Ir-responsabbiltà tal-proprjetarji tal-vapuri f’każ ta’ aċċidenti

Il-passiġġieri involuti f’aċċidenti marittimi għandhom jingħataw livell adegwat ta’ kumpens għal kwalunkwe telf jew ħsara li jġarrbu. Bil-għan li jiżguraw dan, il-proprjetarji tal-vapuri għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ assigurazzjoni xierqa.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti

SOMMARJU

Il-passiġġieri involuti f’aċċidenti marittimi għandhom jingħataw livell adegwat ta’ kumpens għal kwalunkwe telf jew ħsara li jġarrbu. Bil-għan li jiżguraw dan, il-proprjetarji tal-vapuri għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ assigurazzjoni xierqa.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Huwa jistipula regoli armonizzati dwar ir-responsabbiltà u l-assigurazzjoni għall-kumpaniji tat-tbaħħir li jġorru passiġġieri bil-baħar. Huwa jintroduċi fil-liġi Ewropea d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ateni tal-1974 dwar il-ġarr bil-baħar ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom u linji gwida mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

PUNTI EWLENIN

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mid-29 ta’ Mejju 2009.

Għal aktar tagħrif, ara Id-drittijiet tal-passiġġieri fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009

29.5.2009

-

ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24-46

l-aħħar aġġornament 30.09.2015