Tratturi u makkinarju agrikolu jew forestali: brejkijiet

Fl-interessi tas-sigurtà fuq ix-xogħol, din id-direttiva tistipula regoli u ħtiġijiet li jippermettu l-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip għal tratturi li għandha tkun applikata fir-rigward tal-apparat tal-brejkijiet.

ATT

Id-Direttiva 76/432/KEE tas-6 ta' April 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija.

SOMMARJU

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tapplika għal tratturi li għandhom roti pnewmatiċi u żewġt ifwies, u li għandhom veloċità ddiżinjata massima ta’ bejn 6 u 40 kilometru fis-siegħa.

Il-pajjiżi tal-UE ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tal-KE jew nazzjonali għal trattur għal raġunijiet relatati mal-apparat tal-brejkijiet jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġijiet tekniċi stipulati fl-Annessi I sa IV tad-direttiva. L-istess japplika għal reġistrazzjoni, bejgħ, dħul fis-servizz u użu ta’ tratturi bħal dawn.

L-annessi għandhom dan li ġej:

Adattamenti għall-progress tekniku

Emendi meħtieġa sabiex jadattaw l-annessi għall-progress tekniku ġew adottati skont il-proċedura preskritta fid-Direttiva 74/150/KEE li sussegwentament ġiet revokata u mibdula mid-Direttiva 2003/37/KE.

Revoka

Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-5 ta' Frar 2013 jirrevoka d-Direttiva 76/432/KEE u d-Direttiva 2003/37/KE b’effett mill-1.1.2016.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 76/432/KEE

8.5.1976

1.1.1977

ĠU L 122 tat-8.5.1976

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 82/890/KEE

31.12.1982

21.6.1984

L 378 tal-31.12.1982

Direttiva 96/63/KE

25.10.1996

1.10.1997

L 253 tal-5.10.1996

Direttiva 97/54/KE

30.10.1997

22.9.1998

ĠU L 277 tal-10.10.1997

Revokata bir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (Ġurnal Uffiċjali L 60 tat-2.3.2013).

L-aħħar aġġornament: 30.06.2014