Il-protezzjoni tad-dejta fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika

L-informazzjoni tiġi skambjata permezz ta’ servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika bħall-internet, it-telefonija ċellulari u t-telefonija fissa, kif ukoll permezz tan-netwerks li jakkumpanjawhom. Dawn is-servizzi u n-netwerks jirrikjedu regoli u salvagwardji speċifiċi sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-utenti għall-privatezza u l-kunfidenzjalità.

ATT

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika).

SOMMARJU

L-informazzjoni tiġi skambjata permezz ta’ servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika bħall-internet, it-telefonija ċellulari u t-telefonija fissa, kif ukoll permezz tan-netwerks li jakkumpanjawhom. Dawn is-servizzi u n-netwerks jirrikjedu regoli u salvagwardji speċifiċi sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-utenti għall-privatezza u l-kunfidenzjalità.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi regoli li jiżguraw is-sigurtà fl-ipproċessar ta’ dejta personali, in-notifika ta’ ksur tad-dejta personali u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet. Hija tipprojbixxi wkoll il-komunikazzjonijiet mhux mitluba fejn l-utent ma jkunx ta l-kunsens tiegħu.

PUNTI EWLENIN

Il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandhom jiżguraw is-servizzi tagħhom mill-inqas billi:

Il-fornitur tas-servizzi għandu jgħarraf lill-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe ksur ta’ dejta personali fi żmien 24 siegħa. Jekk ikun probabbli li d-dejta personali jew il-privatezza ta’ utent tkun ser iġġarrab danni, huwa għandu jiġi infurmat b’dan ukoll, sakemm ma jkunux ittieħdu miżuri teknoloġiċi li jkunu ġew identifikati b’mod speċifiku sabiex jipproteġu d-dejta.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet li jsiru fuq netwerks pubbliċi, b’mod partikolari huma għandhom:

Meta d-dejta dwar it-traffiku ma tibqax meħtieġa għall-komunikazzjoni jew għall-fatturar, hija għandha titħassar jew inkella ssir anonima. Madankollu, il-fornituri tas-servizzi jistgħu jipproċessaw din id-dejta għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni sakemm l-utenti kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom. Dan il-kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin.

Il-kunsens tal-utenti huwa meħtieġ ukoll f’għadd ta’ sitwazzjonijiet oħrajn, inkluż:

Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba li jkollhom sistema ta’ penali, inklużi sanzjonijiet legali għal ksur tad-direttiva.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi jista’ jkun ristrett biss minn miżuri leġiżlattivi nazzjonali meta tali restrizzjonijiet ikunu neċessarji u proporzjonati sabiex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi speċifiċi, bħal li jkun permess li jsiru investigazzjonijiet kriminali jew li tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà nazzjonali, id-difiża jew is-sigurtà pubblika.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Mill-31 ta’ Lulju 2002.

SFOND

Din id-direttiva hija 1 minn 5 li flimkien jifformaw il-Pakkett tat-Telekomunikazzjoni, qafas leġiżlattiv li jirregola s-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Id-direttivi l-oħrajn ikopru l-qafas ġenerali, l-aċċess u l-interkonnessjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħruġ tal-liċenzji u s-servizz universali.

Il-pakkett kien emendat fl-2009 permezz ta’ 2 Direttivi dwar it-tfassil aħjar tal-politika u d-drittijiet taċ-ċittadini kif ukoll permezz ta’ regolament li jistabbilixxi l-Korp tar-regolaturi Ewropej għall-komunikazzjoni elettronika.

Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tal-Kummissjoni Ewropea.

Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tindirizza l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/518 tat-8 ta’ April 2020 dwar sett tal-għodod komuni tal-Unjoni għall-użu tat-teknoloġija u tad-data biex niġġieldu u noħorġu mill-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari dwar l-applikazzjonijiet mobbli u l-użu ta’ data anonimizzata dwar il-mobbiltà

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2002/58/KE

31.7.2002

30.10.2003

ĠU L 201 tal-31.07.2002, p. 37-47

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2009/136/KE

19.12.2009

25.5.2011

ĠU L 337 tat-18.12.2009, p. 11-36

ATTI RELATATI

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281 tat-23.11.95, p. 31).

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8 tat-12.1.2001, p. 1-22).

Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma tad-dejta ġġenerata jew ipproċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105 tat-13.4.2006, p. 54-63). (iddikjarata bħala invalida minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ara taħt).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2013 tal-24 ta’ Ġunju 2013 dwar il-miżuri applikabbli għan-notifika ta’ ksur ta’ data personali skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 173 tas-26.6.2013, p. 2-8).

Kawżi Konġunti C-293/12 u C-594/12: Sentenza tal-Qorti (l-Awla Manja) tat-8 ta’ April 2014 (talbiet għal sentenza preliminari mill-Qorti Superjuri tal-Irlanda (l-Irlanda) u mill-Verfassungsgerichtshof (l-Awstrija)) - Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12) vs il-Ministru għall-Komunikazzjoni, ir-Riżorsi tal-Baħar u Naturali, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u r-Riforma tal-Liġi, il-Kummissarju tal-Garda Síochána, l-Irlanda u l-Avukat Ġenerali u Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl u Oħrajn (C-594/12) (Il-komunikazzjoni elettronika - Id-Direttiva 2006/24/KE - Servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni - Iż-żamma tad-dejta ġġenerata jew ipproċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ tali servizzi - Validità - l-Artikoli 7, 8 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) (ĠU C 175 tal-10.6.2014, p. 6-7).

l-aħħar aġġornament 25.05.2020