Deċiżjonijiet ta’ espulsjoni — rikonoxximent reċiproku mill-pajjiżi tal-UE
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?
Din għandha l-għan li tiżgura li deċiżjoni minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li jitkeċċa ċittadin mhux tal-UE preżenti f’pajjiż ieħor tal-UE tiġi rispettata u osservata.
PUNTI EWLENIN
MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Din ilha tapplika mit-2 ta’ Ġunju 2001. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sat-2 ta’ Diċembru 2002.
SFOND
Ir-Renju Unit (1) u l-Irlanda, għalkemm ma humiex fiż-żona mingħajr passaport ta’ Schengen, japplikaw il-leġiżlazzjoni u jipparteċipaw fl-arranġamenti tagħha, kif jagħmlu wkoll l-Iżlanda u n-Norveġja, filwaqt li d-Danimarka le.
DOKUMENTI EWLENIN
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU L 149, 2.6.2001, pp. 34-36)
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/110/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 fuq l-għajnuna f’każijiet ta’ transitu għal raġunijiet ta’ tneħħija bl-ajru (ĠU L 321, 6.12.2003, pp. 26-31)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/191/KE tat-23 ta’ Frar 2004 li tistabbilixxi l-kriterji u l-arranġamenti prattiċi għall-kumpens tal-iżbilanċi finanzjarji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/40/KE dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet dwar it-tkeċċija ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz (ĠU L 60, 27.2.2004, pp. 55–57)
Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, pp. 98–107)
Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 31–59)
l-aħħar aġġornament 09.01.2017
(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.