Ġamm tal-frott u l-purè tal-qastan mogħti l-ħlewwa

Il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ġammijiet tal-frott u tal-purè tal-qastan mogħti l-ħlewwa huma soġġetti għal regoli speċifiċi fir-rigward tal-kontenut ta’ frott u ta’ zokkor tagħhom, il-kontenut residwu ta’ diossidu tal-kubrit u addittivi oħrajn permessi.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem [Ara l-att(i) li jemenda(w)].

SOMMARJU

Il-prodotti koperti minn din id-Direttiva huma l-ġamm, il-ġamm ekstra, il-ġelatina, il-ġelatina ekstra, il-marmellata, il-marmellata tal-ġelatina u l-purè tal-qastan mogħti l-ħlewwa.

Il-prodotti maħsuba għall-manifattura ta’ oġġetti fini tal-furnara, ikel tal-għaġina jew gallettini mhumiex koperti minn din id-Direttiva.

Il-prodotti kkonċernati huma stabbiliti abbażi tal-kompożizzjoni tagħhom sabiex ikun żgurat li l-ismijiet tal-prodotti jintużaw korrettament fil-kummerċ, u mhux b'mod li jista’ jqarraq b'dak li jkun.

L-isem tal-prodott huwa ssupplimentat minn indikazzjoni tal-frotta jew il-frott użat. f'ordni dixxendenti tal-piż. Madankollu, fir-rigward ta’ prodotti magħmula minn tliet frottiet jew aktar, l-indikazzjoni tal-frott użat tista’ tiġi ssostitwita mill-kliem taħlita ta’ frott jew minn kliem simili, jew mill-għadd ta’ frott użat.

Barra minn hekk, it-tikkettar ta’ ġammijiet, ġelatini, marmellati u purè tal-qastan ħelu għandu jinkludi l-informazzjoni segwenti:

L-Anness II għad-Direttiva jistabbilixxi lista ta’ addittivi awtorizzati, bħall-għasel, iz-zokkor, il-meraq tal-frott u ċerti spirti.

L-Istati Membri ma jistgħux jostakolaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Kuntest

Din id-Direttiva tagħmel parti mill-programm biex jiġu ssimplifikati ċerti Direttivi vertikali relatati mal-oġġetti tal-ikel. Din tikkunsidra d-Direttiva dwar it-tikkettar u r-reklamar tal-oġġetti tal-ikel.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Id-Direttiva 2001/113/UE

12.1.2002.

11.7.2003.

ĠU L 10 tat-12.01.2002

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Id-Direttiva 2004/84/UE

12.07.2004.

-

ĠU L 219 tad-19.6.2004

Ir-Regolament (KE) Nru 1182/2007

06.11.2007.

-

ĠU L 273 tas-17.10.2007

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2001/113/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 1021/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttivi 1999/4/KE u 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE fir-rigward tas-setgħat li għandhom jiġu mogħtija lill-Kummissjoni [Ġurnal uffiċjali L 287 tad-29.10.2013].

Dan ir-regolament jallinja s-setgħat ta’ implimentazzjoni eżistenti tal-Kummissjoni pprovduti fil-ħames direttivi msejħa breakfast directives mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari mal-Artikolu 290, li jippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti delegati.

L-aħħar aġġornament: 30.04.2014