Id-dominju tal-ogħla livell .eu (sal-2022)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) 733/2002 — dwar l-implimentazzjoni tad-dominju tal-ogħla livell .eu

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi kif is-suffiss tal-indirizz tal-internet “.eu”, magħruf bħala d-dominju tal-ogħla livell (TLD) jiġi implimentat. B’mod partikolari, ir-regolament jipprovdi biex jiġi stabbilit reġistru u jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-funzjonament ta’ dan ir-reġistru.

PUNTI EWLENIN

Id-dominju tal-internet tal-ogħla livell “.eu” jagħti lill-UE l-identità tal-internet tagħha. L-għan tiegħu huwa li jagħti spinta lill-viżibbiltà tal-UE fir-rigward tal-internet, iżid l-għażliet tal-utenti ta’ ismijiet tad-dominji u jippromwovi l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku fi ħdan is-suq intern.

Il-ħolqien tat-TLD “.eu” huwa wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni eEurope 2002 għat-tħaffif tal-kummerċ elettroniku u għall-promozzjoni u l-użu tal-internet.

Id-dominju “.eu” huwa żieda ma’ dawk li diġà jeżistu fi ħdan l-UE, ma jeħdilhomx posthom. Dan jagħti lill-utenti l-għażla li jkollhom identità tal-internet pan-Ewropea (prinċipalment sit web jew indirizzi elettroniċi).

Objettivi

L-implimentazzjoni tat-TLD “.eu” tindirizza bosta objettivi:

Reġistru

Ir-reġistru huwa mmexxi minn organizzazzjoni mhux governattiva b’kuntratt mal-Kummissjoni Ewropea.

Huwa għandu l-kompiti li ġejjin:

Ir-regoli tal-politika

Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-adozzjoni tar-regoli tal-politika pubblika dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tat-TLD .eu u l-prinċipji ta’ politika pubblika dwar ir-reġistrazzjoni. Dawn ir-regoli jinkludu b’mod partikolari:

Riżervazzjoni ta’ drittijiet

L-UE żżomm id-drittijiet kollha li huma relatati mat-TLD “.eu” inklużi, b’mod partikolari, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u drittijiet oħrajn tal-bażijiet tad-data tar-reġistru.

Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni trid tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni, l-effikaċja u l-funzjonament tat-TLD .eu kull sentejn.

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tħassar mir-Regolament (UE) 2019/517 dwar id-dominju tal-ogħla livell .eu. Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 se jibqa’ fis-seħħ sat-12 ta’ Ottubru 2022.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-30 ta’ April 2002.

SFOND

F’April 2016, it-TLD .eu ċċelebra l-għaxar anniversarju tiegħu.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam tal-Ogħla Livell .eu (ĠU L 113, 30.4.2002, pp.1-5)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 733/2002 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2019/517 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta’ dominju tal-ogħla livell .eu u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (ĠU L 91, 29.3.2019, pp. 25-35)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-effettività tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu (COM/2017/0725 final tal-4.12.2017)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-effikaċja tad-dominju tal-Ogħla Livell .eu (COM(2015) 680 final tat-18.12.2015)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta’ April 2004 li jistabbilixxi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-dominju tal-Ogħla Livell .eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU L 162, 30.4.2004, pp. 40-50)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 29.08.2019