Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 93/626/KEE dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bioloġika

Il-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAL-KONVENZJONI?

Id-Deċiżjoni 93/626/KEE timmarka l-approvazzjoni mill-Komunità Ewropea (illum l-UE) għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika iffirmata ġewwa Rio de Janeiro f’Ġunju 1992. Id-deċiżjoni tikkonferma l-impenn tal-pajjiżi tal-UE li jimplimentaw l-artikoli tal-konvenzjoni.

Il-konvenzjoni għandha tliet għanijiet:

Id-diversità bijoloġika għandha benefiċċji ekoloġiċi, ġenetiċi, soċjali, ekonomiċi, xjentifiċi, edukattivi, kulturali, ta’ divertiment u estetiċi ewlenin.

PUNTI EWLENIN

Il-konvenzjoni tistipula li kull gvern firmatarju ser:

Il-konvenzjoni tistipula wkoll li l-firmatarji għandhom:

Il-gvernijiet nazzjonali ser jiffaċilitaw l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi tagħhom għal tipi ta’ użu li jirrispettaw l-ambjent fuq termini maqbula b’mod reċiproku, u soġġetti għal kunsens infurmat minn qabel.

Il-partijiet għandhom jiggarantixxu kondiviżjoni ġusta tal-benefiċċji monetarji u mhux monetarji mill-użu (riċerka u żvilupp) ta’ dawk ir-riżorsi ġenetiċi.

Il-gvernijiet nazzjonali jaqblu li:

Il-Fond għall-Ambjent Dinji jipprovdi riżorsi finanzjarji lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jimplimentaw il-konvenzjoni. Il-baġit ewlieni tiegħu jiġi mill-gvernijiet nazzjonali b’kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali sinifikanti.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 1993.

SFOND

Kien hemm qbil dwar żewġ protokolli taħt il-konvenzjoni. Il-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosigurtà jirregola l-movimenti tal-organiżmi ħajjin immodifikati mill-bijoteknoloġija moderna minn pajjiż għal ieħor. It-tieni huwa l-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess u l-Qsim tal-Benefiċċji. L-UE hija parti għat-tnejn li huma.

F’Ottubru 2010 f’Nagoya, il-Ġappun, il-partijiet għall-konvenzjoni qablu fuq pjan strateġiku ta’ 10 snin sabiex jiġġieldu t-telf tal-bijodiversità u ddefinixxew 20 mira, magħrufin bħala l-miri ta’ Aichi, bil-għan li jintlaħaq dan l-objettiv. Dawn l-impenji huma riflessi fl-istrateġija tal-bijodiversità tal-UE sal-2020.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE tal-25 ta’ Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, pp. 1-2)

Il-Konvenzjoni dwar id-diversità bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 3-20)

DOKUMENTI RELATATI

Il-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-bijosigurtà lill-konvenzjoni dwar id-diversità bijoloġika(ĠU L 201, 31.7.2002, p. 50-65)

Il-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu tal-Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 150, 20.5.2014, pp. 234-249)

Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, pp. 35-55)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 10.07.2020