Kummerċ elettroniku — regoli standard tal-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2000/31/KE — il-kummerċ elettroniku fl-UE

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi regoli standard fl-UE dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-kummerċ elettroniku.

PUNTI EWLENIN

Is-servizzi ewlenin koperti mid-direttiva jinkludu:

Id-direttiva tistabbilixxi l-prinċipju li operaturi ta’ dawn is-servizzi huma soġġetti għal regolazzjoni (b’rabta mal-bidu u l-prattika tas-servizzi) biss fil-pajjiż tal-UE fejn għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom – u mhux fil-pajjiż fejn jinsabu s-servers, l-indirizzi elettroniċi jew il-kaxxi postali li jużaw.

Il-gvernijiet nazzjonali jridu jiżguraw li l-operaturi jippubblikaw informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom (isem, indirizz, numru tar-reġistru kummerċjali, eċċ.) b’mod permanenti u aċċessibbli faċilment.

Reklamar

Il-gvernijiet nazzjonali jridu jiżguraw li r-reklamar isegwi ċerti regoli:

Spam

Il-posta elettronika mhux mitluba (“spam”) ukoll trid tkun tista’ tiġi identifikata b’mod ċar. Il-kumpaniji li jibagħtu posta elettronika li hija spam iridu jikkonsultaw b’mod regolari u josservaw ir-“reġistri ta’ dawk li ma jkunux iridu li jkunu inklużi”, li fihom jistgħu jiffirmaw il-persuni li ma jixtiequx jirċievu posta bħal din.

Kuntratti online

F’kull pajjiż tal-UE, il-kuntratti elettroniċi jridu jingħataw status legali ekwivalenti għal kuntratti abbażi ta’ karti.

Dawn il-kuntratti jridu jiddikjaraw ukoll dan li ġej, f’termini ċari u li jinftiehmu:

Il-konsumaturi jridu jkunu kapaċi jissejvjaw u jistampaw il-kuntratti u l-kundizzjonijiet ġenerali.

Ara wkoll id-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumaturi.

Ordnijiet online

Dawn huma marbutin bir-rekwiżiti li ġejjin:

Ara wkoll ir-Regolament (UE) 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji.

L-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Id-direttiva tħeġġeġ kemm l-awtoregolamentazzjoni mill-operaturi kif ukoll l-isforzi koregolatorji mal-gvernijiet. Eżempji jinkludu:

Il-pajjiżi tal-UE jridu jipprovdu wkoll soluzzjonijiet rapidi u effiċjenti għal problemi legali fl-ambjent online u jiżguraw li l-penali huma effettivi, proporzjonali u dissważivi.

Ir-responsabbiltà tal-fornituri tas-servizzi

Il-fornituri tas-servizzi online li jaġixxu bħala fornituri ta’ servizzi ta’ “sempliċi konduttur”, “caching” jew hosting mhumiex responsabbli għall-informazzjoni li jibagħtu jew jiħħostjaw jekk jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Fil-każ ta’ fornituri ta’ servizzi tal-hosting, dawn huma eżentati mir-responsabbiltà sakemm:

Il-gvernijiet nazzjonali ma jistgħu jimponu ebda obbligu ta’ monitoraġġ ġenerali fuq dawn l-“intermedjarji” fuq l-informazzjoni li jibagħtu jew jaħżnu, sabiex ifittxu jew jipprevjenu attività illegali.

SFOND

Id-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku

ATT

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2000/31/KE

17.7.2000

16.1.2002

ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1-16

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1–11)

l-aħħar aġġornament 13.10.2015