Verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fil-proprjetajiet tar-riċevituri tal-finanzjament tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 – il-verifiki u l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE kontra l-frodi u irregolarijiet oħra

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-verifiki u l-kontrolli fuq il-post li twettaq il-Kummissjoni Ewropea sabiex tiġġieled kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra, b’mod partikolari fejn tissuspetta li jkunu twettqu xi irregolaritajiet* minn opeaturi ekonomiċi* li jirċievi appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE.

Ir-Regolament japplika għall-oqsma kollha tal-attivitajiet tal-UE. Dan ma jaffettwax is-setgħat ta’ prosekuzzjoni ta’ ksur kriminali tal-pajjiżi tal-UE skont il-liġi nazzjonali.

PUNTI EWLENIN

Twettiq ta’ verifiki u spezzjonijiet fuq il-post

Il-Kummissjoni twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fil-proprjetajiet tal-operaturi ekonomiċi:

Kundizzjonijiet

Aċċess għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni skont il-liġi nazzjonali

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jikkonċernaw, b’mod partikolari:

Evidenza

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 1997.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Irregolaritajiet: Kwalunkwe ksur tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-UE.
Operaturi ekonomiċi: Individwu, negozju, jew korp ieħor li huwa ekonomikament attiv u għandu status legali skont il-liġi nazzjonali.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, pp. 2-5)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 312, 23.12.1995, pp. 1-4)

Rettifika

l-aħħar aġġornament 20.10.2017