GSA - L-Aġenzija tas-Sistemi Globali Ewropej ta' Navigazzjoni bis-Satellita
L-Unjoni Ewropea (UE) stabbilixxiet aġenzija li għandha l-kompitu li timmassimizza r-redditu minn investimenti Ewropej fis-sistemi globali ta' navigazzjoni bis-satellita (GNSS - global navigation satellite systems) f'termini ta' benefiċċji għall-utenti u ta' tkabbir ekonomiku u kompetittività.
ATT
Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
SOMMARJU
L-Unjoni Ewropea (UE) stabbilixxiet aġenzija li għandha l-kompitu li timmassimizza r-redditu minn investimenti Ewropej fis-sistemi globali ta' navigazzjoni bis-satellita (GNSS - global navigation satellite systems) f'termini ta' benefiċċji għall-utenti u ta' tkabbir ekonomiku u kompetittività.
X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?
Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea ta' Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), u jagħti isem ġdid lill-Awtorità Superviżorja Ewropea tal-GNSS u jimmodifika l-kompiti tagħha.
Jimplimenta l-arranġamenti ta' governanza pubblika għall-programmi tal-GNSS għas-snin 2014-20 stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1285/2013. L-Aġenzija ma għadhiex responsabbli għall-ġestjoni tal-interessi pubbliċi relatati mal-programmi tal-GNSS (ħaġa li issa saret il-kompitu tal-Kummissjoni Ewropea).
PUNTI EWLENIN
L-Aġenzija tal-GNSS hija korp fuq livell tal-UE responsabbli għal:
Struttura
L-Aġenzija hija magħmula minn 3 korpi:
Bord Amministrattiv: responsabbli għall-iżgurar li l-aġenzija tissodisfa l-kompiti tagħha, kif ukoll għar-riżorsi u kwistjonijiet baġitarji li jikkonċernaw l-akkreditazzjoni tas-sikurezza.
Direttur Eżekuttiv: maħtur mill-Bord Amministrattiv u responsabbli għall-ġestjoni u għar-rappreżentazzjoni tal-Aġenzija.
Indipendenza tal-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sistemi tas-sikurezza
Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 512/2014 sabiex jallinjah mal-istruttura amministrattiva ġdida għall-GNSS Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1285/2013. It-tibdiliet introdotti jiżguraw l-indipendenza tal-attivitajiet relatati mal-akkreditazzjoni tas-sistemi ta' sikurezza, kif ukoll is-separazzjoni bejn dawn u attivitajiet oħrajn tal-Aġenzija. Jinkludu:
META JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?
Mid-9 ta' Novembru 2010.
Għal aktar tagħrif ara s-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea tas-Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita.
TERMINI EWLENIN
* akkreditazzjoni tas-sikurezza: verifika tal-konformità mar-regoli u mar-regolamenti tas-sikurezza applikabbli stabbiliti mill-Kunsill u mill-Kummissjoni. Għall-prinċipji ġenerali għall-akkreditazzjoni tas-sikurezza, responsabilitajiet u kompiti, ara l-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 912/2010.
* stazzjonijiet tal-art: faċilità bbażata fuq l-art mgħammra biex tirċievi, jew tirċievi u tibgħat, sinjali minn jew lejn satelliti ta' komunikazzjoni.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 |
9.11.2010 |
- |
Atti li jemendaw |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 |
23.12.2013 |
- |
|
Ir-Regolament (UE) Nru 512/2014 |
23.5.2014 |
- |
l-aħħar aġġornament 06.08.2015