Wechselseitige Versicherung AG u lil GW Beteiligungserwerbs- und –verwaltungsGmbH, fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-HYPO Bank Burgenland AG, bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

In sostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti ssostni fl-ewwel lok li l-Kummissjoni applikat ħażin l-Artikolu 87(1) KE f'diversi aspetti. B'mod partikolari hija targumenta f'dan ir-rigward li hemm diversi indikazzjonijiet li l-valur tas-suq tal-bank ipprivatizzat fiż-żmien meta seħħ il-bejgħ kien inqas b'mod sinjifikattiv mill-offerta tar-rikorrenti, u dan juri li ma rċeviet l-ebda trattament preferenzjali meta seħħ il-bejgħ.

Barra minn hekk, huwa allegat li l-konvenuta applikat ħażin it-test ta' bejjiegħ privat. F'dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li l-argument tal-Kummissjoni li ma kienx possibbli fil-kuntest tad-deċiżjoni li tingħata għajnuna sabiex tittieħed n kunsiderazzjoni l-garanzija legali (“Ausfallhaftung”) mil-Land ta' Brugenland għal ċerti krediti tal-bank ipprivatizzat huwa żbaljat. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li f'dan il-kuntest il-Kummissjoni tipproċedi mhux mill-mudell ta' investitur fis-settur privat genwin iżda mill-finzjoni ta' bejjiegħ lest li jassumi 100 % tar-riskju.

Ir-rikorrenti targumenta wkoll li l-Kummissjoni ma wrietx li l-offerta tar-rikorrenti kienet nominalment inqas minn dik ta' l-offerenti l-ieħor wara li twettqu l-aġġustamenti neċessarji.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummisjoni naqset, wara li assumiet li kien hemm għajnuna mill-Istat, milli teżamina l-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni fid-dawl ta' l-Artikolu 87(3)(ċ) KE.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata taħt diversi aspetti.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/17


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2008 — Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index)

(Kawża T-285/08)

(2008/C 247/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (Amburgu, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. van Eendenburg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tas-26 ta' Mejju 2008 fil-Każ R 525/2007-4 fis-sens li tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “Natur-Aktien-Index” bħala trade mark Komunitarju fl-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI).

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Natur-Aktien-Index” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 861 175).

Deċiżjoni ta'l-eżaminatur: ċaħda tat-talba.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-applikazzjoni

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), sa fejn it-trade mark li saret applikazzjoni għaliha mhijiex nieqsa minn karattru distintiv.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/17


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2008 — Fidelio vs UASI (Hallux)

(Kawża T-286/08)

(2008/C 247/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fidelio KG (Linz, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Mejju 2008 (Każ R 632/2007-4);

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tiegħu u tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Hallux” għall-prodotti fil-klassijiet 10, 18 u 25 (Applikazzjoni Nru 5 245 147).

Deċiżjoni ta'l-eżaminatur: ċaħda parzjali ta' l-applikazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tilqa' parzjalment ir-rikors.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), sa fejn it-trade mark li saret applikazzjoni għaliha għall-“prodotti ortopediċi” u “żraben” ma għandha l-ebda projbizzjoni assoluta għal reġistrazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/17


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2008 — Cadila Healthcare vs UASI — Laboratorios Inibsa (ZYDUS)

(Kawża T-287/08)

(2008/C 247/34)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cadila Healthcare Ltd (Ahmedabad, L-Indja) (rappreżentanti: S. Bailey, A. Juaristi u F. Potin, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Laboratorios Inibsa, SA (Llissa de Vall, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Mejju 2008 fil-każ R 1322/2007-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “ZYDUS” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 — Applikazzjoni Nru 3 277 662

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Nru 2 360 938 tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola għat-trade mark “CIBUS” għal prodotti fil-klassi 5; Nru 2 360 939 tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola għat-trade mark “CIBUS” għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha in kwistjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell

Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell għamel żball fid-deċiżjoni tiegħu fejn ikkonstata li d-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni esponiet ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u għaldaqstant ġie miksur l-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94; il-Bord ta' l-Appell għamel żball fid-deċiżjoni tiegħu fejn ikkonstata li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha, bi ksur tal-prinċipji ġenerali tal-liġi tat-trade marks u, b'mod partikolari, ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/18


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2008 — Cadila Healthcare vs UASI — Novartis (ZYDUS)

(Kawża T-288/08)

(2008/C 247/35)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cadila Healthcare Ltd (Ahmedabad, L-Indja) (rappreżentanti: S. Bailey, A. Jiartisti u F. Potin, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Novartis AG (Basel, L-Iżvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 1092/2007-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja:Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “ZYDUS” għall-prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 — applikazzjoni Nru 3 277 662

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: In-Nru ta' reġistrazzjoni 2 356 964 għat-trade mark Komunitarja “ZIMBUS” għall-prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta'l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward ta' parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda parzjali ta' l-appell

Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell żbalja fid-deċiżjoni tiegħu li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tat-trade marks, b'mod partikolari ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/18


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 — Deutsche BKK vs UASI (Deutsche BKK)

(Kawża T-289/08)

(2008/C 247/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche BKK (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-29 ta' Mejju 2008, proċediment ta' appell R 318/2008-4, innotifikata fit-2 ta' Ġunju 2008;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Deutsche BKK” għal servizzi fil-klassijiet 36, 41 u 44 (talba għal reġistrazzjoni Nru 4 724 894)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħdet it-talba għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħdet l-appell

Motivi invokati:

ksur ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) minħabba li l-Uffiċċju ċaħad dokumenti mingħajr ma ppermetta, qabel, li l-parti rikorrenti tippreżenta osservazzjonijiet f'dan ir-rigward;

ksur ta' l-ewwel parti tas-sentenza ta' l-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/90 minħabba li l-Uffiċċju ma eżaminax b'mod xieraq il-fatti fuq l-inizjattiva tiegħu stess;

ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/90 minħabba li l-Uffiċċju ċaħad lit-trade mark “Deutsche BKK” il-possibbiltà li tkun protetta abbażi ta' raġunijiet assoluti ta' rifjut;

ksur ta' l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/90 minħabba li l-Uffiċċju ċaħad il-kisba ta' karattru distintiv bl-użu.


(1)  Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/19


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2008 — CPS Color Group vs UASI — Fema Farben und Putze (TEMACOLOR)

(Kawża T-295/08)

(2008/C 247/37)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CPS Color Group Oy (Vantaa, Il-Finlandja) (rappreżentant: P. Hagman. avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Fema Farben und Putze GmbH (Ettlingen, Il-Ġemanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 808/2007-1; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “TEMACOLOR” għal prodotti fil-klassi 2

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Nru ta' reġistrazzjoni 2 104 061 għat-trade mark Ġermaniża verbali “FEMA-Color” għal prodotti fil-klassi 2; Nru ta' reġistrazzjoni 691 406 għat-trade mark internazzjonali verbali “FEMA-Color” għal prodotti fil-klassi 2

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fl-intier

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade marks kunfliġġenti jagħtu lok għal konfużjoni billi jixtiebħu, bi ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/19


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Lulju 2008 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-296/08)

(2008/C 247/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Claus, avukat, bħala aġent,)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2008 li tagħti ħlas definittiv taħt il-programm 'Indikaturi ta' integrazzjoni u bdil ġenerazzjonali' fuq il-bażi tal-ftehim finanzjarju JLS/2004/INTI/077, safejn l-applikazzjoni tar-rikorrent għal ħlas finali ta' EUR 59 592,77, li jeċċedi l-ammont awtorizzat, ġiet miċħuda;

tikkundanna il-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent u l-Kummissjoni ffirmaw ftehim f'Mejju 2005 dwar il-promozzjoni ta' proġett fil-kuntest tal-programm INTI. Bl-ittra tat-23 ta' Mejju 2008, il-konvenuta tat lir-rikorrent ħlas finali inqas minn dak li dan ta' l-aħħar applika għalih. Dan ir-rikors jirrigwarda ċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni tiegħu għall-ħlas ta' l-ispejjeż li jeċċedu s-somma awtorizzata.

Ir-rikorrent jasserixxi, in sostenn tar-rikors tiegħu, l-infondatezza ta' l-opinjoni tal-Kummissjoni li tibdil fil-parteċipanti tal-proġett wara l-konklużjoni ta' ftehim finanzjarju huwa biss possibbli jekk jintlaħaq ftehim dwar bdil xieraq. Dan huwa dovut għall-fatt li dispożizzjoni għal dan il-għan mhuwiex inkluż fil-ftehim finanzjarju. Barra minn dan, il-Kummissjoni rrifjutat li tagħraf spejjeż minħabba raġunijiet differenti, li huma inkompatibbli mal-ftehim finanzjarju u mal-prattika preċedenti ta' l-istituzzjoni.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/20


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 — Mepos Electronics vs UASI (MEPOS)

(Kawża T-297/08)

(2008/C 247/39)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mepos Electronics Ltd (Kaohsiung, Tajwan) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2008, Każ R 437/2008-2;

tilqa' t-talba għal restitutio in integrum; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata:It-trade mark figurattiva “MEPOS” għal prodotti fil-klassi 9 — applikazzjoni Nru 5 770 383

Deċiżjoni ta'l-eżaminatur: Ċaħda tat-trade mark tar-rikorrenti

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 36, 77(a) u 79 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, kif ukoll ta' l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja billi kkonkluda li l-eżaminatur segwa proċediment legali fil-proċess ta' applikazzjoni, ksur ta' l-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja billi ma laqgħax it-talba għal restitutio in integrum billi kien hemm nuqqas ta' konformità mat-terminu li fih għandu jiġi ppreżentat appell.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/20


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Lulju 2008 — Aldi vs UASI — Catalana de Telecomunicacions Societat Operadora de Xarxes (ALDI)

(Kawża T-298/08)

(2008/C 247/40)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Catalana de Telecomunicacions Societat Operadora de Xarxes, SA (Barċellona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta' l-14 ta' Mejju 2008 fil-proċediment R 1301/2007-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja:ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALDI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 39 (talba Nru 3 360 914)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Catalana de Telecomunicacions Societat Operadora de Xarxes, SA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Spanjola “ALPI” għal servizzi fil-klassi 38 (Reġistrazzjoni Nru 2 262 920), it-trade mark verbali Spanjola “ALPI” għal servizzi fil-klassi 39 (Reġistrazzjoni Nru 2 262 921) u t-trade mark verbali internazzjonali “ALPI” għal servizzi fil-klassijiet 37, 38, 39 u 42 (Reġistrazzjoni Nru 789 344); l-oppożizzjoni tagħmel riferiment għar-reġistrazzjoni għas-servizzi fil-klassi 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: laqgħet l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħdet ir-rikors

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (1), minħabba li ma jeżisti l-ebda riskju ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/21


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awissu 2008 — Hoo Hing vs UASI — Tresplain Investments (Golden Elephant Brand)

(Kawża T-300/08)

(2008/C 247/41)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hoo Hing Holdings Ltd (Romford, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Tresplain Investments Ltd (Hong Kong, Iċ-Ċina)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 889/2007-1, fid-dawl tal-konstatazzjoni li l-ilment dwar l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 kien inammissibbli;

sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 889/2007-1 b'mod li l-ilment dwar l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 jitqies li huwa ammissibbli u fondat;

tbiddel id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 889/2007-1 b'mod li l-ilment dwar l-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 jitqies li huwa ammissibbli u fondat;

jekk id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 889/2007-1 tinbidel kif mitlub, tbiddel ulterjorment id-deċiżjoni b'mod li t-trade mark Komunitarja Nru 241 810 tiġi ddikjarata invalida bis-saħħa ta' wieħed minn, jew it-tnejn li huma, ta' dawn iż-żewġ motivi addizzjonali, skond kif meħtieġ; u

tikkundanna lill-UASI, jew lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, għall-ispejjeż. Sussidjarjament, tikkundanna lill-UASI jew lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell sabiex iħallsu l-ispejjeż in solidum.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva “Golden Elephant Brand” għal prodotti fil-klassi 30 — Nru ta' reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja 241 810

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva mhux irreġistrata “GOLDEN ELEPHANT”, li kienet tintuża fir-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda ta' l-applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell żbalja meta qal li l-allegazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 kienet inammissibbli, kif ukoll meta ma kkonstatax li l-oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 kienet ammissibbli u fondata.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/21


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2008 — Laura Ashley vs UASI — Tiziana Bucci (LAURA ASHLEY)

(Kawża T-301/08)

(2008/C 247/42)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laura Ashley Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Guise, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Tiziana Bucci (Viareggio, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2008 fil-każ R 1237/2007-1 u tiċħad l-oppożizzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “LAURA ASHLEY” għal diversi prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 311 675 tat-trade mark figurattiva “Ashley's” għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni Taljana Nru 517 151 tat-trade mark figurattiva “Ashley's” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25; reġistrazzjoni internazzjonali Nru 646 926 tat-trade mark figurattiva “Ashley's il primo Cashmere Italiano” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-Bord ta' l-Appell naqas milli jistabbilixxi jekk ir-rikorrenti kinitx qiegħda tuża t-trade mark Komunitarja li għaliha kienet applikat mingħajr raġuni valida.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/22


Appell ippreżentat fl-1 ta' Awissu 2008 minn Kurt-Wolfgang u Braun-Neumann mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-23 ta' Mejju 2008, fil-kawża F-79/07, Braun-Neumann vs Il-Parlament

(Kawża T-306/08 P)

(2008/C 247/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Kurt-Wolfgang Braun-Neumann (Lohr am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Ames, Rechtsanwalt)

Appellat: Il-Parlament Ewropew

Talbiet ta' l-appellant

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Mejju 2008 fil-kawża F-79/07;

tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża u tilqa' l-appell ta' l-appellant, u konsegwentament tikkundanna lill-Parlament iħallas, retroattivament mill-1 ta' Awwissu 2004, in-nofs l-ieħor tal-pensjoni tas-superstiti wara l-mewt tal-konjuġi Mandt, fl-ammont ta' EUR 1 670,84 fix-xahar bl-interessi skond ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-faċilità tas-self marġinali miżjuda bi 3 %;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tiġi deċiża minnu.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell sar kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-23 ta' Mejju 2008, fil-kawża 79/07, Braun-Neumann vs Il-Parlament, li jiddikjara bħala inammissibbli r-rikors ta' l-appellant.

In sostenn ta' l-appell, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkommetta żball ta' liġi fl-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, peress li l-interpretazzjoni mogħtija minnu kienet tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju. L-appellant isostni li l-interpretazzjoni mogħtija mit-Tribunal li ġie adit bil-kawża, ta' ittra bħala l-uniku att li jippreġudikah, kienet żbaljata. Barra minn hekk, il-prinċipju ta' ċertezza legali jista' jiġi garantit biss jekk in-nuqqas ta' indikazzjoni tar-rimedji legali disponibbli jiġi kkunsidrat bħala li hu ta' preġudizzju għad-determinazzjoni tal-bidu tat-terminu għat-tressiq ta' l-ilment, għaliex inkella d-drittijiet ta' l-individwu jkunu kompromessi. Finalment, l-interpretazzjoni mogħtija mit-Tribunal li ġie adit bil-kawża għandha tiġi kkunsidrata bħala sproporzjonata fid-dawl tal-konsegwenzi għall-appellant.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/22


Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awwissu 2008 — BSH Bosch u Siemens Hausgeräte vs UASI (executive edition)

(Kawża T-310/08)

(2008/C 247/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch u Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Ġunju 2008 (Każ R 845/2007-1);

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “executive edition” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 (Applikazzjoni Nru 4 908 182).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: l-applikazzjoni hija miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: l-appell huwa miċħud.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/23


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Awwissu 2008 — Melli Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-332/08)

(2008/C 247/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Melli Bank plc (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Gordon QC, M. Hoskins, Barrister, u T. Din, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara null il-punt 4 tat-taqsima B ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran safejn jikkonċerna lil Melli Bank plc.

fl-eventwalità li l-Qorti tal-Prim'Istanza tikkonstata li l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill 423/2007/KE dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran huwa fil-fatt obbligatorju, tiddikjara dan l-artikolu inapplikabbli.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F'din il-kawża r-rikorrent qed jitlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE, tat-23 ta' Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1) safejn ir-rikorrent huwa inkluż fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi legali li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom għandhom jiġu ffriżati skond din id-dispożizzjoni. Ir-rikorrent ikkontesta l-istess deċiżjoni fil-kawża T-246/08, Melli Bank vs Il-Kunsill (2).

In sostenn tar-rikors tiegħu f'din il-kawża, ir-rikorrent isostni li l-Kunsill kiser l-obbligu ta' motivazzjoni tiegħu peress li ma ta ebda raġunijiet individwali u speċifiċi sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista. Ir-rikorrent jallega li huwa ma ġiex inkluż fil-lista minħabba li kien involut huwa stess fl-għoti ta' appoġġ lill-attivitajiet nukleari ta' l-Iran iżda għas-sempliċi raġuni li huwa bank sussidjarju ta' kumpannija parent li hija ssuspettata li kienet involuta f'attivitajiet bħal dawn.

Ir-rikorrent isostni wkoll li, jekk l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 (3) għandu jiġi interpretat bħala li jimponi obbligu fuq il-Kunsill li jinkludi fil-lista kull kumpannija sussidjarja miżmuma jew ikkontrollata minn kumpannija parent li tkun inkluża fil-lista ta' persuni, entitatjiet u korpi legali li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom ikunu ffriżati, din id-dispożizzjoni għandha tiġi ddikjarata inapplikabbli safejn tikser il-prinċipju ta' proporzjonalità.

Ir-rikorrent jikkunsidra li l-inklużjoni obbligatorja tal-kumpannija sussidjarja fil-lista mhijiex meħtieġa u mhijiex adegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament peress li l-inklużjoni fil-lista tal-kumpannija parent tipprekludi lil kumpannija sussidjarja bbażata fl-Unjoni Ewropea milli tieħu ordnijiet mill-kumpannija parent tagħha li jistgħu jġibu fix-xejn, direttament jew indirettament, l-effett ta' l-inklużjoni fil-lista tal-kumpannija parent.

Fl-aħħar, ir-rikorrent isostni li l-Artikolu 7(2)(d) tar-regolament imsemmi għandu jiġi interpretat b'tali mod li jagħti lill-Kunsill setgħa diskrezzjonali li jinkludi fil-lista kumpannija sussidjarja ta' kumpannija parent inklużi fil-lista u mhux b'mod li jimponi obbligu fuq il-Kunsill f'dan is-sens.


(1)  ĠU 2008 L 163, p. 29.

(2)  ĠU 2008 C 197, p. 34.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta' April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2007 L 103, p. 1).


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/23


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 2008 — Hôtel Cipriani vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/00 R)

(2008/C 247/46)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza ordna t-tħassir tal-kawża.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/23


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Lulju 2008 — Cornwell vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-102/04) (1)

(2008/C 247/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 106, 30.4.2004.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/24


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 — Expasa vs UASI — Gallardo Blanco (H)

(Kawża T-172/06) (1)

(2008/C 247/48)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 190, 12.8.2006.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/24


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — SIMSA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/07) (1)

(2008/C 247/49)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/25


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2008 — Sevenier vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/08)

(2008/C 247/50)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Sevenier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent, minn naħa, għall-irtirar tar-riżenja tiegħu u, min-naħa l-oħra, sabiex il-każ tiegħu jitressaq quddiem il-kummissjoni medika u, għaldaqstant, it-talba għar-reintegrazzjoni tar-rikorrent fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea bil-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera mid-data tar-riżenja tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Settembru 2007, safejn din tiċħad it-talba tar-rikorrent, minn naħa, għall-irtirar tar-riżenja tiegħu tad-19 ta' Ottubru 1983, u, min-naħa l-oħra, sabiex il-każ tiegħu jitressaq quddiem il-kummissjoni medika;

għaldaqstant, tirreintegra lir-rikorrent fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea bil-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera mid-19 ta' Ottubru 1983;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/25


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Christoph et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-63/08)

(2008/C 247/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Eugen Christoph (Liggiano, l-Italja) et (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tar-rikorrenti sa fejn il-perijodu tal-kuntratt tagħhom jew tat-tiġdid tiegħu huwa limitat għal żmien determinat.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tar-rikorrenti bħala membri tal-persunal, skond il-Kundizzjonijiet ta' l-impieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u, aktar speċifikament, sa fejn jillimitaw il-perijodu tal-kuntratt tagħhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/25


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 — Nart Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

(Kawża F-64/08)

(2008/C 247/52)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li tinnomina l-evalwatur u l-validatur tar-rikorrent u t-talba għal kumpens għad-dannu subit wara l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri li tinnomina d-Direttur tat-Traduzzjoni bħala evalwatur tar-rikorrent u li jkun huwa stess il-validatur tiegħu;

tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent sa l-ammont ta' EUR 25 000;

tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-ispejjeż.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/26


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2008 — De Smedt et vs Il-Parlament

(Kawża F-66/08)

(2008/C 247/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Emile De Smedt (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet individwali ta' l-Awtorità tal-Ħatra li jiċħdu lir-rikorrenti l-allowances għal xogħol bix-xift imsemmijin fl-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1873/2006, tal-11 ta' Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament Nru 300/76 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom, u l-allowances imsemmijin fl-Artikolu 56b tar-Regolamenti tal-Persunal skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1945/2006, tal-11 ta' Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament Nru 495/77 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li jkunu ntitolati għal, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances għal xogħol regolari ta' stand-by.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet individwali ta' l-Awtorità tal-Ħatra li jiċħdu lir-rikorrenti l-allowances għal xogħol bix-xift imsemmijin fl-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1873/2006, tal-11 ta' Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament Nru 300/76 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom;

tannulla d-deċiżjonijiet individwali ta' l-Awtorità tal-Ħatra li jiċħdu lir-rikorrenti l-allowances imsemmijin fl-Artikolu 56b tar-Regolamenti tal-Persunal skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1945/2006, tal-11 ta' Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament Nru 495/77 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li jkunu ntitolati għal, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances għal xogħol regolari ta' stand-by;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/26


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2008 — Ziliene vs Il-Parlament

(Kawża F-70/08)

(2008/C 247/54)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Veronika Ziliene (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta' Lulju 2007 li ma tagħtix lir-rikorrenti l-allowance ta' kuljum imsemmija fl-Artikolu 10 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' l-allowances ta' kuljum mid-data li fiha r-rikorrenti bdiet taħdem bħala uffiċjal flimkien ma' l-imgħax, kif ukoll EUR 1 bħala kumpens għad-dannu morali subit.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta' Lulju 2007 li ma tagħtix lir-rikorrenti l-allowance ta' kuljum imsemmija fl-Artikolu 10 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-Parlament iħallas lir-rikorrenti l-allowances ta' kuljum mid-data li fiha r-rikorrenti bdiet taħdem bħala uffiċjal, flimkien ma' l-imgħax ikkalkolati abbażi ta' rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' ffinanzjar mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodi kkonċernati, miżjuda b'żewġ punti, sakemm l-ħlas isir kollu kemm hu;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti s-somma simbolika ta' EUR 1 bħala kumpens għad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.