Ix-xiri ta’ proprjetà f’pajjiżi oħrajn tal-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Kapitolu 4 Kapital u Ħlas (Artikolu 63, 64, 65 u 66) Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE li jikkonċerna x-xiri ta’ proprjetà immobbli f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea (UE)

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN L-ARTIKOLI?

Dawn jistabbilixxu l-liġijiet li jirregolaw il-moviment liberu tal-kapital* fl-Unjoni Ewropea (UE), inkluż id-dritt għal xiri ta’ proprjetà f’pajjiż ieħor tal-UE u eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali.

PUNTI EWLENIN

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi l-prinċipju ġenerali tal-moviment liberu tal-kapital fost il-pajjiżi tal-UE kif ukoll bejniethom u pajjiżi mhux tal-UE. Dan jinkludi d-drittijiet taċ-ċittadini li jixtru proprjetà, bħal dar tal-villeġġatura jew residenza sekondarja.

Filwaqt li l-moviment liberu japplika għall-pajjiżi kollha tal-UE, fil-mument tal-adeżjoni tal-pajjiżi l-ġodda tal-UE, ġew innegozjati ċerti perjodi transizzjonali u eċċezzjonijiet għall-moviment liberu tal-kapital, relatati wkoll max-xiri ta’ proprjetà u art agrikola u tal-foresti fil-pajjiżi speċifiċi. Dawn l-eċċezzjonijiet huma stabbiliti f’għadd ta’ protokolli għat-TFUE u fl-Atti ta’ Adeżjoni ta’ pajjiżi tal-UE.

Speċifikament:

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Il-moviment liberu tal-kapital: fil-qalba tas-suq uniku tal-UE u huwa wieħed mill “4 libertajiet” tagħha (b’żieda mal-moviment liberu ta’ persuni, prodotti u servizzi). Dan jippermetti liċ-ċittadini u lill-kumpaniji sabiex iwettqu ħafna operazzjonijiet ta’ investiment f’pajjiżi oħrajn tal-UE.

DOKUMENTI EWLENIN

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - It-Tielet Parti - Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni - Titolu IV: Moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital - Kapitolu 4 - Il-kapital u l-pagament - l-Artikolu 63 (ex Artikolu 56 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 71 )

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - It-Tielet Parti - Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni - Titolu IV: Moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital - Kapitolu 4 - il-kapital u l-pagament - l-Artikolu 64 (ex Artikolu 57 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 72)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - It-Tielet Parti - Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni - Titolu IV: Moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital - Kapitolu 4 - Il-kapital u l-pagament - l-Artikolu 65 (ex Artikolu 58 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 72–73)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - It-Tielet Parti - Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni - Titolu IV: Moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital - Kapitolu 4 - Il-kapital u l-pagament - l-Artikolu 66 (ekx Artikolu 59 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 73)

DOKUMENTI RELATATI

Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana , ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Kroazja dwar l-adeżjoni tal-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 112, 24.4.2012, p. 6–110)

Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija mibnija — Protokoll Nru 6 dwar l-akkwist ta’ residenzi sekondarji f’Malta (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 947)

Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea — Protokoll Nru 2 dwar il-gżejjer Åland (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 352)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea — Protokoll (Nru 32) dwar l-akkwist tal-proprjetà immobbli fid-Danimarka (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 317)

l-aħħar aġġornament 16.03.2017