Gassijiet li jniġġżu ta’ tratturi agrikoli jew forestali bir-roti
Sabiex jitnaqqas it-tniġġiż atmosferiku kkawżat minn magni tat-tratturi agrikoli jew forestali, l-Unjoni Ewropea (UE) qed tistipula standards għal emissjonijiet aċċettabbli li japplikaw għal dawn il-magni.
ATT
Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE [Ara atti li jemendaw].
SOMMARJU
Din id-Direttiva tagħti dettalji dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra t-tniġġiż tal-arja minn tratturi agrikoli jew forestali. Għandha, għalhekk, l-għan illi tnaqqas il-livell ta’ pollutanti emessi filwaqt li jkun żgurat it-tħaddim bla intoppi tas-suq intern.
Vetturi involuti
Din id-Direttiva tindirizza r-rekwiżiti relatati mal-emissjonijiet minn tratturi agrikoli u forestali . Huma jikkonċernaw, b’mod partikolari, id-definizzjonijiet tal-proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponent li japplikaw għal magni intenzjonati li jitwaħħlu ma’ tratturi u għalhekk anke d-definizzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għal tali vetturi fit-termini tal-emissjonijiet li jniġġsu tagħhom.
Obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw
Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip dwar il-pollutanti emessi. Għandhom jipprovdu ċerta informazzjoni relatata mal-vettura, bħat-tip ta’ magna.
Il-manifattur għandu wkoll jikkonforma ma’ ċerti speċifikazzjonijiet fir-rigward ta’ testijiet, marki tal-magna u l-konformità tal-produzzjoni.
Magni li jitwaħħlu minflok oħrajn għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu li huma applikabbli għall-magna li tkun se tinbidel f’dak iż-żmien meta tkun tpoġġiet fis-suq din tal-aħħar.
Mekkaniżmu ta’ flessibiità
Numru limitat ta’ tratturi jistgħu jitpoġġew fis-servizz bil-kundizzjoni li jkunu mgħammra b’magna approvata skont ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emmissjonijiet tal-fażi immedjatament ta’ qabel dik li hija applikabbli.
In-numru ta’ tratturi poġġijin fis-suq taħt dan il-qafas tal-mekkaniżmu ta’ flessibilità ma għandux jaqbeż l-40% tan-numru annwali ta’ tratturi mpoġġijin fis-suq mill-manifattur.
Valuri tal-limitu
Id-Direttiva għandha l-istess rekwiżiti ta’ ttestjar li ġew adottati għal makkinarju mobbli off-road u l-valuri tal-limitu korrispondenti għal-livelli ta’ emissjonijiet.
Fl-istess ħin, id-Diretiva taqa' fi ħdan il-qasam tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip għal tratturi agrikoli jew forestali stabbilita mid-Direttiva 2003/37/KE .
Minħabba li toħloq distinzjoni bejn erba’ pollutanti kimiċi - il-monossidu tal-karbonju (CO), idrokarburi mhux maħruqin (HC), ossidu tan-nitroġenu (NOx) u partikulati (PT) - id-Direttiva tissupplimenta d-Direttiva 77/537/KEE dwar azzjoni li għandha tittieħed kontra pollutnati emessi minn magni diżil intenzjonati għal tratturi qawwijin.
Din id-Direttiva hija revokata mir-Regolament (UE) Nru 167/2013 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2016.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Direttiva 2000/25/KE |
12.7.2000 |
31.12.2000 |
ĠU L 173 tat-12.7.2000 |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Direttiva 2005/13/KE |
21.3.2005 |
31.12.2005 |
ĠU L 55 tal-1.3.2005 |
Direttiva 2006/96/KE |
1.1.2007 |
- |
ĠU L 363 tal-20.12.2006 |
Direttiva 2011/72/UE |
13.10.2011 |
24.9.2011 |
ĠU L 246 tat-23.9.2011 |
Direttiva 2011/87/UE |
8.12.2011 |
9.12.2012 |
ĠU L 301 tat-18.11.2011 |
Direttiva 2013/15/UE |
1.7.2013 |
1.7.2013 |
ĠU L 158 tal-10.6.2013 |
Direttiva 2014/43/UE |
9.4.2014 |
1.1.2015 |
ĠU L 82 tal-20.3.2014 |
Emendi suċċessivi u korrezzjonijiet għad-Direttiva 2011/87/UE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija intiża għal finijiet ta' referenza biss.
L-aħħar aġġornament: 02.07.2014