Immaniġġjar tal-iskart minn industriji estrattivi

L-Unjoni Ewropea (UE) introduċiet miżuri sabiex tipprevjeni jew tnaqqas kwalunkwe effetti avversi fuq l-ambjent u s-saħħa li jirriżultaw mill-immaniġġjar tal-iskart minn industriji estrattivi.

ATT

Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE - Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

SOMMARJU

L-Unjoni Ewropea (UE) introduċiet miżuri sabiex tipprevjeni jew tnaqqas kwalunkwe effetti avversi fuq l-ambjent u s-saħħa li jirriżultaw mill-immaniġġjar tal-iskart minn industriji estrattivi.

X'TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 2006/21/KE tintroduċi miżuri għall-immaniġġjar sikur tal-iskart li jirriżulta mill-estrazzjoni, mit-trattament u mill-ħażna ta’ riżorsi minerali u x-xogħol tal-barrieri.

PUNTI EWLENIN

Operatur ta’ faċilità jeħtieġ permess biex ikun jista’ jmexxi faċilità tal-iskart f’industrija estrattiva. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli għall-għoti ta’ permessi lill-operaturi mill-awtoritajiet innominati minn kull pajjiż tal-UE

L-awtoritajiet għandhom jieħdu miżuri meta tinbena faċilità ġdida jew meta tiġi mmodifikata waħda eżistenti fir-rigward ta’:

Faċilitajiet tal-iskart tal-Kategorija A*

L-operaturi tal-faċilitajiet tal-Kategorija A (li joħolqu riskji partikolari għas-saħħa u għall-ambjent) għandhom ifasslu:

Il-kriterji tal-klassifikazzjoni għall-faċilitajiet tal-Kategorija A huma definiti aktar fid-Deċiżjoni 2009/337/KE.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom ifasslu pjanijiet ta’ emerġenza esterni li jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu barra s-sit fil-każ ta’ inċident.

L-operaturi għandhom jipprovdu garanzija finanzjarja sabiex jiżguraw li l-obbligi tad-Direttiva jiġu koperti qabel jibdew l-operazzjonijiet. Huma għandhom jiżguraw ukoll li jkun disponibbli finanzjament għar-restorazzjoni tas-sit meta tingħalaq faċilità.

Id-Deċiżjoni 2009/335/KE tiddefinixxi linji gwida tekniċi għall-istabbiliment ta’ garanziji finanzjarji.

L-immaniġġjar tal-iskart

L-operaturi għandhom ifasslu pjan għall-immaniġġjar tal-iskart li jipprevjeni jew inaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart u jinkoraġġixxi l-irkupru tal-iskart u r-rimi bla periklu tal-iskart. Dan għandu jiġi rivedut kull 5 snin mill-awtoritajiet.

Huwa għandu jinkludi:

L-awtoritajiet għandhom jiżguraw li l-operaturi ħadu l-miżuri sabiex jipprevjenu l-kontaminazzjoni tal-ilma u tal-ħamrija, b’mod partikolari billi:

Fir-rigward tal-użu ta’ ċjanur fl-estrazzjoni tal-minerali, id-Direttiva tintroduċi miżuri mmirati biex jillimitaw il-konċentrazzjoni tiegħu fl-għadajjar tal-fdalijiet* u fl-ilma mormi.

Spezzjonijiet u rapporti

L-awtoritajiet għandhom jispezzjonaw il-faċilitajiet tal-iskart f’intervalli regolari, inkluż wara l-għeluq tagħhom. L-operaturi huma mitluba li jżommu rekords aġġornati tal-operazzjonijiet kollha u jagħmluhom disponibbli għal spezzjoni mill-awtoritajiet. Kull 3 snin, il-pajjiżi tal-UE għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni Ewropea rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Mill-1 ta' Mejju 2006.

TERMINI EWLENIN

* Faċilitajiet tal-iskart tal-Kategorija A: faċilità tal-iskart tiġi kklassifikata bħala tal-Kategorija A jekk:

* Għadajjar tal-fdalijiet: il-fdalijiet huma l-iskart tal-blat u tal-effluwenti (uħud minnhom kimiċi, bħal ċjanur) mill-proċess tat-tħaffir fil-minjieri. Dawn il-fdalijiet sikwit jiġu ppompjati fl-għadajjar sabiex jgħaddu minn proċess ta’ sedimentazzjoni, fejn is-sustanzi solidi varji jiġu sseparati mill-ilma.

Għal aktar tagħrif, ara:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2006/21/KE

1.5.2006

-

ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15-34

Att li jemenda

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 596/2009

7.8.2009

-

ĠU L 188, 18.7.2009, p. 14-92

ATTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/335/KE tal-20 ta' April 2009 dwar il-linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (ĠU L 101, 21.4.2009, p. 25-25)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/337/KE tal-20 ta' April 2009 dwar id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (ĠU L 102, 22.4.2009, p. 7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/358/KE tad-29 ta' April 2009 dwar l-armonizzazzjoni, it-trażmissjoni regolari tat-tagħrif u l-kwestjonarju msemmija fl-Artikoli 22(1)(a) u 18 tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tal-iskart mill-industriji tal-estrazzjoni (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 39-45)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/359/KE tat-30 ta' April 2009 għall-kompletezza tad-definizzjoni tal-iskart inert fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 22(1)(f) tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 46-47)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/360/KE tat-30 ta' April 2009 li tikkompleta r-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart stabbiliti mid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 48-51)

l-aħħar aġġornament 09.09.2015