Prattiki kummerċjali żleali

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Prattiki kummerċjali qarrieqa

Azzjonijiet qarrieqa

Prattika hija qarrieqa jekk ikun fiha informazzjoni falza jew mhux veritiera jew li huwa probabbli li jqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk l-informazzjoni tista’ tkun korretta, u li ġġiegħlhom jieħdu deċiżjoni transazzjonali li ma kinux jieħdu f’ċirkostanzi oħra. Eżempji ta’ azzjonijiet bħal dawn jinkludu informazzjoni falza jew qarrieqa dwar:

Id-Direttiva emendatorja (UE) 2019/2161 tintroduċi regola speċifika li tindirizza l-kummerċjalizzazzjoni qarrieqa ta’ oġġetti bħala waħda identika meta fir-realtà l-kompożizzjoni tagħhom tkun sinifikament differenti fi Stati Membri differenti (spiss imsejħa oġġetti ta’ “kwalità doppja)”.

Ommissjonijiet qarrieqa

Prattiki kummerċjali aggressivi

Prattiki pprojbiti fiċ-ċirkostanzi kollha (“blacklist”)

Rimedju u penali

Dokument ta’ gwida

Fl-2021, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet gwida aġġornata dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE. Din tispjega l-kunċetti u r-regoli prinċipali u tagħti eżempji prattiċi meħudin mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mill-qrati u mill-amministrazzjonijiet nazzjonali biex jiġi ffaċilitat l-infurzar għall-awtoritajiet nazzjonali u biex tiġi żgurata ċertezza legali akbar għall-kummerċjanti. Il-gwida tkopri l-emendi introdotti mid-Direttiva (UE) 2019/2161.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Prodott. Kwalunkwe prodott jew servizz, inkluż propjetà immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali.
Konsumatur. Individwu li, fi prattiki kummerċjali koperti mid-direttiva 2005/29/KE, qed jaġixxi għal skopijiet li mhumiex parti mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tiegħu.
Diliġenza professjonali. L-istandard ta’ ħila u kura speċjali li kummerċjant jista’ jkun raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward tal-konsumaturi, jikkorrispondi ma’ prattiki tas-suq onesti u/jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fide fil-qasam ta’ attività tal-kummerċjant.
Swieq online. Servizz li juża software – inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni – ġestita minn kummerċjant jew f’isem kummerċjant, li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew ma’ konsumaturi oħra.
Klassifikazzjoni. Il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-kummerċjant, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni.
Influwenza mhux xierqa. L-isfruttament ta’ pożizzjoni ta’ poter fil-konfront tal-konsumatur sabiex tiġi applikata pressjoni fuqu, inkluż mingħajr l-użu jew it-theddid tal-użu tal-forza fiżika, b’tali mod li jillimita b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni infurmata.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, 11.6.2005, pp. 22-39).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2005/29/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Patt Ġdid għall-Konsumaturi (COM(2018) 183 final, 11.4.2018).

Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, pp. 1-26).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Avviż tal-Kummissjoni – Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (ĠU L 526, 29.12.2021, pp. 1-129).

l-aħħar aġġornament 28.05.2022