Kontrolli obbligatorji fuq il-laneċ ro-ro regolari u inġenji tal-ajru ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri

SOMMARJU TA':

Id-Direttiva 1999/35/KE — sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla periklu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri

SOMMARJU

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija tipprovdi għal stħarriġ obbligatorju ta’ laneċ roll-on-roll-off (ro-ro)* regolari u inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri li jużaw portijiet tal-UE biex jiżguraw li jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza applikabbli.

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni relatata dwar il-kontroll mill-Istat tal-port għandha l-għan li tipprojbixxi t-tbaħħir substandard fl-UE. Hija titlob lill-bastimenti kollha jikkonformaw mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali u tal-UE, kif stabbiliti, pereżempju, fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS).

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija bdiet tapplika mill-1 ta’ Ġunju 1999. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha f’liġi nazzjonali sal-1 ta’ Diċembru 2000.

TERMINU EWLIENI

* Lanċa ro-ro: bastiment tal-baħar għall-passiġġieri b’faċilitajiet li jippermettu li l-vetturi tat-triq u tal-ferrovija jitilgħu u jinżlu mill-bastiment u jġorru aktar minn 12-il passiġġier.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri (ĠU L 138, 1.6.1999, pp. 1-19)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 1999/35/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57-100). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 19.04.2016