Informazzjoni għall-passiġġieri: l-identità tal-kumpaniji tal-ajru

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 2111/2005 — lista ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operazzjoni fl-EU u l-identità tal-kumpanniji tal-ajru li joperaw

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

F’Diċembru 2015, il-Kummissjoni ppubblikat strateġija komprensiva tal-avjazzjoni għall-Ewropa. Barra milli qed tipprova ttejjeb il-kompetittività tas-settur, l-istrateġija tenfasizza l-importanza li jinżammu standards tas-saħħa u tas-sigurtà għoljin u li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-passiġġieri.

Sa Novembru 2016, kull linja tal-ajru mhux tal-UE li ttir lejn l-UE se jkollha bżonn awtorizzazzjoni unika tas-sigurtà maħruġa mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni. Dawn l-awtorizzazzjonijiet jivvalidaw il-konformità tal-linji tal-ajru mal-istandards tas-sigurtà internazzjonali u huma validi madwar l-UE.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa japplika mis-16 ta’ Jannar 2006.

SFOND

Lista tal-linji tal-ajru li huma pprojbiti fi ħdan l-UE

ATT

Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15–22)

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14–28).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 11.04.2023