L-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux regolat

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 — Sistema tal-UE sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

X'INHU L-GĦAN TA' DAN IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Portijiet deżinjati

Spezzjonijiet fil-port

Il-pajjiż tal-UE li fih ikun jinsab il-port huwa responsabbli għall-monitoraġġ ta’ prodotti tas-sajd importati fl-UE. Għandu jivverifika li dawn il-prodotti huma legali u li l-bastiment huwa konformi mar-regolamenti, jiġifieri li għandu l-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa, u li l-kwantità dikjarata taqbel mal-kwantità żbarkata jew trasbordata.

Ċertifikati tal-qabdiet

Iċ-ċertifikat tal-qabdiet jiggarantixxi li l-prodotti importati fl-UE ma joriġinawx minn sajd IUU. Dawn iċ-ċertifikati jinħarġu mill-pajjiż li fih ikun reġistrat il-bastiment tas-sajd (stat tal-bandiera). Jakkumpanjaw il-prodotti tas-sajd tul il-katina tal-provvista sabiex jippermettu verifiki kontinwi.

Sajd preżunt bħala IUU

Pajjiżi terzi li ma jikkooperawx

Il-Kummissjoni għandha tidentifika wkoll pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. Pajjiż terz jista' jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax meta dan jonqos milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, biex jieħu azzjoni sabiex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.

Sanzjonijiet

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Żona magħluqa: żona magħluqa għas-sajd kummerċjali sabiex il-ħażniet jirkupraw.

Staġun magħluq: perjodu tas-sena li fih is-sajd huwa pprojbit sabiex il-ħażniet jirkupraw.

Fond aktar minn dak permess: fond lil hinn minn limitu mogħti li jkun magħluq għas-sajd sabiex il-ħażniet tal-baħar jirkupraw.

Trasbord: it-trasferiment ta’ qabda minn dgħajsa iżgħar tas-sajd lejn waħda akbar li mbagħad tinkorporaha f’lott akbar għal kunsinna.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, pp. 1–32).

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008) (ĠU L 22, 26.1.2011, p. 8)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Awtorizzazzjoni għas-sajd

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, pp. 33–44)

Bastimenti involuti fis-sajd IUU

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 468/2010 tat-28 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta' bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (ĠU L 131, 29.5.2010, pp. 22–26)

Ara l-verżjoni konsolidata

Awtoritajiet kompetenti għal ċertifikati dwar il-qabdiet

Lista ta’ Stati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom li tikkonċerna l-Artikoli 15(2), 17(8) u 21(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (ĠU C 320, 24.12.2009, pp. 17–20)

Portijiet deżinjati

Lista ta’ portijiet fl-Istati Membri tal-UE fejn huma permessi operazzjonijiet ta' żbark jew trasbord u fejn is-servizzi tal-port huma aċċessibbli minn bastimenti ta' pajjiżi terzi konformement ma' Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (ĠU C 320, 24.12.2009, pp. 13–16)

l-aħħar aġġornament 11.10.2016