Il-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni: il-Europol

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni 2005/511/ĠAI li tinnomina lill-Europol bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni ta’ l-euro

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Hija tinnomina lill-Europol bħala l-uffiċċju ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro biex tiġi applikata b’mod effettiv il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Falsifikazzjoni tal-Flus ta’ Ġinevra tal-1929 (il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra) u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) infushom, u bejn il-pajjiżi tal-UE, il-Europol u pajjiżi mhux tal-UE.

PUNTI EWLENIN

L-UE qed issaħħaħ il-kooperazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE u bejn il-pajjiżi tal-UE u l-Europol bl-għan li tipproteġi l-euro kontra l-falsifikazzjoni fil-livell internazzjonali. Il-pajjiżi mhux tal-UE jeħtieġu kuntatt ċentrali għall-informazzjoni dwar il-flus tal-euro ffalsifikati. Din l-informazzjoni kollha għandha tinġabar flimkien għal skopijiet ta’ analiżi fil-Europol, li jaġixxi bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra.

Ir-rwol tal-Europol

L-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’Ġinevra tal-1929

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mis-16 ta’ Lulju 2005.

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar il-protezzjoni ta’ l-euro kontra l-falsifikazzjoni, permezz tan-nomina ta’ l-Europol bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni ta’ l-euro (ĠU L 185, 16.7.2005, p. 35–36)

l-aħħar aġġornament 23.03.2017