Promozzjoni tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni “NAIADES”

Il-passaġġi fuq l-ilma interni joffru kontribut ewlieni għal sistema tat-trasport sostenibbli tal-Unjoni Ewropea (UE), billi jnaqqsu l-konġestjoni u t-tniġġis fit-toroq tal-Ewropa. Madankollu, huma meħtieġa inizjattivi nazzjonali u fuq il-livell tal-UE sabiex jiġi żviluppat il-potenzjal sħiħ tagħhom.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni “NAIADES”: programm ta' azzjoni Ewropew integrat għat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (COM(2006) 6 final tas-17 ta’ Jannar 2006).

SOMMARJU

Il-passaġġi fuq l-ilma interni joffru kontribut ewlieni għal sistema tat-trasport sostenibbli tal-Unjoni Ewropea (UE), billi jnaqqsu l-konġestjoni u t-tniġġis fit-toroq tal-Ewropa. Madankollu, huma meħtieġa inizjattivi nazzjonali u fuq il-livell tal-UE sabiex jiġi żviluppat il-potenzjal sħiħ tagħhom.

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Din tippreżenta strateġija integrata biex l-użu tan-navigazzjoni interna jsir aktar attraenti u fattibbli. Il-programm ta’ azzjoni għall-Azzjoni u Żvilupp fin-Navigazzjoni u t-Trasport fuq l-Ilmijiet Navigabbli Interni fl-Ewropa (NAIADES) jiffoka fuq ħames oqsma strateġiċi.

PUNTI EWLENIN

Fl-2013, il-Kummissjoni aġġornat il-programm NAIADES (NAIADES II), billi stabbilixxiet għanijiet speċifiċi sal-2020. L-għan tiegħu huwa li joħloq il-kundizzjonijiet sabiex in-navigazzjoni interna issir mezz ta’ trasport ta’ kwalità.

Fl-2014, l-UE adottat leġiżlazzjoni biex tippermetti lil-gvernijiet jieħdu miżuri sabiex itejbu l-kompetittività tas-settur permezz ta’ skemi ta’ rtirar kmeini, użu usa’ tal-innovazzjoni u programmi ta’ taħriġ u ta’ sikurezza.

SFOND

Iktar minn 37 000 kilometru ta’ passaġġi fuq l-ilma u mijiet ta’ portijiet interni jgħaqqdu ħafna miż-żoni industrijali l-iktar importanti tal-Ewropa. Dan in-netwerk jista’ jkollu rwol sostenibbli importanti hekk kif il-volum tat-trasport tal-merkanzija jkompli jikber.

Għal aktar informazzjoni ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwaril-passaġġi fuq l-ilma interni.

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 546/2014 al-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika ta’ kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex jiġi ppromwovut it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 163, 29.5.2014, p. 15).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Lejn il-kwalità fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni NAIADES II (COM(2013) 623 final tal-10.9.2013).

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 tad-29 ta’ Marzu 1999 dwar il-politika ta’ kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 7, Vol. 4, p. 271).

l-aħħar aġġornament 30.04.2015