Permess ta’ residenza għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin

Jistgħu jinħarġu permessi ta’ residenza għal perjodu temporanju lil ċittadini mhux mill-UE li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew (b’mod fakultattiv) soġġetti għal azzjoni ta’ immigrazzjoni illegali. Huwa ttamat li dan jinkoraġġihom sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jipprovdilhom protezzjoni adegwata.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti.

SOMMARJU

Jistgħu jinħarġu permessi ta’ residenza għal perjodu temporanju lil ċittadini mhux mill-UE li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew (b’mod fakultattiv) soġġetti għal azzjoni ta’ immigrazzjoni illegali. Huwa ttamat li dan jinkoraġġihom sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jipprovdilhom protezzjoni adegwata.

X'TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

Id-Direttiva tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ u t-tiġdid tal-permess ta’ residenza, il-kundizzjonijiet għan-nuqqas ta’ tiġdid jew l-irtirar, kif ukoll it-trattament tal-vittmi qabel u wara li jingħataw permess.

PUNTI EWLENIN

Id-Direttiva tapplika għal ċittadini mhux mill-UE, irrispettivament minn jekk huma daħlux fl-UE illegalment. Il-permessi jistgħu jingħataw lil dawk li laħqu l-età maġġuri fil-pajjiż tal-UE rispettiv u jistgħu japplikaw għal tfal taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali.

Il-persuni kkonċernati għandhom jiġu informati dwar il-possibbiltajiet offruti skont din id-direttiva mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-UE rilevanti. Ċittadini mhux mill-UE jingħataw perjodu ta’ riflessjoni sabiex jirkupraw u jaħarbu mill-influwenza tal-awturi tar-reati. Dan jagħtihom iċ-ċans li jieħdu deċiżjoni informata dwar jekk għandhomx jikkooperaw mal-awtoritajiet investigattivi. Matul dan il-perjodu, iċ-ċittadini mhux mill-UE kkonċernati għandhom:

L-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli sabiex jivvalutaw jekk:

Meta jiġu ssodisfati t-3 kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jinħareġ permess ta’ residenza temporanju, li jista’ jiġġedded u li jkun validu għal mill-inqas 6 xhur. Il-permess jista’ jiġġedded jekk ikomplu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti. Il-permess jagħti lid-detentur aċċess għas-suq tax-xogħol, kif ukoll għal taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Il-permess ta’ residenza ma jistax jiġġedded jekk il-kundizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma jiġux issodisfati aktar jew jekk il-proċedimenti rilevanti jkunu ġew fi tmiemhom. Il-permess jista’ jiġi rtirat għal numru ta’ raġunijiet, inkluż jekk il-vittma terġa’ tagħmel kuntatt ma’ dawk suspettati li wettqu r-reati jew jekk tieqaf tikkoopera jew inkella meta jitwaqqfu l-proċedimenti.

Il-pajjiżi tal-UE huma liberi li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-persuni koperti minn din id-direttiva.

Filwaqt li l-ġbir tad-dejta dwar diversi aspetti ta’ din id-direttiva għad irid jittejjeb, 2 rapporti mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva fl-2010 u fl-2014 sabu li l-possibbiltà li jinħarġu permessi fi skambju għal kooperazzjoni mal-awtoritajiet jista’ jkun li mhux qiegħda tiġi utilizzata biżżejjed mill-pajjiżi tal-UE.

SFOND

Din id-Direttiva għandha tinqara flimkien mad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu. Din tal-aħħar tipprovdi qafas legali orizzontali għaċ-ċittadini tal-UE u dawk ta’ pajjiżi terzi u saħħet il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/81/KE, inkluż il-qafas ta’ protezzjoni u assistenza għat-tfal.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2004/81/KE

6.8.2004

5.8.2006

ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19-23

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' Direttiva 2004/81/KE dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti (COM(2010) 493 final tal-15.10.2010).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/81/KE dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (COM(2014) 635 final tas-17.10.2014).

l-aħħar aġġornament 02.04.2015