L-Ombudsman Ewropew
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
SOMMARJU
X’TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?
Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom jaħdem l-Ombudsman Ewropew.
PUNTI EWLENIN
Status u ħatra
Il-ġlieda kontra l-amministrazzjoni ħażina
Ir-rwol ewlieni tal-Ombudsman huwa li jinvestiga każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina minn istituzzjonijiet u korpi tal-UE.
Limitu tal-awtorità
Kif isir ilment
Ilment lill-Ombudsman irid jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin.
Ilment jista’ jiġi kklassifikat bħala kunfidenzjali fuq talba tal-ilmentatur jew fuq l-inizjattiva tal-Ombudsman jekk dan tal-aħħar iqis li huwa neċessarju sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-ilmentatur jew ta’ parti terza.
Il-passi li jmiss
Jekk, wara investigazzjoni inizjali, l-Ombudsman isib li lment huwa ammissibbli u li hemm raġunijiet għal inkjesta, dan jinforma lill-istituzzjoni jew lill-korp ikkonċernat u jitolbu jissottometti opinjoni f’limitu ta’ żmien speċifikat (normalment mhux aktar minn tliet xhur).
L-Ombudsman jibgħat dik l-opinjoni lill-ilmentatur li jista’ jibgħat kummenti fi ħdan limitu ta’ żmien speċifikat (normalment ta’ mhux aktar minn xahar).
L-Ombudsman jista’ jagħmel inkjesti oħrajn. Wara li jitwettqu l-inkjesti, l-Ombudsman jagħlaq il-każ b’deċiżjoni motivata li jista’ jkun fiha rimarki kritiċi u jinforma lill-ilmentatur u lill-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernati.
L-Ombudsman jista’ jagħlaq il-każ b’rapport li jkun fih abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet lill-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernat li mbagħad jintbagħat lill-ilmentatur u lill-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernat. L-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernat imbagħad ikollu tliet xhur biex jibgħat lill-Ombudsman opinjoni ddettaljata li tista’, pereżempju, telenka l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet.
L-Ombudsman jista’ jiddeċiedi li jħejji rapport speċjali lill-Parlament Ewropew jekk l-opinjoni ddettaljata ma tkunx sodisfaċenti. Ir-rapport speċjali jista’ jkun fih rakkomandazzjonijiet. Jintbagħat ukoll lill-ilmentatur u lill-istituzzjoni jew lill-korp ikkonċernat.
Jekk, waqt inkjesta, jaslu għall-attenzjoni tal-Ombudsman kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-liġi kriminali, dan tal-aħħar irid jinforma immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-istituzzjoni tal-UE responsabbli għall-ġlieda kontra l-frodi, u, jekk xieraq, lill-istituzzjoni tal-Unjoni jew il-korp li għalih jaħdem il-ħaddiem ċivili jew l-aġent inkwistjoni.
L-Ombudsman jibgħat ukoll rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Parlament Ewropew, inkluż ir-riżultat tal-inkjesti tiegħu.
Regoli ta’ implimentazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni ġew adottati mill-Ombudsman fit-8 ta’ Lulju 2002 u ġew emendati l-aħħar fit-3 ta’ Diċembru 2008.
MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?
Hija daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 1994.
SFOND
Il-websajt tal-Ombudsman Ewropew
ATT
Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta’ l-obbligi ta’ l-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15-18)
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euroatom ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.
ATTI RELATATI
Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43-48)
l-aħħar aġġornament 04.02.2016