Medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali

Qafas legali prevedibbli jista’ jippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi ta’ medjazzjoni* bħala proċess ta’ soluzzjoni għat-tilwim, partikularment f’termini ta’ kosteffettività u veloċità.

ATT

Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali

SOMMARJU

Qafas legali prevedibbli jista’ jippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi ta’ medjazzjoni* bħala proċess ta’ soluzzjoni għat-tilwim, partikularment f’termini ta’ kosteffettività u veloċità.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Id-Direttiva għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-użu ta’ metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim, b’mod partikolari permezz tal-użu tal-medjazzjoni. Tfittex li tiġi żgurata relazzjoni bbilanċjata bejn il-medjazzjoni u l-proċedimenti ġudizzjarji.

PUNTI EWLENIN

Id-Direttiva tapplika għal tilwim transkonfinali f’materji ċivili u kummerċjali. Ma testendix għal:

Il-pajjiżi tal-UE jridu jwaqqfu proċedura li tippermetti lill-partijiet li jitolbu l-konferma ta’ ftehim. Din il-konferma tista’ tkun permezz ta’ sentenza, deċiżjoni jew att awtentiku ta’ qorti jew ta’ awtorità pubblika. Se tippermetti r-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar ta’ ftehim madwar l-UE skont l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti għal deċiżjonijiet tal-qorti f’materji ċivili u kummerċjali u fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabiltà tal-ġenituri.

Il-medjaturi* jew dawk involuti fil-proċess ta’ medjazzjoni mhumiex obbligati li jagħtu xhieda fi proċedimenti ġudizzjarji dwar informazzjoni li tkun inkisbet matul dak il-proċess, ħlief jekk:

Il-pajjiżi tal-UE jridu jinkoraġġixxu t-taħriġ tal-medjaturi, kif ukoll l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ kodiċi volontarji ta’ kondotta għall-professjoni.

SFOND

Fl-2013, l-UE ppubblikat 2 partijiet ġodda ta’ leġiżlazzjoni dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim:

Għal aktar informazzjoni ara Soluzzjoni Alternattiva u Onlajn għat-Tilwim (ADR/ODR) fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

TERMINI EWLENIN

* Medjazzjoni: proċess strutturat li fih 2 partijiet jew aktar f’tilwima jippruvaw bejniethom, fuq bażi volontarja, jilħqu ftehim dwar is-soluzzjoni għat-tilwima tagħhom bl-assistenza ta’ medjatur. Tista’ tinbeda mill-partijiet jew tiġi ssuġġerita jew ordnata minn qorti jew preskritta mil-liġi ta’ pajjiż tal-UE.

* Medjatur: terza persuna li tiġi mitluba tipprovdi medjazzjoni b’mod effettiv, imparzjali u kompetenti. L-istatus jew l-okkupazzjoni ta’ din il-persuna fil-pajjiż tal-UE kkonċernat mhijiex rilevanti u lanqas ma huwa l-mod li bih il-parti terza tkun ġiet maħtura jew mitluba twettaq il-medjazzjoni.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Data tat-traspożizzjoni fl-Istat Membru

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Direttiva 2008/52/KE

13.6.2008

21.5.2011 (Artikolu 10: 21.11.2010)

ĠU L 136 tal-24.5.2008, pp. 3-8

ATTI RELATATI

Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, pp. 63-79)

Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, pp. 1-12)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Lejn Qafas Orizzontali Ewropew għal Rimedju Kollettiv” (COM(2013) 401 final tal-11.6.2013)

l-aħħar aġġornament 17.08.2015