Kafè u estratti taċ-ċikwejra

L-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ tal-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra tippromwovi s-suq komun għall-prodotti f'dan is-settur filwaqt li tħares l-interessi tal-produtturi u l-konsumaturi.

ATT

Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar1999 li għandha x'taqsam mal-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra [Ara l-atti li jemendaw].

SOMMARJU

Din id-Direttiva tissimplifika l-leġiżlazzjoni, li qabel kienet irregolata mid-Direttiva 77/436/KEE, b'rabta mal-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra. Din għandha l-għan li tħares l-interessi tal-konsumaturi u tal-produtturi billi tistabbilixxi regoli dwar id-deskrizzjoni, id-definizzjoni u l-karatteristiċi ta’ dawn il-prodotti.

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-Direttiva tkopri l-prodotti li ġejjin:

Dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw ma' ċerti rekwiżiti minimi relatati mal-kompożizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontenut tas-sustanza niexfa.

Tikkettar

L-estratti tal-kafè u taċ-ċikwejra għandhom ikunu ttikkettjati b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE, li hija relatata mat-tikketjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti tal-ikel. Madankollu, id-deskrizzjonijiet imsemmija hawn fuq biss jistgħu jintużaw fil-kummerċ ta’ dawn il-prodotti, possibbilment akkumpanjati minn informazzjoni dwar l-għamla (pejst, likwidu, konċentrat, eċċ.), kwalunkwe sustanza miżjuda, u l-kontenut ta’ kaffeina. L-indikazzjoni tas-sustanza niexfa minima bbażata fuq il-kafè jew iċ-ċikwejra bħala perċentwal tal-piż ta’ prodott lest ukoll hija obbligatorja.

Dispożizzjonijiet oħrajn

Il-kummerċ tal-estratti tal-kafè jew taċ-ċikwejra b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jistax ikun ostakolat minn dispożizzjonijiet nazzjonali kuntrarji.

Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Id-Direttiva 1999/4/UE

13.3.1999

13.9.2000

ĠU L 66 tat-13.3.1999

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003

20.11.2003

-

ĠU L 284 tal-31.10.2003

Ir-Regolament (KE) Nru 1137/2008

11.12.2008

-

ĠU L 311 tal-21.11.2008

ATTI RELATATI

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar l-ittekkettjar ta’ oġġetti tal-ikel li jkun fihom il-knina u lill-oġġetti tal-ikel li jkun fihom il-kaffeina [ĠU L 191 tad-19.7.2002].

Ir-Regolament (UE) Nru 1021/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru li jemenda d-Direttivi 1999/4/KE u 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE fir-rigward tas-setgħat li għandhom jiġu mogħtija lill-Kummissjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE [Ġurnal uffiċjali L 287 tad-29.10.2013].

L-aħħar aġġornament: 29.04.2014