Dokumenti tal-kontabbiltà tal-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji barranin

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 89/117/KEE dwar l-obbligi ta’ fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom f’pajjiżi oħrajn tal-UE fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ kontijiet annwali

X'INHU L-GĦAN TA' DIN ID-DIRETTIVA?

Din għandha l-għan li tneħħi l-ħtieġa li l-fergħat ta’ banek barranin u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom f’pajjiż ieħor (tal-UE jew mhux tal-UE) jippubblikaw kontijiet annwali separati.

PUNTI EWLENIN

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mill-14 ta’ Jannar 1989. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali tagħhom mill- 1 ta’ Jannar 1991.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/117/KEE tat-13 ta’ Frar 1989 dwar l-obbligi ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-kontijiet annwali (ĠU L 44, 16.2.1989, pp. 40–42)

l-aħħar aġġornament 23.10.2017