Ħalib ippriservat

Ħalib ippriservat disidratat parzjalment jew kollu kemm hu għall-konsum mill-bniedem għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fid-Direttiva 2001/114/KE. Dawn id-dispożizzjonijiet jissupplimentaw ir-regoli ġenerali dwar it-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel stipulati mil-leġiżlazzjoni Ewropea.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem [Ara l-att(i) li jemenda(w)].

SOMMARJU

Il-ħalib ippriservat huwa definit abbażi tal-kompożizzjoni tiegħu u l-proċessi ta' preparazzjoni li jgħaddi minnhom, bl-għan li jiġi promoss użu kummerċjali korrett u mhux qarrieqi tad-deżinjazzjonijiet tiegħu.

Ħalib ippriservat

Il-prodotti koperti minn din id-Direttiva huma:

Barra minn hekk, id-Direttiva tiddefinixxi d-deżinjazzjonijiet speċifiċi użati f'ċerti pajjiżi u b'ċerti lingwi (ara l-Anness II għad-Direttiva).

Tikkettar

Il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti rregolati minn din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mad-Direttiva dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel. It-tikkettar fuq il-ħalib ippriservat għandu jiddikjara:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Id-Direttiva 2001/114/UE

17.1.2002

17.7.2003

ĠU L 15 tas-17.1.2002

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Id-Direttiva 2007/61/KE

7.10.2007

31.8.2008

ĠU L 258 tal-4.10.2007

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1021/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jemenda d-Direttivi 1999/4/KE u 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE fir-rigward tas-setgħat li għandhom jiġu mogħtija lill-Kummissjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE [Ġurnal Uffiċjali L 287 tad-29.10.2013].

Dan ir-regolament jallinja s-setgħat ta' implimentazzjoni eżistenti tal-Kummissjoni provduti fil-ħames direttivi msejħa breakfast directives mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari mal-Artikolu 290, li jippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti delegati.

L-aħħar aġġornament: 29.04.2014