L-użu ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti fl-Ewropa

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2010/40/UE — regoli dwar il-varar ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din għandha l-għan li tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi tat-trasport biex joħolqu sistemi ta’ trasport intelliġenti (ITSs). Dan se jsir billi jiġu introdotti standards u speċifikazzjonijiet komuni għall-Unjoni Ewropea (UE). Dawn għandhom l-għan li jistabbilixxu servizzi tal-ITS interoperabbli* u effiċjenti filwaqt li jippermettu lil Stati Membri individwali tal-UE jiddeċiedu f’liema sistemi għandhom jinvestu.

PUNTI EWLENIN

L-ITSs ikopru firxa wiesgħa ta’ servizzi

Id-direttiva tapplika għal applikazzjonijiet u servizzi tal-ITS fis-settur tat-trasport bit-triq tal-UE u għall-mod li bih dawn l-applikazzjonijiet jikkomunikaw ma’ modi oħra tat-trasport.

L-ITSs huma sistemi li fihom it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jiġu applikati fit-trasport bit-triq, inklużi l-infrastruttura, il-vetturi u l-utenti, il-ġestjoni tat-traffiku u l-ġestjoni tal-mobbiltà.

Dawn li ġejjin ġew identifikati bħala oqsma ta’ prijorità għall-iżvilupp u l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u standards:

F’dawn l-oqsma ta’ prijorità, hemm sitt azzjonijiet ta’ prijorità li jiffukaw fuq:

Fir-rigward tal-varar tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-ITS, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati l-ispeċifikazzjonijiet relatati adottati mill-Kummissjoni Ewropea. Madankollu, l-Istati Membri individwali għandhom id-dritt li jiddeċiedu dwar l-implementazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet u s-servizzi fit-territorju tagħhom stess.

Servizz eCall għall-UE kollha biex tirrapporta inċidenti tat-traffiku fit-triq

Waħda mis-sitt azzjonijiet ta’ prijorità hija servizz eCall għall-UE kollha. Jekk hemm inċident serju fit-triq, l-eCall awtomatikament iċċempel in-numru uniku ta’ emerġenza tal-Ewropa (112) u tikkomunika l-post ta’ vettura lis-servizzi ta’ emerġenza. Imbagħad tiġi stabbilita konnessjoni tat-telefon maċ-ċentru telefoniku ta’ emerġenza xieraq (jew ċentru li jirċievi t-telefonati ta’ emerġenza) u d-dettalji tal-inċident jintbagħtu lis-servizzi ta’ salvataġġ, inkluż il-ħin tal-inċident, il-pożizzjoni preċiża tal-vettura li ħabtet u d-direzzjoni tal-vjaġġ.

L-Istati Membri qablu li jvaraw l-infrastruttura taċ-ċentru li jirċievi t-telefonati ta’ emerġenza tal-eCall meħtieġa biex jirċievu u jimmaniġġjaw b’mod xieraq l-eCalls kollha fit-territorju tagħhom sal-1 ta’ Ottubru 2017, u mat-twaħħil obbligatorju ta’ sistema eCall ta’ ġol-vettura bbażata fuq 112 fit-tipi ġodda kollha ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi light-duty mill-31 ta’ Marzu 2018.

Xogħol fuq azzjonijiet ta’ prijorità

Permezz ta’ atti delegati, il-Kummissjoni adottat speċifikazzjonijiet għal:

Fl-2019, saret evalwazzjoni biex tevalwa sa liema punt id-Direttiva kkontribwiet għal:

Wara dik l-evalwazzjoni, f’Diċembru 2021, il-Kummissjoni adottat proposta biex temenda d-Direttiva 2010/40/UE.

Delega ta’ setgħat

Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2010/40/UE, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati sas-27 ta’ Awwissu 2017. Id-Deċiżjoni (UE) 2017/2380 temenda d-Direttiva 2010/40/UE billi testendi l-perjodu għall-Kummissjoni biex tadotta atti delegati għal 5 snin oħra mis-27 ta’ Awwissu 2017. Sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma joġġezzjonax għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu, id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi.

Programm ta’ ħidma

Id-deċiżjoni dwar il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/40/UE ġiet adottata fil-15 ta’ Frar 2011. Din ġiet segwita minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li taġġorna l-programm ta’ ħidma fir-rigward tal-azzjonijiet skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2010/40/UE adottata f’Diċembru 2018, li, min-naħa tagħha, ġiet segwita minn deċiżjoni oħra li tkopri l-perjodu 2022-2027 adottata f’Diċembru 2022.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sas-27 ta’ Frar 2012.

SFOND

Il-volum tat-trasport fit-toroq huwa mistenni li jiżdied fl-UE. Dan probabbli jwassal għal żieda fil-konġestjoni fit-toroq, żieda fil-konsum tal-enerġija u problemi ambjentali u soċjali. Innovazzjonijiet bħal ITSs huma meħtieġa biex jinstabu soluzzjonijiet għal dawn it-tipi ta’ problemi. Dawn huma applikazzjonijiet avvanzati li għandhom l-għan illi jipprovdu servizzi innovattivi għal diversi modi ta’ trasport u mmaniġġar ta’ trasport. Dawn jippermettu lill-utenti jkunu infurmati aħjar dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport u li jagħmlu użu aħjar u aktar sigur min-networks tat-trasport.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Interoperabbli. Meta s-sistemi u l-proċessi tan-negozju sottostanti jkunu jistgħu jiskambjaw data u jaqsmu informazzjoni u għarfien.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2010/40/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti fil-qasam tat-trasport fit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, pp. 1–13).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2010/40/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/670 tat-2 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali għall-UE kollha (ĠU L 122, 25.4.2022, pp. 1–16).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali għall-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, pp. 1–13).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali għall-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, pp. 21–31).

Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77–89).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni Nru 585/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-varar ta’ eCall interoperabbli madwar l-UE kollha (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 6–9).

Id-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti (ĠU L 247, 18.9.2013, pp.6–10).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (ĠU L 247, 18.9.2013, pp. 1–5).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta’ Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha (ĠU L 91, 3.4.2013, pp. 1–4).

l-aħħar aġġornament 24.02.2023