Lampi indikaturi tad-direzzjoni għal vetturi b’magna bil-karru (sal-2014)
Din id-Direttiva għandha l-għan illi tistabbilixxi l-ħtiġijiet tekniċi dwar lampi indikaturi tad-direzzjoni li jippermettu l-implimentazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni Komunitarja tat-tip.
ATT
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanali indikaturi tad- direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [Ara atti li jemendaw].
SOMMARJU
Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni KE tat-tip tal-komponent għal kwalunkwe tip ta’ lampi indikaturi tad-direzzjoni li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ kostruzzjoni u ttestjar stabbiliti fl-Annessi għad-Direttiva, u joħorġu marka KE għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponent li tikkonforma mal-mudell li hemm fl-Anness għad-Direttiva għal kull tip. L-Istat Membru li jagħti l-approvazzjoni KE tat-tip tal-komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat.
Skont is-sistema tal-għoti tal-approvazzjoni stipulata fid-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħux:
Madankollu, Stat Membu jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ lampi indikaturi tad-direzzjoni li għandhom marka KE tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent li tonqos b’mod konsistenti milli tikkonforma mat-tip approvat.
Din id-Direttiva hija revokata mir-Regolament (KE) Nru 661/2009 mill-1 ta’ Novembru 2014.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
Direttiva 76/759/KE |
30.7.1976 |
1.7.1977 |
ĠU L 262 tas-27.9.1976 |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
Direttiva 1999/15/KE |
2.5.1999 |
1.10.1999 |
ĠU L 97 tat-12.4.1999 |
1.5.2004 |
1.5.2004 |
ĠU L 236 tat-23.9.2003 |
|
Direttiva 2006/96/KE |
1.1.2007 |
1.1.2007 |
ĠU L 352M tal-31.12.2008 |
Direttiva 2013/15/UE |
1.7.2013 |
1.7.2013 |
ĠU L 158 tal-10.6.2013 |
L-emendi suċċessivi u l-korrezzjonijiet għad-Direttiva 76/759/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal referenza.
L-aħħar aġġornament: 02.07.2014