Sistema ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Il-fażi attwali (ir-raba’) tal-ETS tibda mill-2021 sal-2030. Għal dan il-perjodu, l-UE stabbiliet mira ġdida u li tiżdied biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-GHG b’62 % meta mqabbel mal-livelli tal-2005.

Is-sistema tapplika għal:

Ġiet stabbilita ETS separata u awtonoma biex tkopri l-bini, it-trasport bit-triq u l-fjuwils għal setturi addizzjonali li jikkorrispondu għal attivitajiet industrijali mhux koperti mill-ETS eżistenti.

Kwoti

Is-settur tal-avjazzjoni

Sistema għall-iskambju tal-emissjonijiet separati għall-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali

Sabiex jinċentiva t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi tat-trasport bit-triq u l-bini — li ma kinux koperti mill-ETS eżistenti — il-koleġiżlaturi qablu li jistabbilixxu, mill-2027, ETS separata iżda parallela għall-emissjonijiet mill-fjuwils maħruqin fis-setturi rilevanti. B’differenza mill-ETS eżistenti, l-hekk imsejħa ETS2 tpoġġi l-punt tar-regolament upstream, jiġifieri fuq persuni li jistgħu jħallsu dazji tas-sisa fuq l-enerġija (bħal imħażen tat-taxxa u fornituri tal-fjuwil) u mhux fuq il-konsumaturi finali tal-fjuwils. L-entitajiet regolati koperti mill-ETS2 għandhom iċedu l-kwoti għall-emissjonijiet ivverifikati tagħhom li jikkorrispondu għall-kwantitajiet tal-fjuwils li jkunu rilaxxaw għall-konsum. Għalkemm il-konsenja tal-kwoti taħt l-ETS2 se tibda biss fl-emissjonijiet tal-2028 għall-2027, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet se jibdew mill-1 ta’ Jannar 2025. Il-kwoti fl-ETS2 mhux se jiġu funġibbli b’kwoti nnegozjati fl-ETS eżistenti u se jitqiegħdu fis-suq biss permezz ta’ rkant (mhux allokazzjoni bla ħlas). In-numru totali ta’ kwoti maħruġin fl-ETS2 e jkunu mnaqqas annwalment b’5.10 % fil-bidu tas-sistema u b’5.38 % mill-2028.

Mekkaniżmi ta’ finanzjament b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju

Ir-rwol tal-Istati Membri

L-Istati Membri huma responsabbli għall-kompiti li ġejjin.

Il-Kummissjoni:

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq kull sena tippreżenta valutazzjoni tal-funzjonament tas-swieq tal-karbonju tal-UE.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

SFOND

TERMINI EWLENIN

Il-prinċipju ta’ limitu u skambju. L-EU ETS taħdem fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju. Limitu huwa stabbilit fuq l-ammont totali ta’ ċerti GHGs li jistgħu jiġu emessi mill-fabbriki, impjanti tal-enerġija u installazzjonijiet oħrajn fis-sistema. Il-limitu massimu jitnaqqas matul iż-żmien sabiex jonqsu l-emissjonijiet totali. Is-sistema tippermetti li l-kwoti tal-emissjonijiet jiġu nnegozjati sabiex l-emissjonijiet totali tal-installazzjonijiet u tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru jibqgħu fil-limitu, u l-miżuri li jiswew l-inqas jistgħu jittieħdu biex inaqqsu l-emissjonijiet.
Rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tirreferi għas-sitwazzjoni li tista’ sseħħ jekk, għal raġunijiet ta’ spejjeż relatati mal-politiki dwar il-klima, in-negozji kellhom jittrasferixxu l-produzzjoni lil pajjiżi oħrajn b’restrizzjonijiet inqas stretti fuq l-emissjonijiet. Dan jista’ jwassal għal żieda fl-emissjonijiet totali tagħhom. Ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jista’ jkun ogħla f’ċerti industriji intensivi fl-enerġija.
Il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Dan il-prinċipju jeħtieġ li l-persuni li jniġġsu jġarrbu l-ispiża tat-tniġġis li jikkawżaw.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fi ħdan il-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, pp. 32–46).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2003/87/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (ĠU L 130, 16.5.2023, pp. 1–51).

Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“ il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, pp. 1–17).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/954 tal-25 ta’ Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-rigward tan-notifika tal-parteċipazzjoni volontarja fl-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) mill-1 ta’ Jannar 2021 u tal-għażla magħmula għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kumpens tal-operaturi tal-ajruplani matul il-perijodu 2021–2023 (ĠU L 212, 3.7.2020, pp. 14–17).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (ĠU L 282, 4.11.2019, pp. 20–24).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 01.09.2023