Apparati bid-dawl u li jagħmlu sinjali bid-dawl għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti

Din id-Direttiva tifforma parti mill-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti. Hija tistabbilixxi r-regoli li japplikaw għall-installazzjoni ta’ apparati bid-dawl u li jagħmlu sinjali bid-dawl għal din il-vettura.

ATT

Id-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ apparati bid-dawl u li jagħmlu sinjali bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE).

SOMMARJU

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-installazzjoni ta’ apparati bid-dawl u li jagħmlu sinjali bid-dawl fuq vetturi. Hija taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/24/KE relatata mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti.

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għal:

Rekwiżiti tekniċi

Ir-rekwiżiti tekniċi jikkonċernaw in-numru, it-tpinġijiet tal-arranġament, il-viżibbiltà ġeometrika, l-allinjament, l-inkorporazzjoni ma’ mezzi oħrajn u l-indikaturi operatorji għal kull wieħed mill-apparati bid-dawl u li jagħmlu sinjali bid-dawl ikkonċernati u skont it-tip ta’ vettura.

L-allinjament tal-lampi li jdawlu għandu jiġi ssettjat b’mod korrett. Il-kondizzjonijiet relatati mas-simmetrija u l-kulur għandhom jiġu rrispettati jekk il-lampi jikkostitwixxu par.

L-indikaturi operatorji għandhom ikunu viżibbli għas-sewwieq u jikkonformaw ma’ kodiċi ta’ kulur speċifiku speċifikat fl-Anness I għal din id-Direttiva.

Approvazzjoni tat-tip tal-UE

Meta r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jiġu ssodisfati, il-pajjiżi tal-UE ma jkunux jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip għal vettura bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tagħha. Jekk ir-rekwiżiti ma jiġux issodisfati, il-pajjiżi tal-UE għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip għal kwalunkwe vettura bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti.

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 iħassar id-Direttiva 2009/67/KE b’effett mill-1.1.2016.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/60/UE temenda l-Annessi I sa VI għad-Direttiva 2009/67/KE għall-perjodu tranżitorju sal-1.1.2016.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 2009/67/KE

14.9.2009

-

ĠU L 222 tal-25.8.2009

Att(i) li Jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 2013/60/UE

11.12.2013

30.6.2014

ĠU L 329 tal-10.12.2013.

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli [Ġurnal Uffiċjali L 60 tat-2.3.2013].

L-aħħar aġġornament: 19.05.2014