Statistika dwar l-iskart

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart tal-UE

X'INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Il-kamp ta’ applikazzjoni

Il-liġi tkopri l-produzzjoni ta’ statistika mill-pajjiżi tal-UE u mill-Kummissjoni Ewropea fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom:

Nomenklatura

Il-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni huma mitluba li jużaw in-nomenklaturi (kategoriji) stabbiliti fl-Annessi I sa III sabiex jipproduċu l-istatistika tagħhom. Dawn in-nomenklaturi jirreferu għal

Ġbir ta’ dejta

Id-dejta użata sabiex tipproduċi l-istatistika għandha tinġabar permezz ta’ stħarriġ, proċeduri ta’ stima statistika jew riferiment għal sorsi amministrattivi jew sorsi oħrajn. Sakemm ma jiġġenerawx ammonti kbar ta’ skart, l-impriżi b’inqas minn 10 impjegati huma esklużi mill-istħarriġ.

It-trasmissjoni tal-istatistika lill-Eurostat

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jittrasmettu r-riżultati tal-istatistika (inkluża dejta kunfidenzjali) lill-Eurostat fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tal-perjodi ta’ referenza stipulati fl-Annessi I u II. Il-frekwenza hija biennali.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni jew l-emendar tar-Regolament. Dawn il-miżuri huma relatati ma’:

Rapporti

Kull 3 snin, il-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika mħejjija skont dan ir-Regolament, il-kwalità tagħha u l-piż fuq in-negozji.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa ilu japlika mid-29 ta’ Diċembru 2002.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1–36)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta' valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/2005 tal-5 ta' Settembru 2005 li jiddefinixxi l-kriterji xierqa għall-evalwazzjoni tal-kwalità u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità għall-istatistika tal-iskart għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 229, 6.9.2005, p. 6–12)).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005 tal-24 ta’ Mejju 2005 li jistabbilixxi l-format għat-trażmissjoni tar-riżultati dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 131, 25.5.2005, p. 26–37)

Ara t-test konsolidat.

l-aħħar aġġornament 07.11.2016