Talbiet mhux kontestati – Ordni Ewropew ta' Infurzar

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 – li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta' applikazzjoni

Ir-Regolament japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. Ma jkoprix, b’mod partikolari, kwistjonijiet bħal dħul, kwistjonijiet doganali jew amministrattivi. Huwa applikabbli fil-pajjiżi kollha tal-UE bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Talba titqies bħala mhux kontestata jekk:

Ordni Ewropew ta’ infurzar

Sentenza fuq talba mhux kontestata hija ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar mill-pajjiż tal-UE li jkun ħareġ is-sentenza (stat tal-oriġini). Iċ-ċertifikazzjoni titwettaq permezz ta’ formola standard. Dan jista’ japplika biss għal partijiet tas-sentenza, f’liema każ l-ordni tkun magħrufa bħal “ordni Ewropew ta' Infurzar parzjali”.

Standards minimi

Sabiex sentenza dwar talba mhux kontestata tkun iċċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar, proċeduri tal-qorti fil-pajjiż tal-oriġini tal-UE għandhom jikkonformaw ma’ ħtiġijiet proċedurali.

Għalhekk, il-metodi tat-tqassim tad-dokumenti elenkati fir-regolament biss huma permessi jekk is-sentenza jeħtieġ li tiġi ċċertifikata bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar.

Barra minn hekk, id-dokument li jistitwixxi l-proċeduri għandu jagħti d-dettalji ta’:

Fl-aħħar nett, il-pajjiż tal-oriġini tal-UE għandu jipprovdi għad-dritt għal reviżjoni tas-sentenza f’każijiet eċċezzjonali.

Infurzar

Il-liġi li għandha tiġi applikata għall-proċeduri ta’ infurzar hija dik tal-pajjiż tal-UE fejn jintalab l-infurzar tas-sentenza (stat tal-infurzar). Il-kredituri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar bi:

Ma għandha tkun meħtieġa ebda garanzija, pleġġ jew depożitu minn kredituri għar-raġuni li jew ikunu ċittadini barrani jew li ma jkunux domiċiljati jew residenti fil-pajjiż tal-UE tal-infurzar.

Il-qorti kompetenti fil-pajjiż tal-UE tal-infurzar tista', soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, tirrifjuta li tinforza sentenza jekk din tkun irrikonċiljabbli ma' sentenza mogħtija qabel f'xi pajjiż tal-UE jew f'xi pajjiż mhux tal-UE. F’ċerti każijiet, din tista’ wkoll twaqqaf jew tillimita l-infurzar.

Dispożizzjonijiet finali u ġenerali

Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-proċeduri tal-infurzar, pajjiżi tal-UE ntrabtu li jipprovdu lill-pubbliku ġenerali u lill-assoċjazzjonijiet professjonali b'informazzjoni relevanti fi ħdan il-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Il-kredituri għandhom il-libertà li jitolbu r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenza taħt ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jippreġudikax l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-21 ta’ Ottubru 2005.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 15–39)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 805/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 28.06.2016