Regoli dwar kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, kuntratti tal-provvista pubblika u kuntratti tas-servizz pubbliku
Din il-liġi tfittex li tiżgura suq miftuħ għall-akkwisti pubbliċi kif ukoll l-applikazzjoni ġusta tar-regoli għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, provvisti u servizzi.
SOMMARJU
Id-Direttiva 2004/18/KE tistabbilixxi regoli tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, provvisti u servizzi. Din għandha l-għan li tiżgura li l-proċess tal-għoti ta' kuntratti huwa ġust u miftuħ għall-offerenti kollha kullimkien fl-UE.
Kamp ta' applikazzjoni
Il-liġi tkopri l-parti l-kbira tal-kuntratti pubbliċi għajr dawk tal-utilitajiet (ilma, trasport, enerġija u servizzi postali), telekomunikazzjoni, konċessjonijiet ta' servizz (bħall-operazzjoni ta' parkeġġ eżistenti) u ċerti kuntratti ta' difiza u sigurtà .
4 tipi ta'proċedura
Trasparenza
Din hija żgurata bil-pubblikazzjoni ta' notifiki dwar il-kuntratti pubbliċi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u l-bażi tad-data TED, kif ukoll fuq il-livell nazzjonali. Il-pubblikazzjonijiet kollha għandhom jinkludu informazzjoni identika sabiex ma jiffavorixxu lill-ebda offerent. Dawn jinkludu informazzjoni bħal:
L-għoti tal-kuntratt
Il-kuntratti jingħataw fuq il-bażi ta':
Livelli limitu
Huma koperti l-kuntratti pubbliċi kollha b'valur li jaqbeż il-livell limitu. Il-livelli limitu jiġu kkalkolati kull sentejn.
Mill-1 ta' Jannar 2014, il-limiti ewlenin għall-kuntratti tal-akkwisti għax-xogħlijiet pubbliċi, il-provvista pubblika u s-servizz pubbliku kif emendati bir-Regolament (UE) Nru 1336/2013 huma kif ġej:
Awtoritajiet tal-gvern ċentrali
Kuntratti tal-provvisti kollha mogħtija mill-awtoritajiet tal-gvern ċentrali li joperaw 134 000 207 000 fil-qasam tad-difiża: 134 000 207 000 (i) għall-prodotti elenkati fl-Anness V: EUR 134 000 207 000; (ii) għal prodotti oħrajn: EUR 207 000.
Awtoritajiet kontraenti subċentrali
Id-Direttiva 2004/18/KE tibqa' fis-seħħ sat-18.4.2016, id-data li fiha direttiva ġdida li tissostitwixxiha (Direttiva 2014/24/UE) tidħol fis-seħħ.
ATT
Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114–240)
L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2004/18/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta' valur dokumentarju
ATTI RELATATI
Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1–113)
Direttiva 2014/24/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65–242)
l-aħħar aġġornament 30.09.2015