Tratturi u makkinarju agrikolu jew forestali: strutturi protettivi mwaħħlin ma’ quddiem

Bl-għan ewlieni illi tiżgura s-sigurtà fuq ix-xogħol u s-sigurtà fit-triq, l-Unjoni Ewropea armonizzat il-ħtiġijiet tekniċi għal strutturi protettivi roll-over imwaħħlin ma’ quddiem fuq tratturi ta’ trekks dojoq.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, b'karreġjata dejqa (Ara atti li jemendaw).

SOMMARJU

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tapplika għal tratturi ta’ trekks dojoq, jiġifieri tratturi bi trekks ta’ wisa’ minimu ta’ anqas minn 1 150 mm, piż mhux mgħobbi ta’ bejn 600 u 3 000 kg u għoli mill-art ta’ mhux aktar minn 600 mm taħt il-punti l-aktar baxxi tal-fwies ta’ quddiem u wara, b’allokazzjoni għad-differenzjal.

Ebda Stat Membru ma għandu jirrifjuta l-bejgħ, reġistrazzjoni, dħul fis-servizz jew użu ta’ trattur, jew jirrifjuta li jagħti approvazzjoni KE tat-tip jew approvazzjoni nazzjonali tat-tip għal trattur, jekk dan jissodisfa l-ħtiġijiet tad-direttiva. It-tratturi kollha koperti minn din id-direttiva għandha titwaħlilhom struttura protettiva roll-over.

Ħtiġijiet ta’ kostruzzjoni u ttestjar

L-Annessi I u II jistipulaw il-proċeduri ta’ kostruzzjoni u ttestjar u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-approvazzjoni KE tat-tip tal-kompenent u l-approvazzjoni tat-tip. Għal kull tip ta’ struttura protettiva roll-over u t-twaħħil mal-trattur tagħha approvati minn Stati Membri, għandha tinħareġ marka KE għall-approvazzjoni tat-tip mill-Istati Membri lill-manifattur tat-trattur jew tal-istruttura protettiva roll-over, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew tagħha (f’konformità mal-mudell fl-Anness VII).

Ladarba struttura protettiva roll-over jew l-agganċament tagħha mat-trattur ikollhom marka KE tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent u din tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet preskritti fl-Anness IX, it-tqegħid tagħha fis-suq ma jistax jiġi pprojbit.

Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi protettivi roll-over li għandhom il-marka KE tal-approvazzjoni tat-tip li jonqsu milli jikkonformaw mal-approvazjoni tat-tip.

Informazzjoni maqsuma kull xahar

Kull xahar, l-Istati Membri għandhom jibagħtu kopji taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent (fl-Anness VIII hemm ipprovdut mudell), lill-Istati Membri l-oħrajn, mimli għal kull tip ta’ struttura protettiva roll-over li għaliha tkun ingħatat jew ġiet rifjutata approvazzjoni.

Revoka

Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-5 ta' Frar 2013 jirrevoka d-Direttiva 87/402/KEE b’effett mill-1.1.2016.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 87/402/KEE

26.6.1987

26.6.1989

ĠU L 220 tat-8.8.1987

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 89/681/KEE

3.1.1990

2.1.1991

ĠU L 398 tat-30.12.1989

Att ta' Adeżjoni

1.1.1995

-

ĠU C 241 tad-29.8.1994

Direttiva 2000/22/KE

24.5.2000

30.6.2001

ĠU L 107 tal-4.5.2000

Att ta' Adeżjoni

1.5.2004

-

ĠU L 236 tat-23.9.2003

Direttiva 2005/67/KE

8.11.2005

31.12.2005

ĠU L 273 tad-19.10.2005

Direttiva 2006/96/KE

1.1.2007

1.1.2007

ĠU L 363 tal-20.12.2006

Direttiva 2010/22/UE

30.4.2010

30.4.2011

ĠU L 91 tal-10.4.2010

Direttiva 2013/15/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158 tal-10.6.2013

Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (Ġurnal Uffiċjali L 60 tat-2.3.2013) jirrevoka d-Direttiva 87/402/KEE b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

L-aħħar aġġornament: 30.06.2014