It-Trattat ta' Ruma (KEE)
SOMMARJU TA’:
Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (Trattat tal-KEE)
X’INHU L-GĦAN TAT-TRATTAT?
-
Dan stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) li laqqgħet flimkien lil 6 pajjiżi (il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u n-Netherlands) biex jaħdmu favur l-integrazzjoni u t-tkabbir ekonomiku permezz tan-negozju.
-
Dan ħoloq suq komuni bbażat fuq il-moviment liberu ta':
-
oġġetti
-
nies
-
servizzi
-
kapital.
-
Dan ġie ffirmat b'mod parallel ma' trattat ieħor li stabbilixxa l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom).
-
It-trattat ta' Ruma ġie emendat diversi drabi u llum jissejjaħ it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
PUNTI EWLENIN
Objettivi
-
L-objettiv tal-KEE u tas-suq komuni kien li:
-
jittrasformaw il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u l-produzzjoni fuq it-territorju tas-6 membri tagħhom u
-
jservu bħala pass lejn l-unifikazzjoni politika aktar fil-qrib tal-Ewropa.
Għanijiet speċifiċi
Il-firmatarji qablu li:
-
jibnu l-pedamenti ta' “unjoni dejjem eqreb” fost il-popli Ewropej;
-
jiżguraw il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi tagħhom b'azzjoni konġunta biex jiġi eliminat il-kummerċ u ostakoli oħra bejniethom;
-
itejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol taċ-ċittadini tagħhom;
-
jiżguraw kummerċ bilanċjat u kompetizzjoni ġusta;
-
inaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn id-diversi reġjuni tal-KEE;
-
gradwalment jabolixxu r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali permezz ta' politika ta' kummerċ komuni;
-
jirrispettaw il-prinċipji tal-Karta tan-NU;
-
jgħaqqdu r-riżorsi tagħhom biex jippreservaw u jsaħħu l-paċi u l-libertà u jistiednu lill-popli l-oħra tal-Ewropa li għandhom dan l-ideal biex jissieħbu magħhom f'dawn l-isforzi.
Suq komuni
It-trattat:
L-unjoni doganali
-
It-trattat abolixxa kwoti (jiġifieri limiti fuq l-importazzjonijiet) u dazji doganali bejn is-6 firmatarji tiegħu.
-
Dan stabbilixxa tariffa esterna komuni fuq importazzjonijiet minn barra l-KEE, li tieħu post it-tariffi preċedenti tal-istati differenti.
-
L-unjoni doganali kienet akkumpanjata minn politika kummerċjali komuni. Din il-politika, ġestita fil-livell tal-KEE u li m'għadhiex fil-livell nazzjonali, tiddistingwi l-unjoni doganali minn sempliċiment assoċjazzjoni ta' kummerċ ħieles.
Politiki konġunti
-
It-trattat stabbilixxa ċerti politiki mill-bidu bħala politiki konġunti fost il-pajjiżi membri, inkluż:
-
F'każ ta' bżonn, dan ippermetta l-ħolqien ta' politiki konġunti oħrajn. Wara l-1972, il-KEE stabbilixxiet azzjoni konġunta fl-oqsma tal- politika ambjentali, reġjonali, soċjali u industrijali.
-
Dawn il-politiki ġew akkumpanjati mill-ħolqien ta:
Istituzzjonijiet
-
It-trattat stabbilixxa istituzzjonijiet u mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jagħmluha possibbli li jiġu espressi kemm l-interessi nazzjonali kif ukoll viżjoni konġunta.
-
L-istituzzjonijiet ewlenin kienu:
-
L-ewwel 3 jirċievu pariri fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.
META APPLIKA T-TRATTAT?
Iffirmat fil-25 ta' Marzu 1957, dan beda japplika mill-1 ta' Jannar 1958.
SFOND
Għal aktar tagħrif, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (mhux ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali)
L-emendi suċċessivi għat-trattat ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.
l-aħħar aġġornament 14.03.2017