Tratturi u makkinarju agrikolu jew forestali: sit tas-sewwieq

L-Unjoni Ewropea qiegħda tarmonizza l-ħtiġijiet tekniċi fir-rigward tas-sit tas-sewwieq fi tratturi agrikoli jew forestali bir-roti. B’dan il-mod, qiegħda timplimenta l-proċedura tal-approvazzjoni Komunitarja tat-tip li kienet koperta mid-Direttiva 74/150/KEE iżda li ġiet revokata u mibdula mid-Direttiva 2003/37/KE.

ATT

Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija [Ara atti li jemendaw].

SOMMARJU

Direttiva 78/764/KEE

Ambitu: għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, trattur agrikolu jew forestali tfisser vettura b’magna, mgħammra bir-roti jew bi trekks mingħajr tmiem, li għandha għall-inqas żewġt ifwies, li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija fis-saħħa trattiva tagħhom u li huma ddiżinjati b’mod speċifiku sabiex jiġbdu, jimbuttaw, iġorru jew jagħtu saħħa lil ċerti għodda, makkinarju jew karrijiet intenzjonati għall-użu agrikolu jew forestali. Jista’ jkun mgħammar sabiex iġorr piż jew passiġġieri. Id-Direttiva 78/764/KEE tapplika biss għal tratturi speċifiċi li huma mgħammra b’roti pnewmatiċi u li għandhom żewġt ifwies u b’veloċità massima ddiżinjata ta’ bejn 6 u 25 km/h.

Id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva fir-rigward tat-sit tas-sewwieq ikopru mhux biss il-ħtiġijiet ta’ installazzjoni fuq tratturi iżda wkoll il-kostruzzjoni ta’ dawn is-sits.

Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni KEE tat-tip tal-komponent għal kull tip ta’ sit tas-sewwieq li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ kostruzzjoni u ttestjar stipulati fl-Annessi għad-Direttiva.

Direttiva 82/890/KEE

Din id-Direttiva testendi l-ambitu tad-Direttiva 78/764/KEE. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni tapplika għat-tratturi speċifikati taħt id-Direttiva 78/764/KEE li huma mgħammra b’roti pnewmatiċi u li għandhom żewġ fwies u veloċità massima ddiżinjata bejn 6 u 30 km/h.

Id-Direttiva 87/354/KEE

Din id-Direttiva temenda l-leġiżlazzjoni fis-seħħ, fir-rigward tan-numri u ittri distinti li jindikaw lill-Istati Membri.

Direttiva 97/54/KE

Din id-Direttiva temenda l-ambitu tad-Direttiva 78/764/KEE. Il-veloċità massima ddiżinjata ta’ tratturi agrikoli jew forestali bir-roti hija għalhekk ta’ 40 km/h.

Direttiva 1999/57/KE

Sabiex ittejjeb is-sigurtà, din id-Direttiva tispeċifika fid-dettall kif għandu jitwaħħal is-sit tas-sewwieq filwaqt li tiġi evitata ergonomija dgħajfa.

Id-Direttiva 78/764/KEE ġiet revokata mir-Regolament (UE) Nru 167/2013 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2016.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 78/764/KEE

28.7.1978

29.1.1980

ĠU L 255 tat-18.9.1978

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 82/890/KEE

21.12.1982

21.6.1984

ĠU L 378 tal-31.12.1982

Direttiva 83/190/KEE

8.04.1983

30.9.1983

ĠU L 109 tas-26.4.1983

Direttiva 87/354/KE

29.06.1987

31.12.1987

ĠU L 192 tal-11.7.1987

Direttiva 97/54/KE

30.10.1997

22.9.1998

ĠU L 277 tal-10.10.1997

Direttiva 1999/57/KE

5.7.1999

30.6.2000

ĠU L 148 tal-15.6.1999

Att ta’ Adeżjoni

1.5.2004

1.5.2004

ĠU L 236 tat-23.9.2003

Direttiva 2006/96/KE

1.1.2007

1.1.2007

ĠU L 352M tal-31.12.2008

Direttiva 2013/15/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158 tal-10.6.2013

L-aħħar aġġornament: 02.07.2014