Konvenzjoni tal-Assistenza Alimentari

L-Unjoni Ewropea (UE) tikkontribwixxi sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet nutrittivi u alimentari ta’ dawk li huma l-aktar vulnerabbli fil-pajjiżi mhux fl-UE. Din il-Konvenzjoni tagħmel il-koordinazzjoni ta’ din l-assistenza mid-donaturi aktar effiċjenti u effettiva fuq livell globali.

ATT

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/738/EU dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Alimentari.

SOMMARJU

X’inhi l-kwistjoni?

Il-Konvenzjoni tal-Assistenza Alimentari, l-aktar riċenti minn sensiela ta’ ftehimiet multilaterali bejn id-donaturi, tfittex li tipprovdi assistenza nutrittiva u alimentari effettiva u xierqa lill-popolazzjonijiet vulnerabbli fil-pajjiżi eliġibbli, abbażi tal-ħtiġijiet identifikati.

L-għan tal-Konvenzjoni huwa li:

F’konformità mal-politika dwar l-assistenza alimentari umanitarja tal-UE, il-Konvenzjoni timmira li ttejjeb l-aċċess tal-popolazzjonijiet vulnerabbli għal u l-konsum ta’ ikel adegwat, sigur u nutrittiv abbażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet xierqa.

X’inbidel?

Skont il-Konvenzjoni, il-partijiet jikkondividu l-informazzjoni, jikkooperaw u jikkollaboraw ma’ xulxin. Hija sservi wkoll bħala forum għal diskussjoni li jippermetti lill-partijiet jiskambjaw informazzjoni ma’ partijiet interessati oħrajn dwar kwistjonijiet - eż. il-lezzjonijiet mitgħallma fit-tmexxija ta’ tip ta’ programm partikolari - bil-għan li jiġi żgurat li r-riżorsi tagħhom jintużaw b’effett massimu.

Operat: Kull parti taqbel li tagħmel impenn annwali minimu ta’ assistenza alimentari, espress f’termini ta’ valur jew kwantità. Dan l-impenn għandu jsir fil-forma ta’ għotja, kull meta jkun possibbli.

Huwa stipulat b’mod ċar li l-assistenza alimentari ma tistax tkun marbuta b’xi mod mal-esportazzjonijiet kummerċjali ta’ prodotti agrikoli jew prodotti u servizzi oħrajn lejn il-pajjiżi benefiċjarji.

Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu pprovduti:

Il-pajjiżi eliġibbli jinkludu:

Sfond: L-Unjoni Ewropea hija parti mill-Ftehim Internazzjonali taż-Żrieragħ, li jikkomprendi 2 strumenti legali distinti: il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċerealiu l-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Alimentari. Firmatarji oħrajn jinkludu l-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun u l-Isvizzera.

Definizzjoni

* sigurtà alimentari: is-Summit Dinji tal-Ikel tal-1996 iddefinixxa s-sigurtà alimentari bħala li teżisti “meta n-nies kollha fil-ħinijiet kollha jkollhom aċċess għal ikel suffiċjenti, sigur u nutrittiv sabiex jgħixu ħajja attiva u f’saħħitha”.

REFERENZI

Att

Dħul fis-Seħħ

L-Iskadenza għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Id-Deċiżjoni 2012/738

13.11.2012

-

ĠU L 330 tat- 30.11.2012

ATTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/339/UE li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari tal- 1999 .

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/316/UE li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari tal- 1999 .

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/224/UE li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal- 1995 .

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/421/KE dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari tal- 1999 .

l-aħħar aġġornament 10.03.2014