Soċjetà Kooperattiva Ewropea

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

SOMMARJU

X’JAGĦMLU DAN IR-REGOLAMENT U DIN ID-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Formazzjoni

SCE tista’ tkun iffurmata:

Pajjiż tal-UE jista’ jippermetti lil kumpanija li l-uffiċċju rreġistrat tagħha ma jkunx fiż-ŻEE tieħu sehem fl-iffurmar ta’ SCE jekk:

Kaptial

Il-kapital ta’ SCE, irrappreżentat mill-ishma tal-membri tagħha, irid ikun minimu ta’ EUR 30 000. SCE jista’ jkollha proporzjon limitat ta’ “membri investituri”. Huma ma jużawx is-servizzi tal-kooperattiva u għandhom drittijiet tal-vot limitati.

Taxxa

SCE għandha l-istess status ta’ taxxa bħal kull kumpanija multinazzjonali u b’hekk trid tħallas it-taxxa f’dawk il-pajjiżi fejn hija stabbilita b’mod permanenti.

Uffiċċju reġistrat

L-uffiċċju reġistrat ta’ SCE jista’ jiġi trasferit lejn pajjiż tal-UE ieħor mingħajr ma dan jirriżulta fl-istralċ tal-SCE jew fil-ħolqien ta’ kumpannija ġdida. L-uffiċċju rreġistrat u l-uffiċċju ewlieni jridu jkunu fl-istess post.

Stralċ, likwidazzjoni, insolvenza u sospensjoni ta’ pagamenti

Jista’ jsir stralċ ta’ SCE jew:

F’każijiet ta’ likwidazzjoni, insolvenza jew sospensjoni ta’ pagamenti, l-SCE hija suġġetta għal-liġijiet tal-pajjiż fejn għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha.

Involviment ta’ impjegati

L-arranġamenti għall-involviment tal-impjegati (informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni) iridu jiġu stabbiliti minn kull SCE. Fl-istabbiliment ta’ dawn l-arranġamenti, ir-regoli nazzjonali tal-pajjiż fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni japplikaw għal SCEs stabbiliti:

Rapport

Rapport tal-Kummissjoni tal-2012, ibbażat fuq konsultazzjoni pubblika, sab li twaqqfu relattivament ftit SCEs. Dan talab sabiex il-partijiet interessati jiġu mistoqsija jekk l-Istatut għandux jiġi simplifikat u kif.

F’Konferenza tal-Presidenza tal-UE f’Ċipru matul is-Sena Internazzjonali tal-Kooperattivi fl-2010, ġie deċiż li ma ssirx emenda tar-regolament iżda li jiġu mfittxija r-raġunijiet għall-applikazzjoni fqira tal-SCE mill-operaturi tas-suq.

Grupp ta’ Ħidma

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kooperattivi ġie stabbilit fl-2013 sabiex jevalwa l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi kooperattivi fir-rigward ta’ varjetà wiesgħa ta’ kwistjonijiet bħall-qafas regolatorju tal-UE xieraq, l-identifikazzjoni ta’ ostakoli fil-livell nazzjonali u l-internazzjonalizzazzjoni tal-kooperattivi. (Ara r-Rapport tad-diskussjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma u l-minuti tal-laqgħa).

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLAMENT U D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva tapplika mit-18 ta’ Awwissu 2003. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali sat-18 ta’ Awwissu 2006.

Ir-regolament japplika mit-18 ta’ Awwissu 2006.

SFOND

Soċjetà kooperattiva Ewropea

ATTI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1-24)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1435/2003 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25-36)

Ara l-verżjoni konsolidata.

ATTI RELATATI

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut ta’ Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (COM(2012) 72 finali tat-23.2.2012)

l-aħħar aġġornament 16.03.2016