Regoli tas-saħħa għall-moviment u l-kummerċ taż-żwiemel

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li għandhom jiġu ssodisfati meta jiġu importati ż-żwiemel (inklużi l-annimali kollha fil-familja tal-ekwidi*), jew waqt il-moviment tagħhom fi ħdan l-UE.

PUNTI EWLENIN

Iż-żwiemel eliġibbli li jiġu rreġistrati fi studbook*, u maħsuba għall-kummerċ fi ħdan l-UE:

Il-pajjiżi tal-UE affettwati mill-marda Afrikana taż-żwiemel ma jistgħux jibagħtu żwiemel minn żoni infettati sakemm ma jkunux:

Iż-żwiemel iridu jivjaġġaw direttament, akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa, f’vetturi mgħammra b’mod xieraq għas-saħħa u l-benesseri tagħhom. Esperti veterinarji mill-Kummissjoni Ewropea jistgħu jwettqu spezzjonijiet fuq il-post.

L-importazzjoni minn barra l-UE

Kwalunkwe pajjiż mhux tal-UE li jkun jixtieq jesporta żwiemel irid ikun awtorizzat mill-UE, abbażi tar-rekord tas-saħħa tal-annimali u l-garanziji tagħhom provduti fuq is-saħħa u l-benesseri tal-annimali.

Il-pajjiż mhux tal-UE jew ir-reġjun irid ikun:

Jistgħu jkunu meħtieġa garanziji addizzjonali għal mard li ma jinstabx fl-UE.

Iż-żwiemel iridu jkunu baqgħu fil-pajjiż mhux tal-UE għal perijodu stabbilit, u jridu jkunu akkumpanjati minn identifikazzjoni u ċertifikat tas-saħħa. Spezzjonijiet addizzjonali jsiru minn esperti veterinarji mill-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni.

Eżenzjonijiet għal xi wħud minn dawn ir-regoli jistgħu jingħataw lil żwiemel użati għal skopijiet ta’ sports, rikreattivi jew kulturali, jew għall-mergħat jew xogħol temporanji qrib il-fruntieri interni tal-UE.

Ir-Regolament (UE) 2015/262 isaħħaħ ir-regoli ta’ identifikazzjoni bl-introduzzjoni ta’ skema ta’ passaport taż-żwiemel.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mit-12 ta’ Awwissu 2010.

TERMINI EWLENIN

*Ekwidi: membri tal-familja taż-żwiemel, inklużi żwiemel, ħmir u żebri, u annimali li jkunu tħalltu għat-tgħammir.

*Studbook: ktieb, jew forma ta’ rekord oħra, li jelenka ż-żwiemel irreġistrati eliġibbli, filwaqt li jsemmi l-axxendenti magħrufa tagħhom.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

ATT

Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1–24)

L-emendi suċċessivi u l-korrezzjonijiet għad-Direttiva 2009/156/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

ATTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE of 10 ta’ April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati (ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67–83). Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE of 2 ta’ Frar 1993 dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1-6). Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE tal-5 ta’ Frar 1993 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ ekwidi għall-qatla (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 7–15). Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE of 5 ta’ Frar 1993 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni tal-veterinarju għall-importazzjoni ta’ annimali tar-razza ta’ l-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16–33). Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni ta’ l-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p.1–10). Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin) (ĠU L 59, 3.3.2015, p. 1–53)

l-aħħar aġġornament 04.05.2020