Il-ftehim jistabbilixxi qafas formali għall-kooperazzjoni, bil-għan li jħeġġeġ, jiżviluppa u jiffaċilita attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija.
Permezz tad-Deċiżjoni 98/591/KE, il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-ftehim f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-UE).
Il-Kunsill approva estensjonijiet suċċessivi fl-2004 (Deċiżjoni 2004/756/KE), fl-2009 (Deċiżjoni 2009/306/KE — inkluża emenda għall-Ftehim), fl-2014 (Deċiżjoni 2014/240/UE) u fl-2018 (Deċiżjoni (UE) 2018/1578).
Attivitajiet imwettqa skont il-ftehim huma bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:
Kooperazzjoni
L-oqsma tal-attivitajiet koperattivi huma:
Attivitajiet
Attivitajiet koperattivi jistgħu jinkludu:
Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998 għal perjodu inizjali ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż b’emendi possibbli għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin.
Il-ftehim ġie estiż erba’ darbiet, l-aħħar darba fl-2018, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin kull darba. It-tieni estensjoni kienet tinkludi emenda — li żiedet ir-riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju mal-lista ta’ setturi għall-attivitajiet koperattivi.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Għal aktar informazzjoni dwar il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti fl-oqsma tar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I), ara:
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1578 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 263, 22.10.2018, pp. 1-2)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/240/UE tal-14 ta’ April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 128, 30.4.2014, pp. 43-44)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta’ Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 90, 2.4.2009, pp. 20-21)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 284, 22.10.1998, pp. 35-36)
Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 284, 22.10.1998, pp. 37-44)
Ftehim ta’ Implimentazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-kooperazzjoni bejn riċerkaturi ffinanzjati b’mod separat mill-Programmi ta’ Qafas tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, 17 ta’ Ottubru 2016.
l-aħħar aġġornament 20.05.2020