Programm ta’ azzjoni multiannwali għas-saħħa (2014–2020) (proposta)

Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta t-tielet programm ta’ azzjoni multiannwali tagħha għas-saħħa, li jkopri l-perjodu 2014–2020. Dan il-programm iwieġeb għall-ħtieġa li l-Istati Membri jiġu akkumpanjati fl-isforzi tagħhom sabiex itejbu s-saħħa taċ-ċittadini u sabiex jiżguraw is-sostenibilità tas-sistemi tas-saħħa, li hija parti mill-istrateġija Ewropa 2020.

PROPOSTA

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembru 2011, dwar it-twaqqif ta' Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2014–2020, intitolata “Is-saħħa favur it-tkabbir” (COM(2011) 709 finali – Mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

SOMMARJU

Il-programm “Is-Saħħa għat-Tkabbir” (2014–2020) huwa t-tielet programm ta’ azzjoni multiannwali tal-Unjoni Ewropea (UE). Jgħin/jappoġġja lill-Istati Membri sabiex:

Għan Nru 1: kontribuzzjoni għal sistemi tas-saħħa innovattivi u vijabbli

Il-Kummissjoni Ewropea trid tgħin lill-Istati Membri sabiex jindirizzaw in-nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji. Trid anki tħeġġiġhom jintegraw innovazzjonijiet fil-kura tas-saħħa, pereżempju fir-rigward tas-saħħa online, u sabiex jaqsmu l-għarfien tagħhom f’dan il-qasam. Barra minn hekk, il-programm jappoġġa s-Sħubija Ewropea għal innovazzjoni dwar ix-xjuħija attiva u f'saħħa tajba.

Għan Nru 2: titjib tal-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità aħjar u aktar siguri għaċ-ċittadini

Il-Kummissjoni tissuġġerixxi l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ akkreditazzjoni tar-riżorsi Ewropej ta’ referenza, u dan ikun jippermetti sabiex, pereżempju, tiġi appoġġjata l-azzjoni fil-qasam tal-mard rari. Ikun jaqbel ukoll li jiġu elaborati xejriet Ewropej fir-rigward tas-sigurtà tal-pazjenti u l-użu tal-aġenti mikrobiċi.

Għan Nru 3: titjib tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard

L-Istati Membri huma mistiedna jaqsmu l-prattiki tajbin tagħhom fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tipjip, tal-abbuż mill-alkoħol u tal-obeżità. Azzjonijiet speċifiċi jridu jgħinu anki fil-prevenzjoni ta’ mard kroniku, fosthom il-kanċer.

Għan Nru 4: protezzjoni taċ-ċittadini mill-perikli transkonfinali għas-saħħa

Il-Kummissjoni tqis li hemm bżonn ta’ titjib fil-livell ta’ tħejjija u fil-kapaċitajiet ta’ koordinazzjoni f’każ ta’ perikli transkonfinali kbar.

Dispożizzjonijiet finanzjarji

L-allokazzjoni finanzjarja tal-programm hija ta’ 446 miljun euro għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2020. Jistgħu jieħdu sehem fil-programm:

L-UE tista’ anki tieħu sehem b’mod finanzjarju fil-forma ta’ sussidji jew ta’ swieq pubbliċi bil-għan li tiffinanzja azzjonijiet li jippreżentaw valur miżjud Ewropew jew tagħti sussidji operattivi lil korpi mhux governattivi. Dawn is-sussidji jikkontribwixxu sa 60 % tal-ispejjeż ammissibbli u jikkonċernaw firxa wiesgħa ta’ korpi kostitwiti b’mod legali bħal pereżempju:

F’dawn il-każi eċċezzjonali biss, is-sussidji jistgħu jilħqu t-80 % tal-ispejjeż ammissibbli.

L-allokazzjonijiet finanzjarji jistgħu anki jkopru spejjeż relatati ma’ attivitajiet ta’ tħejjija, segwitu, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm.

Eżekuzzjoni tal-programm

L-eżekuzzjoni tal-azzjonijiet tal-programm hija kkontrollata mill-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija megħjuna minn kumitat b’konformità mar-regolament relatat mal-kompetenzi ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni.

L-Istati Membri huma meħtieġa jaħtru punti ta’ kuntatt nazzjonali sabiex jgħarrfu lin-nies fi ħdan pajjiżhom dwar il-programm u r-riżultati tiegħu.

Dan ir-regolament jirrevoka d-Deċiżjoni relatata mat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa mill-1 ta' Jannar 2014.

Referenza

Proposta

Ġurnal Uffiċjali

Proċedura

COM(2011) 709 finali

2011/0339/COD

See also

L-aħħar aġġornament: 11.01.2012