Regoli applikabbli għall-akkwisti minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-sevizzi postali sal-2016
Din id-Direttiva tindirizza l-ħtieġa tal-assigurazzjoni tal-ftuħ tas-suq, kif ukoll bilanċ ġust għall-implimentazzjoni tal-akkwisti fis-setturi tal-ilma, l-eneġija, it-trasport u servizzi postali. Id-Direttiva 2014/25/UE ħadet post din id-Direttiva, li tibqa’ madankollu applikabbli, sat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri, li għandha ssir sa mhux aktar tard mit-18 ta’ April 2016.
ATT
Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali.
SOMMARJU
Id-Direttiva 2004/17/KE dwar is-setturi speċjali tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (hekk imsejħa setturi speċjali) tapplika għall-akkwist maħruġ minn entità kontraenti fis-setturi in kwestjoni għal:
Madankollu, ma tapplikax għal konċessjonijiet għal xogħlijiet jew servizzi regolati mid-Direttiva 2014/23/UE.
Entitajiet Kontra
Id-Direttiva setturi speċjali tapplika għal:
L-Annessi għad-Direttiva għandhom listi inesawribbli ta’ entitajiet kontraenti.
Attivitajiet konċernati
Id-Direttiva tapplika b’mod partikolari għall-forniment jew operazzjoni ta’ netwerks fissi intenzjonati li jipprovdi servizz lill-pubbliku fis-setturi li ġejjin:
Tapplika wkoll għal:
Huwa importanti li jiġi nnutat li l-kuntratti mogħtija fis-setturi msemmija mhumiex aktar soġġetti għad-Direttiva jekk teżisti kompetizzjoni effettiva approvata minndeċiżjoni meħuda mill-Kumissjoni dwar il-kompetizzjoni effettiva fi Stat Membru jew għal settur partikolari.
Limiti riveduti kull sentejn
Id-Direttiva tapplika għal kuntratti pubbliċi li għandhom valur stmat, eskluża l-VAT, daqs jew aktar mil-limiti li ġejjin:
Kriterji għall-kuntratti mogħtija
Il-kriterji li fuqhom huma bbażati l-entitajiet kontraenti huma:
Obbligazzjoni għall-pubblikazzjoni u t-trasparenza
Din l-obbligazzjoni hija mmirata b’mod partikolari għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ informazzjoni skont il-formoli standard tal-Kummissjoni, aċċessibbli fuq is-sistema ta’ informazzjoni għall-akkwist pubbliku Ewropew (SIMAP). Hemm divesri tipi:
Għal kull kuntratt, l-entità kontraenti għandha tkun ukoll f’pożizzjoni li tiġġustifika d-deċiżjonijiet tagħha u għandha żżomm l-informazzjoni xierqa għal mill-anqas erba’ snin. Mal-ewwel opportunità għandha tinforma lil:
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi tal-materjal, forniment jew servizz meħtieġ, sabiex jissodisfaw l-użu li għalihom huma intenzjonati. Dawn għandhom ikunu parti mid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (l-avviż tal-kuntratt, id-dokumenti tal-ispeċifikazzjoni jew oħrajn addizjonali) u ma għandhomx joħolqu ostakoli mhux ġustifikabbli għall-kompetizzjoni.
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-akkwisti pubbliċi tipprovdi l-kundizzjonijiet li jistgħu jintalbu għall-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom l-għan illi jiżguraw l-aptitudni tal-operatauri ekonomiċi għall-parteċipazzjoni f’kuntratt, fuq il-bażi ta’ kriterji relatati mal-kapaċità finanzjarja u ekonomika u l-kapaċitajiet professjonali u tekniċi.
Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni għandhom ukoll l-għan illi jiġġieldu kontra l-frodi u l-korruzzjoni. Kwalunkwe operataur ekonomiku kkundannat talli pparteċipa f’organizzazzjoni kriminali, għal korruzzjoni, għal frodi, jew għal ħasil tal-flus huwa eskluż b’mod sistematiku minn aġġudikazzjoni ta’ akkwist pubbliku minn awtorità kontraenti.
Operatur ekonomiku jista’ jkun eskluż minn parteċipazzjoni f’akkwist pubbliku jekk:
Proċeduri għall-aġġudikazzjoni ta’ akkwisti pubbliċi
Hemm diversi proċeduri differenti għall-aġġudikazzjoni ta’ akkwisti pubbliċi:
L-entitajiet kontraenti jistgħu wkoll jaġġudikaw akkwist mingħajr sejħa għal kompetizzjoni min qabel f’xi każijiet speċifiċi elenkati fid-Direttiva.
Kompetizzjonijiet fis-settur tas-servizzi
Id-Direttiva tapplika għal kompetizzjonijiet tal-akkwist ta’ servizzi ’l fuq minn EUR 414 000.
L-entità kontraenti għandha tippubblika avviż ta’ kompetizzjoni li jikkonforma mar-regolamenti għall-preċedura tal-aġġudikazzjoni ta’ akkwist pubbliku u għandha tkun konxja biss tal-proġetti wara li tkun għaddiet id-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni ppjanata.
Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni huma ċari, mhux-diskriminatorji, u jassiguraw kompetizzjoni ġenwina. Il-ġurija għandha tkun magħmula b’mod esklussiv minn personal ikkwalifikat b’mod tekniku u indipendenti.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Direttiva 2004/17/KE |
30.4.2004 |
31.1.2006 |
ĠU L 134 tat-30.4.2004 |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Direttiva 2005/51/KE |
21.10.2005 |
31.1.2006 |
ĠU L 257 tal-1.10.2005 |
Ir-Regolament (KE) Nru 2083/2005 |
1.1.2006 |
- |
ĠU L 333 tal-20.12.2005 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1422/2007 |
1.1.2008 |
- |
ĠU L 317 tal-5.12.2007 |
Direttiva 2009/81/KE |
21.8.2009 |
21.8.2011 |
ĠU L 216 tal-20.8.2009 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2009 |
1.1.2010 |
- |
ĠU L 314 tal-1.12.2009 |
Ir-Regolament (UE) 1251/2011 |
1.1.2012 |
- |
ĠU L 319 tat-2.12.2011 |
Ir-Regolament (UE) 1336/2013 |
1.1.2014 |
- |
ĠU L 335 tal-14.12.2013 |
Emendi suċċesivi u korrezzjonijiet għad-Direttiva 2004/17/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.
ATTI RELATATI
Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (Ġurnal Uffiċjali L 94 tat-28.03.2014).
L-aħħar aġġornament: 02.06.2014